
1 minute read
GħandekMinuta?
Ma nafx jekk qattx rajt xi statwa jew stampa ta’ San Pietru Martri ta’ Verona. Jekk rajt aktarx li laqtek il-fatt li s-sebgħa werrej tal-qaddis ikun dejjem imċappas bid-demm. Wara dan il-fatt hemm storja qawwija ħafna.
San Pietru ta’ Verona twieled fl-1206 u minn età żgħira ltaqa’ ma’ San Duminku, il-fundatur tal-patrijiet Dumnikani. Dan impressjona ruħu bit-tjubija talġuvnott Pietru u ħajru jidħol fil-kongregazzjoni tagħhom. Pietru laqa’ l-istedina. Studja u meta sar saċerdot iddedika ħajtu għall-predikazzjoni.
Advertisement
F’dak iż-żmien il-Knisja kienet qed tiġi ppersegwitata minn ereżija msejħa tal-Katar.
B’tagħlim sod bibliku u b’ħeġġa tal-għaġeb dan is-saċerdot beda jdur belt wara l-oħra fl-Italja biex iwaqqa’ u jxejjen it-tagħlim ħażin u żbaljat tal-Katari.
Dan naturalment xejn ma niżel tajjeb ma’ dawk li kienu jmexxu din l-ereżija. Bdew jaraw x’setgħu jagħmlu biex iwaqqfuh. Darba, meta kien sejjer lura l-kunvent ġie attakkat minn grupp ta’ nies li kienu jappartjenu lill-Katari u wieħed minnhom f’dagħdigħa ta’ qilla resaq fuqu u tah daqqa ta’ lexxuna fuq rasu. Pietru waqa’ mal-art u bid-demm inixxi mill-ferita kiteb tliet kelmiet fl-art: Credo in unum Deum . . . Nemmen f’Alla wieħed. Proprju għalhekk li fl-istampi u fliskulturi jġibuh b’sebgħu mċappas bid-demm. Biex ifakkru dan il-martirju.
Il-kuraġġ tal-qaddisin inissel fina qawwa qaddisa biex quddiem l-eżempji ħżiena ta’ dawk ta’ madwarna nibqgħu mexjin fi triq it-tajba. Anki jekk dan ifisser xi ftit mistħija jew tbatija.