

DIĊEMBRU


2022 numru 676
ieħor, Terry Waite kien jaf li daħal għal -talba li għamillu l-Arċisqof ta’ Canterbury biex imur Bejrut, il Lebanon u jipprova jeħles xi priġunieri li kienu miżmuma ostaġġi minn xi terroristi. U rnexxielu jeħles xi wħud minnhom. Iżda terroristi oħra ma ħadux gost b’dak li kien qed jagħmel. Ħolqu pjan perfett u Waite spiċċa maqbud hu stess. Minn ħellies talostaġġi spiċċa ostaġġ.

U dam ostaġġ għal 1,763 jum… kważi ħames snin. Maqful ġo ċella żgħira. Lanqas tieqa mnejn seta’ jħares u forsi jara l-arja ta’ barra. Kultant kienu jorbtuh bil-ktajjen mal-ħajt biex lanqas ikun jista’ jitħarrek. Ġieli ttorturawh. Ikel ħażin u mill-inqas. Kien qed jgħix martirju.
U tul dawn ix-xhur rari kien jirċievi xi ittra. Għax it-terroristi kienu jiċċensurawha u jekk jaraw l-iċken kelma ta’ kritika kienu jqattgħu lkorrispondenza qabel jgħadduhielu. U anke l-ittri tiegħu kienu jgħaddu mill-istess għarbiel. Kien iħossu waħdu, minsi u mitluq għal rieħu. Kultant jixtieq li jmut biex jeħles minn tant miżerja. Imma darba rċieva card. Ma kienx jaf min bagħathielu iżda fiha kien hemm dan il-kliem: ‘Għażiż Terry, M’intix minsi. Ħafna nies qed jitolbu għallħelsien tiegħek u ta’ dawk li bħalek għadhom arrestati. B’xewqat sbieħ, Joy Brodier.’

Terry jgħid li beka bil-ferħ meta qara dan il-messaġġ. Imtela kuraġġ. Ried jibqa’ jgħix sakemm jerġa’ jikseb il-ħelsien. Kif fil-fatt ġara. Illum il-cards ma għadhomx moda iżda flokhom daħlu l-messaġġi fuq ilmobiles. Aħna wkoll nistgħu nwasslu xi messaġġ ta’ kuraġġ meta nkunu nafu b’xi ħadd li għaddej minn żminijiet iebsa u diffiċli. Lilna jiswielna ftit ċenteżmi u ftit sekondi imma min jirċevih jista’ jibqa’ japprezzah għomru kollu. U jekk dan jgħodd għax-xhur kollha żgur li jgħodd iktar għal dan ixxahar tal-Milied.

magazine popolari Reader’s Digest awtriċi Dina Donohue tirrakkonta ġrajja ta’ Wallace Purling, tfajjel ta’ disa’ snin. Tgħid Dina li Wallace kien tfajjel li ġab ruħu. Kien jidher ikbar minn żmienu iskola ma kienx fost l-aħjar studenti. idejh kien kapaċi ħafna. Isawwar statwetti tat-tafal u jpitter ukoll iżda għall-istudju ma kienx tant jinqala’. Iżda qalbu kienet tad-deheb u fl-iskola fejn kien żgħar dejjem kienu jitħaxknu miegħu meta dawk ikbar minnhom ikunu ser isawtuhom. preżenza ta’ Wallace kienet tbegħedhom minn kull periklu. għalliem tad-drama kien kull sena jipprepara xi reċta qasira marbuta mal-Milied sena partikulari għażel lil Wallace biex ikun sid il-lukanda ta’ Betlem. Wallace kien fis-seba’ sema bil-ferħ snin ta’ qabel kull ma rnexxielu jkun kien biss ragħaj u qatt ma qal kelma fuq il-palk. Kien jersaq b’xi ħarufa fejn il-benniena joħroġ ma’ sħabu. sena kienet speċjali. Kellu parti importanti. Ried jitkellem. Iżda kellu parti li qajla tagħtu gost għax hu minn qaddisu kien ħanin u ma setax iniżżilha li ried jgħid le lill-familja ta’ Nazaret. Imma din kienet reċta u fuq il-palk tkun biss qed tgħid dak li qallek biex tgħid ħaddieħor.







Saru ħafna provi.
U Wallace kien qed jaqla’ l-parti tajjeb ħafna tant li l-għalliem tad-drama ikkumplimentah u wiegħdu li sena oħra jagħtih parti iktar importanti. ‘Min jaf forsi jagħmilni San Ġużepp,’ ħaseb f’qalbu Wallace. Waslet il-ġurnata. Is-sala tal-iskola mimlija daqs bajda… tfal, studenti, ġenituri, għalliem, mistiedna distinti.
U fl-aħħar ix-xena ta’ Wallace. Ġużeppi u Marija jitolbu bil-ħniena biex sid il-lukanda jsibilhom kamra fil-lukanda tiegħu.
Wallace kien ċar fi kliemu, “Jiddispjaċini. Il-lukanda mimlija. Fittxu xi mkien ieħor!” Ġużeppi ħares lejh u staqsieh: “Imma fejn? Għidli fejn? Għax marti dalwaqt ser tagħti tarbija lid-dinja u mhux xieraq li tagħmel dan fil-kesħa tat-triq.”
“Jien ma nistax nagħmel mirakli. Jekk il-lukanda mimlija ma naħsibx li tippretendi li nitfa’ lil xi ħadd ’il barra biex tidħol int u martek?”
Wallace kien qed jaqla’ l-parti b’mod stupend. Ommu u missieru stagħġbu bil-ħila tiegħu ta’ reċtar.

Fuq il-palk Ġużeppi deher jaqbad id martu u jitlaq iċeklem ’il bogħod jara jonqobx xi post
fejn martu setgħet twelled lil binha. Imbagħad ġara dak li ħadd ma stenna. Wallace nesa li l-parti tiegħu fl-istorja kienet biss reċtar u drama. Dlonk mar wara Ġużeppi u qallu: “Ejja idħol u ħu kamarti. Jien immur noqgħod fil-kantina!” L-għalliem tad-drama nfixel. Ħaseb li kienet ser tgħaddih xi waħda. Żgur qatt ma stenna sitwazzjoni bħal din. Ma setax jirranġa l-iżball ta’ Wallace. In-nies issummat. Imbagħad ittendiet li ġara xi ħaġa. Xi wħud qalu li dak it-tfajjel ma kienx kapaċi għal dik il-parti li ngħata. Iżda l-maġġoranza kbira taludjenza qamet bilwieqfa u bdiet iċċapċap bil-qalb u tgħajjat, “Bravo, bravo!” Ir-reċta tal-Milied kellha tieqaf hemm. Iżda dawk li nzertaw fis-sala għadhom sal-lum jgħidu li dik kienet l-isbaħ play tal-Milied li qatt kienu attendew għaliha. Ma tħossx int ukoll li aħna l-bnedmin kapaċi noħolqu atmosfera ta’ ferħ u ħbiberija jekk flok ponn magħqud niftħuh biex nieħdu b’idejn xulxin?
DR CORONATO GRECH M.D. jiktbilna artiklu dwar:
għat-tfal iżjed. U jerġa’ għat-tfal ta’ dari forsi iżjed. Il-preparazzjonijiet kienu jibdew kmieni. Għall-ewwel ta’ Diċembru (jew iktar għad li tradizzjonalment fil-Kunċizzjoni) konna niżirgħu l-ġulbiena, u ġieli skalora u anke xgħir. Dawn kienu mqiegħda f’bottijiet, miksija tajjar, msoqqija bl-ilma, u mħollija għaddlam. Il-ġulbiena tikber folta u bajda, l-iskalora bajda fl-aħmar, u x-xgħir malewwel naqra dawl jiħdar. Il-presepju, ġeneralment żgħir u jsir kull sena, kien magħmul bażikament minn karti tassiment, mgħaffġa u mibrumin f’forma ta’ għar, blat, xi mogħdija u ħotba żgħira. Daqsxejn dqiq imħallat mal-ilma kien jagħmel kolla tajba. Iż-żebgħa kienet tat-


u tħallatha mal-ilma. Kien hemm tliet kuluri, kannella, aħdar u isfar. Pinzell kien isir malajr minn biċċa flaska marbuta ma’ biċċa qasba. Ir-riżultat ma kienx xi kapulavur artistiku imma f’għajnejna ma kienx hemm blat naturali iktar minnu.
Il-pasturi kienu ġeneralment tat-tafal jew tax-xema’. Mhux forsi artistiċi daqs dawk talkartapesta li ġew ftit wara; imma kienu suppost iktar Orjentali milli Ewropej.
Għall-art, ftit ħamrija ħamra, ftit tiben mqatta’ rqiq jew ċana kien biżżejjed. Xi naqra ramel mir-Ramla kien ukoll iżid malvarjetà.
Għall-pjanti kien hemm is-

sagħtar, li barra li jagħmel siġra realistika ħafna, kellu riħa tfuħ ħafna1. Il-leħjet ix-xiħ misjuba f’ħitan tas-sejjieħ umdi u jħarsu lejn it-tramuntana kienet ukoll popolari. Speċi differenti ta’ leħjet ix-xiħ kienet tinsab l-iktar fis-siġar taż-żebbuġ ta’ Wied Binġemma2 .
Id-dawl kien ipprovdut minn ħafna biċċiet żgħar ta’ xemgħa, bir-riskju imminenti li jaqbad u kollox jieħu n-nar. Però b’batterija żgħira, żewġ biċċiet wajers u bozza żgħira (ftit soldi kollox) konna nagħmlu dawl elettriku, almenu fl-għar biss. Biex isiru l-ħitan tas-sejjieħ ftit żrar żgħir kien biżżejjed; imma ferm aħjar kien il‘ġebel talpresepju,’ kristalli kkuluriti u sbieħ li kien hemm minnhom f’ta’ Pastol, qabel tibda n-niżla twila għar-Ramla. Imbagħad konna nsibu nixtru anġli tal-karti, ikkuluriti, u jikkonsistu minn ras femminili u par ġwienaħ biss; sold tnejn, jew erba’ jekk ikunu ftit iżgħar. Is-sema, meta kien hemm, kien ikun karta blu, u kwiekeb biċċiet żgħar tat-tajjar mwaħħla bil-kolla tad-dqiq. U b’hekk kien ikollna presepju, li għalkemm mhux xi kapulavur tal-
arti, kien għalina ta’ sodisfazzjon u affaxxinazzjoni kbira.
Il-ġugarelli li konna niddubbaw fil-Milied kienu, is-subien xi karozza, arjuplan jew vapur żgħir, u l-bniet pupi. Jiswew ftit xelini u peress li kienu rari konna iktar nieħdu gost bihom. Ma niftakarx li konna mmorru lquddiesa ta’ nofsillejl u jekk morna aktarx li rqadna millbidu sal-aħħar, u allura ovvjament ma niftakar xejn. Ġimgħa wara l-Milied tiġi lIstrina fejn konna niddubbaw xi ftit flus mill-qraba. In-nanniet kienu jagħtuhomna kmieni sew, ferm qabel il-Milied għax ‘forsi sal-Milied immutu!’ Konna nsibuhom sew biex nixtru laffarijiet għall-presepju!
U l-Father Christmas? Iktar kien il-Bambin inviżibbli li fil-lejl talMilied iġib ir-rigali, milli l-figuri kkuluriti li jduru mattoroq u l-ħwienet tal-lum. Intant, illum mill-Milied ta’ dari baqa’ biss memorji. Kollox spiċċa. Il-presepji u l-ġugarelli ilhom li spiċċaw. U jekk baqa’ xi pastur aktarx li bla ras. Imma l-maġija tal-Milied tibqa’…!

1. Illum is-sagħtar huwa pjanta protetta u ma jridx jintuża fil-presepji.
2. Il-leħjet ix-xiħ ukoll hija pjanta li trid tibża’ ħafna għaliha għax tikber bilmod ħafna; dik li taqla’ f’sekonda tieħu għaxriet ta’ snin biex tikber.
“Tlabt lill-Mulej biex jagħtini ħafna dawl ħalli nkun nista’ mmexxi dan in-nazzjon u lMulej weġibni: ‘Poġġi jdejk f’idejja u kun ċert li tasal fl-aħjar destinazzjoni.’” Kliem il-Mulej għadu validu llum daqs kemm kien għexieren ta’ snin ilu.

L-ekonomija




L-ekonomija tiddependi fuq lekonomisti daqskemm it-temp jiddependi fuq min jaqra r-rapport tiegħu fuq it-television!
Piż u figuri

Raġel li kien sar verament overweight mar fejn it-tabib biex forsi jgħinu jnaqqas il-piż. Wara ftit mistoqsijiet u tweġibiet ittabib qallu: “Inti għandek ilmarda ta’ Noè!” “X’marda għandi Dott?” “Għandek il-marda li trid iddaħħal żewġ annimali minn kull razza fl-arka. Int trid iddaħħal flistonku tiegħek tnejn minn kulma tara quddiemek!”

Kellu raġun
Kien iħobb jgħid: “Jekk ma tarax lil Alla filpersuna qrib tiegħek lanqas int ser tarah ’l hemm iktar minnek.”
Prokrastinazzjoni
L-aħjar żmien li tħawwel siġra hu għaxar snin ilu għax kieku sal-lum qed tieħu l-frott.
L-iktar żmien tajjeb biex tħawwel is-siġra li ma ħawwiltx 10 snin ilu hu llum.
Jekk tħalli għal għada t-tajjeb li tista’ tagħmel illum ikun iblah għax għada mhux tiegħek.
Xħin toqgħod taħseb ftit…!
Kos hux, meta nikellmu dwar ħin ikollna nammettu li s-sistema ħadnieha mingħand sorsi differenti.

Kienu l-Eġizzjani li qasmu l-jum f’24 siegħa.
Kienu l-Babiloniżi li qasmu siegħa f’60 minuta. U kienu l-Lhud li poġġew 7 ijiem f’ġimgħa.
Aħseb ftit
L-awtur Francis Albert Camus għandu dan il-ħsieb f’kitbietu: ‘Timxix qabli għax forsi ma nixtieqx insegwik. Timxix warajja għax forsi ma nixtieqx immexxik.
Imma imxi ma’ ġenbi biex inkun naf li int ħabibi.’

IL-LAQGĦA TA’ NOVEMBRU
Bħalma ktibna fil-fuljett ta’ Novembru, il-laqgħa kienet tikkonsisti f’quddiesa b’suffraġju tal-old boys li mietu matul issnin. Din is-sena semmejna b’mod speċjali liż-żagħżugħ Bryan Portelli f’għeluq l-10 snin minn mewtu. Qaddsilna Monsinjur Ġużepp Attard u ħa spunt mill-qari tat-32 Ħadd ta’ matul is-sena – sena Ċ. L-ewwel qari kien mit-tieni ktieb talMakkabin l-istorja tas-seba’ aħwa u ommhom u l-Evanġelju kien tas-Saduċej – li ma kinux jemmnu fil-qawmien mill-imwiet – fejn staqsew lil Ġesù dwar dik il-mara li tiżżewweġ seba’ aħwa, wieħed wara l-ieħor, u peress li minn ħadd ma jkollha tfal ta’ min ser tkun fil-ħajja ta’ wara din. Ġesù jweġibhom li fil-ħajja li ġejja la jżewġu u lanqas jiżżewġu. San Pawl ikompli li jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, vojta hija rreliġjon tagħna. Għalhekk huwa ċar ħafna t-twemmin tagħna filħajja ta’ wara din. Xorta jifdal limrar u l-kruha tal-firda millgħeżież tagħna. Mons Attard irrakkontalna episodju li ltaqa’
miegħu fiż-żmien twil li għamel kappillan f’parroċċa f’Ruma. Kien qiegħed jagħmel funeral lillarmla ta’ aktar minn 80 sena. F’ħin minnhom waħda millpreżenti – mara anzjana ferm –bdiet tibki u tolfoq. Ħasditu. Ma kienx jaf il-familjari kollha talmejta. Xħin mar ħdejn din il-mara tolfoq intebaħ li kienet omm ilmejta. Kellha aktar minn 100 sena u ma setgħetx taċċetta l-mewt ta’ bintha. Aħna kieku ngħidu li għexet ħajja sabiħa ta’ aktar minn tmien deċennji iżda għall-omm kien diffiċli taċċetta l-mewt ta’ bintha qabilha. Aħseb u ara meta l-ulied ikunu għadhom żgħażagħ! Imma aħna mhux la kemm nifhmu t-toroq tal-Mulej u l-karba tal-uġigħ ta’ qalb hija talba flistess ħin. It-tama fil-qawmien hija s-serħan ta’ dan.


Nirringrazzjaw lil Mons Ġużepp Attard li qaddsilna kif ukoll lil dawk kollha li attendew minkejja li kien jum ta’ xita u maltemp.



fikom. fikom dak li bidu, tibqgħu Iben u fil1 Ġwanni 2:24 Parabbola mistika Lhudija

tifel jilmaħ

bil-ġuħ li kellu. Għalhekk missieru qallu: “Jien ser nibqa’ miexi; tista’ toqgħod ftit ieħor. Biex ma ninfirdux ibqa’ għajjatli, ‘Missier, missier’ u jien inwieġbek. Meta ma tibqax tismagħni ċar erħi kollox u ejja lħaqni.” rabbini Lhud kienu jużaw istorja biex jgħallmu importanza tar-rabta ma’ Alla. metodi nuża biex nara jekk hux qed inżomm rabta ma’ Alla?

Jekk bniedem, mhuwiex tiela’ ’l fuq bħal anġlu, emminni, jinsab nieżel lejn ix-xitan.
SAMUEL TAYLOR COLERIDGE

Kliem bl-Ingliż marbutin ma’ xulxin - li llum saru internazzjonali għax jirrepetuhom f’ħafna lingwi. Naqrawhom fil-gazzetti u kultant nisimgħuhom f’xi djalogu. Forsi jiswielna nkunu nafu x’ifissru.
dar. Ikunu qegħdin hemm biex jieħdu l-ispazju.
Cut and run – Titlaq mill-ewwel wara xi riċeviment. Ma toqgħodx tgħid kelma wara. Bilkemm issib ħin biex trodd ħajr lil min stiednek.
Paper tiger – Xi ħadd li jippoża li hu qawwi u fil-fatt issibu dgħajjef u beżżiegħi. Jipprova jagħti impressjoni ta’ kuraġġ meta f’qalbu hemm biss biża’.


għall-oġġetti bla xejn ħtieġa fid-

Jin and yang - Tendenza li żżomm il-bilanċ bejn żewġ karattri li jkunu opposti. Hu jkun iħobb il-kulur abjad u hi l-kulur iswed. Jaqblu li jagħżlu l-griż.

Numbo jumbo – Diskors vojt u bla sens. Paroli bla sugu.

Hue and cry – Vuċi popolari u qawwija fuq xi kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa. Pereżempju: ilpoplu wera biċ-ċar li kien hue and cry kontra kull gwerra.
Sticky fingers – Ħalliel, swaba’ li magħhom jeħel anke dak li ma jkunx tal-individwu. L-antiki tagħna ġieli kienu jgħidu l-frażi: idejh kalamita.
Nip and tuck – Meta żewġ timijiet/kontestanti jkunu talistess forza u qawwa u għalhekk diffiċli li tbassar min minnhom ser jirbaħ.


Cloud nine - Stat ta’ ferħ kbir. Aħna nħobbu ngħidu, “Qiegħed fis-seba’ sema.”
Hem and haw – Iddum ma tiddeċiedi. Tagħti risposti vagi li ma jfissru xejn. Tħalli għal għada bit-tama li l-kwistjoni tintesa jew int tkun f’pożizzjoni aħjar li twieġeb.
Aħna l-Maltin ukoll għandna kliem li norbtuh ma’ xulxin. Bħal ngħidu aħna d-di u d-do. Referenza għal tnejn minn nies li tarahom dejjem ma’ xulxin. Frażi marbuta ma’ żewġ vapuri Ingliżi wieħed bl-isem HMS Dee u lieħor HMS Don li kienu jkunu ta’ spiss sorġuti ħdejn xulxin fil-port ta’ Marsamxett. Imma tagħna frażi lokali u żgur mhix internazzjonali.


