In-Nazzjon - 16 ta' Settembru 2014

Page 1

Nru 13,849

It-Tlieta, 16 ta‘ Settembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Titjira tittardja b’4 sigħat Air Malta

Titjira tal-Air Malta mill-kapitali Slovena Ljubljana lejn l-ajruport internazzjonali ta’ Malta, fi tmiem il-ġimgħa telqet erba’ sigħat tard. Dan wara li żviluppaw ħsarat f’wieħed mill-kompjuters tal-Airbus tal-linja nazzjonali tal-ajru li ma ppermettewx lill-ajruplan itir lejn Malta. Tim ta’ tekniċi Sloveni ħadem fuq l-ajruplan biex jagħmel ittiswijiet meħtieġa.

Approvati l-ewwel kandidati għall-elezzjoni It-12-il kandidat li approva l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ filgħaxija : (mix-xellug għal-lemin) Fuq : Alan Abela Wadge, Simone Aquilina, Dounia Borg, Roselyn Borg, Charlene Camilleri Zarb u Charlot Cassar; Isfel: Ryan Mercieca, Aaron Micallef, Angelo Micallef, Alessia Psaila Zammit, Graziella Schembri u Justin Schembri

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar l-ewwel kandidati ġodda tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Tnax-il kandidat, sitt nisa u sitt irġiel, li ġew approvati millKumitat Eżekuttiv tal-PN li ltaqa’ lbieraħ filgħaxija fid-Dar Ċentrali. Dawn it-tnax-il persuna se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-PN għall-ewwel darba, u fi kliem ilKap tal-PN Simon Busuttil, din

id-deċiżjoni hija xhieda li l-Partit Nazzjonalista għaddej minn proċess ta’ tiġdid u ta’ riġenerazzjoni, u f’dan il-proċess qed jinvolvi nies ġodda. F’kummenti lill-ġurnalisti fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv, Simon Busuttil qal li dan ilproċess għadu fil-bidu tiegħu, iżda maż-żmien se jwassal għal partit li jkun radikalment differenti. Il-Kap tal-PN irringrazzja lil

Charles Muscat

tħassarlu l-karriera u r-reputazzjoni tiegħu, għax din tkun inġustizzja kbira, u qed jitkissru ħafna nies”. Il-President tal-Union talGħalliema (MUT) Kevin Bonello jgħid dan f’intervista li qed tkun pubblikata llum f’InNazzjon dwar iż-żieda fil-każi ta’

dawn il-kandidati ġodda talli aċċettaw l-istedina tal-Partit Nazzjonalista biex ikunu lewwel kandidati approvati għallelezzjoni li jmiss. Mill-kandidati, nofs huma nisa u nofs huma rġiel, u din hi lewwel darba li partit politiku ppreżenta grupp ta’ kandidati li jirrispetta b’mod sħiħ l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-kandidati ppreżentati lbieraħ jirrappreżentaw ukoll firxa wies-

għa ta’ ħiliet u esperjenzi, kif ukoll ta’ oriġini etnika, u ġew magħżula wara proċess intensiv ta’ intervisti u skrutinju li sar mill-Kummissjoni tal-Għażla talKandidati mmexxija mill-eks Kummissarju Ewropew Joe Borg. Din il-Kummissjoni se tkompli għaddejja bil-proċess ta’ intervisti li mistenni jwassal biex jiġi approvat grupp ieħor ta’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali fiż-żmien li ġej.

edukaturi u persuni fil-volontarjat li qed ikunu akkużati b’abbuż tat-tfal. Hu qal li l-mod kif dawn il-każi qed ikunu investigati millPulizija hu ta’ tħassib għallMUT. Hu jirreferi għall-każ serjissimu li seħħ tliet snin ilu f’Għawdex fejn, bla ebda inves-

tigazzjoni ta’ xejn, kienet arrestata persuna u issa l-każ ilu fuq tliet snin għaddej fil-Qorti. Kevin Bonello qal li għandu jkun hemm sistema li hi ġusta kemm għallvittma u anke għal min ikun akkużat.

Qed jitkissru ħafna nies

“Jekk ikun hemm abbuż, għandu jiġi investigat u jittieħdu lpassi kollha meħtieġa. Min-naħa l-oħra, m’għandux ikun hemm sistema aperta li wieħed jaqbad u jagħmel allegazzjoni mingħajr lebda provi ta’ xejn, u dak li jkun

Ara paġna 3

Il-film ta’ Jolie

Omm is-Sindku tikkonferma

Omm is-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat tikkonferma li ġiet ingaġġata mal-produzzjoni talfilm “By the Sea” u tgħid li ħarġet taħdem biex tlaħħaq malpiżijiet ta’ familja b’sebat itfal. Imma twieġeb li l-kunsillieri laburisti li akkużawha b’kunflitt ta’ interess iridu jagħmlu l-ħsara lilha u lil binha . Ara paġna 5 Sport

Rikors – Kevin Bonello, il-President tal-MUT lill-MFA

Ara paġni 16 u 17.

Il-kumpanija tal-eks President ta’ Floriana Johann Said, G&A Investments Ltd, għamlet rikors lill-MFA minħabba flus li għandu jieħu Said mingħand Floriana FC. Ara paġna 31


www.maltarightnow.com

2

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

46

Il-Bulla Singulari Amore (Bi Mħabba liema bħalha) tal-Beatu Papa Piju IX, li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 1864 u li biha twaqqfet id-Djocesi ta’ Għawdex

Illum id-Djoċesi ta’ Għawdex tagħlaq 150 sena Illum id-Djoċesi ta’ Għawdex tagħlaq 150 sena mit-twaqqif tagħha, li seħħ bil-Bulla Singulari Amore (Bi Mħabba liema bħalha) tal-Beatu Papa Piju IX, li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 1864. B’hekk sa fl-aħħar twettqet ilħolma qadima tal-Għawdxin li jkollhom id-Djoċesi, l-Isqof, ilKatidral u s-Seminarju tagħhom. Dan seħħ bit-tħabrik tar-Rabtin Dun Pietru Pace u Sir Adrian Dingli, żewġ benefatturi illustri li tħabtu qatigħ sakemm raw maqtugħa xewqet il-poplu tal-gżira ta’ Għawdex. It-twaqqif ta’ Djoċesi ġdida awtonoma minn dik ta’ Malta, li kellha tinkludi wkoll it-territorju

tal-gżira ċkejkna ta’ Kemmuna, tħabbar uffiċjalment mill-Papa fil-Konċistorju tat-22 ta’ Settembru ta’ dik is-sena. Bħala l-ewwel Isqof ta’ Għawdex, kien magħżul Monsinjur Mikiel Franġisk Buttigieg, mill-Qala, li dak iż-żmien kien l-Arċipriet tarRabat. Fl-okkażjoni ta’ din il-ġrajja speċjali, illum l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, se jmexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali ta’ Radd il-Ħajr filKatidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, fis-7pm. Fil-knejjes parrokkjali kollha ta’ Għawdex illum hu wkoll jum ta’ adorazzjoni solenni li jintemm b’mota solenni fis-6pm.

Kuxjenza ferm akbar dwar l-ambjent, ippjanar serju u riżorsi ġodda

F’pajjiż sovran ta’ daqs żgħir tqanqlet kuxjenza ambjentali ġdida, mgħejjuna minn edukazzjoni ambjentali sa miċ-ċokon. Sar moviment qawwi lejn koperazzjoni mal-għaqdiet volontarji ambjentali. Għall-ewwel darba, Malta fasslet Pjan ta’ Struttura fl1992. Dan sar b’konsultazzjoni wiesgħa biex ma jibqax jiddeċiedi l-politiku imma lippjanar ikun komprensiv, għat-tul u serju u d-deċiżjonijiet isiru b’mod ferm aktar

trasparenti ħalli jintlaħaq bilanċ fit-talbiet fuq ir-riżorsi limitati li Malta għandha. Bdew jitfasslu politiki ġenerali, pjani lokali, pjani t’azzjoni u skedar ta’ bini u siti ta’ valur ambjentali. Bdew isiru studji tal-impatt ambjentali meta jsiru proġetti sostanzjali. Saret liġi għall-ħarsien talambjent li taħtha setgħu jibdew joħorġu regolamenti għal ħarsien ambjentali f’ħafna oqsma. Inbena Ċentru għallĦarsien tal-Annimali u

servizzi għall-annimali domestiċi. Sar moviment importanti lejn ir-riċiklaġġ ta’ kull tip ta’ skart. Bdew is-separazzjoni tiegħu, il-ġbir tiegħu separat, bring-in sites u ċentri għal skart goff. B’hekk, flok mormi, l-iskart beda jitqies bħala riżorsa. Setgħet għalhekk issir ilkisba importanti ambjentali li jingħalqu l-miżbliet kollha u minn ġrieħi fl-ambjent jibdew ikunu trasformati f’parks għall-familji.


www.maltarightnow.com

3

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Malta għandha bżonn l-għajnuna

“Ħadd m’għandu l-bakketta maġika biex iwaqqaf l-influss tal-immigrazzjoni u iktar ma lpolitiċi jirrealizzaw dan malajr, iktar tista’ ssir il-ħidma biex dan l-influss ikun immaniġġjat.” Dan qalu l-Kap talOppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil waqt laqgħa malKummissarju Għoli tanNazzjonijiet Uniti għarRefuġjati (UNHCR) António Guterres, li temm żjara ta’ ftit jiem f’Malta. Simon Busuttil qal li, f’din ilkwistjoni, ma nistgħux nibqgħu naħsbu bħala pajjiżi individwali iżda bħala Ewropa sħiħa billi tinħoloq sistema ta’ distribuzzjoni li ttaffi mill-piż li qed jiffaċċjaw pajjiżi li jinsabu filfruntiera. Filwaqt li ammetta li dan mhux faċli li jinkiseb, il-Kap tal-PN kompla li dan hu essenzjali biex ikunu salvati l-ħajjiet. Simon Busuttil semma wkoll kif hu ħadem mill-qrib fil-

kwistjoni tal-immigrazzjoni fuq livell Ewropew meta kien koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew fil-Kumitat talLibertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew, għaldaqstant, jaf mill-qrib ir-reżistenza ta’ numru ta’ pajjiżi biex ikun hemm distribuzzjoni xierqa tal-piż talimmigrazzjoni. Hu tenna li lUNHCR għandha influwenza kbira u appella lil Guterres biex iwassal il-messaġġ u d-diffikultajiet li qed tiffaċċja Malta. Min-naħa tiegħu, ilKummissarju Għoli tan-NU qabel ma’ Simon Busuttil li hemm bżonn li l-kwistjoni tkun waħda ta’ responsabbiltà Ewropea iżda qal li m’għandu ebda illużjoni dwar id-diffikultajiet sabiex jintlaħaq dan l-għan. Kompla li l-Istati Uniti ħadet iktar refuġjati minn Malta millpajjiżi kollha tal-UE f’daqqa u dan hu fatt li għandu jħammar wiċċ il-pajjiżi Ewropej.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jiltaqa’ mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) António Guterres

Guterres qal li Malta ma tistax tibqa’ waħidha mingħajr għajnuna quddiem din l-isfida għaliex Malta hi verament każ speċjali minħabba ċ-ċokon tagħha. Iktar kmieni matul il-gurna-

ta, il-Kummissarju Għoli Guterres kellu laqgħat wkoll mal-PM Joseph Muscat u malMinistru tal-Affarijiet Barranin George Vella, waqt li żar ukoll l-Uffiċċju Ewropew għall-Ażil ibbażat f’Malta.

Guterres żar ukoll liskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien malMibgħut Speċjali tal-UNHCR għar-refuġjati, l-attriċi Angelina Jolie. (Ara wkoll paġna 32)

Titjira tal-Air Malta tittardja b’erba’ sigħat …wara li jiżviluppaw ħsarat f’wieħed mill-kompjuters Joe Mikallef

Fi tmiem il-ġimgħa, titjira chartered tal-Air Malta millajruport internazzjonali ta’ Ljubljana fis-Slovenja għallajruport internazzjonali ta’ Malta ttardjat erba’ sigħat wara li wieħed mill-kompjuters abbord l-Airbus tal-linja nazzjonali talajru żviluppa xi ħsarat u ma baqax jaħdem. Nifhmu li t-titjira lejn Malta kienet programmata għall11.25pm ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda, u kienet mistennija tasal Malta għall-ħabta tas-1.15am sbieħ is-Sibt. Madankollu din it-titjira ma setgħetx tħalli l-ajruport internazzjonali tal-kapitali Slovena

Tim ta’ tekniċi Sloveni mill-kumpanija tal-ajru Adria ħadmu immedjatament biex irranġaw il-ħsarat

minħabba ħsarat f’wieħed minn tliet kompjuters abbord. Ħsara li wasslet biex ma kienx possibbli li l-ajruplan itir. Mill-informazzjoni li kisbet In-Nazzjon, l-istess ajruplan Airbus kien għadu kemm wasal f’Ljubljana b’għadd kbir ta’ passiġġieri Maltin li kienu sejrin għal btala fis-Slovenja. Il-168 passiġġier li kellhom jinġiebu Malta abbord din ittitjira kienu nfurmati li t-titjira lejn Malta kellha tittardja

minħabba problemi ta’ natura teknika. Dawn il-passiġġieri wkoll kienu qed jirritornaw Malta fi tmiem vaganza ta’ ġimgħa fil-Kroazja u s-Slovenja. Tim ta’ tekniċi Sloveni millkumpanija tal-ajru Adria ħadem immedjatament biex irranġa lħsarat, u dan minkejja xita qawwija li ma waqfet xejn. Kien ftit qabel it-3.30am tasSibt filgħodu li l-Airbus Malti seta’ jitlaq bil-vjaġġ tiegħu millajruport ta’ Ljubljana lejn Malta.

L-Airbus tal-linja nazzjonali tal-ajru fl-ajruport ta’ Ljubljana fejn sarulu tiswijiet fuq wieħed mill-kompjuters tiegħu biex seta’ jtir lura lejn Malta


www.maltarightnow.com

4

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Ippruvat iddaħħal id-droga fil-Ħabs Joe Mikallef

Dik li kellha tkun viżta tas-soltu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal mara li marret iżżur persuna li bħalissa tinsab fil-Ħabs, spiċċat biex żviluppat f’qabda ta’ droga eroina fuq l-istess mara. Bħalissa l-awtoritajiet tal-Ħabs qed jagħmlu tfittxijiet aktar intensivi kemm fuq il-persuni li jmorru jżuru lil qrabathom jew lil ħbiebhom fil-Faċilità kif ukoll fuq merkanzija u prodotti li jkunu se jiddaħħlu fil-Ħabs. Ilbieraħ filgħodu, waqt ħin ilviżti uffiċjali tal-Ħabs, kienu qed jagħmlu tfittxijiet fuq il-persuni li kienu se jżuru lill-priġunieri. Waħda mit-tfittxijiet saret fuq mara li dak il-ħin marret biex iżżur persuna li jinsab il-Ħabs. Nifhmu li l-uffiċjali tal-Ħabs flimkien malGwardjani li kienu xogħol, għorkithom għajnhom mill-aġir ta’ din il-mara u l-imġiba suspettuża tagħha. Kien għalhekk li kien deċiż li fuq din il-mara jsiru aktar tfittxiji-

et u propju moħbi f’ħalqha nstab pakkett b’dik li hi maħsuba li hi droga, x’aktarx eroina. Hu maħsub li d-droga filpakkett moħbi f’ħalq din il-mara kienet se tiġi mgħoddija lill-priġunier li hi kienet se żżur b’xi forma ta’ kuntatt – x’aktarx minn ħalq għal ħalq.

Il-mara nvoluta kienet arrestata mill-ewwel, u bis-sejba kienu nfurmati wkoll il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga kif ukoll dawk tadDistrett mill-Għassa ta’ Raħal Ġdid biex ikomplu bl-investigazzjonijiet dwar din is-sejba.

Fost l-oħrajn, il-mara kienet interrogata mill-Pulizija u kien identifikat ukoll ir-raġel li lilu kienet se ssir il-viżta. Aktar tard matul il-ġurnata lpriġunier intbagħat f’diviżjoni oħra. Kemm il-mara kif ukoll ilpriġunier li għalih kienet maħsuba d-droga, mistennija jitressqu lQorti f’dawn il-jiem. Dwar dan ilkaż il-Pulizija infurmat ukoll lillMaġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta.

Għadha f’qagħda kritika

Għadha f’qagħda kritika t-tarbija ta’ għaxar xhur li allegatament sofriet swat mis-sieħeb ta’ ommha. It-tifla ddaħħlet fidDipartiment tal-Emerġenza kmieni l-Ġimgħa filgħodu ssofri minn ġrieħi li tant kienu gravi li kellha tiġi operata. Kif jiġri f’każi ta’ ġrieħi suspettużi, listaff mediku fl-Isptar Mater Dei informa lill-Pulizija li bdiet tistħarreġ il-każ. Dwar dan il-każ, nhar il-Ħadd il-Pulizija ressqet il-Qorti raġel ta 27 sena minn Ħaż-Żabbar li

kien akkużat bl-attentat ta’ qtil tat-tarbija. It-tarbija hija tas-sieħba tiegħu iżda hu mhux missierha. It-talba għall-ħelsien millarrest tar-raġel ġiet miċħuda. Omm it-tarbija, mara ta’ 24 sena imwielda fir-Rumanija, residenti l-Ħamrun, ukoll tressqet ilQorti b’akkuża ta’ moħqrija fuq it-tfal. L-omm ta’ tlett itfal ingħatat il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ 10,000 ewro bil-kundizzjoni li ma tagħmilx kuntatt ma’ wliedha u mal-eks raġel li hu missier it-tfal.

Kontravenzjoni u periklu minn tal-linja

Din is-sekwenza ta’ ritratti li bagħtilna qarrej ta’ In-Nazzjon turi każ ta’ kontravenzjoni minn karozza tal-linja li, fittelgħa tax-Xemxija marret għal kollox fuq il-karreġġjata opposta, hekk kif ippruvat taqbeż trakk li kien qed iġorr

tagħbija ta’ planki, u minħabba f’hekk kien qieghed isuq bilmod. Mir-ritratti, li nġibdu b’camera armata fuq id-dashboard ta’ karozza li kienet ġejja millfaċċata, jidher kif il-karozza kellha tieqaf għal kollox sabiex

Nota tal-Editur

In-Nazzjon tixtieq tirringrazzja lilkom il-qarrejja għar-rispons tajjeb ħafna li kellha wara l-appell biex tgħaddulna stejjer bħal dawn biex jiġu pubblikati. Anke din l-istorja hija frott dak li jissej-

jaħ Citizen Journalism fejn intom tibagħtulna l-istejjer tagħkom, jew ir-ritratti tagħkom, inkella tiġbdulna lattenzjoni fuq dak li jkun qed jiġri, imbagħad aħna nkomplu nsegwu r-rapporti li jaslulna.

tgħaddi x-xarabank. Sewqan responsabbli hu ddmir ta’ kull sewwieq, iktar u iktar għal xufiera tat-trasport pubbliku li huma responsabbli għal għexieren ta’ passiġġieri li jkunu abbord il-vetturi tagħhom.

Kull min għandu materjal bħal dan x’jgħaddilna jista’ jibagħtu fl-indirizz elettroniku tal-editur li jinsab fil-paġna tal-editorjal. Id-dettalji ta’ min jibgħat l-informazzjoni jibqgħu kunfidenzjali.


www.maltarightnow.com

5

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Twieġeb omm is-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat Tgħid li t-tliet kunsillieri Laburisti l-oħra jridu jagħmlu l-ħsara lilha u lil binha

Omm is-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat Għawdex, iddikjarat li l-istqarrija tat-tliet kunsillieri lokali Laburisti l-oħra dwar iddeċiżjoni li hi tkun ingaġġata fittim tal-produzzjoni tal-film By the Sea kienet intenzjonata biex tagħmel ħsara lilha u lil binha, Philip Vella. Josephine Vella qalet dan f’ittra li bagħtet lil In-Nazzjon, iffirmata mill-Avukat tagħha Mario Scerri, bi tweġiba għall-istorja li ppubblikajna fil-faċċata ta’ dan il-ġurnal nhar it-Tlieta, 2 ta’ Settembru li għadda.

hemm differenza mhux ħażin bejn kariga u oħra. Vella kompliet tispjega li ngħatat din il-kariga wara li applikat, kif kellha kull dritt tagħmel bħal ħaddieħor, u ġiet imsejħa għal interview wara sejħa li ħarġet apposta, skont hi qabel ma l-producers kienu daħlu f’xi diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali. Filwaqt li sotniet diversi drabi d-diżappunt u d-dispjaċir tagħha għad-dikjarazzjoni tat-tliet Kunsillieri Laburisti, Josephine Vella stqarret li din kienet waħda

Dakinhar konna qed nirrappurtaw dikjarazzjoni li ħarġu lViċi Sindku Frances Galea, u lkunsillieri tal-PL Maria Cassar Sultana u Margaret Said, li kkundannaw id-deċiżjoni li omm is-Sindku tal-lokal tagħhom tiġi ngaġġata mit-tim tal-produzzjoni tal-film ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt – deċiżjoni li ddeskrivewha bħala waħda li tammonta għal kunflitt ta’ interess. Il-film qed jinġibed fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini, li taqa’ fil-konfini tal-kunsill lokali. Fit-tweġiba ta’ Josephine Vella, fl-ebda ħin ma kien miċħud li hi ngħatat rwol fil-produzzjoni tal-film, anzi l-ittra tippreċiża li r-rwol kien ta’ location assistant u mhux ta’ Segretarja tad-Direzzjoni. L-ittra tgħid li

diżonesta u mill-aktar inġusta filkonfront tagħha u ta’ binha, isSindku Philip Vella. Qalet li din id-dikjarazzjoni saret ukoll biex tinħoloq tensjoni żejda u bla bżonn fil-konfront tagħhom ittnejn. F’isem Josephine Vella, lAvukat tagħha spjega li omm isSindku Laburista, li hi omm ta’ sebat itfal bil-piżijiet li ġġib magħha l-familja, għamlet ilħsieb li toħroġ taħdem appuntu minħabba l-esiġenzi tal-familja u mhux minħabba xi interessi oħrajn, “kif implikaw ilKunsillieri fid-dikjarazzjoni tagħhom”. Dan filwaqt li ċċara li la lKunsill Lokali u wisq inqas binha Philip ma kellhom x’jaqsmu bl-ebda mod fl-ingaġġ tagħha jew influwenzaw b’xi mod biex

intagħżlet għal dan ix-xogħol. Iżda, tkompli l-istqarrija, jidher li kien hemm min ma ħamilx u wasal biex ivvinta każ li bih għamel pressjoni, anke politika, biex Vella tneħħiet minn dan limpjieg, li minnu setgħet ittaffi xi ftit mill-piżijiet tagħha ta’ familja numeruża. F’riferenza ċara għall-kunsillieri Laburisti, Josephine Vella

takkużahom li waslu biex ivvintaw ħwejjeġ kontra sSindku u kontriha “mingħajr lebda diċenza” biex hi titneħħa mill-impjieg qabel il-waqt. Dan meta bl-ebda mod ma seta’ kien hemm xi kunflitt ta’ interess għax hi bl-ebda mod ma kienet involuta f’diskussjonijiet għan-nom talproducers tal-film mal-kunsill lokali.

Vella tgħid li l-kunsillieri Laburisti ħarġu qatta’ bla ħabel kontriha u kontra binha, u akkużawhom b’kunflitt ta’ interess, propju għaliex il-producers tal-film m’aċċettawx it-talbiet li għamel il-kunsill Laburista għal ħlasijiet “eżorbitanti” sempliċiment għax il-film qed jinġibed f’post li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

Hekk kif qed tkompli lmewġa ta’ transfers mill-Gvern, diplomatiku li hija gradwata fixXjenza Politika, kellha tirrikorri fil-Qorti biex topponi t-trasferiment tagħha minn malMinisteru tal-Affarijiet Barranin għal mal-kumpanija Industrial Projects and Services Ltd (IPSL). Antoinette Cutajar irnexxielha twaqqaf temporanjament ittransfer li qalgħet fuq ordni talQorti u issa jmiss lill-Imħallef Edwina Grima biex tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-każ tagħha. Fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili xehdu Leo Bonnici, millUffiċċju tal-Prim Ministru, u

Angele Azzopardi millMinisteru tal-Affarijiet Barranin. Bonnici semma kif Antoinette Cutajar bdiet taħdem malMinisteru fuq bażi temporanja fl-1999 u kellha kuntratt definit, sakemm fl-2008 dan inbidel għal wieħed indefinit, skont hu mingħajr konsultazzjoni malKummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC). Bidla li wasslet, dejjem skont ix-xhud, għal sitwazzjoni anomala. Wara xehdet Angele Azzopardi, li qalet li meta fl1999 Antoinette Cutajar bdiet taħdem mal-Ministeru talAffarijiet Barranin, kienet impjegata bħala persuna ta’ fiduċja

u fl-2008 talbet li l-kuntratt definit jiġi mġedded, kif fil-fatt sar f’Jannar 2009 meta ġie mġedded b’sena oħra. Wara dawn iż-żewġ xhieda, saru s-sottomissjonijiet dwar ilkaż mill-avukat ta’ Cutajar, Karol Aquilina, u mill-avukat Veronica Buttigieg millUffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li qed jirrappreżenta lill-Gvern u lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-każ. L-Avukat Aquilina qal li, għalkemm il-klijenta tiegħu kienet impjegata fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin bħala konsulenta fuq bażi ta’ fiduċja, maż-żmien hija bdiet taqdi rwoli oħra li n-natura tax-xogħol

tagħhom ma kienx ta’ persuna ta’ fiduċja. Hu spjega kif wara li talbet biex il-kuntratt tagħha jkun mġedded, l-impjieg ta’ Cutajar sar wieħed indefinit u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li hi tibqa’ tinsisti fuq it-tiġdid tal-kuntratt. Il-mument li persuna tagħmel xogħol li mhux fuq bażi ta’ fiduċja jagħmel ilkuntratt wieħed indefinit. Hu akkuża lill-Gvern li qed jiġi jaqa’ u jqum mil-liġi u rrimarka li l-klijenta tiegħu tista’ titkeċċa mingħajr rimedju. L-Avukat Buttigieg, min-naħa tagħha, qalet li Cutajar għandha impjieg fuq bażi ta’ fiduċja. Hi qalet li biex persuna tinħatar uffiċjal pubbliku trid tkun nomi-

nata mill-Prim Ministru fuq parir tal-PSC. Impjieg ta’ uffiċjal pubbliku jinvolvi sejħa pubblika kif ukoll intervista, imma fil-każ ta’ Cutajar ma kienx hemm vakanza mal-Ministeru għallAffarijiet Barranin u l-ħatra tagħha kienet waħda ta’ fiduċja. L-Avukat Buttigieg semmiet ukoll li l-Gvern offra lil Cutajar li tibqa’ tagħmel l-istess xogħol bl-istess paga u issa għandha ċċans li tapplika għal promozzjonijiet meta sal-lum ma setgħetx. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet, lImħallef Grima iddifferixxiet ilkaż għas-sentenza, anke jekk ma tatx data meta din se tingħata.

Omm is-Sindku Laburista Philip Vella qed tgħid li applikat għal dan ir-rwol biex ittaffi l-piżijiet ta’ familja b’sebat itfal

Josephine Vella, omm is-Sindku Laburista, tikkonferma li ngħatat rwol ta’ location Assistant mal-produzzjoni tal-film “By the Sea”

Diplomatiku taqla’ transfer għal mal-IPSL


www.maltarightnow.com

6

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

Nathan Farrugia jirriżenja minn CEO tal-Fondazzjoni Inspire u jinħatar President

LOKALI

Antonello Gauci se jkun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid Jerome Caruana Cilia

Wara 14-il sena bħala Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Fondazzjoni Inspire, dawk li qabel konna nafuhom bħala r-Razzett talĦbiberija u l-Fondazzjoni Eden, Nathan Farrugia rriżenja mirrwol ta’ Kap Eżekuttiv. Matul dawn is-snin, l-Inspire kibret minn grupp żgħir għal kważi 200 impjegat u diversi voluntieri ddedikati. L-aktar mument sinifikanti għall-organizzazzjoni kien dak talgħaqda bejn l-Eden Foundation u r-Razzett tal-Ħbiberija fl-2009. Inspire llum hija l-NGO ewlenija li tipprovdi servizzi ta’ saħħa, edukazzjoni u divertiment lil aktar minn 1,000 familja li għandhom persuni b’diżabbilità u tirrikjedi sforz annwali għal ġbir ta’ fondi ta’ €3 miljun biex tkompli toffri sservizzi tagħha mingħajr ħlas jew b’sussidju qawwi ħafna lil dawk li jibbenefikaw.

Filwaqt li Nathan mhux se jibqa’ nvolut fl-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-organizzazzjoni, huwa aċċetta rwol ġdid bħala President, fejn se jieħu post Lino Spiteri. Nathan inħatar ukoll bħala ċ-Chairman il-ġdid talKunsill Malti tas-Settur talVolontarjat. Il-membri tal-bord tal-Fondazjoni spjegaw li, filwaqt li jiddispjaċihom li se jitilfu t-tmexxija u l-passjoni ta’ Nathan, huma jirringrazzjawh tas-snin ta’ servizz li huwa offra. Huma lesti jaħdmu ma’ Nathan, li se jaħdem ukoll fir-rwol ta’ konsulent dwar strateġiji u politika fil-livell tal-Kunsill, u jinsabu kuntenti li l-ħidma ta’ Inspire se tkompli mingħajr xkiel permezz tat-tim immexxi minn Antonello Gauci, li qabel kien il-Kap Uffiċjali Operattiv (COO) ta’ Inspire. Antonello Gauci ingħaqad ma’ Inspire sitt snin ilu. Wara 18-il sena jaħdem fid-dinja tal-kum-

L-NGO Victim Support Malta ppubblikat il-pożizzjoni tagħha dwar il-White Paper bir-riforma fil-liġijiet li jikkontrollaw l-użu tad-drogi tal-abbuż u għamlet diversi rakkomandazzjonijiet. Victim Support qed tipproponi li l-leġiżlaturi jkunu konxji mill-problemi potenzjali jekk min juża d-droga jkun kunsidrat bħala vittma, għaliex l-evidenza turi li min jieħu d-droga mhux dejjem ikun vittma, u jkollu effetti fuq il-komunità. Fost ir-rakkomandazzjonijiet hemm ukoll dik dwar il-ħtieġa ta’ appoġġ soċjali, l-introduz-

zjoni ta’ multi biex iservu ta’ deterrent, u miżuri li jservu ta’ ġid kemm għall-vittmi kif ukoll għal min iwettaq ir-reat. Victim Support Malta qed tisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu mfasslin linji gwida biex tonqos id-diskrezzjoni talKummissarju tal-Ġustizzja, li qed ikun propost li jitwaqqaf, u biex jiggwidaw il-mod kif se jiffunzjona l-Bord. Fil-pożizzjoni tagħhom, ilVictim Support ipproponew ukoll li l-politika li titratta lil dawk li jużaw id-drogi għandha tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ tratta-

L-eks Kap Eżekuttiv tal-Inspire; Nathan Farrugia, li issa nħatar President tal-Fondazzjoni, u Antonello Gauci li ħadlu postu (Ritratt : Inspire)

merċ u l-investiment, Antonello issa se jingħaqad mal-Inspire fuq bażi full time. L-aktar rwol riċenti tiegħu kien dak ta’ COO responsabbli għall-fergħa kummerċjali tal-Fondazzjoni, li tinkludi l-amministrazzjoni tal-fitness centre u l-indoor pool, kif

ukoll il-ħwienet ta’ karità. Irrwol ta’ Antonello kien jinkludi wkoll ħidma fl-oqsam tal-HR, lIT u l-amminstrazzjoni. Personalment, Antonello huwa involut f’diversi attivitajiet kummerċjali u fl-organizzazzjoni ta’ diversi attivitajiet filantropiċi u

ment differenti bejn id-diversi kategoriji ta’ dawk li jużaw iddrogi. Hu importanti wkoll li dawk li jużaw id-drogi jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom meta huma jkunu taħt l-effett tad-droga, partikolarment fis-sewqan u waqt it-tqala – punti li l-għaqda tilmenta li tneħħew mill-White Paper. Victim Support jipproponi wkoll li l-istruttura l-ġdida tkun segwita kontinwament u li jsir rapport perjodikament bl-iskop li jkunu identifikati s-setturi li fihom ikunu jridu jsiru l-bidliet.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-pazjenti Maltin rikoverati fl-isptarijiet f’Londra, fejn fost l-oħrajn kellha wkoll laqgħa ma’ konsulent fir-Royal Marsden. Żaret ukoll l-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton. Bħalissa qed tagħmel żjara uffiċjali fl-Ingilterra fejn ippresidiet ukoll l-attivitajiet tal-Malta Day UK u żaret l-iskola medika Bart’s li se tkun qed tinvesti fil-proġett ta’ skola medika f’Għawdex. (Ritratt : Clifton Fenech, DOI)

Proposti tal-Victim Support dwar ir-riforma fil-liġijiet tad-drogi

sportivi. Huwa parti mill-Alfred Mizzi Foundation u membru fundatur tal-Ladybird Foundation. Għal dawn l-aħħar 23 sena huwa kien ukoll parti mill-kumitat ta’ Voices, u kien ukoll il-President tiegħu għal dawn l-aħħar tmien snin.


www.maltarightnow.com

LOKALI

Sett filateliku tal-50 sena ta’ Malta indipendenti

Inizjattiva mill-Kulleġġ tal-eks Membri Parlamentari tal-PN Il-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza huwa s-suġġett ta’ inizjattiva mhux tas-soltu li ħa l-Kulleġġ tal-eks Membri Parlamentari tal-PN immexxi minn Richard Muscat. Bħala parti mill-attivitajiet biex ifakkru dan l-anniversarju speċjali, din il-fergħa tal-Partit Nazzjonalista għadha kif ħarġet sett filateliku li jikkonsisti f’cover kommemorattiv innumerat, bolla personalizzata kanċellata b’timbru speċjali għallokkażjoni, u occasion card innumerata, kif ukoll bolla oħra personalizzata kanċellata wkoll mill-Maltapost. In-numru tas-sett u l-bolli personalizzati hu limitat. Għalhekk kull min hu interessat li jakkwista kopja, irid jibbukkja. Il-bejgħ ta’ dan is-sett speċjali se jkun qed isir fuq bażi ta’ first come, first served. Min jixtieq jixtri dan is-sett irid jibgħat ċekk pagabbli lill“Partit Nazzjonalista, Dar Ċentrali, Tal-Pietà”. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numri 9999 9339 jew 9943 2945. Dan il-materjal filateliku se jkun jista’ jinġabar b’donazzjoni ta’ ħames ewro għall-cover, ħames ewro għall-occasion card, u ewro għal kull bolla personalizzata, mid-Dar Ċentrali tal-PN nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru. Dakinhar se jkun hemm ukoll ilKap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil li se jkun jiffirma din il-kollezzjoni.

Mixli b’sess ma’ tifla taħt l-età

Stefan Vassallo, ta’ 23 sena mis-Swieqi, ġie mixli fil-Qorti li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ minorenni ta’ 15-il sena, li hija t-tfajla tiegħu. Vassallo wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih. L-Avukat Franco Debono ddeskriva lit-tfajla bħala l-għarusa tal-akkużat u qal li l-ġenituri tagħha kienu konxji tar-relazzjoni ta’ bejniethom. Qal ukoll li l-età konsenswali fejn jidħol sess hi ta’ 18il sena f’Malta imma f’pajjiżi filbqija tal-Ewropa, l-età hija anqas. Vassallo, li ġie mixli wkoll li sar reċidiv, kien ikkundannat sena ħabs, iżda appella. Il-Maġistrat Giovanni Grixti laqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest talakkużat fuq depożitu personali ta’ 1,000 ewro u garanzija personali ta’ 1,500 ewro.

Uħud mill-elementi li jiffurmaw is-sett filateliku fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Indipendenza

7

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014


www.maltarightnow.com

8

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

OPINJONI

L-inkompetenza ġġib il-ħsara L-inkompetenza fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija min-naħa tal-Ministeru konċernat hija issa magħrufa u aċċettata bħala fatt. Saret l-oġġett ta’ ċajt u redikolu. Iżda saret ukoll l-għajn ta’ qtigħ il-qalb u stmerrija ta’ diversi pulizija, hi x’inhi l-opinjoni politika tagħhom, li għalihom l-uniformi u s-sens ta’ dover jiġu, kif għandu jkun, qabel kollox. Ma tgħaddix ġimgħa waħda li hi waħda mingħajr aħbar kerha mill-Korp li teffettwa mhux biss lill-membri tal-Korp iżda lillpubbliku li jistenna bi dritt li jkollna Korp b’moral għoli, imħarreġ u li jitmexxa b’sens ta’ sewwa. Tmexxija moralment korrotta u l-Korp tal-Pulizija huma kontra xulxin. Qabel l-elezzjoni l-Labour uża lill-pulizija biex jixtri l-vot tagħhom. Keskes u rewwaħ kemm felaħ. Wegħedhom f’laqgħat tard billejl li kif ikun elett, il-Labour kien se jagħtihom mal-€50 miljun f’suppost arretrati ta’ overtime. Wegħedhom li l-extra duty se jkun intaxxat b’rata inqas. FilParlament bħala Oppożizzjoni Laburista kienu jikkritikaw lillMinisteru tal-Intern talli kien idum ix-xhur twal biex jilqa’

Jason Azzopardi

jason.azzopardi@gov.mt

talba minn pulizija għal transfer fi ħdan l-istess Korp. Ma neħodhiex bi kbira li l-maġġoranza assoluta tal-pulizija vvutaw lilLabour frott dawn il-wegħdi.

għaxar pulizija overtime kull nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa, Sibt u Ħadd, mill-ġimgħa li għaddiet daqshekk pulizija overtime f’Paceville nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd, waqt li s-Sibt kien hemm erbgħa biss. Dan ifisser inqas flus fil-but għallfamilja tal-pulizija u inqas sigurtà fit-toroq. Fejn marru l-flus tal-overtime? Min berbaqhom u fejn? Il-ġimgħa li għaddiet ukoll komplew it-transfers fil-Korp tal-Pulizija. U se jkun hemm iktar dalwaqt f’livell partikulari. L-Erbgħa li għadda ngħataw 32 transfer ieħor ordnati millMinisteru għall-Intern bi ndħil politiku ċar. Pulizija minnhom li erba’ xhur ilu ngħata erba’ trans-

F’sena waħda iktar minn terz tal-pulizija Maltin u Għawdxin ingħataw transfer

Issa għaddew iktar minn sena u nofs mill-elezzjoni u l-Gvern mhux talli ma tahomx l-overtime li wegħedhom, €50 miljun ta’ wegħdi, talli mill-ġimgħa l-oħra prattikament waqqaf l-overtime fil-Korp tal-Pulizija. Fejn issoltu Paceville f’dan il-perjodu kien ikun hemm bejn tmienja u

fers f’jum wieħed biss, rekord li jħammar wiċċ gvern kattiv, reġgħu tawh transfer. F’sena waħda iktar minn terz tal-pulizija Maltin u Għawdxin ingħataw transfer. Araw jekk hemmx pajjiż wieħed Ewropew li fih tisma’ dawn il-ġennati insensati fi żmienna. Imma min ivvutalu ġie

mwiegħed li se jġib bidla għallaħjar, hux hekk? Dan l-aġir insensat mhux sew. Min hu responsabbli mittmexxija tal-Korp qed jedha b’affarijiet li mhux qed jgħinu lill-Korp jimxi ’l quddiem. Kemm tisma’ pulizija, anke dawk li ma jħaddnux l-istess fehma politika tiegħi, li jgħidulek “qatt ma konna f’dan l-istat tal-biki”. Hu x’inhu l-kredu poli-

Niċċelebraw flimkien l-akbar jum

Din is-sena qed infakkru l-50 anniversarju mit-twelid ta’ Malta nazzjon. Bla dubju ta’ xejn, dan hu l-akbar jum fl-istorja ta’ pajjiżna u jidher li l-qbil dwar limportanza kbira ta’ dan il-jum qed jikber u jiżdied, u llum ilmaġġoranza tal-Maltin u lGħawdxin jaqblu dwar dan. Tajjeb għalhekk li dan lanniversarju importanti niċċelebrawh flimkien bħala poplu wieħed magħqud fl-akbar jum nazzjonali tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista, kull sena, għal dawn l-aħħar 50 sena, iċċelebra dan il-jum. Anke meta kien fl-Oppożizzjoni għamel ċelebrazzjonijiet dinjitużi biex ifakkar din il-ġrajja storika. Kien hemm snin meta biex għamel din it-tifkira kellu jissogra l-ħajja talmexxejja u l-partitarji tiegħu. Kulħadd jiftakar lil dak iżżagħżugħ Ħamruniż li għamel żmien jissielet għal ħajtu wara li safa ferut gravament waqt waħda minn dawn il-manifestazzjonijiet. Kulħadd jiftkar lil mibki Guido de Marco bid-demm iċarċar minn moħħu wara li ndarab f’waħda minn dawn iddimostrazzjonijiet fil-Belt organizzati mill-Partit Nazzjonalista

biex ifakkar anniversarju talIndipendenza. Tul is-snin li dam fil-Gvern ilPartit Nazzjonalista ċċelebra lfesti tal-Indipendenza kemm bħala partit kif ukoll bħala pajjiż. Ċelebrazzjonijiet dinjitużi li filwaqt li jfakkru avveniment storiku u politiku, kienu mżewqa b’wirjiet ta’ talent u varjetà talogħla livell li offrew serati sbieħ għal eluf ta’ familji, fuq il-Fosos tal-Furjana. Ma setax jonqos li din is-sena, il-50 anniversarju talIndipendenza, il-Partit Nazzjonalista jiċċelebrah ukoll. U b’mod xieraq. Fil-fatt, tħejja programm li mhux ristrett biss għall-jiem tal-festi li jsiru fuq ilFosos tal-Furjana imma jmur lil hinn minn hekk. Barra programm ta’ erbat ijiem fuq il-Fosos tal-Furjana li jiftħu llum u jibqgħu sejrin sa nhar ilĠimgħa, bħalissa qed isiru wkoll it-tħejjijiet għal rappreżentazzjoni kbira fil-forma ta’ musical ‘Sebaħ Jum’ li se jittella’ lejn nofs Ottubru. Dan barra attivitajiet oħra fosthom il-pubblikazzjoni ta’ ktieb In-Nisġa talIndipendenza minsuġ minn rakkont ta’ wieħed mill-protago-

tiku tiegħek, jekk għandek u jekk m’għandekx, ma tiħux gost, anzi tinkwieta, tisma’ b’dawn ilħmerijiet li huma serji u gravi. Wegħduna l-iktar Kabinett “formidabbli” mill-Indipendenza. Tassew. Għax qatt ma kien hawn gvern daqstant formidabbli fl-inkompetenza fit-tmexxija u li ma jistħix juri inkompetenza fit-tmexxija tal-Korp talPulizija.

Għax il-Partit Nazzjonalista jifhem li dan l-anniversarju importanti għandu jkun iċċelebrat mill-poplu magħqud, inkluż dawk ta’ fehmiet differenti Mario Schiavone

mario.p.schiavone@gmail.com

nisti tal-kisba tal-Indipendenza u li għadu ħaj magħna, l-Avukat Victor Ragonesi, u ċelebrazzjonijiet f’Għawdex ukoll. Għall-ewwel darba din is-sena, il-festi tal-Partit mhux qed jintemmu fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru kif dejjem sar. Dan qed isir għaliex il-Partit Nazzjonalista jifhem li dan lanniversarju importanti għandu jkun iċċelebrat mill-poplu magħqud, inkluż dawk ta’ fehmiet differenti minn dawk tal-Partit Nazzjonalista. Għalhekk il-Partit għamel lispazju biex fil-lejla ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Settembru, Malta koll-

ha tingħaqad f’ċelebrazzjoni nazzjonali biex tfakkar dan iljum għażiż. Ilkoll flimkien bħal aħwa Maltin. Mill-President tarRepublika sal-anqas ċittadin, niċċelebraw flimkien dan il-jum importanti. Biex wasalna sa hawn u twittiet it-triq biex dan il-pajjiż jista’ jiċċelebra avveniment politiku nazzjonali, flimkien, bħala poplu magħqud kellhom jgħaddu snin ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali. Snin li fihom, minkejja d-diversità tal-fehmiet politiċi, bilħidma perseveranti ta’ gvernijiet Nazzjonalisti, il-pajjiż immatura politikament u warrab il-vjolenza fiżika mill-arena politika. Jonqos li nagħmlu pass ieħor. Li ma għandix dubju li kulħadd jixtiequ iżda li s’issa għadu biss fuq il-karta tal-programm elettorali tal-partit fil-gvern iżda fil-

prattika għadna ma lħaqniehx. Hemm bżonn li l-pajjiż ikun verament “Tagħna Lkoll” b’mod ugwali u reali. Sal-lum dan għadna ma nistgħux ngħiduh. Hija sfortuna li Gvern li wasal biex jammetti l-importanza talanniversarju li se niċċelebraw fi ftit jiem oħra u se jorganizza festi xierqa biex ifakkar dan il-jum, ma ħax din l-opportunità u fissena u nofs li għaddew ma wittiex it-triq li wiegħed, biex verament dan il-pajjiż ikun pajjiż magħqud. It-tama hi l-aħħar ħaġa li tmut fil-bniedem. U jien, għalkemm kritiku ħafna ta’ diversi passi li ħa dan il-Gvern, nibqa’ nittama li għall-ġid ta’ pajjiżna għad jisbaħ jum li fih inkunu vermanet nistgħu niċċelebraw flimkien bħala pajjiż magħqud, l-isbaħ avvenimenti u suċċessi ta’ pajjiżna.


www.maltarightnow.com

9

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Ċelebrazzjoni xierqa tas-sovranità tan-nies, id-demokrazija

Dil-ġimgħa, waqt li nkunu qed niċċelebraw il-kisba kbira tassovranità għal pajjiżna, inkunu qed niċċelebraw ukoll is-sovranità tan-nies. Għax waħda mill-kisbiet li kultant noħduha bħala fatt kompjut hi d-demokrazija.

Wara l-indipendenza, ħafna nazzjonijiet waqgħu f’dittatorjat Ħafna nazzjonijiet li għaddew mill-kolonjaliżmu għall-indipendenza bdew bix-xewqa tad-demokrazija imma waqgħu f’nuqqas tagħha u dittatorjati. F’Malta, bil-maqlub, għaddejna sew millewwel test veru tad-demokrazija, l-alternanza tal-poter.

It-test veru tad-demokrazija: l-alternanza tal-poter Għax l-ewwel eżami tad-demokrazija Maltija ġie fl-elezzjoni tal-1971 meta Malta għaddiet minn Gvern għal ieħor bil-mod li bih jgħaddu demokraziji normali. Dak kien fil-fatt mument millaqwa għal Ġorġ Borg Olivier li wera li l-pajjiż li xtaq u bena kien pajjiż fejn mhux xi politikant ikun sovran, imma jkunu sovrani nnies.

Fl-1981, il-maqlub tas-sovranità tan-nies Fiċ-ċiklu normali tad-demokrazija, fl-1981 reġa’ kien imiss li ssir l-alternanza tal-poter li n-nies ivvutaw għaliha f’dik l-elezzjoni. Imma kien hemm li rrealizzajna li d-demokrazija mhix xi ħaġa awtomatika.

Ħames snin u ħames xhur Għax il-Gvern Laburista li tilef b’mod ċar fl-1981, bil-maġġoranza assoluta tal-voti għand il-Partit fl-Oppożizzjoni, baqa’ mkaħħal mas-siġġu tal-poter mhux ftit ġimgħat jew ftit xhur imma ħames snin u ħames xhur.

Meta politkant jaħseb li tela’ waħdu... L-ewwel u l-uniku Gvern f’Malta sovrana li kien hemm kontra r-rieda tal-poplu wriena kemm hi importanti s-sovranità tan-nies u li ma jistax ikollok sovranità vera meta xi politikant jibda jaħseb li tela’ waħdu, u mhux li tellgħuh in-nies. ...flok li tellgħuh in-nies U hemm ħafna fil-Partit Laburista li jippretenduha ta’ politikanti moderni u jiktbu fil-gazzetti, li fis-snin tmenin imlew lartikli tagħhom bl-iskużi biex jiġġustifikaw l-inġustifikabbli u biex jevitaw l-essenza tad-demokrazija – l-alternanza tal-poter.

Il-Partit Laburista issa bit-tħassir ta’ 68 elezzjoni U hemm illum fil-Partit Laburista nies li kienu żgħar fis-snin tmenin imma li żgur kienu jkunu fuq quddiem isibu l-iskużi kontra d-demokrazija. Għax illum daż-żgħar li wkoll jippretenduha ħafna ħerġin bl-iskużi biex iħassru l-elezzjonijiet ta’ 68 Kunsill Lokali.

Is-sovranità tan-nies mhijiex awtomatika Il-partit politiku li jaħti għall-uniku żmien f’dal-50 sena li ma kellniex demokrazija sħiħa f’Malta, il-Partit Laburista, proprju f’dan l-anniversarju qed iġib l-istess skużi li ġab meta ddemokrazija f’Malta kienet nieqsa. U għalhekk dil-ġimgħa ssovranità tan-nies trid tkun ċelebrata, proprju għax mhi awtomatika xejn.

Mistoqsija lil Transport Malta

Xtaqt nistaqsi jekk jistax xi uffiċjal minn Transport Malta jinfurmana kemm normalment jittieħed żmien biex titwaħħal sistema ta’ traffic lights u fuq kollox meta se jkun lest ixxogħol kollu fuq traffic lights li suppost qed jiġu installati fuq il-pont magħruf bħala l-benniena bejn Raħal Ġdid u lFgura? Ċertament dawn it-traffic lights huma simbolu tal-effiċjenza f’pajjiżna! Kien fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, li wara insistenza mirresidenti u fuq kollox tal-

Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid, beda xogħol fuq it-twaħħil ta’ dawn it-traffic lights. Imma wara ftit jiem ta’ ħidma, ixxogħol twaqqaf ħesrem, u kien eżattament xahar wara, lejn laħħar ta’ Awwissu, li tkompla bi ftit tħaffir u b’naqra żebgħa. L-Erbgħa 10 ta’ Settembru reġa’ sar xi xogħol żgħir ieħor, iżda kollox tħalla lampa stampa u r-residenti qed jittamaw li dawn il-lights tant bżonjużi forsi jkunu lesti qabel il-bidu tas-sena skolastika. Ir-residenti, li jkollhom kuljum jaqsmu ma’ wliedhom minn fuq dan il-pont, u fuq kollox dawk anzjani, iridu joqogħdu attenti speċjalment minn dawk is-sewwieqa li ħafna drabi jużaw din iz-zona bħala ċirkwit fejn jippruvaw il-

25 sena ilu f’In-Nazzjon

veloċità tal-karozza tagħhom. X’qed nistennew? Li jseħħ xi inċident? Kif jgħid il-Malti, l-aħħar li tmut hi t-tama, u wieħed għalhekk jibqa’ jittama li x-xogħol fuq dawn il-lights jiġi finalizzat kemm jista’ jkun malajr, u min jaf, forsi qabel ma tidher din littra fil-ġurnal tiegħek. Wieħed jittama wkoll li meta x-xogħol ikun lest ma jkunx hemm xi daqq ta’ fanfarri u r-residenti ma jirċevux xi nota minn xi persuna distinta jew xi chairman ta’ xi kumitat statali biex jinfurmahom li xxogħol sar grazzi għallimpenn tiegħu. Tal-biki Paola

Fuq il-Fosos tal-Furjana komplew il-festi organizzati mill-PN f’għeluq il-25 anniversarju tal-kisba tal-Indipendenza. Għexieren ta’ tfal, ħafna minnhom bil-bnadar ta’ Malta f’idejhom, attendew rally li sar għalihom u ltaqgħu mal-Prim Ministru u Kap talPartit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. Komplew ukoll id-djalogi politiċi u l-ispettaklu. Anke Bieb il-Belt u diversi toroq prinċipali żżejnu għall-okkażjoni bl-enfasi tkun fuq ilbandiera ta’ Malta u l-kuluri nazzjonali. Imma l-festi l-kbar tal-Indipendenza attiraw ukoll attenzjoni internazzjonali hekk kif lInternational Herald Tribune ppubblikat bi prominenza rapport dwar iċ-ċelebrazzjonijiet f’Malta, ispirata l-aktar mill-fatt li għall-qofol tal-festi kien se jkun preżenti d-Duka ta’ Edinburgh.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

10

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

OPINJONI

50 sena ta’ suċċess

Matul din il-ġimgħa se jkunu qed jilħqu l-qofol tagħhom ilfesti tal-Indipendenza li din issena għandhom sinifikat akbar ladarba qed niċċelebraw il-50 anniversarju mill-kisba ta’ waħda mill-akbar stejjer, jekk mhux lakbar, fl-istorja ta’ pajjiżna. Bla dubju, l-Indipendenza għal pajjiżna fissret li Malta kellha rajha f’idejha u sa fl-aħħar stajna nkunu aħna stess, mingħajr ebda ndħil ta’ ħaddieħor, li niddeċiedu l-mixja tagħna bħala nazzjon. 50 sena ilu kien hemm min kien xettiku li stajna nimxu waħedna u navvanzaw mingħajr il-gwida ta’ ħaddieħor. Effettivament illum nafu aktar minn qatt qabel li dak li ksibna 50 sena ilu kien biss il-bidu ta’ suċċessi kbar li Malta kisbet matul is-snin. L-Indipendenza miksuba mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Ġorġ Borg Olivier kienet iċ-ċavetta sabiex kull Malti u Għawdxi jaħtaf l-opportunitajiet li pajjiżna kien se jkollu matul iż-żmien. Fuq kollox, kienet opportunità unika sabiex bħala nazzjon nesprimu l-kollettiv u l-kapaċitajiet tagħna bħala poplu li hu magħruf sew għallbżulija tiegħu.

tal-fiduċja kbira li l-PN dejjem kellu fil-poplu Malti. Din ilfiduċja kompliet titkattar matul iż-żmien b’numru ta’ kisbiet oħra li komplew isaħħu l-viżjoni politika u soċjo-ekonomika li l-PN dejjem kellu għal pajjiżna. Tabilħaqq li l-Indipendenza hi lakbar festa li pajjiżna għandu jiċċelebra għaliex mingħajr dak li Malta kisbet 50 sena ilu, pajjiżna ma kien jikseb xejn aktar. IlĦelsien tal-gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija, it-tisħiħ tad-demokrazija, id-dħul ta’ Malta fl-UE u fiz-zona ewro ma kinux ikunu possibbli kieku fl1964 ma ksibniex lIndipendenza.

Aktar minn hekk, lIndipendenza kienet il-bidu ta’ suċċessi akbar li pajjiżna kien għad irid jikseb, fosthom ilĦelsien, il-ġlieda għaddemokrazija, il-liberaliżmu fixxandir, l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, id-dħul ta’ Malta fl-Ewropa u eventwalment issħubija fiz-zona ewro. Dawn kollha ġew grazzi għall-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista u għalkemm il-Partit Laburista ta s-sehem biex fost oħrajn pajjiżna kiseb il-Ħelsien f’Marzu tal1979, l-ebda minn dawn it-tragwardi politiċi ta’ pajjiżna ma kien jinkiseb kieku ma kellniex mexxejja politiċi bħal Ġorġ Borg Olivier, Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi li fehmu aktar minn ħadieħor x’għandha tkun it-triq għall-futur ta’ pajjiżna. L-Indipendenza ta’ Malta, miksuba fl-1964, hi konferma

Fl-isfond ta’ dan kollu, wieħed irid jifhem u japprezza x-xogħol kbir li għamel Borg Olivier, speċjalment taħditiet mal-Gvern Ingliż li wasslu biex effettivament kien il-poplu Malti stess li approva lIndipendenza ta’ pajjiżna f’referendum li sar fi Frar tal-1964. Fil-21 ta’ Settembru tal-istess sena, Malta kisbet uffiċjalment l-Indipendenza permezz ta’ Borg Olivier waqt ċerimonja simbolika u li tibqa’ mfakkra flarkivji ta’ pajjiżna, u li saret flArena tal-Indipendenza, ilFurjana, fil-preżenza talPrinċep Filippu, Duka ta’ Edinburgh. Nistqarr li fil-jiem li għaddew laqatni diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil li qal li ‘l-Indipendenza ta’ pajjiżna hi l-indipendenza ta’ kull individwu u għalhekk kull

Christian Micallef

cmicallef@pn.org.mt

L-Indipendenza ta’ Malta, miksuba fl-1964, hi konferma tal-fiduċja kbira li l-PN dejjem kellu fil-poplu Malti. Din il-fiduċja kompliet titkattar matul iż-żmien b’numru ta’ kisbiet oħra li komplew isaħħu l-viżjoni politika u soċjo-ekonomika li l-PN dejjem kellu għal pajjiżna

Simon Busuttil qal li ‘l-Indipendenza ta’ pajjiżna hi l-indipendenza ta’ kull individwu u għalhekk kull wieħed u waħda minna jrid ikompli jaħdem għaliha ta’ kuljum biex l-Indipendenza tibqa’ ħajja matul ħajjitna’

wieħed u waħda minna jrid ikompli jaħdem għaliha ta’ kuljum biex l-Indipendenza tibqa’ ħajja matul ħajjitna.’ Veru każ li kull Malti u Għawdxi għandu jispira ruħu minn dak li ksibna f’dawn l-aħħar 50 sena sabiex fil-50 sena li ġejjin

inkomplu nsaħħu dak li għandna iżda fuq kollox naħtfu u nimirħu fl-opportunitajiet li se jiġu quddiemna. Qatt u ħadd m’għandu jaqta’ qalbu għaliex aħna ċittadini tal-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea. L-istorja ta’ pajjiżna wriet biċ-ċar li d-daqs

ġeografiku ma jagħmilx differenza meta mqabbel malviżjoni u l-ideat li pajjiż ikollu. Ninsab konvint li flimkien, irrelevanti l-kuluri l-politiċi li nħaddnu, nistgħu nkomplu nikbru sabiex 50 sena oħra nkunu aqwa milli aħna llum.


www.maltarightnow.com

11

it-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

OPINIJONI

Ejjew ma nesaġerawx!

Dan l-aħħar l-istampa reġgħet ġabitilna aħbarijiet ‘sensazzjonali’ dwar abbużi fuq it-tfal, kemm minn saċerdot kif ukoll minn sekular li nzerta wkoll membru tas-Soċjetà tad-Duttrina – tal-Museum. Aħbarijiet koroh li huma kundannabbli u li għalihom m’għandu jkun hemm lebda skuża u l-ebda tolleranza. Hekk stqarr il-Papa Franġisku u hekk ħabbret il-Knisja f’pajjiżna. Dan hu aġir li jweġġa’ bl-aktar mod iebes il-qalb u r-ruħ talKnisja Kattolika u lir-reliġjon Nisranija. Għaliex apparti li hija xi ħaġa immorali għall-aħħar, hija xi ħaġa li qed tkun imwettqa minn min suppost jaf ferm aktar minn oħrajn il-ħażen u l-konsegwenzi li aġir bħal dan iġib miegħu. L-ewwel fuq il-vittmi li bosta drabi jkunu persuni vulnerabbli għall-aħħar u anke innoċenti, fuq il-familjari tagħhom u xejn inqas fuq l-istituzzjoni li fiha l-attur ta’ dan l-att kriminali jkun imsieħeb. Fil-każ tagħna hija l-Knisja Kattolika jew l-għaqda reliġjuża. Aktar minn hekk, dawn ikunu nies li suppost ikunu huma stess li jaraw li atti bħal dawn ma jseħħux. Naturalment hemm atti u atti li lkoll iġorru magħhom responsabbiltà relatata mal-gravità tal-att li jkun ġie mwettaq. Ilfraġilità umana tibqa’ dik li hi. U peress li diżgrazzjatament, dawn l-atti twettqu minn membri tal-Knisja, sew kleru jew anke sekulari, dawn iqajmu sensazzjoni kbira. Nerġa’ ngħid, dan mhux xi att leġġer, li qisu mhu xejn, xejn minn dan. Imma ara kemm isiru minn bnedmin u membri ta’ reliġjonijiet differenti, dawk imwettqa minn membri tal-Knisja Kattolika jagħmlu ħoss ferm akbar minn oħrajn. Donnhom il-ġurnali jogħxew meta taslilhom xi aħbar bħal din jew simili. Rajna dan l-aħħar, ġurnal lokali prominenti bil-messaġġ prinċipali tal-ewwel faċċata, iħabbar li bniedem miet waqt li kien ma’ prostituta. Possibbli għal dan il-ġurnal dik kienet laktar aħbar importanti li kien hawn fil-pajjiż? Jien nemmen li atti bħal dawn m’għandhom qatt jiġu injorati jew moħbija. Anzi dawn għandhom jiġu ffaċċjati u investigati kemm jista’ jkun malajr u millawtoritajiet kollha kompetenti ġudizzjarji, kemm tal-Istat kif ukoll tal-Knisja. Ikun ħażin ħafna jekk bl-iskuża ta’ ‘għax miskin’ jew ‘għax kulħadd suġġett għall-iżball’, inħallu lemozzjoni tegħlibna u ma nivvalutawx biżżejjed il-kwistjoni bilgravità kollha tagħha. U dan

Euchar Mizzi

mizzieuchar@gmail.com għandu jsir mill-mument talgħarfien tal-każ sabiex nilqgħulha mill-ewwel. Naturalment dejjem bi prudenza, bis-serjetà u anke bil-karità li biha n-Nisrani għandu jaġixxi. Il-ġustizzja pprattikata, dejjem għandha tieħu l-kors normali, serju u korrett tagħha. Min-naħa tagħna, arana li malli nisimgħu b’xi aħbar bħal din mill-ewwel nibdew niġġudikaw u anke nikkundannaw lil dak li jkun. Dan mingħajr ma nafu xejn x’ġara għajr dak li qalilna l-ġurnal jew li smajna fil-bullettin tal-aħbarijiet dakinhar stess meta ħarġet l-aħbar. Dan huwa ħażin ħafna. Għax min aħna biex nikkundannaw lil dak li jkun? Fejn nafu x’ġara u ma ġarax f’dak il-każ partikulari? Qisu aħna konna hemm u rajna kollox u smajna kollox! Għax ma nħallux lill-awtoritajiet kompetenti kollha jagħmlu xogħolhom bir-reqqa u bil-ġustizzja kollha qabel ma nibdew inċamaw lil dak u lill-ieħor u nżidu u nkabbru u ntawlu l-istorja b’detriment għall-istess akkużat li wara kollox huwa bniedem bħalna u għandu jingħata wkoll id-dritt li jagħti rrakkont u jispjega x’ġara u ma ġarax fil-każ partikulari? Proprju ftit tal-ġimgħat ilu, kellna każ ċar quddiemna ta’ persuna li ġiet mixlija u saħansitra mitfugħa l-ħabs fuq akkuża li tat fastidju sesswali lil bintha. Każ li sab lil dan ir-raġel ħati u ntbagħat il-ħabs. Wara sena, bintu stess iddikjarat pubblikament li x-xhieda li tat fil-qorti kienet waħda fabbrikata fuq insistenza ta’ ommha li riedet (għal raġunijiet ulterjuri) tagħmel ħsara lil żewġha. U proprju rajna lil dan ir-raġel innoċenti jinħeles mill-ħabs u jingħata lura l-libertà. Min minna kien jgħid jew jemmen aktar minn sena ilu, meta kien għaddej ġuri, li dak ir-raġel kien innoċenti? Mhux hekk, imma min jaf kemm xtaqnielu deni u sentenza ta’ ħabs forsi aktar milli fil-fatt intbagħat, mhux hekk?!

Hawn jien nara li hemm bżonn ta’ attenzjoni u kalma kbira meta nisimgħu atti bħal dawn ta’ natura sesswali bħal pedofelija, fastidju sesswali u l-bqija. Filwaqt li m’għandi l-ebda dubju li dawn jeżistu, nibża’ wisq li fissoċjetà tagħna jeżistu wkoll nies li għall-gwadann personali jew biex jagħmlu ħsara lil għajrhom lesti li jagħmlu kollox.

jew jabbuża minna? Assolutament xejn minn dan. Tgħidx kemm konna nieħdu gost nilagħbu flimkien. Allura jekk wieħed għalliem, saċerdot, politiku eċċ, jiltaqa’ ma’ xi ħbieb jew tfal tal-ħbieb u jifraħ bihom u jgħannaqhom ikun qed jabbuża minnhom sesswalment ukoll? Veru li trid toqgħod attent u ma tieħu xejn for granted, iżda lan-

Anke lesti li bniedem jeqirdulu l-karriera u l-missjoni tiegħu. Biex ma ngħidx ukoll li hemm min lest li jivvinta każ li bih jagħmel ħsara lill-Knisja Kattolika. Nieħdu l-każ tas-soċju talMuseum li smajna bih dan laħħar. Jien ma nista’ ngħid xejn bħala fatt għax ma kontx magħhom, iżda membru talMuseum kont, u mmorru ngħumu mas-soċju jew soċji konna wkoll. Min jaf kemm qbiżna fuq xulxin bis-superjur jew is-soċju taħtna jaqla’ qbiż mingħandna għal fuqu. Allura dan kien b’xi mod jagħmel atti sesswali fuqna

qas trid li kull ħaġa li tkun personali, bħal tgħanniqa, bewsa, tifraħ biż-żgħar, terfagħhom u karezzi oħra li normalment huma aċċettabbli fis-soċjetà tagħna, tinterpretahom bħala abbuż jew fastidju sesswali. Nerġa’ ngħid, jien ma nista’ ngħid xejn fuq ħadd għax ma kontx hemm. Jien naf saċerdoti u anke għalliema, sew tal-iskola kif ukoll talgħaqdiet, li llum qed jirrifjutaw li joħorġu weħidhom mat-tfal talklassi tagħhom għax jibżgħu li b’xi mod jiġu mixlija li abbużaw jew taw fastidju sesswali lill-istess tfal. Naf ukoll nies li soltu jagħtu l-privat lit-tfal li ma jaċċet-

Naf saċerdoti u anke għalliema, sew tal-iskola, kif ukoll tal-għaqdiet, li llum qed jirrifjutaw li joħorġu weħidhom mat-tfal tal-klassi tagħhom għax jibżgħu li b’xi mod jiġu mixlija li abbużaw jew taw fastidju sesswali lill-istess tfal

tawx tifel jew tifla weħidhom minħabba l-istess raġuni. Naħseb li dawn għandhom raġun. Issa ngħiduha kif inhi, nies li jikkommettu dawn ir-reati nemmen li mhumiex normali perfettament, u allura ma naħsibx li għandna npoġġu lil kulħadd f’keffa waħda u niddubitaw f’kulħadd, għax mhuwiex il-każ. Aktar u aktar mhux il-każ li nibdew nikkundannaw lis-Saċerdoti, lill-Knisja, lil tal-Museum eċċ, għax xi ħadd mill-membri tagħhom forsi jkun żbalja u ninsew kompletament lill-eluf loħrajn kollha li tant għamlu u għadhom sal-lum jagħmlu ġid magħna, ma’ wliedna u mal-proxxmu kollu. Huwa sewwa dan? Min ma jirrikonoxxix il-ġid tremend li l-Knisja tagħna wettqet mal-poplu tagħna, mhux biss dak Nisrani imma ma’ kulħadd? Min ma jagħrafx il-ġid spiritwali li s-Soċjetà tal-Museum għamlet magħna u ma’ wliedna? Mela ma jkunx aħjar li flok ma niġġudikaw u nikkundannaw, nuru mogħdrija, ħniena u mħabba ma’ dawk kollha involuti u nitolbu għalihom? Fl-istess waqt inħallu l-ġustizzja tagħmel ixxogħol tagħha bil-kalma u bilkorrettezza li każi bħal dawn jimmeritaw. Is-silenzju virtù importanti għall-kontroll talħsara li tkun diġà saret. Ejjew ma nkabbrux l-affarijiet aktar milli fil-fatt huma! Ejjew ma nesaġerawx!


12

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

Impenn internazzjonali kontra l-IS

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

FRANZA

Waqt summit li sar f’Pariġi, 30 pajjiż impenjaw ruħhom biex jgħinu lill-Iraq jiġġieled kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku bilmezzi kollha neċċessarji. Dan fost indikazzjonijiet li xi pajjiżi Għarab lesti wkoll jipparteċipaw b’mod militari kontra l-militanti li qed jinfirxu madwar il-Lvant Nofsani. Fi stqarrija konġunta li nħarġet fi tmiem il-laqgħa, ilMinistri tal-Affarijiet Barranin li pparteċipaw qalu li kienu lesti jagħtu l-appoġġ militari li hemm bżonn lill-Iraq. Il-laqgħa ssejħet biex ikun hemm strateġija komuni kontra l-militanti Iżlamiċi. Hi saret hekk kif John Kerry, isSegretarju tal-Istat Amerikan, għamel żjara fil-Lvant Nofsani biex isaħħaħ l-appoġġ. Il-qtil fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ta’ David Haines, ħaddiem umanitarju Ingliż, millmilitanti Iżlamiċi kompla saħħaħ id-determinazzjoni ta’ azzjoni konkreta kontra l-militanti. Fil-ftuħ tal-laqgħa, ilPresident Franċiż Francois Hollande qal li t-theddida tal-IS kienet theddida globali u l-kommunità internazzjonali ma setgħetx taħli aktar ħin biex tikkonfronthom. Is-servizzi sigrieti Amerikani qed jikkalkulaw li fl-Istat Iżlamiku (li qabel kien magħruf bħala ISIS) hemm bejn 20,000 u 30,000 ġellied mifruxa bejn lIraq u s-Sirja. Ftit qabel ma għalqet il-konferenza, Franza żvelat li kienet diġà bdiet titjiriet ta’ spjunaġġ fuq l-Iraq. F’Awwissu, ir-Renju

Ġellieda tal-ISIS jew Stat Iżlamiku fis-Sirja.

Unit kien żvela li kien diġà qed jagħmel titjiriet fuq l-Iraq biex jgħasses il-movimenti tal-IS. Issa, anki pajjiżi Għarab huma lesti li jwettqu attakki mill-ajru kontra l-militanti Iżlamiċi. Min-naħa l-oħra, it-Turkija qalet li kienet lesta tippermetti biss li jsiru titjiriet umanitarji u ta’ loġistika mill-bażijiet tanNATO f’pajjiżha. Fi tmiem il-laqgħa ta’ Pariġi,

Coffee Morning

Organizzat mill-APAN

nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru

f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz €7; ikel u trasport inkluż.

Għall-bookings ċemplu lil Antoinette Vella

fuq 21420513 jew 99290364 jew lil xi ħadd mill-helpers

Mara Nisranija Iraqina minn Qaraqosh f’kamp għar-refuġjati f’Erbil minn fejn kienet sfurzata taħrab meta l-militanti Iżlamiċi ħadu l-kontroll tar-raħal tagħha.

Kerry qal li kien kuntent bilwegħdiet li saru imma ftit li xejn inkixef x’inhuma. L-qafas talvjaġġ li għamel fil-Lvant Nofsani kienet dikjarazzjoni li kienet saret waqt li kien flGħarabja Sawdija minn għaxar Gvernijiet Għarab li qablu li jaħdmu flimkien kontra l-Istat Iżlamiku. B’kollox hu stmat li hemm 40 pajjiż li, b’xi mod jew ieħor, impenjaw ruħhom kontra l-militanti Iżlamiċi. L-istrateġija Amerikana filkonfront tal-militanti Iżlamiċi tidher li tinkludi kemm azzjoni diretta militari imma anki ħidma

biex nies minn madwar id-dinja ma jitħallewx ikomplu jmorru jissieħbu mal-grupp kif ukoll li jitwaqqaf il-finanzjament talgrupp. Il-konferenza ta’ Pariġi kellha, bħala skop ewlieni, x’inkarigu se jkollu kull pajjiż f’din ilkoalizzjoni. Koalizzjoni li fiha m’hemmx la s-Sirja u lanqas l-Iran. Hemm inċertezza dwar jekk hemmx kooperazzjoni mal-Iran. Hemm indikazzjonijiet ta’ xi forma ta’ kooperazzjoni informali malIstat Uniti għalkemm Kerry insista li ma kien hemm ebda ħidma konġunta.

It-Tnejn, l-Ayatollah Ali Khamenei, il-mexxej suprem Iranjan, qal li l-Istati Uniti kienet talbet il-kooperazzjoni Iranjana permezz talAmbaxxatur Amerikan fl-Iraq imma hu ma riedx. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Awstralja ħabbret li kienet se tibgħat 600 suldat u tmien ajruplani tal-gwerra lejn lEmirati Għarab Maqgħuda bi thejjija għal azzjoni militari flIraq. Imma Kerry qal li għalissa listati Uniti ma kienitx qed tippjana għal intervent minn truppi barranin fl-Iraq.

Il-Papa Franġisku jinsab filmira tal-militanti iżlamiċi talIstat Iżlamiku. Dan stqarru Habeeb Al Sadr, lAmbaxxatur tal-Iraq għallVatikan. Filwaqt li l-Papa jista’ jkun mira dejjem kienet possibbiltà, din hi l-ewwel darba li uffiċjal għoli kkonferma dan u ta indikazzjoni li hemm thed-

dida konkreta. Al Sadr qal dan waqt intervista li ta lill-ġurnal Taljan ‘Il Messaggero’. F’dawn l-aħħar ġimgħat, Il-Papa kkundanna lpersekuzzjoni mdemmija li qed issir fuq l-Insara fil-Lvant Nofsani. F’dawn l-aħħar ġimgħat feġġew diversi rapporti li lPapa kien fil-mira imma qatt

minn sors uffiċjali bħal m’hu l-Ambaxxatur mill-Iraq. Dwar dawn ir-rapporti l-Vatikan uffiċjalment kien stqarr li dawn ma kienux ta’ tħassib partikolari għall-Vatikan. Abu Bakr al-Baghdadi, ilmexxej tal-Istat Iżlamiku, kien stqarr li fost il-miri talmoviment tiegħu hemm li jaħkem Ruma.

Il-Papa fil-mira tal-militanti Iżlamiċi


www.maltarightnow.com

13

It-Tlieta,16 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Cameron f’appell imqanqal lill-Iskoċċiżi IR-RENJU UNIT

Hekk kif nhar il-Ħamis se jsir ir-referendum storiku dwar lindipendenza tal-Iskozja, kemm il-Prim Ministru Ingliż David Cameron kif ukoll Alex Salmond, il-First Minister talIskozja, rrankaw l-impenji tagħhom kontra u favur lindipendenza. Ilbieraħ, Cameron għamel appell imqanqal lill-Iskoċċiżi biex jivvutaw kontra. Dan hekk kif, f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm tħassib serju f’Londra hekk kif l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika beda juri distakk żgħir bejn iż-żewġ naħat. Jekk wieħed kellu jgħaqqad l-istħarriġ talopinjoni pubblika li ħareġ fi tmiem il-ġimgħa, dawk kontra għandhom medja ta’ 51 fil-mija tal-appoġġ, filwaqt li dawk favur kellhom l-appoġġ ta’ 49 fil-mija.

Ilbieraħ kienet it-tieni darba li Cameron żar l-Iskozja f’temp ta’ ħamest ijiem. Hawn hu insista li l-vot tal-Ħamis ma kienx dwar jekk l-Iskozja hijiex nazzjon imma dwar żewġ ideat għallġejjieni tal-Iskozja. Hu insista wkoll li jekk ikun hemm vot favur l-indipendenza, d-deċiżjoni ma tkunx tista’ tinbidel u r-Renju Unit jinqasam. Anki Ed Miliband, il-kap talPartit Laburista li jinsab flOppożizzjoni, se jmur l-Iskozja biex iħeġġeġ vot kontra. Ilġimgħa li għaddiet hu qatta’ tlett ijiem fl-Iskozja jħeġġeġ il-partitarji biex ma jivvutawx favur. Jekk l-Iskozja ssir indipendenti, il-Partit Laburista jitlef ħafna mill-appoġġ li jgawdi minnu bħalissa. Il-Ħamis, erba’ miljun persuna

se jintalbujwieġbu mistoqsija sempliċi imma b’konsegwenzi kbar, dwar jekk iridux li l-Iskozja isir pajjiż indipendenti. Salmond, li jiġi l-ekwivalenti ta’ Prim Ministru għall-Iskozja u hu wkoll il-mexxej tal-iScottish National Party, min-naħa tiegħu qed jinsisti li dan il-vot kien opportunità ta’ darba biex ilpajjiż jieħu d-destin f’idu. Fuq iż-żewġ naħat tal-kampanja qed jingħaqdu personalitajiet biex jagħtu l-appoġġ tagħhom. Fost dawk li ngħaqdu ma’ dawk kontra f’dawn l-aħħar ġranet hemm l-eks plejer tal-football David Beckham filwaqt li lĦadd, ir-Reġina Eliżabetta kkummentat dwar il-vot b’mod informali u qalet li tittama li nnies jaħsbu sew dwar il-ġejjieni meta jmorru jivvutaw.

Messaġġ imħallat…Posters favur u kontra l-indipendenza fuq tieqa f’Edinburgh. (ritratt EPA)

Traġedja oħra fost l-immigranti IL-LIBJA

L-OLANDA: Vetturi tal-forzi Alleati tat-Tieni Gwerra waqt parata f’Eindhoven biex tfakkar is-70 anniversarju ta’ Operation Market Garden, l-invażjoni tal-Olanda u l-Ġermanja f’Settembru tal-1944 u li kienet l-akbar ħidma tax-xorta tagħha fil-Gwerra. (ritratt EPA)

Qed isir tfittix intensiv f’ibħra Libjani barra Tajoura fil-Lvant ta’ Tripli wara li lanċa mimlija immigranti għerqet. S’issa, l-awtoritajiet Libjani rnexxielhom issalvaw tal-anqas 36 persuna iżda l-indikazzjonijiet huma li abbord il-lanċa kien hemm madwar 250 persuna. Ayub Qassem, kelliem għallQawwa tal-Baħar Libjana, qal li fil-baħar kien hemm diversi katavri. Dan seħħ hekk kif hemm rapporti li fl-ibħra madwar Malta għerqet lanċa b’madwar mijiet ta’ immigranti.

Minn mindu reġa sploda lġlied fil-Libja, kien hemm żieda fl-ivjaġġar mil-Libja lejn l-Ewropa. Apparti l-kobor talkosta Libjana, dak li għad fadal mill-militar Libjan għandu ftit riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu u spiss jissellef laneċ mis-sajjieda beix imur ifittex ilkatavri fil-baħar jew issalva limmigranti li jkunu f’diffikultà. L-Italja kienet qed tgħin permezz ta’ Mare Nostrum imma issa dan se jitwaqqaf u qed isiru diskussjonijiet biex l-Unjoni Ewropea tibda tagħmel rondi fil-Mediterran minflok l-Italja biex issalva l-immigranti.


www.maltarightnow.com

14

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Thedded li tikxef aktar dwar Hollande FRANZA

Valerie Trierweiler, l-eks maħbuba tal-President Franċiż u li f’dawn l-aħħar ġranet ħarġet ktieb dwar l-aħħar ġranet tarrelazzjoni, heddet li tippubblika aktar dettalji. Hi kienet qed tirreferi għal SMSs li kien bagħtilha rigward l-istmerrija li għandu għall-fqar. Trierweiler, li għandha 49 sena, fil-ktieb tagħha, Merci Pour Ce Moment (Grazzi ta’ dan il-mument), kienet sostniet li Francois Hollande, minkejja li Soċjalist, kellu stmerrija għallfqar. Kummenti li qanqlu polemika u dawk qrib lPresident insistew li hi kienet qed tigdeb. Imma issa ħbieb tagħha żvelaw li hi kienet żam-

met il-SMSs li kien jibgħat; partikolarment meta kien jirreferi għalihom bħala “les sans dents” (dawk bla snien). Fil-ktieb tagħha hi kienet sostniet li hu pubblikament kien jippreżenta ruħu bħala wieħed li kien jobgħod is-sinjuri imma filverità ma kienx iħobb il-fqar u kien jirreferi għalihom bħala “dawk bla snien”. Hollande, li għandu 60 sena, kien temm ir-relazzjoni ta’ seba’ snin ma’ Trierweiler f’Jannar wara li kien inkixef li kien qed jara lill-attriċi Julie Gayet bilmoħbi. Il-ktieb ta’ Trierweiler sar bestseller fi Franza u l-kopji kollha nħatfu.

SPANJA: Membri tal-Urdaibai trainera jiċċelebraw wara li rebħu tellieqa tradizzjonali magħrufa bħala Bandera de la Conha f’San Sebastian. It-trainera hi lanċa tradizzjonali li kienet tintuża biex iġġorr il-ħut li kien jinqabad mil-laneċ il-kbar. (ritratt EPA)

Isostni li l-bdot għamel suwiċidju IL-KAŻ TAT-TITJIRA MH370

Il-bdot tal-ajruplan talMalaysian Airlines fuq Titjira MH370 aktarx qatel lilu nnifsu u dawk kollha abbord meta tefa’ lprovvista tal-ossiġnu f’dak li hu s-sitt każ simili fil-qasam talavjazzjoni. Dan qed isostnih Ewan Wilson, il-kap tal-Kiwi Airlines. Hu jemmen li Zaharie Ahmad Shah ippjana dan kollu minn qabel u biex jagħmel hekk, kellu jaqfel l-assistent bdot barra millkabina tal-pilotaġġ. Wilson qal li hu eżamina kull possibbiltà ta’ x’seta’ ġara abbord it-titjira li għebet misterjożament f’Marzu u jemmen li Shah, li kellu 53 sena, kien responsabbli

għall-mewt tal-227 passiġġier u 12-il membru tal-ekwipaġġ li kien hemm abbord. Waqt laqgħa li saret f’Birmingham fir-Renju Unit, Wilson qal ukoll li tul dawn laħħar snin kien hemm ħames każi simili madwar id-dinja. Każi li Wilson sostna swew il-ħajja ta’ 422 persuna u, bil-każ Malasjan, dawn jitilgħu għal 661 persuna. Wilson, li hu wkoll investigatur tal-inċidenti tal-ajruplani u hu bbażat fi New Zealand, qal li għalkemm meta tinqata’ lprovvista tal-ossiġnu, awtomatikament ikun hemm ilmaskri biex wieħed ikun jista’ jieħu n-nifs, din il-provvista

sservi biss 20 minuta. Dan apparti li jekk il-passiġġieri kienu reqdin, dawn intilfu minn sensihom wara ftit minuti. Hu jemmen li imbagħad niżżel l-ajruplan filbaħar u aktarx irnexxielu jagħmel dan billi żamm l-ajruplan kważi sħiħ. Din it-teorija hi l-frott talewwel studju indipendenti filkaż. Investigazzjoni millAustralian Transport Safety Bureau (ATSB) ukoll qal li aktarx il-passiġġieri mietu minħabba nuqqas ta’ ossiġnu. Imma s’issa għadu ma nstab xejn mill-ajruplan, lanqas fejn niżel.


www.maltarightnow.com

15

It-Tlieta,16 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Lejn gvern ta’ minoranza L-IŻVEZJA

Kien hemm taqliba politika fl-Iżvezja wara l-elezzjoni ġenerali tal-Ħadd. F’din l-elezzjoni, il-partit estremista, id-Demokratiċi Żvediżi, sar it-tielet l-akbar partit fil-pajjiż u s-Soċjal Demokratiċi rebħu l-akbar ammont ta’ voti imma mhux ilmaġġoranza. Bil-mod kif żvolġa l-vot, ifisser li fil-pajjiż se jkun hemm gvern ta’ minoranza. Fl-ewwel diskors tiegħu,

Stefan Lofven, il-Kap tasSoċjal Demokratiċi u li mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid, insista li fil-pajjiż kien se jkun hemm gvern li jista’ jaħdem. Id-Demokratiċi Żvediżi, li mexxew kampanja kontra limmigrazzjoni, irduppjaw ilvoti fl-elezzjoni tal-Ħadd biex ġabu total ta’ 13 fil-mija talvoti. It-tliet partiti ewlenin taċ-ċentru xellug bejniethom ġabu 43 fil-mija tal-voti filwaqt li ċ-ċen-

tru lemin tal-eks Prim Ministru Fredrik Reinfeldt, li rriżenja uffiċjalment ilbieraħ, ġab 35 filmija tal-voti. Din l-elezzjoni kienet ukoll lewwel darba li Lofven, li kien welder, kien elett. Fl-ewwel diskors tiegħu, hu eskluda kull kooperazzjoni madDemokratiċi Żvediżi, partit li għandu l-għeruq tiegħu filmoviment Nażista Żvediz. Minflok, Lofven indika li kien se jfittex kooperazzjoni ma’

żewġ partiti żgħar miċ-ċentru lemin u li flimkien għandhom 11 fil-mija tal-voti – li jwasslu għal koalizzjoni ta’ gvern qrib maġġoranza. L-indikazzjonijiet huma li lGvern ta’ Lofven se jkun wieħed imdendel peress li mhux se jkollu maġġoranza. L-alleat tradizzjonali, il-Partit tal-Ħodor, ġab madwar sitta fil-mija tal-voti. It-telfa kienet waħda iebsa għal Reinfeldt, li kien imfaħħar ħafna fuq ix-xena internazzjon-

ali għall-mod kif mexxa l-pajjiż tul il-kriżi ekonomika internazzjonali tul it-tmien snin li kien ilu jmexxi l-pajjiż. Imma filpajjiż kien hemm ħafna lmenti għall-mod kif kienu majnaw isservizzi pubbliċi. Anki dak ta’ Reinfeldt kien gvern ta’ minoranza imma dan kien igawdi mill-appoġġ talestremisti tal-lemin, li minkejja ebda kooperazzjoni formali, kważi dejjem ivvutaw favur ilgvern tiegħu.

L-AWSTRALJA: Waħda mill-iskulturi ta’ Swell Sculpture Festival f’Currumbin Beach, il-Gold Coast, fi Queensland. Din hi t-12-il sena li qed issir din il-wirja li fiha hemm 66 skultura minn artisti Awstraljani u internazzjonali (ritratt: EPA)

Tarbija tintrema fi skip FRANZA

Tifla ta’ 14-il sena qed tinżamm taħt arrest mill-Pulizija wara li kienet welldet tarbija u mbagħad ħallietha fi skip maħsuba għall-ħġieġ. Il-każ imur lura għal Lulju meta persuna f’Rouvroy kienet semgħet it-tarbija tibki fl-iskip. Minkejja l-feriti li ġarrbet millħġieġ imkisser u l-kesħa, it-tarbija, li ngħatat l-isem ta’ Emma, irnexxielha ssalva. Tul dawn l-aħħar xhur, il-

Pulizija Franċiża użat teknoloġija avvanzata biex tfittex lillomm u f’dawn l-aħħar ġranet hi kienet individwata. Issa hemm probabbiltà kbira lomm se tkun akkużata b’attentat ta’ qtil. Jidher li hi ħbiet il-fatt li kienet tqila mill-familja tagħha u anki l-ħbieb, u kienet għamlet riċerka fuq l-internet dwar x’wieħed irid jagħmel jekk iwelled waħdu. Rapporti fil-media Franċiża

qalu li l-omm kienet ġejja minn familja tajba u kienet studenta tajba fl-iskola. Barra minn hekk, l-awtoritajiet qed iħeġġu linnies biex ma jgħaġġlux u jikkundannawha għal dak li għamlet. Aktar kmieni dan is-sajf flajruport ta’ Orly f’Pariġi kien hemm każ simili. Mara kienet welldet tarbija fl-ajruport u ħallietha hemm. F’dan il-każ għadu mhux ċar jekk instabitx l-omm.

Spekulazzjoni dwar Clinton L-ISTATI UNITI

Irrankat l-ispekulazzjoni dwar jekk Hillary Clinton hix se tikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fl-2016. Dan hekk kif żaret listat ta’ Iowa, stat Amerikan meqjus simboliku fl-elezzjoni għall-President Amerikan. Hi rritornat f’Iowa għallewwel darba mill-kampanja elettorali tal-2008 kontra Barack

Obama. Ir-raġuni kienet biex tattendi għal attività tal-Partit Demokratiku. Iowa hu l-istat li jagħti bidu għas-sensiela ta’ elezzjonijiet interni tal-partiti Amerikani biex jintgħażel min se jikkontesta l-elezzjoni. Hillary Clinton waqt l-attività qalet li kienet għadha qed taħseb dwar jekk tikkontestax jew le.


www.maltarightnow.com

16

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

INTERVISTA

Għandu jkun hemm sistema aktar ġusta li ma tkissirx karriera u reputazzjoni ta’ bniedem F’intervista ma’ In-Nazzjon, Kevin Bonello, il-President talMalta Union of Teachers (MUT), jitkellem dwar il-każi ta’ allegat abbuż fuq it-tfal u kif dawn ilkażi qed ikunu trattati millPulizija. Hu qal li l-MUT trid li jekk ikun hemm abbuż, jiġi investigat u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa. Min-naħa l-oħra, m’għandux ikun hemm sistema aperta li wieħed jaqbad u jagħmel allegazzjoni mingħajr lebda provi ta’ xejn u li lil dak li jkun tħassarlu l-karriera u r-reputazzjoni tiegħu, għax din tkun inġustizzja kbira u qed jitkissru ħafna nies. Kevin Bonello qal li dan hu t-tħassib ewlieni talMUT. Hu jsemmi każ serjissimu f’Għawdex fejn bla ebda investigazzjoni ta’ xejn, kienet arrestata persuna. Il-każ ilu fuq tliet snin għaddej fil-Qorti. Din il-persuna spiċċat li biex tnaddaf isimha, ilha dawn is-snin kollha u jidher li għad fadal aktar. Flintervista hu jwieġeb mistoqsijiet ukoll dwar is-sigurtà fl-iskejjel, l-introduzzjoni tat-tablets u lkoedukazzjoni. L-intervista saret minn Charles Muscat. L-MUT dan l-aħħar kitbet lillPrim Ministru għax tinsab imħassba dwar kif każi ta’ allegat abbuż fuq it-tfal qed ikunu trattati mill-Pulizija, speċjalment f’dak li jikkonċerna lill-edukaturi. Għaliex dan it-tħassib? Qishom jeżistu proċeduri differenti u qisu jiddependi fejn int tirrapporta każ. Jidher li f’xi każi qed issir investigazzjoni preliminari u l-Pulizija qed tagħmel biċċa xogħol tajba fis-sens li ladarba tinduna li hemm fuqiex tmexxi, tagħmel il-każ. Imbagħad jidher li hemm proċedura oħra li inti taqbad u tagħmel allegazzjoni u dwar din l-allegazzjoni kważi ma ssir l-ebda investigazzjoni u bażikament bla investigazzjoni ta’ xejn jinħareġ l-arrest u qed jitkissru ħafna nies. It-tħassib kien li aħna l-ewwel nett nixtiequ li jekk ikun hemm abbuż, jiġi investigat u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa. Minnaħa l-oħra, nixtiequ li ma jkunx hemm sistema aperta li wieħed jaqbad u jagħmel allegazzjoni mingħajr l-ebda provi ta’ xejn u li lil dak li jkun inħassrulu karriera u r-reputazzjoni tiegħu, għax din tkun inġustizzja kbira. Dan hu ttħassib ewlieni tagħna. Għaliex l-MUT qed titlob biex isiru l-bidliet meħtieġa filliġi biex il-partijiet kollha

konċernati jkunu protetti millabbuż tas-sistema li skont lMUT hi mimlija difetti? L-ewwel nett se nieħu n-naħa ta’ min ikun abbużat. Illum għandek liġijiet li mhumiex ċari ħafna, pereżempju waħda millaffarijiet li aħna ilna ngħidu ħafna hi li għandu jkun hemm leġiżlazzjoni fuq cyber bullying, fuq cyber crime u affarijiet bħal dawn. Leġiżlazzjoni speċifika li tipproteġi lil min hu vittma. Minnaħa l-oħra l-liġijiet iridu jkunu ċari wkoll anke biex tipproteġu lil min hu preżunt innoċenti, għax aħna f’dan il-pajjiż, bniedem hu preżunt innoċenti sakemm jinstab ħati. Aħna nixtiequ li l-liġi l-ewwel nett tkun iċċarata f’kull aspett tagħha biex jekk issir allegazzjoni fuq persuna, hi min hi, tista’ tkun għalliem jew voluntier, sakemm ma jkunx hemm provi ċari fuqiex tmexxi, il-każ isir skont kif hemm bżonn u skont kif ikun mibni. Imma s-sitwazzjoni llum qiegħda b’mod li wieħed jista’ jagħmel allegazzjoni li tħassar irreputazzjoni ta’ persuna, mingħajr lanqas biss għandek xejn x’jissustanza dak li qed tgħid. Għandna każ serjissimu f’Għawdex fejn bla ebda investigazzjoni ta’ xejn kienet arrestata persuna. Il-każ ilu fuq tliet snin għaddej fil-Qorti. Din il-persuna spiċċat li biex tnaddaf isimiha, ilha dawn is-snin kollha u jidher li għad fadal aktar. Biss biss, ngħidlek li l-aħħar seduta tal-Qorti kienet għall-ħabta ta’ Mejju li għadda u kienet differita għal Novembru għaliex l-Ispettur partikulari ma setax jattendi. Din

– Kevin Bonello – Il-President tal-MUT

Dwar il-koedukazzjoni, Kevin Bonello qal li ‘bħala prinċipju dejjem qbilna li jkun hemm koedukazzjoni anke għaliex ir-riżultati internazzjonali juru li meta jkun hemm sistemi ta’ dan it-tip, it-tfal dejjem avvanzaw. Iddispjaċuti għaliex il-proġett pilota sar kif sar’

jkun li jitlef il-każ, imma safrattant dan hu pajjiż żgħir, kulħadd jaf lil kulħadd u lill-persuna nkunu għamilnielha ħafna ħsara, kemm ħsara morali kif ukoll

Dan hu pajjiż żgħir, kulħadd jaf lil kulħadd u l-persuna nkunu għamilnielha ħafna ħsara, kemm ħsara morali kif ukoll psikoloġika

hi inġustizzja kbira. Jien nemmen li jekk għandu jkun hemm każ, wieħed għandu jipproteġi lil kulħadd, imma jrid ikun hemm sistema li ma tagħtix lok għal abbuż, għax dak hu li qed jiġri. Bħalissa hawn lok għal abbuż għax nista’ naqbad, immur flewwel għassa tal-Pulizija li nsib, nagħmel allegazzjoni fuq xi ħadd, hu min hu, din il-persuna li lanqas tkun taf xejn, issib ilPulizija d-dar, tkun arrestata u tispiċċa l-Qorti u tagħmel is-snin. Jista’ jkun jirbaħ il-każ jew jista’

psikoloġika. Jiġifieri n-nies ibatu ħafna. Jien nemmen li għandu jkun hemm sistema li hi ġusta kemm għall-vittma u anke għal min ikun akkużat. L-MUT mhix teskludi li jinħarġu direttivi fis-sena skolastika li se tibda ftit ġimgħat oħra jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi. X’qed tistenna l-MUT? Fit-22 ta’ Settembru għandna laqgħa mal-Ministru talEdukazzjoni u mal-Ministru talĠustizzja u aħna qed nistennew li jkun hemm committment mill-

partijiet kollha biex ikunu ċċarati dawn l-affarijiet li qed iħassbu lil ħafna nies. Mhux biss qed iħassbu lil ħafna għalliema, imma anke ħafna voluntiera li jaħdmu mat-tfal. Anke ġenituri li għaddew minn dawn it-trawmi. Jekk aħna naraw li mhux se jintlaħaq ftehim, aħna bilfors bħala union inkollna nagħtu d-direttivi kollha possibbli biex nipproteġu lintegrità u l-professjonaliżmu tan-nies li nirrappreżentaw. Dawn id-direttivi jiddependu mill-eżitu tal-laqgħa li se ssir dalwaqt. Dwar is-sigurtà fl-iskejjel, lMUT kuntenta bis-sitwazzjoni preżenti fid-dawl ta’ diversi inċidenti ta’ theddid fuq l-għalliema li seħħew dan l-aħħar? Dwar il-kwistjoni tas-sigurtà fl-iskejjel ilna madwar seba’ snin ngħidu li għandu jkun hemm persuna responsabbli mis-sigurtà f’kull skola u s’issa qatt ma sar xejn. Niftakar li l-gvern preċedenti qabel l-elezzjoni ġenerali li

għaddiet kien ħejja studju tajjeb ħafna dwar x’jeħtieġu l-iskejjel kollha tal-Istat, mhux biss bħala staff, imma anke titjib tal-post bħalma huma r-reception areas. L-istudju sar u fil-fehma tagħna kien studju tajjeb tant li waħda mill-affarijiet li ħarġu minnu kienet li l-kapijiet tal-iskejjel ma xtaqux li jkollhom persuna bluniformi, imma riedu persuna li tintegra mal-istaff, għal bżonn anke tagħmel affarijiet oħra, imma fl-istess ħin tkun imħarrġa fis-sigurtà ħalli jekk jinqala’ inċident, tkun tista’ taġixxi. Għallgrazzja t’Alla fl-iskejjel l-inċidenti ma jsirux kuljum, imma importanti li meta jinqalgħu, kif ġieli nqalgħu, ikun hemm xi ħadd li jista’ jieħu azzjoni. Fil-verità, listudju sar, imma sal-lum ma kien attwat xejn minnu, la n-nies tassigurtà, la reception areas fejn kellhom isiru u ma sar assolutament xejn. għal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

INTERVISTA

Mhux eskluż li jkun hemm direttivi jekk ma jintlaħaqx qbil biex ikunu protetti l-integrità u l-professjonaliżmu tal-membri tal-MUT Dwar il-kwistjoni tat-tablets, l-MUT qalet li hemm bżonn li jkunu ċċarati aktar punti tekniċi qabel din tidħol fis-seħħ

minn paġna 16

Aħna erġajna ġbidna l-attenzjoni tal-Ministeru talEdukazzjoni u tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fuq dan u anke li kien hemm l-istudju u wegħduna li se jerġgħu jidħlu fih. Sal-lum imma, għad m’hemm l-ebda riżultat. F’dak li jirrigwarda l-introduzzjoni tat-tablets għall-istudenti, l-għalliema huma mħarrġa biżżejjed għal dan il-pass? L-għalliema mhumiex imħarrġa imma hemm numru minnhom li qed jagħmlu lproġett pilota, jiġifieri dawn huma mħarrġa u qed jagħtu lfeedback tagħhom u minn Ottubru li ġej se jibdew it-tablets fil-klassi tagħhom stess bħala proġett pilota wkoll. L-idea hi li malli jispiċċa l-proġett pilota, lgħalliema li kienu fih jagħtu lfeedback lid-Dipartiment talEdukazzjoni dwar liema applications sabu utili u dwar x’għandhom bżonn, imbagħad il-Gvern is-sena ta’ wara joħroġ it-tender. Ovvjament, jekk joħroġ it-tender,

aħna nistennew li mbagħad ikun hemm ċertu taħriġ bażiku. Filverità llum tista’ tgħid li lmaġġoranza tan-nies jafu kif iħaddmu xi forma elettronika ta’

ba li hemm ċerti features li bilfors jeħtieġ it-taħriġ għalihom. Waħda mill-affarijiet li l-MUT qajmet bħala punti hi li jekk jien pereżempju għalliem li qed

tablet. Imma iva, hemm bżonn li tal-inqas ikun hemm taħriġ bażiku. Nistennew li ladarba mill-proġett pilota ngħaddu għattender u għalhekk ikun hemm rolling-out fuq skala nazzjonali dan mhux qed nitkellmu biss fuq l-iskejjel tal-Istat, imma fuq liskejjel kollha tal-pajjiż, inkluż tal-Knisja u skejjel indipendenti importanti li l-għalliema jkunu mħarrġa x’għandhom fit-tablet u kif jistgħu jużawh. Dan minħab-

ngħallem l-Ingliż fuq it-tablet u għandi klassi ta’ 25 student, kif nista’ nkun ċert li dak l-istudent ta’ wara, fuq it-tablet tiegħu għandu l-ktieb tal-Ingliż u mhux, għall-argument, qiegħed fuq linternet. Dawn huma affarijiet li wieħed irid jieħu ħsiebhom. Aħna minnaħa tagħna l-concerns tagħna wassalniehom lid-Dipartiment li ħa nota tagħhom, il-proġett pilota suppost qiegħed jintegra dawn il-

Il-gvern preċedenti, qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien ħejja studju tajjeb ħafna dwar x’jeħtieġu l-iskejjel kollha tal-Istat, mhux biss bħala staff, imma anke titjib tal-post bħalma huma r-reception areas

ħsibijiet u issa naraw kif immorru. Fis-sena skolastika l-ġdida mistennija tiżdied is-sitema talkoedukazzjoni fejn studenti bniet u subien ikunu fl-istess klassi fl-iskejjel tal-Gvern. X’inhi l-pożizzjoni tal-MUT dwar dan il-pass u l-iskejjel huma ppreparati? Dan hu dibattitu interessanti ħafna. Aħna bħala prinċipju dejjem qbilna li jkun hemm koedukazzjoni anke għaliex ir-riżultati internazzjonali juru li meta jkun hemm sistemi ta’ dan it-tip, it-tfal dejjem avvanzaw. Aħna li jiddispjaċina hu li l-proġett pilota sar kif sar, imbagħad qalulna li ma kiex proġett pilota, imma dawn affarijiet li saru. Fil-verità, kull skola sekondarja issa se ddaħħal sistema ta’ koedukazzjoni u dan hu pass importanti. Jien nittama li matul din issena, billi din hi l-ewwel darba, ma narax li l-għalliema se jkollhom diffikultajiet għaliex filmaġġoranza assoluta tagħhom lgħalliema huma mħarrġa biex jgħallmu bniet u subien u għal-

hekk m’għandux ikollhom diffikultà. Barra minn hekk issuġġetti se jibqgħu l-istess. Ovvjament hemm ċerti affarijiet f’dak li jirrigwarda l-loġistika. Eżempju, semmejna s-sigurtà, meta għandek skejjel li għandhom ċerti binjiet li mhumiex mantnuti tajjeb ħafna. Aħna kellna skola primarja fejn ħarab tifel ta’ tliet snin, aħseb u ara jkollok skola sekondarja bi tfal aktar maturi u aktar fuq tagħhom. Importanti issa li matul din is-sena, lill-kapijiet taliskejjel irridu nisimgħuhom, niltaqgħu magħhom, kemm aħna bħala union kif ukoll il-Gvern, biex jekk ikun hemm xi affarijiet li jistgħu jsiru aħjar, nagħmluhom aħjar u mhux noqogħdu nistennew sakemm jiġi l-Baġit u ħafna titubar u ma nagħmlu xejn. Għax hemm il-ħajja tat-tfal finnofs, mhux biss tagħhom personali, imma wkoll tal-familji tagħhom. Barra minn Malta fejn ittieħdu l-passi neċessarji, is-sistemi ħadmu sewwa u Malta hemm bżonn nimxu fuq l-istess passi.


www.maltarightnow.com

18

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LETTERATURA

It-tlugħ u l-inżul tal-ħajja Il-kittieb Julian Barnes (1946) iżżewweġ lil Pat Kavanagh fl1979, u mietet fl-2008. Skont li kiteb f’‘Levels of Life’ , ktieb maqsum fi tliet partijiet: “Iddnub tal-għoli”, “Fuq l-istess livell” , “It-telfa’ tal-qiegħ” , “kull ġrajja ta’ mħabba ssir ġrajja ta’ niket.” Iltaqa’ ma’ dik li kellha tkun martu għal tletin sena meta kellu tnejn u tletin sena. Meta waslu flaħħar sajf u xitwa ta’ ħajjet martu ħass it-taqtiq ta’ qalb, il-biża’ u ttwerwir. Mid-dijanjosi sal-mewt, tletin jum, żamm sod. Biex imur l-isptar kien jitlaq f’karozza tallinja, iħares lejn il-passiġġieri loħra mfantas, jiddejjaq, jinħakem minn niket li mhux biss għandu tul u fond imma hu qarrieqi bħas-sebħ tal-għodwa. Hu uman, dan in-niket ma jitneħħiex bil-pilloli, l-istess is-solitudni, ilmewt, id-diqa, il-qtigħ ta’ qalb. X’ferħ hemm fit-tifkira tal-ferħ li għadda. Ġieh f’rasu li jneħħi ħajtu b’idejh imma fehem li b’hekk ikun qed jerġa’ joqtol lil martu. Il-bniedem jitla’ fil-għoli, jiġi f’livell ta’ bnedmin oħra, kif jiġi wkoll fil-qiegħ. It-tlugħ u linżul tal-ħajja. Il-Mulej ma riedx li l-bniedem itir. Ikarus u Xmun is-Saħħar li kellu xi jgħid mal-Appostli ħasbu li se jirnexxilhom jibgħu jtiru imma nstabtu mal-art u ntemmu. Żmien wara l-bniedem ħoloq il-ballun tal-arja. IlKurunell Fred Burnaby, l-artista Sarah Bernahardt telgħu f’ballun tal-arja li fassal Felix Tournachon u li dawwar kunjomu f’Nadar. Fil-ballun għamel kif jista’ jieħu ritratti. Feraħ Burnaby: “L-arja kienet ħafifa u msaħħra meta inti tieħu n-nifs, ħieles mit-tniġġis li

Joe Cassar

stcassar@gmail.com

jtaqqal l-atmosfera qrib il-globu. Qam fuq tiegħu. Kien sabiħ dak il-ħin li tkun f’qasam meħlus mill-ittri, bla ebda uffiċċju talposta, bla ebda taħbil ir-ras u fuq kollox mingħajr it-telegrafija.” Fuq l-art Burnaby sar iħobb lil Bernahard imma hi ma riditx tiżżewġu. Ħaseb li xtaqet, imma kien xtaq hu biss. Hi żżewġet lil raġel ieħor, u wara ftit iż-żwieġ tkisser. Hu żżewweġ meta kellu sebgħa u tletin sena. Martu, li ġabitlu tifel fid-dinja, mardet. Mar għall-gwerra. Miet fil-battalja ta’ Abu Klea (Jannar 1885) meta kien qed imexxi r-Royal House Guards. Martu reġgħet iżżewġet, kitbet ħafna kotba, wieħed dwar il-fotografija. Il-ħajja ta’ jum wara jum. Ilkittieb li hu ateu quddiem ilmewt ta’ martu jikteb: “Tlifna lgħoli tal-Mulej, irbaħna dak ta’ Nadar imma tlifna wkoll il-fond. Darba, żmien twil ilu stajna morru taħt wiċċ id-dinja, fejn ilmejtin kien għadhom ħajjin. Iżda din il-metafora tlifnieha għax issa nindifnu taħt sitt piedi ta’ ħamrija jew inxerrdu l-irmied. Għada l-kbarat jibagħtu ġisimhom jew imiedhom iduru mad-dinja jew mal-qamar.”

In-niket ma hemmx għajru u lmewt ma fiha l-ebda fejda. Inniket huwa d-dehra negattiva talimħabba. Is-sewwa u s-seħer jiltaqgħu fl-imħabba. “Is-sewwa bħal fil-fotogafja, is-seħer bħal titjira f’ballun tal-arja.” Il-kittieb ilaqqa’ flimkien dak

li qatt ma ngħaqad. Is-sengħa talkalamita fejn it-titjir fl-ajru ’l fuq mis-sħab, taħt ix-xemx, joħloq silwett li tiegħu jista’ jittieħed ritratt. Tan-niket u tas-solitidni ma jistgħux jittieħdu ritratti. Ilħajja tagħna “daqstant ċara, daqstant żgura sakemm, għal xi

raġuni jew oħra, il-ballun tal-arja jiċċaqlaq, is-sħaba titferrex, ixxemx tibdel l-angolu tagħha, iddehra hi mitlufa għal dejjem tista’ tinqeda biha biss it-tifkira mibdula f’aneddotu.” Ħajr lil Agenda Book Shop



www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

20

AVVI}I PN

Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org

Kap tal-Oppo]izzjoni

Mario de Marco mario.demarco@teampn.org

Kelliem g[all-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapri]i ]-}g[ar

Beppe Fenech Adami Kelliem g[all-:ustizzja beppe.fenechadami@teampn.org Chris Said chris.said@teampn.org

Segretarju :enerali tal-Partit Nazzjonalista

?ensu Galea /ensu.galea@teampn.org

Deputat Speaker u Kelliem g[all-Agrikultura u s-Sajd

David Agius david.agius@teampn.org

Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem g[all-Gvern Lokali

Fredrick Azzopardi Deputat Whip u Kelliem fredrick.azzopardi@teampn.org g[as-Servizzi tas-Sa[[a u l-Edukazzjoni f’G[awdex

Giovanna Debono Kelliema g[al G[awdex giovanna.debono@teampn.org George Pullicino Kelliem g[all-Ener;ija george.pullicino@teampn.org u l-Konservazzjoni tal-Ilma Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org

Kelliem g[all-Finanzi

Joe Cassar joe.cassar@teampn.org

Kelliem dwar l-Edukazzjoni

Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org

Kelliem g[all-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali

Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org

Kelliem g[all-Kultura u l-Komunikazzjoni

Carm Mifsud Bonnici Kelliem g[all-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org Clyde Puli clyde.puli@teampn.org

Kelliem g[all-Familja u s-Solidarjetà So/jali

Mario Galea mario.galea@teampn.org

Kelliem g[all-Anzjani

Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org

Kelliem g[at-Turi]mu

Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org

Kelliem g[all-I]vilupp So/jali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org

Kelliem g[all-Impjiegi u l-Persuni b’Di]abbiltà

Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org

Kelliem g[ad-Drittijiet tal-Annimali

Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org

Kelliem g[at-Trasport u l-Infrastruttura

Antoine Borg antoine.borg@teampn.org

Kelliem g[all-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej

Claudette Buttigieg Kelliema g[ad-Djalogu So/jali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet ?ivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org

Kelliem g[all-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Pro/essi Amministrattivi

Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org

Kelliem g[a]-}g[a]ag[ u l-Isport

Kristy Debono kristy.debono@teampn.org

Kelliema g[all-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku

Albert Fenech albert.fenech@teampn.org

Kelliem g[ar-Ri/erka u l-Innovazzjoni

Claudio Grech claudio.grech@teampn.org

Kelliem g[as-Sa[[a

Paula Mifsud Bonnici Kelliema g[all-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur Marthese Portelli Kelliema g[all-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org

SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIE{A. Kull nhar ta’ {amis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffi//ju PN. G[al appuntament /emplu 79990757. {AL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-:img[a bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffi//ju PN. G[al appuntament /emplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVI}I SO?JALI IS-SI::IEWI. Il-Kumitat Sezzjonali tas-Si;;iewi se jorganizza diskussjoni politika nhar lErbg[a 24 ta’ Settembru fis-Sala tal-Kunsill Lokali fi Pjazza San Nikola, is-Si;;iewi fis-7 p.m. Id-

diskussjoni se titmexxa minn Alessia Psaila Zammit. Jie[du sehem il-Professur Henry Frendo u Desmond Zammit Marmara. ROBERT ARRIGO. Il-{bieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw Coffee Morning f’Villa Arrigo, in-Naxxar nhar it-Tlieta 30 ta’ Settembru fid-9.30 a.m. Prezz 4 ewro. G[all-bookings /emplu 23285000. {AL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali ta’ {al Tarxien se jorganizza Wine & Pizza Evening nhar il-:img[a, 3 ta’ Ottubru filKa]in tal-Partit fis-7 p.m. Prezz 8 ewro. G[all-bookings /emplu 99809694 jew 79261153. MARSASKALA. Il-Kumitat Sezzjonali PN ta’ Marsaskala se jorganizza End of Summer BBQ nhar il-:img[a, 3 ta’ Ottubru fis7 p.m. Biljetti ming[and John (79425259) jew Lillu (77637959). CLYDE PULI. Il-{bieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta 7 ta’ Ottubru fil-Lukanda Waterfront, Tas-Sliema. Biljetti g[all-prezz ta’ 6 ewro ming[and il-helpers tas-soltu jew /emplu 21490643 jew 99579389. L-IMSIDA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Msida se jorganizza BBQ b’risq il-Partit, nhar isSibt, 11 ta’ Ottubru fit-8.30 p.m. fil-lukanda Alexandra, San :iljan. Prezz 15-il ewro g[allkbar u 8 ewro g[at-tfal, bittrasport inklu]. It-trasport jiltaq minn [dejn l-Uffi//ju tal-Partit fl-Imsida fit-8 p.m. Biljetti millUffi//ju tal-Partit jew ming[and il-membri tal-Kumitat. MARIO DE MARCO. Il{bieb ta’ Mario de Marco se jorganizzaw ikla fl-okka]joni ta’ g[eluq sninu, nhar is-Sibt 25 ta’

Ottubru fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana fit-8.30 p.m. Tluq bilprivates fis-7.30 p.m. mill-postijiet tas-soltu. Prezz 25 ewro. G[all-biljetti /emplu 21247049, 99450902 jew 21223911. ROBERTA METSOLA. Il{bieb ta’ Roberta Metsola se jorganizzaw Coffee Morning g[allkostitwenti ta’ mill-ewwel sassitt distrett elettorali, nhar itTlieta 28 ta’ Ottubru, fil-Lukanda Vivaldi, San :iljan. Prezz 7 ewro, bit-trasport provdtut fit8.30 a.m. G[all-bookings /emplu 99240514. ANTOINE BORG. Il-{bieb ta’ Antoine se jorgaizzaw Coffee Morning nhar l-Erbg[a 29 ta’ Ottubru fid-9 a.m. fil-Lukanda Alexandra, San :iljan. G[allbookings /emplu 79092845 jew ming[and il-helpers tas-soltu. ROBERTA METSOLA. Il{bieb ta’ Roberta Metsola se jorganizzaw Coffee Morning g[allkostitwenti ta’ mis-seba’ sattnax-il distrett elettorali, nhar il{amis 30 ta’ Ottubru, filLukanda Vivaldi, San :iljan. Prezz 7 ewro, bit-trasport provdtut fit-8.30 a.m. G[all-bookings /emplu 99240514. AVVI}I O{RA

{AL BALZAN. Il-Kumitat Sezzjonali PN jav]a li qed jilqa’ tesseri ;odda kif ukoll ti;did ta’ tesseri ta’ kuljum fil-Ka]in PN {al Balzan bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. G[al aktar informazzjoni /emplu 99848644 {AL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN {al Lija jav]a li lbar tal-Uffi//ju PN qed jitmexxa minn management ;did. Qed ikun miftu[ kuljum u ji;u servuti

l-appetizers. L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN jav]a li l-bar tal-Uffi//ju PN qed jitmexxa minn management ;did. Qed ikun miftu[ kuljum sa tard filg[axija, u s-Sibt u l-{add jifta[ fid-9 a.m. Qed ikunu servuti wkoll l-appetizers. {AL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN jav]a li l-bar talUffi//ju PN tal-lokalità issa hu miftu[ ta[t management ;did. Ilbar qed jifta[ mit-Tnejn sas-Sibt mis-7 p.m. ’l quddiem, kif ukoll il-{add filg[odu. Ji;u servuti lappetizers. IN-NAXXAR. Il-bar tal-PN Naxxar re;a’ beda jifta[ mill:img[a 1 ta’ Awwissu ta[t ittmexxija ta’ Johan Xuereb. Il-bar jifta[ kuljum mis-6 p.m. ’l quddiem, nhar ta’ Sibt, il-{dud u lfesti jifta[ ukoll filg[odu. IL-MARSA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Marsa jav]a li lbar jinsab ta[t management ;did u qed ikun miftu[ kuljum mis-7 p.m. ’l quddiem. IR-RABAT. Il-Kumitat Sezzjonali tar-Rabat jav]a li g[andu servizz ta’ Customer Care fil-Ka]in tal-Partit. Min irid jag[mel kuntatt mal-Kumitat g[andu jibg[at email fuq rabatpn@gmail.com. TA’ XBIEX. Il-Kumitat Sezzjonali PN jav]a li l-bar talUffi//ju PN tal-lokalità qed jitmexxa minn management ;did u b’esperjenza. B[alissa qed ikun miftu[ kuljum bejn il-5 p.m. u l10 p.m. mit-Tnejn sas-Sibt u l{add bejn id-9 a.m. u t-3 p.m. Qed jitqassmu wkoll l-appetizers. Min jixtieq jorganizza xi fenkata jew ikla, jista’ j/empel 79813505.



www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

22

TV#RADJU

05>30

Ru]arju

06>00

Bon;u 101 Weekend

09>00

A[barijiet

09>05

Wara l-Breakfast

10>00

A[barijiet

10>30

Il-Fatti Kollha

11>55

Avvi]i tal-Mewt

12>00

A[barijiet

12.30

Sixties Music Club

13>30

Italomix

15>00

A[barijiet fil-qosor

15>05

Skor (b’waqfiet g[all-A[barijiet fl-16>00 u fil-17>00)

17>55

Avvi]i tal-Mewt

18>00

A[barijiet

18>30

Hits Parade

20>30

Country Music Club

22>30

Il-Fatti Kollha (r)

23>45

Mu]ika tul il-lejl www.radio101.com.mt

G[at-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:55 - Win, Lose or Draw 07:20 - The Suite Life on Deck 07:45 A.N.T. Farm 08:05 - A.N.T. Farm 08:30 - Sonny With a Chance 08:55 - Sonny With a Chance 09:15 - The Suite Life on Deck 09:40 - The Suite Life on Deck 10:05 - That’s So Raven 10:25 - That’s So Raven 10:50 - A.N.T. Farm 11:15 - A.N.T. Farm 11:35 - Good Luck Charlie 12:00 - Good Luck Charlie 12:25 Jessie 12:45 - Jessie 13:10 - Austin & Ally 13:35 - Win, Lose or Draw 14:00 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 14:25 - I Didn’t Do It 14:50 - Liv & Maddie 15:10 Violetta 16:00 - Dog With a Blog 16:20 - Jessie 16:45 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 17:10 - I Didn’t Do It 17:30 - Win, Lose or Draw 17:55 - Liv & Maddie 18:20 Violetta 19:05 - Liv & Maddie 19:30 - Liv & Maddie 19:50 - Liv & Maddie 20:15 - Liv & Maddie 20:40 - Liv & Maddie 21:00 Good Luck Charlie 21:25 A.N.T. Farm 21:50 - Shake It Up! 22:10 - Wolfblood 22:35 Wolfblood. Nickelodeon 07:05 -

The Penguins of Madagascar 07:30 - SpongeBob SquarePants 07:55 - SpongeBob SquarePants 08:20 - Dora the Explorer 08:45 - Umizoomis 09:10 Tickety Toc 09:28 Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - T.U.F.F. Puppy 12:30 iCarly 12:55 - Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - Totally Spies! 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar.

Jim Jam 07:00 - Nouky

& Friends 07:05 Rubbadubbers 07:15 - Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Benjamin’s Farm 09:45 - My Animal Friends 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney & Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Heroes of the City 13:05 Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:30 - Gombby’s Green Island 13:45 - Shapes 13:55 - Kipper 14:05 - Woody Buddies 14:10 Woody Buddies 14:15 Snapatoonies 14:40 - My Animal Friends 14:55 - See the Sea 15:00 Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney & Friends 16:25 Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 See the Sea 17:35 - Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Slim Pig 18:05 Heroes of the City 18:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:45 - What’s The Big Idea? 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - My Animal Friends 19:10 - See the Sea 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney & Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 Angelina Ballerina 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise

KKI Junior 2014 – NET Television, 20>30 Xandira diretta minn Fuq il-Fosos tal-ewwel edizzjoni tal-ver]joni tat-tfal tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza. B’kollox se jkun hemm 20 parte/ipanti, li l-età tag[hom hi bejn 5 snin u s-16-il sena. B[ala mistiedna spe/jali se jkun hemm il-kantanta Gaia Cauchi (fir-ritratt). Gaia hi r-rebbie[a tal-edizzjoni tassena li g[addiet tal-Junior Eurovision. Minbarra fis-serata tal-lum, waqt i/-/elebrazzjoni tal-50 Sena Malta Indipendenti organizzati mill-Partit Nazzjonalista, se tkun qed tie[u sehem ukoll fil-musical Re;a’ Seba[. Waqt is-serata tal-lum se jkun hemm ukoll i]-]effiena ta’ Annalise Dance Studios, kif ukoll wirja tal-moda g[at-tfal bi [wejje; tad-ditta Kiabi. TVM 07:00 –

A[barijiet 08:00 – Kids Detective 08:30 – Xpla[[mal[ajt 08:45 – Labrats 09:15 - Xpla[[mal[ajt 09:30 – Venere 10:00 – Pellikola 10:30 – G[awdex illum 11:00 - Teleshopping 12:00 - A[barijiet# rapport tat-temp 12:10 – Madwarna 12:40 – Bijografija 13:30 - Teleshopping 14:40 – }afira 15:20 – It-Triq 15:30 - Kids Detective 16:00 – A[barijiet 16:05 – Xpla[[mal[ajt 17:00 – Teleshopping 18:00 A[barijiet# sports# rapport tat-temp# rapport finanzjarju 18:10 – G[awdex illum 18:40 - Bijografiji 20:00 – A[barijiet 20:45 – I/-?aqqufa 23:00 – A[barijiet. TVM 2 08:00 – A[barijiet 09:30 – G[awdex illum 10:00 – Luxdesign 11:00 – X-factor 13:00 - Storjografija 14:50 – The Wedding Battle 15:50 – Mixja ta' Poplu 16:45 – Swim up 17:15 – Paqpaq on test 17:45 – Reporter 18:45 – Madwarna 19:00 – Quddiesa pontifikali fl-g[eluq il150 tat-twaqqif tal-djo/esi f'G[awdex 20:30 - A[barijiet g[al dawk neqsin missmig[ 20:40 – Swim up 21:10 – Int min int 21:40 – News in English 22:15 – King of Europe 22:45 – News in English 22:50 – BOV Premier match. One

07:30 - ONE News 07:45 – Indigo (r) 09:30 - ONE News 09:45 – Telebejg[ 11:00 – Sajf 12:30 - ONE News 12:40 – Telebejg[ 13:40 - Il-Klikka 14:40 Midinbin 15:30 – Fil-k/ina ma' Malcolm 16:00 – Aqrali Storja 16:20 – Telebejg[ 17:30 - ONE News 17:40 - Indigo 19:15 – JUSY World Festival Feature 19:30 ONE News 20:20 – Identita 20:45 Street Blush 21:40 – {ilithom 22:30 Tfesfisa (r) 23:30 - ONE News. Smash 07:40 - Er;a’ Lura

08:40 – A[barijiet

09:00 – {abbejtek 10:00 - Fil-K/ina ma’ Farah (r) 10:50 - Teleshopping 14:20 – Ma' Majsi 16:10 - Fil-K/ina ma’ Farah (r) 17:10 - Er;a’ Lura 18:00 - A[barijiet ta’ Barra 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – A[barijiet 19:30 – Nursery Stars 20:30 – Drama 21:30 – Malta u l-Unjoni Ewropea 22:00 – A[barijiet 22:30 - Poker. Raiuno 06:45 – Unomattina Estate (Jinkludi tTg 1 fis-7am, fit-8am, fid-9am, fid9:30am, fl-10am, fil-11am) 10:00 |Storie vere 11:10 – A Conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 – Tg 1 economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 –Torto o ragione? ilverdeotto finale 16.00 – La vita in diretta 18:50 – Reazione a catena 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:15 Un'altra vita 23:15 – Porta a porta 00:50 – TG1 01:25 – Sottovoce 01:55 – Rai Cultura. Raidue 06:10 – Dance 07:20 - Heartland 08:00 – Le sorelle Mcloed 09:25 – Pasion prohibida 10:10 – Tg 2 insieme estate 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 13:50 – Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 Castle (TF) 17:00 – Supermax tv 17:45 – TG Parlamento18:00 – Tg sport # Tg 2 18:50 – NCIS Los Angeles 20:30 – Tg 2 21:00 – Lol:-) 21:10 – NCIS Unita anticrimine 23:35 – TG2 Notizie 23:50 – Senza peccato 00:50 – Hawaiifive-o 01:40 – Codice Aurora. Raitre 06:00 –

Rai news morning 08:00 – Agora estate 10:00 – Il ferroviere. Film 1956 1 12:00 – Tg 3 minuti 12:25 – La signora del west 13:10 – Rai cultural - il tempo e la storia 14:00 – Tg regione # Meteo # Tg 3 # Meteo 3 14:50 – Tgr piazza affari 15:00 – Terra nostra 2 15:45 –

Ferdinando I, re di Napoli. Film 1959 17:30 – Geo Magazine 2014 19:00 – TG3 19:30 – TG Regione 20:00 – Blob 20.10 – Ai confini della realta 20:35 Un poste al sole 21:05 – Ballero 00:40 – Rai Parlament 00:50 – Rai cultura 01:30 – Fuori orario. Canale 5 06:00 – Prima pagina # Traffico 07:56 – Borse e monete # Meteo.It # Tg 5 08:45 –Mattino cinque 11:00 - Forum 13:00 – Tg 5 # Meteo.It 13:41 – Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Dov'e mia figlia 16:15 – Il segreto 18:45 –Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 # Meteo.It 20:40 – Paperissima sprint 21:10 – I cesaroni 6 23:30 – Speciale champions league 01:45 – Paperissima sprint. Rete 4 06:50 – Zorro 07:20 – Hunter 08:15 – Cuore ribelle 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un dectective in corsia (tf) 13:00 12:55 - La signora in giallo 13:55 – Lo sportello di forum 15:30 – Hamburg distretto 21 16:35 – Lucky Luke 18:55 – Tg 4 # Meteo.It 19:35 – ieri e oggi in tv 19:55 – Tempesta d'amore 20:30 – Il segreto 21:15 – La bibbia. Film 2013 23:10 –Men of honor – l'onore degli uomini. Film 2000 01:40 – Tg 4 Night news 02:05 – Il domestico. Film 1974. Italia 1 06:15 –Friends 07:00 – La vita secondo Jim 07:30 – Mike & Molly 08:25 – The Closer 10:25 – Person of interest 12:25 – Studio aperto # Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:35 – Futurama 15:00 – 2 broke girls 15:50 – Big bang theory 18:30 - Studio aperto # Meteo.It 19:20 - C.S.I. NY 21:10 – Chicago fire (TF) 23:05 – Le amiche della sposa. Film 2011 01:55 – Studio Aperto 02:10 – Top One 04:20 – Jagoda – Fragole al supermarket. Film 2003.


www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

23

TV#RADJU F Living 07:00 – Teleshopping 08:00 – Drama 09:00 – Drama 10:00 – All stars 12:00 – Teleshopping 13:00 – F Living magazine 16:00 - Teleshopping 20:30 – Fil:nien ma’ Melo 21:00 – Madgascar 22:30 – F living 01:30 – Teleshopping. Xejk 07:30 –

Just for laughs 07:45 – Total request show 09:45 – Football daily 09:50 – Shout out 10:00 – Love & Romance 10:45 – Telemarket deals 11:45 - |Just for laughs 13:30 – The 80’s 14:00 – Jazz, pop, rock, concerts 15:00 – The 90’s 15:30 – Telemarket deals 16:30 – Hits 16:50 - Shout out 17:00 – Local issues 18:00 – Total request show 20:00 – Just for laughs 20:30 – Frux 21:55 – Football daily 22:00 – Country 23:00 – Local issues 23:45 – Telemaret deals Go Stars 07:35 - Four Weddings and a Funeral 09:30 - Enough Said 11:00 - Parks & Recreation 11:40 - Mission Impossible 13:30 - Men in Black 3 15:15 - Dancing on the Edge Pt. 1 18:20 - Anchorman 2: The Legend Continues 20:15 - Two and a Half Men 21:00 - About Time 23:00 - Before Midnight 00:50 - The Girl with the Dragon Tattoo. Mediaset Italia 06:45 - Casa Vianello 07:15 - Casa Vianello 07:45 - Non e la Rai 09:10 Nonno Felice 09:35 - I Cesaroni II 10:35 - Torte d’Autore 11:01 Centovetrine 11:25 - Uomini e donne 12:30 - Avanti un altro 13:20 - Vivere III 13:45 - I Cesaroni II 14:40 - Casa Vianello 15:10 - Casa Vianello 15:40 Carabinieri 16:30 - Fornelli d’Italia 17:10 - Forum 18:35 - Centovetrine 19:00 - TG5 19:35 - I Cesaroni IV 20:15 - Caro maestro 21:00 - La sai l’ultima? 21:15 - Uomini e donne 22:20 Colorado 23:15 - Torte d’Autore 23:40 - Sarabanda.

BBC Entertainment 07:00 - Nina and the Neurons 07:15 Nuzzle and Scratch: Frock and Roll 07:35 - Boogie Beebies 07:50 - Green Balloon Club 08:15 - The Weakest Link 09:00 - My Hero 09:30 - Lead Balloon 10:00 - EastEnders 10:30 - Doctors 11:00 - Last Man Standing 11:50 - Call the Midwife 12:45 - My Hero 13:15 Lead Balloon 13:45 - Big Bear Diary 14:10 - EastEnders 14:40 - Doctors 15:10 - Last Man Standing 16:00 - Call the Midwife 16:55 - My Hero 17:25 The Weakest Link 18:10 - EastEnders 18:40 - Doctors 19:10 - Last Man Standing 20:00 - The Old Guys 20:30 As Time Goes By 21:00 - Call the Midwife 21:55 - Stella 22:40 Big School 23:10 - Last Tango in Halifax. TCM 07:40 - Guns for San Sebastian 09:30 - Escape From Fort Bravo 11:10 Anchors Aweigh 13:25 - Father of the Bride 15:00 - The Left Handed Gun 16:45 - For Me and My Gal 18:30 Lolita 21:00 - Shaft in Africa 22:40 Period of Adjustment. MGM Channel 07:15 - Popi 09:10 - The Happy Ending 11:00 - The Bridge at Remagen 12:55 - MGM’s Big Screen 13:10 Semi-Tough 14:55 - Tune in Tomorrow... 16:40 - Stella 18:30 - In the Heat of the Night 20:20 - More Dead Than Alive 22:00 - After the Fox 23:45 - Love Bites. Diva Universal 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:35 - Fede Cieca 09:50 - Ironside 10:45 - Quincy, M.E. 11:40 - Agatha Christie’s Poirot 13:25 Great Women 13:40 - ER 14:30 - JAG 15:25 - Quincy, M.E. 16:25 - Agatha Christie’s Poirot 18:13 Great Women 18:25 - JAG 19:20 - Quincy, M.E. 20:20 - Alfred Hitchcock Presents 20:50 - Great Women 21:00 - Wolff’s Turf

21:55 - Wolff’s Turf 22:50 Women 23:00 - Movie.

-

Great

Discovery Channel 06:50 - Auction Hunters: Fake Punt Payoff 07:15 - Jungle Gold: Broken Man 08:10 - Dual Survival: Mars on Earth 09:05 - Gold Rush: Fantasy Land 09:55 - Mega Builders: Tunnel Vision 10:50 - How Do They Do It?: Brewery # Playing Cards # Gulfstream 11:15 - How Do They Do It?: Swiss Cheese, Tanks, British Library 11:40 - Wheeler Dealers: BMW Isetta Bubble 12:35 Mighty Planes: Hercules LC-130 ‘Skibird’ 13:30 - Ice Cold Gold: Fractured 14:25 - River Monsters: American Killers 15:20 - River Monsters: Russian Killer 16:15 - River Monsters: Mongolian Mauler 17:10 The Liquidator: A Hand Up 17:40 Storage Hunters: Rednecks & Riches 18:05 - Auction Hunters: Reel Money 18:35 - Baggage Battles: California Scheming 19:00 - How It’s Made 19:30 - How Do They Do It?: Overnight Shipping # Mining Coal 20:00 Moonshiners: First Run 21:00 Backyard Oil: Kentucky Fried Church 21:30 - Backyard Oil: Pump Jack’ed 22:00 - American Muscle: Rashad Evans’ Redemption 23:00 - Street Outlaws: Lonestar Smackdown. Discovery World 06:50 - Chasing Classic Cars

07:15 Chasing Classic Cars 07:45 Trashopolis 08:35 - Best Evidence 09:30 - Ultimate Warfare 10:20 - I Shouldn’t Be Alive 11:10 - Extreme Engineering 12:05 - Treasure Quest 12:55 - Chasing Classic Cars 13:20 Chasing Classic Cars 13:50 - Bizarre Foods 14:45 - Trashopolis 15:40 Ultimate Warfare 16:35 - I Shouldn’t Be Alive 17:25 - Extreme Engineering 18:20 - The True Story 19:10 - Treasure Quest 20:05 - American Car Prospector 21:00 - The True Story 21:55 - The Fight 22:50 - Most Evil 23:45 American Car Prospector.

07>00 09>00 10>00 11>30 13>00 14>00 15>00 15>05 16>30 16>45 17>45 18>00 18>05 19>30 20>15 20>30 21>30 21>35 22>00 23>00

Sport fuq il-Cable Fox Sports Europe 07:00 - Major League Baseball 09:30 - MLB Whiparound 10:30 NASCAR Race Hub 11:30 Speedmakers 12:30 - PGA EuroPro Tour Golf 14:30 - Major League Baseball 17:00 - MLB Whiparound 18:00 - NASCAR Race Hub 19:00 MLB 162 19:30 - Speedmakers 20:30 - Boxing 22:00 - Speedmakers 23:00 - NASCAR Race Hub. GO Sports 1 07:00 - Serie

A - Round 2 Juventus v Udinese 09:00 - Barclays Premier League - Week 5 - Hull City v West Ham Utd 11:00 - Ligue 1 Round 5 - LOSC Lille v Nantes 13:00 - Aviva Premiership - Round 2 - Harlequins v Saracens 15:00 Ligue 1 - Round 5 - EA Guingamp v Girondins de Bordeaux 17:00 Barclays Premier League - Week 5 Arsenal v Manchester City 19:00 Ligue 1 - Round 5 – Highlights 20:00 - FIFA Futbol Mundial #487 20:45 - UEFA Champions League MD1 - Group Stage - Borussia Dortmund v Arsenal (live) 22:45 UEFA Champions League - MD1 Group Stage - Matchnight Review 23:30 - Barclays Premier League Week 5 – Netbusters 00:00 Vincennes Horseracing 02:30 UEFA Champions League - MD1 Group Stage - SL Benfica v FC Zenit. GO Sports 2 20:45 - UEFA Champions League - MD1 - Group Stage - Juventus v Malmo (live) 22:45 - Milan Channel. GO Sports 3 20:45 - UEFA Champions League - MD1 - Group Stage - Real Madrid v FC Basel 1893 (live) 22:45 - Inter Channel. GO Sports 4 20:45 - UEFA Champions League - MD1 - Group Stage - Olympiacos v Club Atletico de Madrid 22:45 Juve Channel.

Men of Honor (L’onore degli uomini)

– Rete 4, 23>10

Robert de Niro, Charlize Theron u Cuba Gooding Jr huma fost l-atturi ewlenin f’dan il-film drammatiku Amerikan li n[adem fl-2000 b’re;ija ta’ George Tillman Jr. L-istorja hi ambjentat fl-Istati Uniti tal[amsinijiet u hi bba]ata fuq ;rajja li se[[et realment. Naraw dwar iswed li se[[lu jid[ol fin-Navy Amerikana fi ]mien meta l-pre;udizzji razzjali kienu fl-aqwa tag[hom.

NET News Teeny Break(r) Chill Telebejg[ Simpati/i Telebejg[ Net News Simpati/i Telebejg[ Il-Madonna ta/-?oqqa Telebejg[ NET News Chill NET News Chill Minn Festa g[al O[ra NET News Minn Festa g[al O[ra Dejjem Tieg[ek Becky NET News

GO Sports 5 20:45 - UEFA Champions League - MD1 - Group Stage - Liverpool v PFC Ludogorets 1945 (live) 22:45 LFC TV. GO Sports 6 20:45 - UEFA Champions League

- MD1 - Group Stage - AS Monaco v Bayer 04 Leverkusen (live) 22:45 MUTV. GO Sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - PGA European Tour - KLM Open - Day 2 14:30 - Barclays Premier League - Week 5 - Stoke City v Leicester City 16:30 - Serie A - Round 2 - Hellas Verona v Palermo 18:30 - Premier League Monday Review – Week 5 19:30 - Barclays Premier League -Week 5 – Netbusters 20:00 - Premier League Legends - Alan Shearer 20:45 UEFA Champions League - MD1 Group Stage - Galatasaray A.S. v RSC Anderlecht (live) 22:45 - The 2008 Ryder Cup – Review 00:00 Ligue 1 - Round 5 – Highlights 01:00 - Serie A - Round 2 Fiorentina v Genoa. GO Sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - PGA European Tour - KLM Open - Day 2 16:30 - Barclays Premier League - Week 5 - Stoke City v Leicester City 18:30 - Serie A - Round 2 - Hellas Verona v Palermo 20:45 - UEFA Champions League MD1 - Group Stage - SL Benfica v FC Zenit (live) 22:45 - Premier League Monday Review - Week 5 23:45 - FIFA Futbol Mundial #487 00:15 - Premier League Legends Alan Shearer 00:45 - The 2008 Ryder Cup – Review 02:00 - Ligue 1 - Round 5 – Highlights.


www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru 2014

TA{BIL IL-MO{{ U TAG{RIF

TISLIBA

24 1

2

5

3

4

Rapport tat-temp

6

7

UV INDEX

8

8

9

10

IT-TEMP: Il-bi//a l-kbira sabi[ u ji]died is-s[ab g[oli aktar tard VI}IBILTÀ: Tajba. IR-RI{: {afif u varjabbli, kultant ikun [afif g[al moderat li jdur min-Nofsinhar g[ax-Xlokk. BA{AR: {afif. IMBATT: Ftit li xejn. TEMPERATURA: L-og[la 30˚C. XITA f’dawn l-a[[ar 24 sieg[a - xejn. IX-XEMX titla’ fis-06:44 u tin]el fis-19:11.

11

Il-[amest ijiem li ;ejjin 12

13

14

15

16

17

Mimdudin> 5. Ta’ Lea jinbidel f’xitla b’zokk muswaf, twarrad ro]a (5) 6. {abrieki f’kull attività? (5) 7. Skappaw b’[effa kbira (5) 10. }ifna Spanjola-Amerikana (5) 11. Mhux mg[awwe; (5) 12. Seraq? (5) 14. Muntanja biblika (5) 16. G[amilt apertura (5) 17. Lewn is-sil; (5) 18. G[addu ;ewwa! (5)

18

Weqfin> 1. Tikdid, stinkar (6) 2. Herbert …, awtur ta’ ‘Rajt Malta Tinbidel’ (6) 3. u 4. Mexa mal-li;i billi ta bidu g[al passi legali kontra xi [add (6, 6) 4. Ara 3 8. Sor;a l-bastiment (5) 9. Leblieba (5) 12. {uta tal-qieg[ (6) 13. Sistema (6) 14. Di]ordni (6) 15. FJURIT (Anagramma) – ruftatura, negazzjoni (6

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-biera[ Mimdudin> 5. Adura; 6. Ne[el; 7. Bjadu; 10. Fa;an; 11. Reali; 12. }atat; 14. Sabar; 16. Abjad; 17. Unità; 18. Toqol. Weqfin> 1. Ma[tuf; 2. Taljan; 3. Bnadar; 4. Xlendi; 8. A;ita; 9. Tabba; 12. }ar;un; 13. Tabbab; 14. Skarta; 15. Romblu.

Sudoku Bejn [afifa u moderata:

qieg[ed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru l-kbir. Kull numru g[andu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru ]g[ir ta’ tliet kaxxi bi tlieta.

Soluzzjoni Sudoku

IT-TLIETA L-og[la 30˚C L-inqas 22˚C

L-ERBG{A L-og[la 30˚C L-inqas 23˚C

IL-{AMIS L-og[la 30˚C L-inqas 23˚C

IL-:IMG{A L-og[la 30˚C L-inqas 23˚C

IS-SIBT L-og[la 31˚C L-inqas 23˚C

UV

UV

UV

UV

UV

8

7

7

7

7

Temperaturi fi bliet barranin It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar [in ta’ Malta) lbiera[ kienet: {al Luqa 29˚C xemxi, Amsterdam 22˚C xemxi, Ateni 22˚C xita, Li]bona 18˚C xitb, Berlin 25˚ xemxim, Brussell 22˚C ftit imsa[[ab, il-Kajr 34˚C xemxi, Dublin 16˚C imsa[[eb, Kopen[agen 19˚C imsa[[ab, Frankfurt 16˚C [albiet tax-xita, Milan 24˚C xita, Istanbul 26˚C ftit imssa[[ab, Londra 20˚C xemxi, Madrid 24˚C imsa[[ab, Moska 15˚C xemxi, Pari;i 23˚C xemxi, Bar/ellona 26˚C ftit imsa[[ab, Ruma 25˚C imsa[[ab, Tel Aviv 30˚C xemxi, Tripli (mhux mag[ruf), Tune] 35˚C xemxi, Vjenna 19˚C imsa[[ab, Zurich 20˚C im/ajpar, Munich 17˚C imsa[[ab, St Petersburg 18˚C xemxi, Stokkolma 20˚C ftit imsa[[ab.

Tag[rif JAG{LQU SNINHOM ILLUM Frans Said (82 sena) Direttur ta’ kumpannija, Philip P. Tortell (73 sena) konsulent dwar l-ambjent, Irene Scriha (65 sena) Professur tal-Matematika, Victor Scriha (64 sena) President ta’ Valletta FC, Ronnie Debattista (57 sena) surmast tal-banda u kompo]itur, Abigail Lofaro (53 sena) Ma;istrat, Andrew Calleja (51 sena) surmast tal-banda, Shirley Farrugia (50 sena) tabiba u Sindku tal-Mosta, Sean Sullivan (43 sena) gowlkiper, Niki Lanzon (34 sena) plejer talwaterpolo, Kyle Coleiro (22 sena) kantanta, Taryn Mamo Cefai (21 sena) attri/i tattelevi]joni. BIDLA U KONTINWITA Is-So/jetà Storika ta’ Malta, flokka]joni tal-50 sena ta’ Malta Indipendenti, qed torganizza sensiela ta’ ta[ditiet mifruxa fuq tlett ;ranet differenti, li jaqg[u ta[t ittitlu ta’ Bidla u Kontinwita. Lewwel numru ta’ ta[ditiet se jkun llum, 16 ta’ Settembru, fil-Palazz il-Belt fis-18:00. Il-ftu[ se jsir minn Henry Frendo. Wara se jkun hemm dwar l-Arkivji u lLibreriji, l-Arti, il-Fotografija, ilMu]ika u Konservazzjoni ta’ arti

u artifatti ppre]entati minn Charles Farrugia, Michael

Fenech, Daniel Cilia, Andrew Alamango u Joseph Schiró. 150 SENA DJO?ESI L-Ar/isqof Mons Pawlu Cremona, flimkien mal-Isqof Mario Grech, illum it-Tlieta, 16 ta’ Settembru fis-18:00 se jikkon/elebra quddiesa fil-Katidral ta’ G[awdex fl-okka]joni tal-150 sena mit-twaqqif tad-Djo/esi ta’ G[awdex. Id-djo/esi kienet twaqqfet mill-Papa Piju IX u l-ewwel isqof kien Mons. Mikiel Buttigieg. LEJLA TA’ TALB G{ALL-PA?I G[ada l-Erbg[a, 17 ta’ Settembru mill-17:30 sat-18:30 se ssir lejla ta’ Talb g[all-Pa/i u l-evan;elizzazzjoni :dida tadDinja fil-kappella tal-Knisja ta’ Sarria, fil-Furjana. D[ul millkunvent. Din qed tkun organizzata mil-Moviment nternazzjonali ta’ Talb San :wanni XXIII. ILKOLL A{WA FI KRISTU Dan hu l-isem ta’ ktieb bilmemorji tal-Ar/isqof Emeritu :u]eppi Mercieca, kitba ta’ Charles Buttigieg, li fi]-]mien li Mercieca kien Ar/isqof, hu kien PRO tal-Kurja. Il-ktieb hu ppubblik at mill-Klabb Kotba Maltin u se jkun imniedi fis-27 Settembru.


www.maltarightnow.com

25

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

SKEDA NET TV

Flusek mill-ġdid fuq NET TV

Il-preżentatriċi Clarissa Ellul twassal mill-ġdid sesiela oħra tal-programm Flusek fuq NET TV. Bi produzzjoni ta’ New Age Media, Flusek jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fit-20.40 b’ripetizzjoni l-Ħadd fis-18.05. Flusek huwa l-programm ta’ interess għal dawk kollha interessati dwar dak li qed iseħħ fiddinja tal-investimenti u l-finanzi minn ġimgħa għal ġimgħa. Wara l-kriżi finanzjarja tal-2008, meta rajna s-swieq globali jċedu ħafna fil-valur tagħhom, fl-aħħar snin l-istess swieq irkupraw u bħalissa jinsabu f’livelli għoljin b’bosta minnhom f’livelli rekord. Dan minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika globali għadha waħda diffiċli, partikolarment għaz-zona ewro. Qed naraw ukoll sitwazzjoni fejn ir-rata talinteressi issa ilha għal dawn laħħar snin f’livell baxx ħafna. Din qed ikollha impatt fuq ir-rati tal-interessi li l-banek jistgħu jagħtu fuq kontijiet ta’ tfaddil, u teffettwa wkoll ir-rata talimgħaxijiet fuq bonds u stokks tal-Gvern. F’din is-sitwazzjoni huwa ferm importanti li wieħed iżomm ruħu aġġornat permezz tal-professjonisti mistiedna regolari fil-programm Flusek, li għandhom snin twal ta’ esperjenza fil-qasam talfinanzi u janalizzaw kull aħbar li toħroġ fir-reqqa u x’impatt din jaf ikollha fuq is-swieq finanzjar-

ji u l-investimenti. Ma jonqsux ukoll aħbarijiet dwar il-kumpaniji kwotati fuq il-Borża ta’ Malta, b’intervisti regolari ma’ uffiċjali ta’ kumpaniji differenti li jkunu ħarġu r-riżultati finanzjarji jew li jkunu se joffru xi bond ġdid għall-pubbliku inġenerali. Il-programm iwassal ukoll informazzjoni dwar il-movimenti fis-suq tal-istokks tal-Gvern ta’ Malta kif ukoll bonds maħruġa minn kumpaniji lokali. Mill-aspett bankarju, Flusek ilaqqa’ lit-telespettaturi ma’ bankiera bl-esperjenza li jagħtu informazzjoni dwar servizzi li qed joffru banek lokali fir-rigward ta’ assistenza personali bħal pereżempju self fuq ir-residenza, kif ukoll fuq livell ta’ negozju bħal self fuq investiment ġdid li kumpanija tkun qed tagħmel. Ma jonqosx tagħrif dwar servizzi relativament ġodda bħal “trusts”. Flusek ikopri aspetti differenti tal-qasam finanzjarju u għalhekk il-produzzjoni tinkludi wkoll intervisti ma’ professjonisti filqasam tal-assigurazzjoni, partikolarment dwar dik fuq il-ħajja. Illum individwu jsib bosta prodotti tal-assigurazzjoni fuq ilħajja fis-suq Malti u għalhekk huwa importanti li tingħata informazzjoni dwar id-differenza bejn prodott u ieħor u għal liema sitwazzjoni prodott ikun adattat għal persuna partikulari. Kull ġimgħa Flusek iwassal

Il-preżentatriċi ta’ Flusek, Clarissa Ellul

analiżi tal-prezzijiet talkumpaniji kwotati fuq il-Borża ta’ Malta, naraw liema ishma kellhom l-aktar volum ta’ negozju u liema tilfu jew

gwadanjaw l-aktar fil-valur. Flaħħar iżda mhux l-inqas, il-programm jagħti wkoll ħarsa lejn ilmuniti prinċipali bħall-Isterlina, id-Dollaru Amerikan, l-Ewro u l-

Yen Ġappuniż u x’effett dawn ikollhom fuq l-ekonomija u linvestimenti. Ma jonqsux ukoll aħbarijiet dwar il-prezz taż-żejt, tad-deheb u tal-fidda.

Il-programm Indibate se jkun qed jiffoka fuq kisbiet li l-pajjiż wettaq minn wara lIndipendenza, fl-aħħar 50 sena. Proprju għalhekk ingħażel lisem ‘Indibate’ għaliex f’dan lisem hemm il-frażi ‘Indi’ li tifforma parti minn ‘Indipendenza’ u ‘bate’ u tifforma parti minn ‘debate’. Għalhekk Indibate se jiddiskuti l-kisbiet li wettaq ilpajjiż. Il-programm se jieħu lforma ta’ dikussjoni li fiha lprotagonisti tal-istorja, il-politiċi u l-istoriċi se jkunu qed jiffaċċjaw il-mistoqsijiet ta’ grupp ta’ żgħażagħ li ma għexux il-kisbiet ta’ wara l-Indipendenza meta dawn seħħew iżda huma żgħażagħ li bbenefikaw minn dawn il-kisbiet fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-programm se jkun wieħed mexxej li jrid iwieġeb il-mistoqsijiet fit-30 minuta disponibbli. Bi preżentazzjoni ta’ Matthew Paris, produzzjoni ta’ Dione Borg u assistenza fil-produz-

zjoni ta’ Jerome Caaruana Cilia, Indibate għandu joffri li ħin fih it-telespattatur isegwi programm differenti fil-mod kif tkun preżentata l-istorja ta’ Malta. L-iskop wara dan it-tip ta’ programm hu biex iżżgħażagħ jingħataw l-opportunità jiddiskutu u jistaqsu l-mistoqsijiet lill-politiċi u l-istoriċi. Fost is-suġġetti li se jkunu diskussi hemm il-kisba talIndipendenza fl-1964, l-iżvilupp fl-edukazzjoni, il-ħolqien taxxogħol, l-importanza u l-valur tal-Indipendenza, id-drittijiet tal-bniedem f’Malta minn wara l-Indipendenza, l-effett talIndipendenza fuq il-politika barranija u l-pożizzjoni tal-partiti politiċi dwar l-Indipendenza 50 sena ilu u llum. Dwar dawn is-suġġetti hemm ħafna mistoqsijiet li għandhom ikunu mwieġba u li għadhom topiċi fid-diskussjoni politika fil-pajjiż. Indibate se jservi bħala forum għal dan id-dibattitu dwar l-istorja.

Indibate – diskussjoni dwar il-kisbiet

Matthew Paris se jkun qed imexxi d-diskussjoni f’dan il-programm ġdid fuq NET TV


www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

26

KLASSIFIKATI PROPRJETÀ G{ALL-BEJG{

{a]-}abbar

APPARTAMENT [dejn l-iskola primarja bi tliet kmamar tassodda, b’gallarija u terrazzin lest minn kollox. Prezz €105,000. ?emplu 99006925, 21665942 jew 99283342.

Il-{amrun

GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bit[a, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. ?emplu 77200983.

Limiti tar-Rabat

}EW: tomniet art bil-veduta tal-ba[ar u tal-kampanja. ?emplu 99428000.

Paola

MAISONETTE arju] [afna f’area kwieta b’]ew; kmamar tas-sodda, salott, k/ina, kamra tal-banju u bit[a. ?emplu 99428000.

Ta’ Sannat, G[awdex

€5,000 skont u ]ew; passa;;i b’xejn fuq kull bejg[ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots. ?emplu 79891819.

Termini u japplikaw.

kundizzjonijiet

AVVI}I

Tiswijiet fil-pront u fil-post

TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, e//. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-ir[as prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts g[al kull tip ta’ appliances. ?emplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz filpront.

Tiswijiet

TA’ magni tal-[jata. G[al service u tiswijiet fil-pront. ?emplu 99422268 jew 21416705.


www.maltarightnow.com

SPORT

YFA

Żurrieq jirtiraw mill-Kampjonat U/15

Matthew Mamo Żurrieq irtiraw mill-kampjonat ta’ taħt il-15-il sena tal-Yoyth FA għal dan l-istaġun. Il-Youth FA ikkunsidrat din it-talba tal-klabbs u aċċettat li Żurrieq jirtiraw b’effett immedjat. Il-logħob fil-fażi preliminari għat-tim ta’ Żurrieq se jittieħed bħala walk-over mit-tim oppost. Minn dan il-kampjonat diġa’ rtiraw ukoll Qrendi.

EURO 2016

Jibda l-bejgħ tal-biljetti għall-partiti man-Norveġja u l-Italja

Hekk kif it-tim Malti issa jibda jħejji għaż-żewġ partiti ta’ kwalifikazjoni mill-Euro 2016 li jmissu minn Grupp H kontra nNorveġja u l-Italja fl-10 u t-13 ta’ Ottubru wara l-ewwel sfida mal-Kroazja l-ġimgħa l-oħra, lMFA tinsab iffukata biex tħejji bl-aħjar mod possibli għal dawn il-partiti li għandhom ikunu attrazzjoni speċjali għad-dilettanti Maltin. Bħala parti mill-inizjattiva biex aktar spettaturi jattendu fl-

BASKETBALL

istadium u biex jagħtuhom aktar inċentiv kienet imnehdija t-tieni edizzjoni tal-GoalCard li lewwel edizzjoni tagħha kienet suċċess. Dan kollu jiggarantixxi li dawk li jixtiequ jattendu għal dawn ilpartiti, partikolarment dik kontra l-Italja, jkollhom il-biljett tagħom garantit. Għalhekk il-biljetti għal-logħba kontra n-Norveġja waħedha se jkunu €20 fil-West A u West C, €12 fil-Millennium Stand, €8

In-Nursery ta’ Luxol tħejji għall-istaġun

In-Nursery tal-Basketball tal-Luxol se terġa’ tibda lattivitajiet għall-istaġun 201415 nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru, bi programm interessanti ta’ taħriġ u parteċipazzjoni fid-diversi turnaments tal-MBA li jibqa’ sejjer regolarment sal-aħħar ta’ Mejju, 2015. It-taħriġ isir kull nhar Sibt filgħodu u wkoll matul ilġimgħa fil-Gym tal-Luxol f’Pembroke. Dan se jkun fdat f’idejn kowċis kwalifikati u ta’ esperjenza fil-logħba talBasketball. Applikazzjonijiet fid-diversi kategoriji, Subien u Bniet, minn U/8 sa U/16 jintlaqgħu

27

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

kull nhar ta’ Sibt filgħodu filGym. It-tfal għandhom ikunu akkumpanjati mill-ġenituri jew dawk li jieħdu ħsiebhom. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat SMS jew iċempel fuq 79537061, 99539951 jew jibgħat e-mail fuq louiswolves@onvol.net

fis-South Stands u €10 fin-North Stand waqt li l-biljetti għall-isfida mal-Italja se jkunu ta’ €50, €30 u €20 rispettivament. Tfal taħt it-12-il sena jħallsu anqas. Dawk li jkollhom il-Gold Card se jkunu ntitolati li jidħlu b’xejn fis-settur rispettiv tagħhom. Il-biljetti għall-partiti individwali jinsabu għall-bejgħ millpostijiet tas-soltu jew inkella minn fuq www.mfa.com.mt fejn hu importanti li min jixtri biljett online ikollu kopja pprintjata.

SPARAR

Il-konferma ta’ Grech waslet wara r-rwol importanti li kellu ma’ Xgħajra l-istaġun li għadda, fejn il-klabb irnexxielu jikseb ilpromozzjoni għat-Tieni Diviżjoni.

Grech ikkonfermat ma’ Xgħajra Xgħajra Tornados ikkonfermaw għat-tieni staġun konsekuttiv lill-midfielder Karl Grech li fil-passat lagħab ukoll għal Mdina Knights.

Ikomplu l-akkwisti minn Naxxar Futsal Naxxar Lions Futsal akkwistaw lill-eks plejer ta’ Santa Luċia Futsal Ryan Mifsud. Dan l-akkwist isegwi żewġ akkwisti oħra ta’ Naxxar; dak tall-eks plejer ta’ Vittoriosa Stars Futsal u tat-tim nazzjonali Malti Kurt Azzopardi, l-eks plejer ta’ Hibernians Futsal u tat-tim nazzjonali Daniel Brincat u Chris Wismayer, eks Balzan.

Il-Eurosport Sockids Soccer School, affiljata mal-Kunsill Malti għall-Isport, se tkun qed torganizza it-taħriġ għall-istaġun 2014/15. Dan jibda fil-ġimgħa li tibda fis-6 ta’ Ottubru u jibqa’ sejjer sal-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2015. It-taħriġ isir kollu minn David Carabott – l-aktar plejer li lagħab għat-tim Nazzjonali Malti.

Għall-ewwel darba dan listaġun se jsiru logħbiet u turnaments għal age groups differenti kontra nurseries u skejjel oħra tal-futbol matul tmiem ilġimgħa. Aktar informazzjoni mingħand David Carabott fuq 99031450, email sockidsmalta@gmail.com jew fuq il-paġna ta’ facebook Sockids Football School.

Tibda l-Eurosport Sockids School

Aquilina jirbaħ spartura Trap Jason John Aquilina kien irrebbieħ overall ta’ Kompetizzjoni Trap għallVivendo Group Trophy organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-isparar fil-Bidnija fi tmiem ilġimgħa. Il-kompetizzjoni kienet fuq 50 plattina u mbagħad żewġ rounds ta’ 15-il plattina l-wieħed għassemifinali u l-midalji. Fi Klassi A James Galea Jr kien l-aħjar tiratur b’46 minn 50 segwit minn George Mifsud u Darren Xuereb b’45 kull wieħed. Fi Klassi B l-aħjar kien Paul Gatt li laqat 44 b’George Cassar bi 43 u Nicky Carabott b’39 waqt li fi Klassi C, Charles Demanuele laqat 39, u George Grech u Joe Zammit 36 kull wieħed. Fis-semifinali Aquilina falla biss plattina waħda meta laqat 14 u mbagħad laqat 12 fl-isparatura għall-midalja tad-deheb wara

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Trap flimkien mal-President Salvu Portelli

sfida ma’ George Mifsud li laqat 13 u 11. Il-midalja tal-bronż intrebħet minn James Galea Jr. bi 12 u 9 wara shoot-off ma’ Darren

Xuereb li wkoll laqat 12 u 9. Paul Gatt temm il-ħames bi 11il plattina fis-semifinali waqt li George Cassar kien l-aħħar tiratur fis-semifinali meta laqat 8.


28

www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

Tmiem il-ġimgħa ta’ futbol Malti Analiżi u kummenti dwar il-partiti tal-Kampjonat

Logħob li jmiss

Kif jinsabu

Is-Sibt 20 ta’ Settembru Stadium Nazzjonali 1600 Tarxien R. v Naxxar L. Simon Farrugia 1800 Qormi v B’Kara Victor Tedesco Stadium 1600 Floriana v Żebbuġ R. Premier BOV 1815 Hibernians v Pieta’ H.

Il-Ħadd 21 ta’ Settembru Stadium Nazzjonali 1600 Mosta v Balzan 1800 Sliema W. v Valletta

Hibernians Balzan Mosta Birkirkara Tarxien R. Valletta Floriana Qormi Sliema W. Naxxar L. Pieta` H. Żebbuġ R.

L 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4

R 4 2 3 3 0 1 1 1 0 0 0 0

SPORT

D 0 2 1 1 4 1 1 1 3 2 1 1

T F K 0 10 3 0 10 6 0 5 1 0 9 4 0 4 4 2 3 3 2 4 7 2 3 4 1 3 5 2 2 4 3 2 6 3 5 13

It-tim tal-ġimgħa

Innutajna…

Uffiċjali tal-pulizija jintervjenu biex jikkalmaw ir-rabja tal-partitarji Beltin wara l-ewwel gowl ta’ Hibernians (ritratt> Alex Degabriele)

LI ftit wara li Valletta ġarrbu lewwel gowl kontra Hibernians inqala’ xi diżgwid bejn xi ftit partitarji Beltin fin-naħa solita tagħhom fl-Enclosure. Kienu involuti mhux aktar minn għoxrin persuna. Jidher li forsi lmument ħażin li għaddejjin minnu Valletta bħalissa qiegħed joħloq ċertu tensjoni bla bżonn. Ovvjament nemmen li l-partitarji għandhom ikunu aktar paċenzjużi u mhux iħallu l-emozzjonijiet jiġru bihom. Apparti li mhux dejjem bilfors irid jirbaħ it-tim tiegħek, il-kampjonat huwa wieħed twil u għadna biss filbidu.

LI minkejja li hu tim relattivament żgħir Tarxien Rainbows hu tim organizzat ħafna. Issa fi tmiem il-ġimgħa għal-logħba kontra Żbbuġ Rangers kien hemm dawk imsejħ ultras li kienu kollha lebsin flokk abjad biex ikunu jidhru differenti milloħrajn. Nemmen li l-pedament tal-klabbs huma l-partitarji għax dawn qatt ma jabbandunaw it-

tim tagħhom. Plejer, kowċ jew diriġent jista’ jkun li filli miegħek u filli le. Partitarju mittwelid sal-mewt.

LI meta nagħtu ħarsa lejn limpenn doppju tat-tim nazzjonali naraw li minkejja li lgħabna barra minn darna ġibna riżultati rispettabbli. It-tim nazzjonali jinsab f’mument ta’ transizzjoni u naħseb li bix-xogħol li qiegħed isir għad naraw aktar progress. Iddejjaqni ħafna imma n-negattivita tal-poplu Malti li jistenna limpossibli. Irridu nkunu konxji sa fejn nistgħu u sa fejn kapaċi naslu.

LI fi tmiem il-ġimgħa għallewwel darba fl-istorja sar ġemellaġġ ta’ referees bejn Malta u nNorveġja. Ir-referee Trustin Farrugia Cann assistit minn Jurgen Spiteri u David Castillo ikkontrollaw il-logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni bejn Baerum u Ranheim li ntlagħbet fis-Sandivka Stadion f’Oslo. Illogħba ntemmet draw ta’ 0-0.

S. Sultana M. Potezica L. Dimech K. Magro Gilmar E. Bilboa Zarate A. Cohen Jorginho W. Lima JP. Mifsud Triganza B. Kaljevic

Pt 12 10 10 9 4 4 4 4 3 2 1 1

(Balzan) (Sliema W.) (Valletta) (Mosta) (Naxxar L.) (Balzan) (Hibernians) (Hibernians) (Tarxien R.) (Balzan) (Mosta)

Inizjattivi bħal dawn li qed isiru minn żmien għall-ieħor qed ikunu ta’ esperjenza għar-referees Maltin.

LI kien hemm aktar aħbarijiet tajbin mis-settur tar-referees fejn Alan Mario Sant ġie magħżul sabiex jikkontrolla logħba millUEFA Youth League Grupp E bejn Roma u CSKA Moska li ser tintlagħab għada fi Stadio Centro d’Italia, fRieti. Huwa ser ikun assistit minn William Debattista u Roberto Vella.

LI f’Għawdex il-Kampjonat Nazzjonali jidher li xejn ma beda fuq nota feliċi. Dan hekk kif għall-partita mill-Ewwel Diviżjoni id-derby bejn SK Victoria Wanderers u Victoria Hotspurs, lanqas biss kien hemm il-linji tal-ground lesti b’riżultat li r-referees u l-plejers kellhom jistennew sakemm dawn isiru. Barra dan il-barriers li jifirdu lground mill-ispettaturi kienu dawk li jintużaw mill-pulizija u l-iskor board sparixxa.

Sliema u Qormi ħadu punt kull wieħed fl-unika partita li ntemmet mingħajr gowls fi tmiem il-ġimgħa (ritratt> Joseph Galea)

Morais Costa skorja doppjetta kontra Balzan (ritratt> B’Kara FC.com)

L-AQWA SKORERS

Morais Costa b’4 E. Morais Costa (B’Kara) G. Piccioni (Balzan) M. Britto ( Żebbuġ R.) O. Guerrero (Balzan) J. Da Silva Pereira (Hibernians) B.Kaljevic (Mosta) M. Piciollo (Floriana) E. Luis Dos Santos (Hibernians) T. Caruana ( Tarxien R.) C. Monti (Żebbuġ R.) J.P. Mifsud Triganza (Balzan) R. Ledesma (B’Kara) D. Mariano Bueno (Mosta)

4 3 3 3 3 3 3 3 2 2 2 2 2


www.maltarightnow.com

SPORT

INTERVISTI

L-akkwist ta’ Agius kien iċ-ċirasa fuq il-kejk “Kienet rebħa mistħoqqa imma li tirbaħ lil Valletta minkejja li hi rebħa sabiħa ma’ jfisser xejn. Issena l-oħra għamilna l-ewwel 11il logħba bla telfa. Imbagħad tlifna plejers utli għat-tim u tlifna lpass. Din is-sena l-iskwadra u ttim huma aktar b’saħħithom.” Hekk ikkummenta ma’ dan ilġurnal il-plejer ta’ Hibernians Clayton Failla frisk mis-suċċess li l-Pawlisti kisbu kontra Valletta fil-logħba prinċipali ta’ tmiem ilġimgħa. “Fl-aħħar ħames minuti għajjejna u għal ftit ma’ tlifnix dak kollu li ħdimna għalih matul ilpartita. Imma ovvjament l-aħjar tim ħareġ rebbieħ. It-tim qed jiffunzjona tajjeb. Jonqos li liskwadra tissaħħaħ ftit ieħor. Iddifferenza bejn Hibernians u Valletta kienet li huma iddgħajfu mis-sena li għaddiet u għadhom ma’ sabux sostituti għall-barranin li kellhom. Imma xorta

29

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

waħda ser ikunu hemm biex jisfidaw flimkien magħna u Birkirkara.” Mistoqsi dwar kemm huwa b’saħħtu aktar mis-sena li għaddiet it-tim tal-Hibernians Failla stqarr, “L-akkwisti li għamilna huma tlett plejers ta’ livell u t-tajjeb li tnejn minnhom huma Maltin. Henry Bonello, wieħed mill-aqwa gowlkipers, Jorginho li kkombina tajjeb ma’ Tarabai filwaqt li lakkwist ta’ Andrei Agius kien iċċirasa fuq il-kejk. Mill-bqija l-bażi tat-tim baqgħet l-istess u issa ilna għal dawn l-aħħar erba’ snin bl-istess bażi ta’ skwadra.” Imma Failla minkejja l-ottimiżmu żied jgħid, “Il-karattru tattim irid jintwera fil-logħbiet li ġejjin. Imissna kontra Pieta u Żebbuġ u dawn huma l-logħbiet li aħna għandna x’nitilfu u xejn x’niggwadanjaw. Żelqa f’waħda minn dawn iġib fix-xejn ir-rebħa li ksibna kontra Valletta.”

- Clayton Failla (Hibernians)

S’issa hemm bosta timijiet aħjar minna

Ryan Fenech ta’ Valletta fl-azzjoni ma’ Gomes ta’ Hibernians (ritratt: alex Degabriele)

“Naħseb li Hibernians kienu laħjar kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni taqsima. Ir-riżultat hu ġust u jagħti stampa ta’ min ħaqqu jirbaħ,” hekk qal il-captain ta’ Valletta Ryan Fenech wara ttelfa kontra Hibs 2-1. Mistoqsi dwar x’mar ħażin f’din il-partita Fenech irrisponda, “Diffiċli tgħid x’mar ħażin. Għandna barranin

ġodda, kowċ ġdid u mentalita differenti. Bdilna xi ftit il-formazzjoni wara r-rebħa kontra Floriana fejn daħal Roderick Briffa u kellna lil Jonathan Caruana nieqes. It-tim hu wieħed tajjeb u dejjem ikollna formazzjoni tajba bl-iskwadra li nippossiedu. Imma meta titlef, inutli tipprova twaħħal f’ħaġa jew oħra

għax diffiċli ħafna li ssib x’mar ħażin. Mill-ewwel minuta Hibernians dehru aktar determinati li jiksbu l-punti. Għandhom tim tajjeb u ser ikunu fost l-isfidanti għall-unuri.” Dwar jekk Valletta bħala rebbieħa tad-double l-istaġun li għadda hux iħossu l-pressjoni Fenech stqarr, “Mal-Belt dejjem

26 ta’ Settembru, 1984 Ħamrun Spartans………...2 Ballymena (Irlanda)……..1

waqgħet f’ħemda kbira hekk kif l-Irlandiżi fetħu l-iskor. Kien George Beattie li wara li rċieva ballun fit-tul mingħand McCreery, avanza u b’xutt filbaxx għeleb lill-gowlkiper Zammit. Il-bidu tal-logħba kien kollu tal-avversarji u fi spazju ta’ tlett minuti bejn il-15 u it-18 ilminuta resqu darbtejn viċin li jirduppjaw. L-ewwel meta minn free kick ta’ O’Neill lejn Harrison kien Beattie li spara għoli minn qagħda tajba. U mbagħad Campbell kellu t-tentattiv tiegħu maqlugħ minn fuq il-linja minn Alex Azzopardi. L-ewwel azzjoni tal-Ispartans waslet fl-20 minuta iżda lgowlkiper ta’ Ballymena Brian Hutchinson salva tajjeb fuq Michael Degiorgio. Żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Ħamrun kisbu l-gowl tad-draw.

Kien Benno Stegner li għadda tajjeb minn mal-linja tax-xellug u l-cross tiegħu sab lil Ray ‘Weber’ Xuereb li poġġa l-ballun fix-xibka bl-Istadium jisplodi bil-ferħ. Mal-bidu tat-tieni taqsima lewwel ċans waqa’ f’saqajn Stegner li iżda falla l-mira għal ftit. Aktar ma’ beda jgħaddi l-ħin aktar l-Ispartans bdew iżidu lpressjoni minkejja li anki riżultat ta’ draw kien biżżejjed sabiex jikkwalifikaw għat-tieni rawnd. Degiorgio tefa’ s-solitu cross b’Refalo mċaħħad minn Hutchinson. Kien fil-65 minuta li Ħamrun skurjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Ir-referee Taljan Pieri ordna penalty wara li Stegner twaqqa’ minn Hutchinson u kien mill-ġdid Ray ‘Weber’ Xuereb li skorja t-tieni gowl personali.

LOGĦBIET MEMORABBLI

- Ryan Fenech (Valletta)

ikollok il-pressjoni għax huwa tim rebbieħ. Iżda r-realta hi li tlifna tmien punti f’erba’ logħbiet, żewġ telfiet u draw. Fadal 29 logħba u t-triq twila. Ġibna plejers ta’ kwalita u possibilment f’Jannar isiru xi ftit irtokki wkoll. S’issa żgur li m’aħniex laħjar u hemm bosta timijiet aħjar minnha.

Imma nemmen li se nerġgħu nkunu fost l-isfidanti.” Finalment mistoqsi dwar illogħba li jmisshom kontra Sliema Fenech wie;eb, “Kontra lWanderers dejjem tkun logħba missielta. Tattikament hu tim tajjeb ħafna. Konfront bejn żewġ timijiet fil-bżonn tal-punti, aħna ġejjin minn telfa u huma minn draw.”

Rebħa storika fit-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi

Waħda mill-logħbiet memorabbli fl-istorja ta’ Ħamrun Spartans u tal-futbol Malti tibqa’ dik li ntlagħbet 30 sena ilu preċiżament fis-26 ta’ Settembru, 1984 meta l-Ispartans ospitaw lit-tim Irlandiż ta’ Ballymena fittieni leg tal-Ewwel Rawnd mitTazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi. Quddiem attendenza ta’ 15,000 spettatur fl-Istadium Nazzjonali Ħamrun kellhom diġa vantaġġ ta’ gowl li bih kienu rebħu flIrlanda. L-atmosfera kienet waħda brillanti b’support ma’ jaqta’ xejn fejn minn ġranet qabel din illogħba kien hemm aspetattiva kbira. Iżda wara biss tmien minuti l-folla enormi li mliet Ta’ Qali

Il-penalty ta’ Ray Xuereb kontra Ballymena li ta rebħa lil Ħamnrun Spartans f’Ta’ Qali

Ballymena kellhom ċans li jidħlu mill-ġdid fil-logħba fit-73 minuta iżda Wright ixxuttja f’idejn Zammit u fl-aħħar minuta Refalo - li kellu logħba kbira b’Hutchinson biss x’jegħleb ikkonkluda fuq il-lasta. It-tisfira finali ġabet ċelebrazzjonijiet kbar kemm fl-Istadium

Nazzjonali kif ukoll fit-toroq talĦamrun fejn f’din il-ġurnata inkitbet paġna storika oħra flistorja glorjuża ta’ dan it-tim. Ħamrun S. – A. Zammit, E. Farrugia, Alex Azzopardi, M. Grech, G. Xuereb, Alf. Azzopardi, L. Refalo, Robertson, B. Stegner, R. Xuereb, M. Degiorgio


www.maltarightnow.com

30

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

CHAMPIONS LEAGUE

Ronaldo se jmexxi l-attakk ta’ Real Madrid

SPORT

Liverpool lura fil-kompetizzjoni wara ħames snin

Real Madrid se jippruvaw ipoġġu fil-ġenb il-forma xejn konvinċenti f’La Liga meta jibdew jiddefendu t-titlu fiċChampions League f’waħda mill-ewwel tmien partiti millfażi tal-gruppi għal-lum. Kritika li t-tim ta’ Carlo Ancelotti tilef il-bilanċ bit-tluq ta’Angel di Maria u Xabi Alonso kienet sostanzjata bil-bidu xejn inkoraġġanti fil-kampjonat fejn is-Sibt tilfu wkoll f’darhom kontra Atletico. Imma almenu llum Real jistgħu jixħtu l-attenzjoni fuq iċChampions League meta jilqgħu liċ-Champions Żvizzeri ta’ Basel. L-attakk ta’ Ancelotti se jitmexxa minn Cristiano Ronaldo li jdher li rkupra minn problemi fl-irkobba. Imma hemm tħassib dwar il-kundizzjoni ta’ Sami Khedira, Dani Carvajal u Jose Rodriguez. Il-piż tal-istorja hu kontra Real li qed jimmira li jsir l-ewwel tim fiċ-Champions League li jżomm it-titlu. Madankollu se jagħmlu kuraġġ mill-fatt li rebħu l-10 partiti li lagħbu f’darhom kontra avversarji Żvizzeri li fihom skorjaw 42 u qalgħu biss tnejn. Basel iżda hu l-uniku tim li skorja kontra Real fil-Bernabeu meta ltaqgħu l-aħħar fl-1971-72 fit-Tazza UEFA minkejja li tilfu 2-1. Mill-istess Grupp B Liverpool se jippruvaw jissuperaw bidu mħawwad tal-istaġun meta llum jirritornaw fiċ-Champions League għall-ewwel darba wara ħames snin. Telfa 1-0 għand Aston Villa sSibt kompliet il-bidu indifferenti li kellu t-tim ta’ Brendan Rodgers dan l-istaġun fejn ħa biss sitt punti minn 4 partiti. Imma l-prospetti li qed jirritornaw fuq l-ogħla palk Ewropew f’Anfield joffri lok għal ottimiżmu, speċjalment mal-Bulgari Ludogorets fejn il-ħames darbiet Champions Ewropej qed jistennew li jirbħu ħalli jibdew fuq nota tajba fi Grupp B. Il-partitarji se jkunu nkoraġġuti bir-ritorn mal-ewwel ħdax ta’ Raheem Sterling li tħalla mistrieħ kontra Villa u daħal biss sostitut. Għal Rodgers dan ukoll se jkun id-debutt fl-Ewropa imma se jkollu jgħaddi mingħajr Daniel Sturridge li se jagħmel żmien twil barra. Plejers oħra bħal Emre, Skrtel, Allen, Johnson u Flanagan huma dubjużi.

Ludogorets qatt ma lagħbu fitturnament qabel u lanqas lagħbu fl-Ingilterra u l-Bulgari wkoll għandhom kriżi ta’ gowlkiper bi Styoyanov sospiż waqt li s-sostitut Cvorovic għandu injury fi spalltu. Dan kollu jfisser li lkowċ Dermendzhiev se jkollu jibbaża fuq il-gowlkiper ta’ 23 sena Argilashki.

Aspetattiva kbira Juventus se jerġgħu jippruvaw jieħdu l-forma tagħhom fil-kampjonat fl-ewropa meta jiltaqgħu kontra Malmo fi Grupp A fejn issa ilhom 11-il sena ma jaslu mal-aħħar erbgħa. Wara r-rebħiet fuq Chievo u Udinese taħt ittmexxija ta’ Allegri, l-aspetattiva hi kbira partikolarment għall-fatt li Juventus bdew tant tajjeb minkejja n-nuqqas ta’ Vidal, Pirlo, Chiellini u anke Barzagli. Roberta Pereyra se jkun sospiż imma ċ-Champions Taljani xorta jibdew favoriti. Malmo diġa lagħbu 23 logħba mill-kampjonat domestiku u jisabu fl-ewwel post, ħames punti fuq AIK imma minkejja dan ħadu biss rebħa waħda millaħħar erba’ partiti. Ir-runners up tas-sena l-oħra Atletico Madrid se jmorru lGreċja għand Olympiakos b’moral għoli wara r-rebħ tadderby f’La Liga. Imma Olympiacos ukoll bdew b’żewġ rebħiet u draw. L-istaġun li għadda Atletico ma ġarrbux telfa f’sitt partiti barra minn darhom, inkluż rebħiet fuq Porto, Milan u Chelsea. Imma Olympiacos huma dominanti f’darhom u fl-istaġun li għadda rebħu 17 minn 18-il logħba fil-kampjonat filKaraiskakis Stadium. Atletico għandhom dubjuż lil Cristian Rodriguez waqt li lGriegi aktarx li jkunu mingħajr Giannis Maniatis li ilu barra mill-aħħar ta’ Awwissu għalkemm Dimityris Siovas jinsab viċin li jirritorna.

Iġeddu l-isfida Borussia Dortmund u Arsenal se jkunu qed iġeddu rivalita antika meta jiltaqgħu illum fi Grupp D Iż-żewġ klabbs telgħu fl-istess grupp għat-tieni staġun konsekuttiv u t-tnejn jittamaw li jerġgħu jkunu huma li jgħaddu mill-grupp. Aaron Ramsey kien skorja luniku gowl meta Arsenal rebħu

Cristiano Ronaldo (nofs) li se jmexxi l-attakk ta’Real flimkien mal-Portugiż Pepe (xellug) u l-Franċiż Benzema

f’Dortmund wara li l-Ġermaniżi kienu rebħu 201 fl-Emirates Stadium f’Ottubru. Dik it-telfa fis-Signal Iduna Park kienet lewwel waħda għal Dortmund f’darhom kontra klabbs Ingliżi fl-Ewropa. Madankollu l-manager Arsene Wenger jemmen li l-konfronti tas-sena l-oħra m’għandhomx effett. “Mhux vantaġġ u lanqas żvantaġġ. Din hi sempliċi sfida ġdida kull darba. Illum Dortmund hu tim differenti,” qal Wenger. Arsenal ġejjin minn draw kontra Manchester City fil-kampjonat waqt li Dortmund rebħu fuq Freiburg bl-eks Manchester United Shinji Kagawa fost liskorers. Il-Gunners se jkunu mingħajr Mathieu Debuchy sospiż u dan ifisser li Calum Chambers jista’ jiddebutta fil-kompetizzjoni waqt li Theo Walcott għadu mweġġa’. Mill-istess grupp jiltaqgħu Galatasaray u Anderlecht fitTurk Telekom Arena, żewġ timijiet li ma jaffordjawx telfa. Galatasaray huma mmexxija mill-eks kowċ nazzjonali Taljan Cesare Prandelli li qed jistenna appoġġ qawwi mill-partitarji. “Nafu li se tkun diffiċli imma lpartitarji se jkunu magħna.” It-Torok se jkunu mingħajr Semih Kaya li weġġa’ man-nazzjonal u Prandelli għandu biċċa xogħol kbira quddiemu hekk kif qatt ma rebħu waħda mill-ewwel

erba’ partiti li kellhom fl-ewwel ġurnata taċ-Champions League. Anderlecht qed jittamaw li joffru oppożizzjoni denja wara bidu qawwi fil-Kampjonat imma se jkunu mingħajr Fabrice N’Sakala u Silvio Proto li jridu jiskontaw logħba sospensjoni waqt li Anthony Vanden Borre għadu mweġġa’. Interssanti li fitTurkija, Anderlecht rebħu żewġ partiti, ġew draw waħda u tilfu tnejn fl-aħħar ħames żjarat tagħhom.

It-tnejn fil-forma Fi Grupp C f’Lisbona se jkunu qed jiltaqgħu tnejn mill-aktar timijiet fil-forma, Benfica u Zenit St. Petersburg. Ir-Russi għandhom bosta elementi li jafu tajjeb il-futbol Portugiż, fosthom ilkowċ Andres Villas-Boas u lmidfielder Danny. Zenit, li biex waslu s’hawn eliminaw lil Limassol u Standard Liege, se jkunu mingħajr is-sospiż Viktor Fayzulin waqt li Benfica għandhom sospiż lil Andre Almeida. Laħħar konfront bejniethom kein fl-2011-12 u dakinhar kienu Benfica li avanzaw 4-3 aggregate. Bayer Leverkusen u Monaco huma l-avversarji l-oħra fil-grupp fejn Monaco wara li tilfu lil James Rodriguez u Radamel Falcao ħadu biss 4 punti minn ħames partiti fil-kampjonat. Leverksuen li fi tmiem ilġimgħa tilfu l-ewwel post se jkunu mingħajr Kyriakos

Il-programm Champions League Illum Grupp A Olympiakos v A. Madrid Juventus v Malmo Grupp B Liverpool v Ludogorets Razgard R. Madrid v Basel Grupp C Benfica v Zenit SP Monaco v B. Leverkusen Grupp D B. Dortmund v Arsenal Galatasaray v Anderlecht Għada Grupp E B. Munich v Man City Roma v CSKA Moscow Grupp F Ajax v Paris SG Barcelona v Apoel N. Grupp G Chelsea v Schalke 04 Maribor v Sporting Grupp H A Bilbao v Sh. Donetsk FC Porto v Bate Borisov * Il-partiti jibdw kollha fid20.45

Papadopoulos li żloga spalltu fittaħriġ waqt li Simon Rolfes u Julian Brandt dan l-aħħar kellhom problemi bl-għaksa. Iż-żewġ naħat iltaqgħu darba fil-fażi talgruppi fl-1997-98 bit-tim Franċiż jirbaħ 4-0 u jiġi draw 2-2 filĠermanja.


www.maltarightnow.com

32

It-Tlieta, 16 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

L-attriċi Amerikana Angelina Jolie, li tinsab Malta għall-ġbid tal-film fi Mġarr ix-Xini mar-raġel tagħha Brad Pitt, fl-aħħar sigħat żaret il-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta u ltaqgħet ma’ numru ta’ immigranti irregolari li ġew salvati mit-traġedji tal-immigrazzjoni ta’ tmiem il-ġimgħa. Żaret ukoll xi familji Sirjani li wkoll salvaw minn traġedja simili fuq il-baħar f’Ottubru. Jolie, li hija wkoll Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, kienet akkumpanjata minn António Guterres, il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati. Huma wissew dwar il-kriżi li dejjem teskala, tal-immigrazzjoni, fil-Mediterran (Ritratt: Pete Muller/Prime for UNHCR)

Illejla jibdew l-attivitajiet tal-Indipendenza fuq il-Fosos

Il-qofol jintlaħaq nhar il-Ġimgħa bil-Mass Meeting u l-kunċert mit-Tribute Band tal-Queen Jerome Caruana Cilia

Illejla, fuq il-Fosos tal-Furjana, jibdew il-festi organizzati millPartit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-50 sena mill-kisba tal-

Indipendenza. Ilbieraħ żar il-Fosos il-Kap talOppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil biex isegwi l-aħħar preparamenti għall-erbat ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet li jibdew

illum. Hu kien akkumpanjat misSegretarju Ġenerali tal-PN Chris Said, u mit-Teżorier tal-PN Alex Perici Calascione, id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar u Charles Stroud.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil ilbieraħ żar il-Fosos tal-Furjana u segwa l-aħħar preparamenti għall-festi tal-Indipendenza (Ritratt : Martin Agius)

Simon Busuttil qal li anke jekk mill-Oppożizzjoni, lIndipendenza għandha tifsira kbira u jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jiċċelebraha b’dinjità. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-opportunità jiltaqa’ malħaddiema fil-post u filwaqt li segwa mill-qrib il-ħidma li kienet għaddejja, irringrazzjahom tal-impenn tagħhom. Hu fakkar kif il-Partit Nazzjonalista ilu 50 sena jiċċelebra din il-festa, anke jekk għal 16-il sena sħaħ, kien hemm min għalih l-Indipendenza kienet biss ġurnata normali. “Issa hemm min qed jgħid li dawn huma affarijiet bla sens u talpassat,” qal Busuttil, filwaqt li sostna li huwa tajjeb li naċċettaw li l-punt tat-twelid tan-nazzjon tagħna kien lIndipendenza. Simon Busuttil appella lillpubbliku biex jattendi bi ħġaru għall-attivitajiet li se jittellgħu fuq il-Fosos matul din ilġimgħa. “Bħalma inti kont preżenti 50 sena ilu, nixtiquk tkun preżenti issa wkoll, 50 sena wara din ilkisba. B’hekk tista’ tgħid li erġa-

jt kont hemm. Min-naħa l-oħra, jien u oħrajn bħali li ma konniex preżenti 50 sena ilu, se nagħmlu mezz biex inkunu hemm ħalli niċċelebraw il-50 sena millkisba tal-Indipendenza,” qal Simon Busuttil. Is-Segretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista Chris Said, min-naħa tiegħu, irringrazzja lill-Kumitat Organizzattiv li ilu jaħdem qatigħ sabiex jittellgħu dawn l-attivitajiet. Chris Said sostna li mhux se jkun hemm attivitajiet politiċi u diskussjonijiet biss, iżda wkoll attivitajiet għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familja kollha. Il-qofol tal-attivitajiet se jintlaħaq bil-Mass Meeting talĠimgħa filgħaxija, li se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, u wara se jkun hemm kunċert mitTribute Band tal-grupp Queen.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.