In-Nazzjon - 3 ta' Diċembru, 2014

Page 1

Nru 13,916

l-Erbgħa, 3 ta‘ Diċembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Transfers vendikattivi u promozzjonijiet għal tal-qalba fl-Armata

Ara paġna 2

Il-power station ġdida mistennija tkun lesta sena u tliet xhur tard Il-power station il-ġdida li kien wiegħed il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet mistennija tkun lesta madwar sena u tliet xhur wara l-wegħda oriġinali. Ħabbar dan il-Ministru talEnerġija Konrad Mizzi waqt iddibattitu fuq il-Baġit filParlament; dikjarazzjoni li rrepeta wkoll waqt konferenza talaħbarijiet eżattament wara. Sena u tliet xhur dewmien. Dan meta l-Prim Ministru Muscat, madwar xahar ilu, meta

ammetta għall-ewwel darba li ttimelines se jinkisru, kien semma biss dewmien ta’ ftit xhur. Konrad Mizzi waħħal f’dan iddewmien għax skont hu l-Gvern għażel li jżewweġ il-proġetti kollha tal-enerġija li jinkludu lkonverżjoni tal-BWSC minn Heavy Fuel Oil għall-gass, il-bini ta’ Power Station li taħdem bilgass u l-interconnector. Konrad Mizzi qal li l-proġett kellu jsir iktar tard milli ppjanat oriġinarjament għaliex il-Gvern kellu jagħżel jew li jkompli bil-

pjan tal-gass kif imwiegħed qabel l-elezzjoni jew li jagħmel bidliet biex il-pjani jagħmlu sens. Sostna li kien hemm turnaround fil-pjani minħabba t-320 miljun ewro minn Shangai Electric li lGvern beda jinnegozja fuqhom waqt li kien għaddej bit-taħditiet mal-Electrogas. Kompla li se jkun biss meta jintlaħaq dan l-ftehim li hu jippreżentah fil-Parlament biex jiġi diskuss fil-Kamra tad-Deputati u ntrabat li pajjiżna jixtri 50% talenerġija mill-impjant tal-

Electrogas, 30% mill-impjant tal-BWSC u l-20% l-oħra millinterconnector. Mistoqsi mill-ġurnalisti minn fejn ġew il-130 miljun li lEnemalta għaddiet lill-Gvern bħala ħlas tas-sisa, Konrad Mizzi qal li parti minn dawn il-flus se jitħallsu mill-flus li ċ-Ċiniżi se jinvestu fl-Enemalta. Madankollu, ladarba dan il-ftehim għadu mhux iffirmat, s’issa l-Gvern ħariġhom minn ġewwa.

Jaqblu li x-xufier tal-Ministru Mallia jgħid li spara fl-ajru Ara wkoll paġna 4

Fil-konversazzjonijiet li saru fil-minuti immedjati wara li x-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara għal darba, darbtejn fuq il-karozza tal-Iskoċċiż nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru, kien hemm qbil bejn numru ta’ rjus kbar li Paul Sheehan kellu jgħid li spara fl-ajru Joe Mikallef Ftit minuti biss wara li xxufier tal-Ministru Manwel Mallia kien spara żewġ tiri fiddirezzjoni tal-karozza Vauxhall misjuqa minn Skoċċiż, saru numru ta’ telefonati minn irjus kbar fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, fil-Korp tal-Pulizija u f’Kastilja fejn

dawn qablu li x-xufier, meta se jkun mistoqsi mill-Pulizija dwar l-isparaturi li kien għamel, jgħid li hu kien spara tiri ta’ twissija fl-ajru. Nifhmu li f’dawn it-telefonati ħadu sehem ix-xufier talMinistru Manwel Mallia u l-istess Ministru Mallia, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray

Zammit u Silvio Scerri, iċChief of Staff fil-Ministeru talIntern u Kurt Farrugia, ilKelliem tal-Prim Ministru li lkoll qablu li l-verżjoni kellha tkun li t-tiri kienu sparati fl-ajru u mhux lejn il-karozza talIskoċċiż. Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ hu infurmat minn sorsi ta’ min

joqgħod fuqhom li f’dak il-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Ottubru 2014 – anzi, biex inkunu preċiżi ftit tal-ħin wara li kienu saru lisparaturi mix-xufier talMinistru Manwel Mallia filGżira, wara li sewwieq Skoċċiż kien laqat il-karozza Mercedes għal paġna 5

Cover-up ieħor, din id-darba mill-MEPA biex tiddefendi lil Helena Dalli

Ara paġna 3

Il-Malta Hospice Movement rebbieħ nazzjonali tal-Premju Ewropew għaċ-Ċittadin 2014

Ara paġna 7


2

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Transfers vendikattivi u promozzjonijiet għal tal-qalba fl-Armata Joe Mikallef

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru, inħarġet uffiċjalment lista twila ta’ transfers vendikattivi flimkien ma’ promozzjonijiet għal talqalba fil-Forzi Armati ta’ Malta. It-tibdiliet jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru li ġej. Il-messaġġ ċar li joħroġ minn din iċ-ċirkolari hu wieħed – lArmata sejra mill-ħażin għallagħar u llum m’hemmx limitu għall-oxxenitajiet li qed ikomplu jitwettqu fil-Forzi Armati Maltin. Din il-lista ta’ transfers

vendikattivi kienet komunikata lit-taqsimiet varji fi ħdan lArmata u sorsi li tkellmu magħna qalu li baqgħu mistagħġba u xxukkjati b’dawn it-transfers vendikattivi fejn fizzjali kompetenti fis-settur partikulari tagħhom, kienu infurmati li se jibdew iservu f’taqsima oħra fejn l-abbiltajiet tagħhom fir-rwol ilġdid huma diskutibbli ħafna. Is-sorsi li tkellmu magħna ddeskrivew il-jum tal-1 ta’ Diċembru 2014 bħala paġna sewda fl-istorja tal-Armata. L-istess sorsi qalulna li biex titħalla tagħmel xogħlok sew jew

biex tingħata xi promozzjoni li jkun ħaqqek, illum fl-AFM trid tkun meqjus bħala tal-qalba, jew, tal-inqas, ta’ twemmin aħmar. Is-sorsi spjegawlna li jekk wieħed jistudja sew din il-lista maħruġa nhar it-Tnejn li għadda, isib li fl-Armata nħarġu numru ta’ promozzjonijiet u trasferimenti biex ikunu aġevolati membri fl-Armata li huma magħrufa li huma tal-qalba u li jissimpatizzaw bil-kbir mal-Partit Laburista. Biex kienu akkomodati dawn il-persuni, ġew imtajra membri oħra tal-Armata li hu magħruf li

Fl-aħħar jiem fetħet il-kampanja tal-Milied RTK 4 Charity b’risq ‘Familji fil-Bżonn’. Din hija l-21 sena li Radju RTK qed jorganizza din il-kampanja, li minnha jibbenefikaw tfal ġejjin minn familji fil-bżonn f’Malta u f’Għawdex, kif ukoll tfal refuġjati li bħalissa hawn f’pajjiżna. Parti mid-donazzjonijiet ta’ din il-kampanja jmorru wkoll għad-Dar tal-Kleru. Il-kampanja tilħaq il-qofol tagħha l-Ħadd 21 ta’ Diċembru b’festin speċjali li se jsir mid9.30am sa 12pm fl-Awditorju tasSeminarju f’Tal-Virtù, ir-Rabat,

għal madwar 300 tifel u tifla ġejjin minn familji fil-bżonn, kif ukoll għat-tfal refuġjati f’Malta. Għal dan il-festin jattendi lAmministratur Appostoliku Mons. Charles J. Scicluna. Minbarra kant, logħob għat-tfal u divertiment, ma tonqosx ilpreżenza ta’ Father Christmas li jqassam ir-rigali. Għada l-Ħamis 4 u pitgħada lĠimgħa 5 ta’ Diċembru, studenti mill-Fakultà tat-Teoloġija membri fl-Għaqda Studenti tatTeoloġija jingħaqdu f’din ilkampanja billi jorganizzaw jumejn ta’ attivitajiet fuq il-kam-

pus, bit-tema ‘Make My House a Home’. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fl-uffiċċju ta’ Radju RTK filBlata l-Bajda. Jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ telefonata fuq 5160 2040 għal donazzjoni ta’ €10, 5170 2041 għal donazzjoni ta’ €15, u 5180 2042 għal donazzjoni ta’ €25, inkella b’SMS fuq 5061 8921 għal donazzjoni ta’ €7. Wieħed jista’ jagħti donazzjoni wkoll direttament fil-kontijiet bankarji ‘Kampanja RTK – Familji fil-Bżonn’ tal-APS Bank (105 43110022), BOV (400 10162286) jew HSBC (033 157108050).

Tiftaħ il-kampanja tal-RTK ‘Familji fil-Bżonn’

www.maltarightnow.com

LOKALI

huma serji fil-qadi tad-doveri tagħhom. Dwar dawn it-transfers vendikattivi u promozzjonijiet għal tal-qalba fl-Armata, ħadna lkummenti ta’ Jason Azzopardi, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li qal li jidher li lMinistru Manwel Mallia għadu ma xebax iweġġa’ lill-membri tal-Forzi Armati, sempliċement għax irid jaqdi lil dawk tal-qalba. Dawn it-transfers vendikattivi mħabbra fl-istess jum li lParlament kien qed jiddiskuti lEstimi tal-Ministeru tal-Intern u

s-Sigurtà Nazzjonali, juru kemm dan il-Ministru m’għandux sens ta’ mistħija u għadu għaddej blarroganza tiegħu joħloq inġustizzji ġodda. Jason Azzopardi fisser li huwa evidenti li wħud mit-transfers li saru huma intenzjonati biex jaqtgħu qalb il-fizzjali konċernati ħalli dawn jirriżenjaw millArmata. Hu temm li wieħed ma jridx jinsa li dan hu l-istess Ministru li se jinżel fl-istorja għax għadu sal-lum iċaħħad lillOmbudsman milli jagħmel skrutinju tal-promozzjonijiet li hu stess ta matul ix-xhur li għaddew.

Ħdax-il annimal mietu kawża ta’ nar li hu maħsub li tqabbad intenzjonalment bejn ilbieraħtlula u lbieraħ f ’razzett fi Triq San Ġakbu, fin-Nadur, Għawdex. L-annimali, li jinkludu erba’ tiġiġiet, tliet nagħġiet, żewġ mogħżiet u żewġt iħrief, instabu minn sid ir-razzett,

raġel ta’ 61 sena, ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tas7.15am. L-investigazzjonijiet talpulizija f’dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f ’inkjesta mmexxija millMaġistrat Joanne Vella Cuschieri.

Annimali maqtula f’nar li x’aktarx tqabbad apposta f’razzett f’Għawdex

SKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT. Fl-aħħar jiem tpoġġiet l-ewwel ġebla tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-faċilitajiet sportivi u t-tagħlim tal-isport jgħinu biex aktar żgħażagħ ikomplu l-edukazzjoni. L-isfida għall-awtoritajiet edukattivi llum hi li l-istudenti ma jkollhomx biss triq riġida huma u javvanzaw fl-istudju, iżda li jingħataw għażliet differenti, kemm dawk akkademiċi, vokazzjonali, sportivi u oħrajn. Fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss, dawn il-faċilitajiet ġodda jridu jibdew jilqgħu l-istudenti. Dan il-bini mhux se jservi biss għall-istudenti tal-iskola, għax meta l-iskola tkun magħluqa, il-faċilitajiet se jkunu aċċessibbli għall-komunità u għall-għaqdiet sportivi. (Ritratt: DOI, Pierre Sammut)


www.maltarightnow.com

LOKALI

Cover-up ieħor, din id-darba mill-MEPA biex tiddefendi lil Helena Dalli

Kollox jindika li l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u lIppjanar (MEPA) wettqet coverup ieħor. Cover-up li qed isir biex jgħatti l-iskandlu li hija involuta fih il-Ministru Helena Dalli. Dan hekk kif minn fuq is-sit elettroniku tal-MEPA, tħassret kull tip ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam mal-proprjetà inkwistjoni, jiġifieri l-farmhouse tal-Ministru Dalli. F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-bini tal-MEPA, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Ryan Callus ħabbar li bagħat ittra oħra lillKummissarju għall-Ambjent u lIppjanar fl-Uffiċċju talOmbudsman biex jinvestiga dan kollu, li allegatament jikser l-obbligi li għandha l-MEPA kif stabbiliti mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Din l-istorja ġiet żvelata fil-gazzetta ‘ilmument’ tal-Ħadd li għadda, u lMEPA, minkejja li għaddew 48 siegħa, ma ċaħdet xejn.

Ryan Callus irrefera wkoll għal artiklu li deher fuq ‘The Sunday Times’ tal-Ħadd li għadda, li għamel referenza għall-fatt li r-raġel tal-Ministru Helena Dalli ma ħalliex lil Jason Desira – li għandu se tgħaddi din il-proprjetà – jippubblika l-konvenju. Dan minkejja li l-Ministru Dalli ilha ġimgħat sħaħ tgħid li se tkun qed tippubblikah. “X’għandu jinten dan il-konvenju?” staqsa Ryan Callus. Callus temm jgħid li f’dan ilcover-up, hemm numru ta’ persuni u awtoritajiet li qed jinqabdu jigdbu u jikkontradixxu lil xulxin. Filwaqt li l-MEPA qed tgħid li ma sarx xogħol fuq il-farmhouse tal-Ministru Dalli, il-Prim Ministru, l-istess Ministru u Jason Desira qed jibqgħu jinsistu li x-xogħol għaddej. Il-MEPA qed tagħmel minn kollox biex tiddefendi lil Helena Dalli, u l-MEPA u Joseph Muscat qed jikkontradixxu lil xulxin, temm jgħid Ryan Callus.

3

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus: X’għandu jinten dan il-konvenju? (Ritratt: Martin Agius)

L-Oppożizzjoni terġa’ tikteb lill-Ombudsman wara li minn fuq is-sit elettroniku tal-MEPA sparixxiet l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni marbuta mal-iżvilupp illegali fil-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli u żewġha

Il-Jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabbiltà

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista llum qed ifakkar il-Jum Internazzjonali għallPersuni b’Diżabbiltà, li jkun iċċelebrat fit-3 ta’ Diċembru. L-Assemblea tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) ilha mill-1992 tfakkar dan il-jum ta’ kull sena biex tirrikonoxxi d-drittijiet ta’ kull persuna u biex tqajjem kuxjenza u għarfien dwar l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ilpersuni b’diżabbiltà. Barra minn hekk, il-FOIPN fi stqarrija qal li

dan il-jum għandu l-għan li japprezza d-dinjità ta’ kull individwu u jagħti importanza lis-saħħa tal-persuni b’diżabbiltà. It-tema magħżula min-NU għal din is-sena hi r-rwol tatteknoloġija fil-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà. Il-Forum Opportunitajiet Indaqs, fl-ispirtu tat-tema magħżula, jixtieq jenfasizza l-importanza tat-teknoloġija f’każi ta’ emerġenza. Itteknoloġija hija kruċjali wkoll fil-ħolqien ta’ opportunitajiet varji ta’ xogħol kif ukoll sabiex

l-inklużjoni verament issir possibbli. L-edukazzjoni u xxogħol huma żewġ pilastri importanti fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Għaldaqstant jeħtieġ nassiguraw li t-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż il-persuni b’diżabbiltà. Il-Forum Opportunitajiet Indaqs qal li għaddej b’ħidma kontinwa biex jassigura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom verament opportunitajiet indaqs fissoċjetà.

Tħabbret il-mewt tal-imprenditur George Fenech, fl-età ta’ 63 sena. George Fenech, minn Ħal Qormi – it-tifel il-kbir ta’ Tumas Fenech – kien ilu jsofri minn problemi ta’ saħħa, wara marda twila li ħakmitu. Fenech, magħruf fost il-Qriema

bħala “is-Sur Ġorġ” – kien iċ-chairman tal-Grupp Tumas, u kien ilmoħħ wara d-diversifikazzjoni talkumpanija għal oqsma ġodda bħallospitalità u l-gaming. Taħt ittmexxija ta’ George Fenech, ilGrupp Tumas kien lesta l-proġett ta’

Portomaso f’San Ġiljan u kompla linvestimenti tiegħu anke lil hinn minn xtutna. Imma minkejja s-suċċessi kbar li l-Grupp Tumas kompla jagħmel taħt idejn George, hu dejjem baqa’ bniedem riservat, ’il bogħod mill-

Rigal tal-Milied kmieni għall-ħaddiema nisa fl-Enemalta Mill-bidu ta’ din il-ġimgħa, numru ta’ ħaddiema nisa fi ħdan l-Enemalta ma baqgħux jibbenefikaw mill-flexitime. Dan ifisser li dawn l-ommijiet ta’ familji se jkollhom jaħdmu aktar sigħat bit-teleworking, jew jaħdmu inqas sigħat (reduced hours), li jfisser inqas dħul għall-familji tagħhom. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ffirmata millKelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija u l-

Imut l-imprenditur George Fenech

media, jaħdem u jikseb is-suċċessi fil-kwiet. Bħala rikonoxximent talkontribut tiegħu fl-iżvilupp talekonomija Maltija, f’Jum irRepubblika ta’ sentejn ilu, hu kien inħatar membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Konservazzjoni tal-Ilma George Pullicino u millKelliema għad-Djalogu Soċjali u l-Libertajiet Ċivili Claudette Buttigieg qalet li lGvern ta’ Joseph Muscat qed jinqabad f’gidba oħra. Dan mhux baġit “female centric” kif iddeskrivieh ilMinistru Edward Scicluna, imma huwa baġit li pinġa lillmara bħala persuna li tabbuża mill-benefiċċji u bħala kastig, se jbatu n-nisa li jaħdmu lEnemalta.


www.maltarightnow.com

5

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Fi ftit ħin wara l-isparatura saru diversi telefonati li fihom kienu involuti diversi persuni: (mix-xellug għal-lemin) ix-xufier tal-Ministru Paul Sheehan, il-Ministru Manwel Mallia, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, il-Kelliem tal-PM Kurt Farrugia u ċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri

Tgħaffiġa kbira bla bżonn minn paġna 1

(i) Il-Kuntistabbli nnifsu Paul Sheehan, ix-xufier talMinistru Manwel Mallia, magħżul minnu stess biex iservi f’dan ir-rwol anke għaliex kien kanvasser tiegħu u hu wkoll mid-Distrett, kuntrarju għal dak li qal l-istess Manwel Mallia, jiġifieri li kien assenjat lilu u lanqas biss kien jafu qabel, irċieva u għamel numru ta’ telefonati. (ii) Manwel Mallia, ilMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li għalkemm kien qed jattendi okkażjoni soċjali fil-Kwartieri Ġenerali talPulizija fil-Furjana, kien qed jiġi aġġornat kontinwament b’dak li kien qiegħed jiġri. (iii) Ray Zammit, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija –

kuġin tal-Ministru Manwel Mallia – li fost l-oħrajn kellem direttament lil diversi persuni, inkluż lix-xufier Paul Sheehan, fejn qablu li meta dan kien se jiġi interrogat mill-Pulizija, jgħidilhom li kien spara żewġ tiri ta’ twissija fl-ajru. Telefonata oħra tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija kienet lill-Kelliem uffiċjali talPM Kurt Farrugia biex huma wkoll jaqblu li l-verżjoni li kellha tingħata, tkun li t-tiri kienu tiri sparati fl-ajru u mhux lejn il-karozza tal-Iskoċċiż. (iv) Kurt Farrugia, il-Kelliem tal-Prim Ministru, li apparti lkomunikazzjoni mal-Aġent Kummissarju, saħansitra ċempel lill-Ministru Manwel Mallia biex iserraħlu rasu li listqarrija miftiehma kienet ħarġet.

(v) Silvio Scerri, iċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li wkoll sarulu u għamel numru ta’ telefonati. Sorsi li f’dawn il-jiem tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ dwar ittgħaffiġa kbira li saret dwar dan il-każ – attentat ta’ cover-up bla bżonn f’inċident li jista’ jiġri lil kulħadd – staqsew x’kien u x’inhu l-mottiv li dwar dan ilkaż ingħadu tant gidbiet u saru tant attentati biex il-verità tibqa’ mistura. Dawn is-sorsi qalu li m’hemmx gravi biss din il-konversazzjoni bejn l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija u xxufier tal-Ministru Manwel Mallia biex il-verżjoni lillPulizija tkun dik li t-tiri kienu sparati fl-ajru, imma anke l-fatt li kien l-Aġent Kummissarju

tal-Pulizija b’mod dirett li ta lordni biex il-karozza Vauxhall milquta b’żewġ tiri titgħabba minnufih fuq il-lowloader biex titneħħa mill-post tal-inċident. Dawn is-sorsi staqsew għaliex dan l-inċident ma nżammx fil-parametri tiegħu u waqaf hemm? Minflok, tkabbar b’ħafna attentati ta’ cover-up u gideb biex issa l-Prim Ministru – anki fid-dawl tal-inkjesta li qed issir – biex jiġbor ġieħu, irid talinqas itajjar l-irjus ta’ erba’ persuni – tal-Ministru Manwel Mallia, taċ-Chief of Staff tiegħu Silvio Scerri, tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit u tal-Kelliem tiegħu stess Kurt Farrugia. Bla dubju ta’ xejn, Manwel Mallia kien diżappunt totali għall-istess Prim Ministru li hu

diżappuntat, diżilluż u ddiżgustat bil-performance tiegħu. Iċ-Chief of Staff tiegħu Silvio Scerri s’issa wkoll kellu għoxrin xahar mill-aktar ikkuluriti u nifhmu li Kastilja hi imxebbgħa għalkollox bl-attitudni tiegħu. L-Aġent Kummissarju talPulizija Ray Zammit se jkun daħal, jew iddaħħal f’borma mħawra u mħawda għallaħħar... li xi ħadd ibagħbas ma’ xena ta’ reat mhix ċajta, anzi hi ħaġa mill-aktar serji. Il-Kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia jidher ċar li nqabad jigdeb ukoll quddiem linkjesta...u bla dubju ta’ xejn anke hu poġġa l-pożizzjoni tiegħu f’dubju. Għax kif jista’ l-Prim Ministru jkollu lKelliem Uffiċjali tiegħu li jinqabad jigdeb b’dan il-mod?


www.maltarightnow.com

5

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Fi ftit ħin wara l-isparatura saru diversi telefonati li fihom kienu involuti diversi persuni: (mix-xellug għal-lemin) ix-xufier tal-Ministru Paul Sheehan, il-Ministru Manwel Mallia, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit, il-Kelliem tal-PM Kurt Farrugia u ċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri

Tgħaffiġa kbira bla bżonn minn paġna 1

GM14 tal-Ministru – saru numru ta’ telefonati dwar dawn l-isparaturi minn diversi persuni u lil oħrajn. (i) Il-Kuntistabbli nnifsu Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, magħżul minnu stess biex iservi f’dan irrwol anke għaliex kien kanvasser tiegħu u hu wkoll midDistrett, kuntrarju għal dak li qal l-istess Manwel Mallia, jiġifieri li kien assenjat lilu u lanqas biss kien jafu qabel, irċieva u għamel numru ta’ telefonati. (ii) Manwel Mallia, ilMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li għalkemm kien qed jattendi okkażjoni soċjali fil-Kwartieri Ġenerali talPulizija fil-Furjana, kien qed

jiġi aġġornat kontinwament b’dak li kien qiegħed jiġri. (iii) Ray Zammit, l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija – kuġin tal-Ministru Manwel Mallia – li fost l-oħrajn kellem direttament lil diversi persuni, inkluż lix-xufier Paul Sheehan. (iv) Kurt Farrugia, il-Kelliem tal-Prim Ministru, li apparti lkomunikazzjoni mal-Aġent Kummissarju, saħansitra ċempel lill-Ministru Manwel Mallia biex iserraħlu rasu li l-istqarrija miftiehma kienet ħarġet. (v) Silvio Scerri, iċ-Chief of Staff fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, li wkoll sarulu u għamel numru ta’ telefonati. Sorsi li f’dawn il-jiem tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ dwar ittgħaffiġa kbira li saret dwar dan il-każ – attentat ta’ cover-up bla

bżonn f’inċident li kien jikkonsisti f’ħabta żgħira bejn żewġ vetturi li jista’ jiġri lil kulħadd – staqsew x’kien u x’inhu lmottiv li dwar dan il-każ ingħadu tant gidbiet u saru tant attentati biex il-verità tibqa’ mistura. Dawn is-sorsi qalu li m’hemmx gravi biss il-konversazzjonijiet li saru biex il-verżjoni lill-Pulizija tkun dik li t-tiri kienu sparati fl-ajru, imma anke l-fatt li kien l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija b’mod dirett li ta l-ordni biex il-karozza Vauxhall milquta b’żewġ tiri titgħabba minnufih fuq il-lowloader biex titneħħa mill-post tal-inċident. Dan kien ifisser li x-xena tar-reat intmesset u ma baqgħetx intatta kif kienet. Is-sorsi li tkellmu magħna

żiedu jistaqsu għaliex dan linċident ma nżammx fil-parametri tiegħu u waqaf hemm iżda ggrava bla bżonn? Minflok, tkabbar b’ħafna attentati ta’ cover-up u gideb biex issa l-Prim Ministru – anki fid-dawl tal-inkjesta li qed issir – biex jiġbor ġieħu, irid talinqas itajjar l-irjus ta’ erba’ persuni – tal-Ministru Manwel Mallia, taċ-Chief of Staff tiegħu Silvio Scerri, tal-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit u tal-Kelliem tiegħu stess Kurt Farrugia. Bla dubju ta’ xejn, Manwel Mallia kien diżappunt totali għall-istess Prim Ministru li hu diżappuntat, diżilluż u ddiżgustat bil-performance tiegħu. Iċ-Chief of Staff tiegħu Silvio Scerri s’issa wkoll kellu għoxrin xahar mill-aktar ikku-

luriti u nifhmu li Kastilja hi imxebbgħa għalkollox bl-attitudni tiegħu. L-Aġent Kummissarju talPulizija Ray Zammit se jkun daħal, jew iddaħħal f’borma mħawra u mħawda għallaħħar... li xi ħadd ibagħbas ma’ xena ta’ reat mhix ċajta, anzi hi ħaġa mill-aktar serji. Il-Kelliem tal-Prim Ministru Kurt Farrugia wkoll jinsab f’pożizzjoni imbarazzanti ħafna wara li issa ħarġet ċara ħafna li kien hu li kkomunika listqarrija - sagħtejn biss wara lisparaturi - li kienet mimlija gideb, fosthom li t-tiri kienu sparati lejn l-ajru u li l-inċident kien wieħed ta’ hit and run. Għax kif jista’ l-Prim Ministru jkollu l-Kelliem Uffiċjali tiegħu li jinqabad f’sitwazzjoni bġal din il-mod?


6

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

www.maltarightnow.com

Bin Han żamm il-passaporti u l-flus tal-ħaddiema biex ma jaħarbux

QORTI

Tkompli l-kumpilazzjoni dwar allegat traffikar u sfruttament ta’ ħaddiema fil-Leisure Clothing

Chris Said jingħata raġun

Is-Segretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista Chris Said ingħata raġun fuq kummenti li qal fuq l-eks membru Parlamentari Gino Cauchi waqt il-programm tal-PBS TVAM ftit wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. L-Avukat Chris Said kien qal li Gino Cauchi kien impjegat malGvern u fl-istess ħin Kap Eżekuttiv (CEO) tal-Partit Laburista. Il-Qorti qalet li dak li qal l-Avukat Said kien “fair comment” u għalhekk kien aċċettabbli f’soċjetà demokratika. Il-Maġistrat Francesco Depasquale kien qed jiddeċiedi fuq libell li għamel Gino Cauchi, li ħassu malafamat bil-kummenti tas-Segretarju Ġenerali tal-PN, u fittxu għad-danni, liema talba kienet miċħuda mill-Qorti. Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li kienet qed tirrepeti dak li qalet għal diversi drabi f’sentenzi preċedenti, jiġifieri li meta persuna tagħżel li tidħol fil-politika, tkun qed tiġi suġġetta għal skrutinju akbar minn dak ta’ ċittadin komuni. Tali skrutinju jwassal biex kull azzjoni tista’ tkun soġġetta għal kummenti, kemm privati kif ukoll pubbliċi.

Id-Direttur Maniġerjali talkumpanija Leisure Clothing Bin Han kien żvela ma’ eks Spettur tal-Pulizija li hu kien żamm ilpassaporti u l-flus tal-ħaddiema biex dawn ma jaħarbux minn Malta. Dan ħareġ mix-xhieda tal-eks Spettur tal-Pulizija Antoine Grech, hekk kif fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-istess Bin Han u Liu Jia ta’ 31 sena, Marketing Manager tal-istess kumpanija, li qed jiġu akkużati bi traffikar uman u esplojtazzjoni ta’ persuni Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu jaħdmu filfabbrika f’Bulebel. Reġa’ ġie konfermat ukoll li lftehim kollettiv kien jagħmel eċċezzjoni bejn il-ħaddiema Maltin u barranin. Il-ħaddiema barranin ma kinux koperti b’dan il-ftehim li kien sar mal-General Workers Union (GWU), iżda lliġi tagħtihom id-dritt għal paga minima. Bin Han huwa Ċiniż b’ċittadinanza Maltija, filwaqt li Jia huwa Ċiniż li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar erba’ snin. Huma qegħdin jiġu akkużati wkoll b’miżapproprjazzjoni tal-pagi tal-ħaddiema, li naqsu li jħallsuhom, u li naqsu li jħallsu ssahra u l-allowances, u li jimxu mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-liġijiet ta’ Malta. Antoine Grech, li llum jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru, xehed li kien kellem tliet Vjetnamiżi fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,

li kien jidher li ma kinux skont illiġi. Dawn qalulu li bejn Novembru 2013 u Lulju li għadda kienu ħadu biss €600 u li lkuntratt ma kienx f’idejhom, kif ukoll li min iħaddimhom qalilhom li kienu se jitħallsu l-pagi hekk kif il-kuntratt tagħhom jispiċċa. Grech kompla jispjega li meta l-ħaddiema barranin kien ikollhom bżonn il-flus, kienu jimlew formola u jieħdu minn flushom li kienu jinżammu mill-kumpanija għall-ikel u biex iħallsu fejn jorqdu. Ix-xhud qal li minkejja li Bin Han semmielu l-formoli li jistgħu jużaw il-ħaddiema, qatt ma ra dawn il-formoli. Ingħad ukoll li l-ħaddiema barranin kienu jaħdmu ħinijiet twal u meta talab għall-ħinijiet li jaħdmu l-ħaddiema, dawn qatt ma ngħatawlu. L-ewwel xhud fil-kumpilazzjoni kien l-Ispettur talImmigrazzjoni Darren Buhagiar li qal li fis-26 ta’ Lulju qalulu li kienu arrestaw tliet persuni Asjatiċi b’passaporti foloz. Dawn il-persuni kienu Vjetnamiżi. Hu qal li meta ċċekkja fis-sistema tal-VISA skopra li dawn kellhom il-permess li jaħdmu Malta. Dawn kienu spiċċaw arrestati meta kienu se jaħarbu lejn Katanja u nqabdu bid-dokumenti foloz. Irriżulta li t-talba biex dawn jaħdmu Malta kienet saret mill-fabbrika Leisure Clothing u kien Bin Han li kien għamel ittalba biex dawn jiġu jaħdmu Malta.

Bin Han: żamm għandu l-passaporti tal-ħaddiema

Waħda mit-tliet Vjetnamiżi qalet lix-xhud li riditx tara lill“boss” tagħha u talbitu bilħniena biex ma jċemplux il-fabbrika. L-Ispettur Buhagiar kompla jgħid li t-tiet Vjetnamiżi kellhom passaport falz Taljan u dehru li riedu l-għajnuna minħabba li kienu f’qagħda prekarja. Ix-xhud kompla li hu ra ħafna applikazzjonijiet li Bin Han kien għamel biex iġib il-ħaddiema f’Malta. Hu esebixxa wkoll il-kuntratti tax-xogħol tagħhom. Meta wieġeb aktar mistoqsijiet, qal li dawn kienu qegħdin jingħataw l-ikel mill-fabbrika stess, kienu jorqdu fil-fabbrika u ma kinux jaqilgħu flus biżżejjed. Kienu wkoll jaħdmu 12-il siegħa kuljum, mit-Tnejn sal-Ħadd. Xehdet ukoll Romina Veneziani, mid-Dipartiment talImpjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, li qalet li fis-27 ta’

Lulju 2014 kienet irċeviet email mingħand l-Assistent Kummissarju Lawrence Cutajar li nfurmaha li kienu nqabdu tliet Vjetnamiżi li kienu qegħdin jilmentaw li għandhom jieħdu lflus tal-paga. L-għada kkuntattjat lill-Ispettur Darren Buhagiar, u wara kienet infurmata li kellhom ħafna flus x’jieħdu. Qalet li f’xogħolha qatt ma ltaqgħet ma każijiet simili bħal dawn li jinżammu l-flus. Xehdet ukoll l-Avukat Elisabeth Borg, mill-istess Dipartiment, li qalet li wara f’Lulju kienu marru għandha tliet Vjetnamiżi, kienet bagħtet ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija fil-5 ta’ Settembru biex jinvestiga fuq il-pendenzi ta’ pagi u fuq żamma ta’ flus. Hi qalet li kienu marru sitt persuni oħra barranin jilmentaw fuq il-pagi u fuq flus ta’ sahra li kellhom jieħdu. Qalet li hi qatt ma kienet kellmet lil Bin Han personalment, imma taf li meta dan kien intalab biex jagħti l-payslips tal-overtime, il-ħaddiema qatt ma ħadu risposta. Il-Maġistrat Carol Peralta, li ddiferixxa l-każ għal dalgħodu, qal li minn dak li sema’ għadu mhux konvint mill-każ. Millbanda l-oħra qal li l-fatt li Bin Han qal li kien iżomm il-flus u lpassaporti tal-ħaddiema biex ma jaħarbux minn Malta, huwa inkwetanti. Il-Maġistrat qal li se jiddeċiedi jekk hemmx raġunijiet biex lakkużati jitpoġġew taħt att ta’ akkuża meta jisma’ aktar xhieda.

Anki ħu t-tarbija kellu ksur f’rasu, bħal oħtu, meta kien iżgħar Tkompli l-kumpilazzjoni dwar l-attentat ta’ qtil ta’ tarbija Meta fil-Qorti kompla l-każ ta’ raġel ta’ 27 sena minn ĦażŻabbar akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ tarbija ta’ 11-il xahar, tas-sieħba tiegħu, fit-12 ta’ Settembru li għadda, ħareg li ħu t-tarbija, li llum għandu erba’ snin, bħal oħtu wkoll kien ġie trattat għal ksur f’rasu. Quddiem il-Maġistrat Claire Strafrace Zammit, l-espert talQorti Mario Scerri qal li minkejja li ma sab xejn mhux normali meta eżamina lil ħut it-tifla, subien ta’ erba’ u seba’ snin, meta hu għamel il-verifiki tiegħu mar-rekords tal-

isptar kien sab dettall interessanti. Skont ir-rekords tal-isptar, iżżgħir – li kien għadu ta’ ftit xhur – kien iddaħħal l-isptar fl-2010 bi ksur fl-iskutella ta’ rasu. Dak iżżmien ma kienu qamu l-ebda dubji, bil-ġrieħi jkunu meqjusa bħala aċċidentali. Madankollu filkaż tat-tifla, li kellha anqas minn sena, is-sitwazzjoni kienet waħda differenti fejn il-ġrieħi ma kinux klassifikati bħala aċċidentali. L-akkużat f’dan il-każ, li ismu ma jistax jissemma fuq ordni talQorti, jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil tat-tarbija, meta allegatament

waddabha fil-kott b’rabja kbira. It-tabib Scerri qal li t-tifla kellha ksur fil-femur, li hija għadma li tinsab ftit ’l isfel mill-ġenb tażżokkra u l-irkoppa. It-tifla kellha wkoll brix fiż-żewġ irkopptejn. Mistoqsija fuq l-istat preżenti tat-tarbija, il-pedjatra Mariella Mangion qalet li t-tifla kienet qed tiżviluppa tajjeb u li din tinsab f’età li l-żvilupp tagħha għandu jgħinha biex tirkupra aħjar. Madankollu, qalet li f’dan l-istadju t-tobba ma jistgħux jgħidu jekk din hijiex se tiżviluppa b’xi diżabbiltà ħafifa.


www.maltarightnow.com

7

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Il-Malta Hospice Movement rebbieħ nazzjonali tal-Premju Ewropew għaċ-Ċittadin 2014

Il-Malta Hospice Movement se jingħata l-Premju Ewropew għaċĊittadin għall-2014 f’Malta, b’rikonoxximent għall-ħidma estensiva tiegħu fil-qasam talkura ta’ mijiet ta’ pazjenti u familji tul is-snin. L-organizzazzjoni ġiet nominata għall-premju ta’ din is-sena mill-MEPs Maltin kollha flimkien, jiġifieri David Casa, Therese Comodini Cachia, Miriam Dalli, Roberta Metsola, Marlene Mizzi u Alfred Sant. “Hospice Malta hi onorata li ġiet nominata għal dan il-premju prestiġjuż mill-Ewroparlamentari Maltin,” qalet iċ-Chairperson Lora Cascun.

“Din is-sena Hospice Malta qed tiċċelebra l-25 anniversarju tagħha. Mill-1989, għenna aktar minn 7,500 pazjent u l-familji tagħhom tul l-esperjenzi diffiċli li għaddew minnhom. Din in-nomina tagħti lill-istaff tal-Hospice u lvoluntieri kollha inċentiv akbar biex ikomplu jipprovdu servizzi tal-ogħla kwalità lill-pazjenti u lfamilji tagħhom.” Din l-NGO tirċievi aktar minn 50 referral ġdid kull xahar u tassessja aktar minn 6,500 każ fissena. Servizzi oħra ċentrali jinkludu terapija ta’ kuljum u servizzi ta’ respite, sostenn lil dawk li jitilfu lill-persuni għeżież għalihom, kif ukoll self ta’

tagħmir speċjalizzat. Is-servizzi kollha jingħataw bla ħlas. L-MEPs Maltin iddeċidew li jinnominaw lil din l-organizzazzjoni biex jippremjaw l-isforzi nobbli tagħha fl-għoti tal-kura lil bosta pazjenti u l-familji tagħhom. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni se ssir f’Malta fis-6 ta’ Frar 2015. Filwaqt li kull stat membru jagħżel lir-rebbieħ fuq livell nazzjonali, wara, imbagħad, jiġi magħżul ir-rebbieħ fuq livell Ewropew, minn fost in-nominati kollha fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea f’ċerimonja li se ssir fi Brussell fil-25 ta’ Frar. L-għażla ssir minn Kumitat presedut mill-

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-Iskjavitù, il-Partit Nazzjonalista fakkar li madwar iddinja jeżistu realtajiet li m’għandniex naċċettawhom. Persuni vulnerabbli, l-aktar nisa u tfal, qed jiġu sfruttati għall-gwadann finanzjarju ta’ individwi bla skrupli. Fi stqarrija, il-Kelliema talOppożizzjoni għad-Djalogu

Soċjali u l-Libertajiet Ċivili Claudette Buttigieg qalet li f’pajjiżna, il-każ reċenti tal-Leisure Clothing ifakkarna li f’Malta wkoll hawn persuni li waslu f’pajjiżna biex jiġu sfruttati fl-industrija tal-manifattura. Nafu li hemm ukoll bosta nisa, barranin u Maltin, li huma vittmi tal-prostituzzjoni u skjavi ta’ min iħaddimhom.

Illum madwar id-dinja hemm 21 miljun persuna, l-aktar nisa u tfal, maqbudin f’xibka ta’ sfruttament li diffiċli ħafna li joħorġu minnha. Din hija pjaga kbira li tistagħna minn fuq is-silenzju ta’ min jagħmel tabirruħu li din ilproblema ma teżistix. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista appella biex min jaf b’każi ta’ sfruttament u skjavitù modern, isemma’ leħnu.

Mill-bieraħ daħlet fis-seħħ fażi oħra tal-proġett pilota f’awla kriminali b’sistema ġdida ta’ tqassim tad-dokumenti li jingħataw lix-xhieda u lillimputati biex jitilgħu l-Qorti. Dan bħala parti minn proġett pilota li qed jitwettaq fl-awla tal-Maġistrat Francesco de Pasquale, bil-għan li jiġu modernizzati s-seduti tal-kriminal b’sistema tal-informatika. Jirriżulta li wieħed mill-fatturi li jwasslu għad-dewmien tal-kawżi hu li xhieda jew imputati ma jinstabux meta jiġu biex jitqassmu d-dokumenti biex in-nies jitilgħu l-Qorti u allura ħafna nies jispiċċaw jittellgħu għalxejn. Bis-sistema lġdida, l-effiċjenza mistennija tiżdied sostanzjalment. S’issa, it-tqassim tad-dokumenti tal-Qorti kien isir permezz ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija. Bl-introduzzjoni tas-sistema lġdida, se jkun bniedem pajżan (u mhux iktar membri tal-Korp talPulizija, li issa se jkunu jistgħu jiffukaw fuq xogħol iktar utli) li

se jibda jqassam dawn id-dokumenti. Dan se jagħmlu darbtejn, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, sakemm tinstab il-persuna – sew jekk imputat u sew jekk xhud – li tkun imsejħa biex tidher quddiem il-Qorti. Għallkonvenjenza tal-persuni li jridu jitilgħu l-Qorti, it-tqassim se jibda jsir ġurnata fost il-ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Sibt. Jekk il-persuna ma tinstabx lanqas mat-tieni darba, allura jitħallew id-dokumenti fil-kaxxa tal-ittri jew mal-bieb. Se tkun qed titqassam riferta, li fuqha jitniżżlu ż-żewġ dati li fihom ilpustier ikun ipprova jqassam iddokumenti. It-tqassim se jsir flindirizz fejn ikun reġistrat limputat, skont ir-Reġistru Elettorali. Minbarra dan, kull fejn jitħallew id-dokumenti filkaxxa tal-ittri jew mal-bieb għaliex l-imputat ma jkunx instab, se jibdew jiġu pubblikati f’ġurnal lokali l-ismijiet talimputati flimkien mar-reat li bih

ikun qed jiġi akkużat. B’hekk laffissjoni tkun regolarizzata skont il-liġi. Jekk affissjoni ma tiġix pubblikata fuq il-gazzetta, ir-riferta ma tkunx valida, u jkun ifisser li l-imputat ma ġiex notifikat. Jekk persuna li tkun ġiet notifikata jew personalment jew bilproċess ta’ affissjoni xorta waħda ma titlax il-Qorti, allura l-Qorti jkollha dritt tordna li fisseduta ta’ wara dak l-imputat jew xhud jidher b’mandat ta’ arrest mill-Pulizija. Il-Gvern, fi stqarrija li fiha ħabbar dan kollu, qal li qed jieħu l-opportunità biex jappella lillOppożizzjoni tagħti l-appoġġ tagħha għall-proposta li filkawżi ż-żgħar, li iżda fihom ikun hemm ammont ta’ nies involuti (bħal tad-distrett jew tat-traffiku), il-Maġistrat li jkollu quddiemu każ fejn l-imputat, minkejja notifika, baqa’ ma deherx għas-seduta, ikun jista’ jagħti ssentenza tiegħu fl-assenza tiegħu bis-salvagwardji li nsibu f’pajjiżi oħra Ewropej.

Appell biex min jaf b’każi ta’ skjavitù jitkellem

Fażi oħra ta’ proġett pilota għall-immodernizzar tal-qasam tal-ġustizzja

President tal-Parlament Ewropew. Il-Premju Ewropew għaċĊittadin tnieda mill-Parlament Ewropew fl-2008 biex jiġu rikonoxxuti kisbiet eċċezzjonali minn persuni Ewropej. Ir-reb-

bieħa minn Malta fil-passat jinkludu lil Chris Delicata (Federazzjoni Internazzjonali tadDijabete - Reġjun Ewropew), Dun Victor Grech (Dar talProvidenza) u Puttinu Cares.

Illum jaħbat għeluq id-29 sena mill-mewt ta’ Furtu Selvatico, fundatur ta’ dak li kien is-Segretarjat Ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista, illum il-Moviment Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista. Fi stqarrija f’din l-okkazjoni, ilMoviment SĦPN fakkar il-memorja tiegħu billi ddeskrivieh bħala difensur tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Furtu, li kien ħaddiem tat-Tarzna fi żminijiet meta d-drittijiet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin kienu kalpestati, waqqaf is-Segretarjat Ħaddiema PN bl-għan primarju li mingħajr biża’ ta’ theddid, iservi ta’ vuċi għall-ħaddiema Maltin li kienu qed isofru minn inġustizzji u trasferimenti minħabba l-politika. Furtu Selvatico miet fit-3 ta’ Diċembru 1985 waqt li kien qed

jindirizza lill-ħaddiema fid-Dar Ċentrali tal-PN. L-istqarrija tgħid li l-Moviment li waqqaf Furtu Selvatico għadu rilevanti llum, hekk kif f’dawn laħħar xhur mijiet ta’ ħaddiema, kemm f’dipartimenti tal-Gvern, f’kumpaniji parastatali kif ukoll f’korpi dixxiplinati, qalgħu transfers jew inqabżu fi promozzjonijiet biex jiġu akkomodati nies talqalba. Għalhekk l-għan ta’ SĦPN illum, bħal f’dak iż-żmien, hu li jibqa’ jkun viċin dawn il-ħaddiema u jitkellem kontra l-inġustizzji li dawn isofru. SĦPN sellem id-determinazzjoni, il-kuraġġ u l-ħidma ta’ Furtu Selvatico, li bħala ħaddiem hu nnifsu ħadem fi żminijiet diffiċli, favur l-interessi tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Furtu Selvatico – tarka tal-ħaddiema


www.maltarightnow.com

8

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Bl-interconnector l-elettriku jista’ jinxtara minn Sqallija bi prezz ħafna orħos

Id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino spjega filParlament li filwaqt li l-impjant tal-BWSC f’Delimara diġà ta riżultati mhux biss fit-tnaqqis talispiża fil-ġenerazzjoni tal-elettriku iżda wkoll fit-tnaqqis talemissjonijiet, bl-interconnector l-elettriku jista’ jinxtara bi prezz ħafna orħos minn Sqallija. George Pullicino, Kelliem għall-Enerġija u lKonservazzjoni tal-Ilma, meta tkellem fil-Parlament dwar ilbaġit tal-Ministeru responsabbli mill-enerġija, qal li l-prezz taddawl fis-suq fi Sqallija qiegħed 5ċ2 kull unit – 4.4ċ anqas minn dak li lest tagħti lill-Gvern lEletrogas – prezz li mistenni jinżel fis-suq ħieles li se jibda jopera fi Sqallija. Il-medja tal-prezz tad-dawl flItalja kienet ta’ 5ċ9 f’Jannar ta’ din is-sena, u staqsa jekk dan jagħmilx sens meta nistgħu nixtru d-dawl ferm anqas bl-interconnector. Semma wkoll kif bil-pjan talGvern se jkollna wkoll kapaċità ta’ enerġija ħafna aktar milli għandna bżonn nikkunsmaw, u staqsa x‘se jagħmel b’din lenerġija żejda u min se jixtri bilprezz ta’ 9ċ6 meta minn Sqallija jinxtara ferm orħos. Iddikjara li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern mhux se jintrabat li l-pajjiż jixtri bi prezz ogħla mill-prezzijiet fis-swieq Ewropej. Ikkritika n-nuqqas ta’ trasparenza fit-tmexxija talGvern u staqsa meta se jkun ippubblikat il-ftehim malElectrogas li ġie ffirmat fid-dlam u għadu fid-dlam; meta se jiġu ppubblikati d-dettalji tal-vapur li

kien ikkuntrattat għall-power station il-ġdida; u għaliex għadu ma ppubblikax il-vijabbiltà u listudju tal-pipeliine tal-gass u meta se jkun lest meta dan ġie kkummissjonat fil-bidu tal-2013. George Pullicino qal li dan hu Gvern totalment mifxul u ma jafx fejn sejjer fuq il-proġett talpipeline. Filwaqt li rrimarka li l-kapparra ta’ €30 miljun mill-konsorzju li se jibni l-power station ma ġietx; staqsa minn fejn se jġib irroħs fil-kontijiet, jekk hux mittaxxi fuq il-fuel li żamm f’livell għoli għall-konsumatur Malti jew kompliex jiddejjen u jżid iddejn bi €3 miljun kuljum. Fisser li dan hu Gvern ta’ fabbrika ta’ qerq u gideb. Eżempju

Id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino talab lill-Gvern jispjega jekk il-magni tal-BWSC humiex jitħaddmu aktar sigħat milli suppost biex jiffranka aktar mill-ispiża fuq il-ġenerazzjon

Falliment b’gidba ripetuta li l-proġett dwar l-enerġija kien ‘on track’

ieħor ta’ dan kien id-dikjarazzjoni tal-Gvern li f’dokument tal-UE qal li l-impjant tal-BWSC hu impjant ta’ enerġija nadifa meta qabel l-elezzjoni kien fissru bħala fabbrika tal-kanċer. Talab lill-Gvern jispjega jekk il-magni tal-BWSC humiex jitħaddmu aktar sigħat milli suppost biex jiffranka aktar millispiża fuq il-ġenerazzjoni. Dwar il-prezzijiet tal-fuel, George Pullicino qal li l-prezzijiet illum huma l-orħos fl-aħħar ħames snin filwaqt li l-konsumatur baqa’ jħallas prezzijiet ferm ogħla, fosthom għall-petrol u d-diesel. Filwaqt li rrimarka li l-Gvern kien konvintissmu li jlesti lpower station f’sentejn, hu ċar li

l-Ministru Konrad Mizzi gideb il-ħin kollu li l-proġett kien ‘on track’. Gidba wkoll l-għajta li lEnemalta mhix se tkun privatizzata; li l-impjant tal-BWSC kien fabbrika tal-kanċer; li se jiftiehem dwar prezz fiss għallenerġija għal 10 snin; li se jirċieva kapparra ta’ €30 miljun bilquddiem mill-konsorzju li se jibni l-power station; u li Muscat jirriżenja jekk ma jlestix il-power station fi żmien sentejn u dan m’għamlux. Ikkritika lill-Gvern li qed jiggverna fid-dlam u fil-ħabi u għadu jqarraq bin-nies meta qed jgħid li x-xogħol għaddej meta lmakkinarju fuq is-sit ilu wieqaf tliet ġimgħat.

Id-Deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista falla fl-akbar wegħda li għamel li jibni power station ġdida f’sentejn u għalhekk, ippropona fil-Parlament li l-Ministru Konrad Mizzi jitnaqqsulu €99 mis-salarju tiegħu li jissimbolizzaw id-99 jum li kien fadal biex il-Gvern jinawgura lpower station il-ġdida kif kien wiegħed lill-elettorat il-Gvern ta’ Muscat qabel l-elezzjoni. Tkellem ukoll dwar it-tmexxija tal-Enemalta fejn se jkun hemm ir-raba’ Kap għar-Riżorsi Umani f’anqas minn sentejn, u t-tneħħija taċ-Chief of Staff tal-istess Ministru. Staqsa jekk hemmx problemi biex wieħed jaħdem mal-Ministru Konrad Mizzi. George Pullicino staqsa wkoll x’ġie implimentat mill-pjan għar-reviżjoni tal-enerġija nadifa li qal li kellu jkun lest f’Settembru 2013. Pjan li għadu ħadd ma rah għax ma kienx ippubblikat.

Dwar il-qasam tal-ilma, qal li kienu impjegati aktar minn 80 persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u qal li mhux ta’ b’xejn li żdiedu lallokazzjonijiet għall-pagi filKorporazzjoni bi kważi €800,000 f’sentejn. Semma wkoll in-numru ta’ promozzjonijiet bla limitu u li lWSC sar qisu l-bini tal-GWU b’diversi karigi għolja lil eksħaddiema u eksuffiċjali talGWU. Spjega li filwaqt li qed jintefqu ħafna flus f’salarji ġodda, mhux qed jingħataw ilwater saving kits lill-familji. George Pullicino qal ukoll li tul dawn l-aħħar xhur, il-kwaltà tal-ilma ma baqgħetx aktar stabbli. Il-chlorides fl-ilma żdiedu konsiderevolment u staqsa jekk hux qed niġbdu aktar mill-ilma tal-pjan. Talab lill-Gvern jippubblika l-livell ta‘ chloride li qal li qed jaqbeż il-livell aċċettabbli.

L-Enemalta titlob lill-MEPA tnaqqsilha l-penali Turija ta’ stat ta’ paniku tal-Gvern u tal-istat finanzjarju li tinsab fih l-Enemalta

It-talba tal-Enemalta lillMEPA biex jitnaqqsu b’terz ilpenali li hi dovuta tħallas fuq ilpower station tal-Marsa b’rabta mal-ksur tar-regolamenti tal-UE, tfissret mid-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus bħala turija ta’ stat ta’ paniku tal-Gvern u tal-istat finanzjarju li tinsab fih l-Enemalta. Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, fil-Parlament qal li kieku l-Enemalta hi fuq saqajha, ma kienx hemm ilbżonn li ssir it-talba biex jitnaqqsu l-penali kontriha.

Staqsa jekk dan hux riżultat ukoll tal-kapparra ta’ €30 miljun li ma ngħatatx l-Enemalta; li lpjan hu ‘off track’ u jekk hux dan sinjal ta’ paniku kif il-Gvern jiffinanzja l-kontijiet ta’ roħs taddawl u l-ilma. Id-Deputat Nazzjonalista qal li ma qabilx ma’ din il-proposta minħabba li ċ-ċittadin komuni li għandu jagħti l-penali lill-awtoritajiet mhux se jinħafrulu, u għaldaqstant għall-Enemalta m’għandux ikun hemm triq differenti. Ryan Callus saħaq li l-flus li għandhom jingħataw millEnemalta lill-MEPA għandhom jingħataw kollha.

Ryan Callus qal li dan hu gvern li jeċċella fix-‘shows’ u dan għaliex meta kien żvelat li l-Prim Ministru mhux se jżomm malwegħda tiegħu, il-Ministru Mizzi pprova jagħmel cover-up bl-idea li jiddevja minn din il-wegħda miksura billi jibda jwaqqa’ taparsi l-power station tal-Marsa. Ix-‘show’ li għamlu bil-media, qal id-Deputat Nazzjonalista, kien biss twaqqigħ ta’ kamra fil-Marsa li kienet ilha vojta żmien twil. Qal li dan ifakkar fil-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru meta raħħas il-petrol b’2ċ. Ryan Callus saħaq li l-għeluq tal-power station tal-Marsa jista’ jsir

minħabba l-proġett tal-interconnector u l-estensjoni tal-impjant tal-BWSC – deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Gvern Nazzjonalista u li l-Partit Laburista ma kellu ebda sehem fihom. Semma wkoll il-wegħda talmeritokrazija meta rrefera għattransfers li saru fl-Enemalta fuq raġuni li mhumiex kompatibbli mat-tim. Sejjaħ dan tal-mistħija wara l-għajta tal-meritokrazija u ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’. Irrimarka wkoll li hu l-impjant tal-BWSC li qiegħed jiffinanzja r-roħs tal-kontijiet, li qed jiffranka €1 miljun fil-ġimgħa, u €52 miljun f’sena li lanqas mhuma

jgħaddu kollha lill-poplu. Appella wkoll biex il-Gvern jippreżenta l-istudju dwar limpatt ambjentali li kien wiegħed l-għada li l-MEPA approvat il-proġett tal-power station il-ġdida. Ryan Callus qal li kieku lMinistru Konrad Mizzi kien project manager ma’ kumpanija privata, kien itir mill-kumpanija u mhux jibqa’ jagħmel il-wegħdi li ma nafux fejn se jaslu. Appella lill-Gvern jippubblika l-ftehim kollu dwar dan ilproġett u li jagħti d-dawl liddlamijiet tal-mistoqsijiet dwar ilpjan tal-Gvern għall-enerġija.


www.maltarightnow.com

9

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Il-Gvern falla fil-pjan li kellu għall-enerġija u salvah l-impjant tal-BWSC

Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco qal li l-investiment mill-kumpanija tal-Istat Ċiniż Shangai Electric qed isir għaliex il-kumpanija tagħraf il-potenzjal u l-opportunità ta’ investiment flimpjant tal-BWSC li minn fabbrika tal-kanċer kif kien isejjaħlu l-Partit Laburista flOppożizzjoni, sar is-salvazzjoni tal-investiment Ċiniż għallGvern Laburista li falla fil-pjan li kellu tant li kellu jibdel il-pjan. Dan hu kkonfermat ukoll biddikjarazzjoni tal-Ministru Mizzi li kien ikun irresponsabbli li kieku ma bbażax fuq din l-opportunità ta’ investiment mill-istat Ċiniż. Meta tkellem fil-Parlament waqt id-dibattitu dwar il-baġit tal-2015 għas-settur tal-enerġija, Mario de Marco fakkar li kien fit-tieni jum tal-kampanja elettorali li l-Partit Laburista kien ħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet ta’ sagħtejn, li kien se jibni power station f’sentejn. Pjan b’numru ta’ wegħdi li għen ukoll lill-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni għax ikkonvinċa lill-elettorat fuq dan il-pjan għall-qasam tal-enerġija li skont l-istess Konrad Mizzi, illum Ministru, kien “costed” u “doable”. Fakkar ukoll li r-raodmap kienet tinkludi wkoll li se jorħsu l-kontijiet tad-dawl bid-depożitu li kellha tħallas l-Electrogas ta’ €30 miljun, tinbena power station ġdida, l-impjant tal-BWSC se jibqa’ tal-Gvern u jinqaleb għall-gass, li l-Enemalta mhix se tiġi privatizzata, u li ssir ħażna tal-gass fuq l-art, fost l-oħrajn. Fakkar ukoll li kien iddefinixxa l-impjant tal-BWSC bħala fabbrika tal-kanċer, u għal-

hekk kulħadd kien stenna li limpjant tal-BWSC kien se jaqleb għall-gass jew għad-diesel. Illum, qal Mario de Marco, irrealtà turi li l-Gvern Laburista ma kienx qed jgħid il-verità u baqa’ ma jweġibx kif u għaliex baqa’ juża l-impjant tal-BWSC li l-Oppożizzjoni wkoll kienet temmen li għandu jinqaleb għallgass għal raġunijiet ambjentali u mhux għax kien fabbrika talkanċer.

Il-Gvern ta’ Muscat u talMinistru tiegħu responsabbli mill-enerġija Konrad Mizzi, se jibqa’ msemmi għall-cover-up li qed jagħmel għall-istrateġija talenerġija li ma’ kull jum qed jikber il-ħabi u jiżdied in-nuqqas ta’ trasparenza. Dwar il-cover-ups tal-Gvern għas-settur tal-enerġija wkoll, tkellem fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech, li qal li l-wegħda ewlenija talGvern ta’ Muscat li jibni power station f’sentejn sa Marzu li ġej, kienet ukoll marbuta mal-karriera politika ta’ Muscat, bilGvern jinqabad jagħqad u jdur

bil-kliem li hu ‘on track’ u jistrieħ biss fuq ir-roħs tal-kontijiet mingħajr ma jgħid kif qed iwettaq dan. Tonio Fenech qal li l-Gvern issa qed jgħid li l-wegħda kienet li jixtri l-gass u mhux li jibni power station fi żmien sentejn. Qal li d-dokument li ppreżenta lPartit Laburista kien li tinbeda lpower station ta’ 200MW bittankijiet fuq l-art. Iżda llum, qal Tonio Fenech, il-Gvern qiegħed jagħmel cover-up u jbiddel ilfatti għar-raġuni li l-proġett qed jinbidel minn dak li wiegħdu. Staqsa jekk hux qed iqumu lmistoqsijiet dwar il-bżonn ta’

Mistoqsijiet dwar jekk il-Labour ħebiex il-pjan alternattiv għall-enerġija fil-kampanja elettorali għax ma kienx jaqbillu jressaq il-pjan maċ-Ċiniżi Fakkar ukoll li l-Partit Laburista kien ikkalkula li blimpjant il-ġdid tal-power station, kien se jiffranka madwar €180 miljun, €80 minnhom għar-roħs fil-kontijiet. Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni qal li mat-triq tar-roadmap inkisru numru sew ta’ wegħdi elettorali, fosthom li l-Enemalta mhix se tiġi privatizzata meta nafu llum li 30% tal-Enemalta u l-impjant talBWSC se jinbiegħu liċ-Ċiniżi.

Fisser li l-Gvern mhux isejjaħ dan bħala privatizzazzjoni fuq ilpremessa li Shangai Electric hi proprjetà tal-Istat Ċiniż. Sejjaħ dan ir-raġunar kontradizzjoni u daħk fil-wiċċ, u staqsa għaliex ma saritx sejħa għall-offerti iżda minflok ftehim dirett ma’ Shangai Electric. Fakkar ukoll f’dak li qal ilMinistru Konrad Mizzi, li kien ikun irresponsabbli li jibqa’ għaddej bil-pjan tal-Labour quddiem il-proposta li kellu l-Gvern minn Shangai Electric. Mario de Marco qal li dan ifisser li l-ewwel pjan tal-Partit Laburista li bih rebaħ l-elezzjoni ma kienx l-aħjar u għandu pjan B ma’ Shangai Electric, li iżda baqa’ jżommu mistur mill-poplu li ma jafx x’inhu l-aħjar bejn

PARLAMENT

pjan A u pjan B. Staqsa jekk ilLabour kellux il-pjan B millewwel u ma kienx jaqbillu filkampanja elettorali jressaq ilpjan maċ-Ċiniżi. Fakkar li dan kien gvern li pprietka t-trasparenza u minkejja dan, ħalla lill-pajjiż u lill-poplu fl-għama dwar dak li kien qed jiġri fil-kuntratti u fiddiskussjonijiet li qatt ma kienu komunikati bħalma lanqas ma qal għaliex ma seħħx id-depożitu mwiegħed mill-konsorzju. Mario de Marco qal li l-Gvern ma kienx wiegħed biss li jraħħas il-kontijiet iżda wkoll kif se jraħħas permezz tal-effiċjenza tat-tieni power station talElectrogas li kellha tiffranka €187 miljun fis-sena. Dan se jkun ifisser li mis-16 ta’ Marzu li ġej il-poplu se jkun qed itellef nofs miljun ewro kuljum mill-power station il-ġdida. Staqsa wkoll kif qed jiġi finanzjat ir-roħs li sar u r-roħs li se jidħol fis-seħħ għan-negozji. Filwaqt li qal li l-poplu jistħoqqlu spjegazzjoni dwar dan, ilViċi Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan mhux dak li stenna l-poplu mill-Gvern li issa għandu jippubblika l-pjan kollu għall-enerġija u jiddiskuti mal-Oppożizzjoni qabel ma jiffinalizza l-ftehim. Dan għaliex dak li se jkun miftiehem se jorbot lill-gvernijiet futuri dwar is-settur tal-enerġija. Għandu jispjega wkoll minn fejn se jkun finanzjat ir-roħs u jfisser ukoll il-hedging agreements li għamel dwar il-fuel. Filwaqt li rrimarka li issa m’aħniex fi żmien ta’ kampanja elettorali, Mario de Marco appella lill-Gvern jitlob skuża għallwegħdi li ma żammx mal-poplu u għan-nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lill-poplu.

Il-Gvern b’cover-ups għall-falliment fl-enerġija Il-proġett qiegħed jinbidel mill-pjan imwiegħed qabel l-elezzjoni, li l-Gvern ma jistax jimplimentah

din il-power station meta l-pajjiż se jkollu interconnector. L-akbar problema li għandu lGvern hi li dak li ppjana u wiegħed, illum ma jistax iwettqu bil-prezzijiet li kien tkellem dwarhom qabel l-elezzjoni. Irrimarka wkoll li lanqas żamm mal-wegħdi tiegħu li jżomm il-kontroll tal-Enemalta u jidher ukoll li t-tmexxija wkoll

trid tgħaddi f’idejn iċ-Ċiniżi. Staqsa jekk hux qed jinbidlu lkundizzjonijiet dwar dan ilproġett fin-negozjati li qed jagħmel maċ-Ċiniżi. Fisser li ċ-Ċiniżi mhux lesti jidħlu fi sħab mal-Gvern fi proġett kif iridu l-Gvern, u dan fid-dawl ta’ proġett li m’għandniex bżonnu, u tal-prezzijiet li qed jorħsu fis-suq internazzjonali.

Id-Deputat Nazzjonalista qal li fid-dawl tat-telf kbir li qed tagħmel l-Enemalta, lunika soluzzjoni tal-Gvern hi li tinbiegħ liċ-Ċiniżi wara li l-Gvern ġie dahru mal-ħajt. Appella lill-Gvern biex jippubblika r-rapporti finanzjarji tal-Enemalta tal-aħħar snin. Appella wkoll lill-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà politika, jieqaf jagħmel il-coverups, jippubblika l-ftehimiet kollha, jieqaf jgħaffeġ u jbiddel ir-rotta u jkompli bil-pjan ibbażat fuq l-interconnector u bl-impjant tal-BWSC.


10

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Il-Ministru Mallia għandu ħafna xi jwieġeb dwar l-isparatura tax-xufier tiegħu L-imġiba tal-Ministru qed tirrendi f’Ministeru li ma jserraħx moħħ il-poplu Bl-iskuża ta’ esiġenzi tas-servizz, saru u qed isiru transfers b’riħa qawwija ta’ vendikazzjoni jew biex jaġevolaw lil tal-qalba

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li ma jemminx li l-Ministru ma kienx infurmat bil-kontenut tal-istqarrija li ħarġet sagħtejn wara, iżda sostna li jekk dan hu minnu, ilMinistru wera irresponsabbiltà kbira. Jason Azzopardi, il-Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, għamel diversi mistoqsijiet fil-Parlament dwar dak li sar wara li l-Ministru Mallia ġie mgħarraf bil-każ talisparatura tax-xufier tiegħu filGżira. Il-Ministru Mallia għandu ħafna risposti x’jagħti, dwar x’għamel, dwar ma’ min tkellem, u dwar passi li ttieħdu, fost oħrajn. Il-Ministru jaf li xxena tar-reat ma kellhiex tintmess qabel il-wasla talMaġistrat Inkwirenti. Hu talab li jkunu ppubblikati d-dettalji dwar it-telefonati li saru dwar il-każ għaliex bissehem tal-uffiċċju tal-Prim Ministru, kienet imwellda gidba biex taħbi l-verità. Meta tkellem dwar id-dibattitu dwar il-baġit għall-Ministeru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali, Jason Azzopardi qal li xhur ilu kien staqsa lill-Ministru jekk jerfax ir-responsabbiltà jekk Pulizija jispara bi żball fuq persuna ċivili fil-pubbliku. Il-każ tal-isparar fil-Gżira, tah raġun, qal Jason Azzopardi. Dan jorbot kollox mal-fatt li l-Pulizija ma baqgħux jingħataw taħriġ kif kienu jingħataw qabel. Jason Azzopardi qal li dan ilMinisteru jittratta suġġett serju iżda l-imġiba tal-Ministru qed

tirrendi dan il-Ministeru wieħed li ma jserraħx moħħ il-poplu. Il-gideb li qed jingħad qed iwassal biex ikun ivvintat aktar gideb f’każi anke bil-kollaborazzjoni tad-Dipartiment talInformazzjoni. Id-Deputat Nazzjonalista elenka ħafna nuqqasijiet attribwiti lill-Ministru Manwel Mallia kif ippubblikati f’gazzetta lokali. Dawn jinkludu lista dwar latteġġjament tal-Ministru. Fost oħrajn issemma n-nuqqas li jkun ippubblikat rapport dwar azzjoni li ma tteħditx kontra persuna li allegatament attakkat membri tal-Pulizija fl-Għassa ta’ ĦażŻabbar. Semma wkoll il-każ talisparatura mix-xufier tiegħu filGżira meta permezz ta’ stqarrija qal li kien sparar ta’ twissija u lbidla tal-verżjoni f’konferenza tal-aħbarijiet l-għada. Jason Azzopardi rrefera wkoll għad-dikjarazzjoni li għamel leks-Imħallef Giovanni Bonello fi stqarrija ppubblikata f’gazzetta lokali, meta sostna li jeżistu sintomi allarmanti ta’ politiċizzazzjoni esaġerata fl-Armata u filKorp tal-Pulizija. Id-Deputat Nazzjonalista qal li fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, hemm distinzjoni bejn ir-responsabbiltà tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati. Dawn normalment jiżammu b’responsabbiltà taħt

Ministri differenti għaliex jittrattaw is-sigurtà interna u s-sigurtà nazzjonali. Jason Azzopardi qal li lMinistru qed jirnexxilu jwettaq ix-xewqa tiegħu li jibqa’ jissemma fl-istorja. Bl-iskuża ta’ esiġenzi tas-servizz, saru u qed isiru transfers b’riħa qawwija ta’ vendikazzjoni jew biex jaġevolaw lil tal-qalba. Kien hemm promozzjonijiet aċċellerati biex jinqdew persuni magħżula. Illum m’għadhomx isiru promozzjonijiet bl-istess regolarità li kienu jsiru qabel. Appella biex ikun hemm kriterji ċari dwar il-promozzjonijiet li għandhom isiru. Jason Azzopardi qal li anke lBord tal-Għażla għallPromozzjonijiet hu farsa, u ma jidher imkien il-prinċipju ta’ meritokrazija. Ingħataw promozzjonijiet saħansitra lil membri li kienu nstabu ħatja li abbużaw mis-sick leave. Filwaqt li qed jitwettqu dawn in-nuqqasijiet kollha, il-Ministru tal-Intern għadu f’battalja malOmbudsman fit-talba ta’ dan talaħħar għall-informazzjoni biex ikun jista’ jinvestiga lmenti li jsiru quddiemu. Semma każ ta’ logutenent kurunell, li minkejja li segwa lproċeduri kif qed isostni lMinistru, jiġifieri ressaq il-każ quddiem il-Brigadier u quddiem

il-President tar-Repubblika, dan għadu bla deċiżjoni. Saħansitra lPresident tar-Repubblika qed tirrifjuta li tittratta l-każ għaliex temmen li dan hu każ li għandu jkun trattat mill-Ombudsman. Il-Ministru Mallia qed jagħmel minn kollox biex jevita li l-aġir tiegħu jkun investigat. Illum l-Armata qed tintuża bħala estensjoni tad-doveri talPulizija. Dan wassal biex minħabba l-inkompetenza ħarbu żewġ vapuri li kien hemm kontrihom mandat għal impediment ta’ safar. Jason Azzopardi semma diversi favuri oħra li ngħataw persuni meqjusa bħala “tal-qalba” fosthom xi ħadd li nqabad jisraq injam u tħalla jirritornah mingħajr ma jittieħdu passi oħra, kif ukoll sahra esaġerata għal xufier. Abbużi oħra huma dawk marbutin maċ-ċittadinanza, fosthom pressjoni mill-Ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina biex jinħarġu aktar visas. Jason Azzopardi qal li bejgħ taċ-ċittadinanza jista’ jsir biss jekk ikun hemm permess għal

residenza. Id-Deputat Nazzjonalista għamel diversi mistoqsijiet dwar metodi kif wieħed jitlob permess ta’ residenza b’abbuż dwar informazzjoni mitluba mingħajr verifika serja dwar dik l-informazzjoni. Jason Azzopardi qal li resident fis-Swieqi rċieva ittra fuq l-indirizz tiegħu, indirizzata lil persuna barranija li ġie indikat lilha biex tmur tiġbor iċ-ċertifikat ta’ residenza permanenti. Dawn mhux każi iżolati iżda każi li seħħew diversi drabi. Dan hu abbuż li jista’ jkun fih element qawwi ta’ korruzzjoni. Dwar il-Pulizija, Jason Azzopardi qal li lejlet l-elezzjoni, il-Partit Laburista wiegħed li kien se jħallashom dak dovut lilhom f’sahra li għamlu. Illum għadu jgħid li qed jistudja x’jissarraf dan il-ħlas. Il-Korp tal-Pulizija qed jitħalla nieqes minn ħafna affarijiet, u rraġuni li tingħata hi dik minħabba nuqqas ta’ fondi. Jason Azzopardi qal li minkejja l-wegħdi li għamel, il-Ministru Mallia għadu ma ppubblikax żewġ rapporti ta’ inkjesti rigward l-arrest żbaljat ta’ Daryll Luke Borg u ta’ passi li ma ttiħdux kontra raġel li attakka Pulizija f’Għassa. Għall-ewwel darba fl-istorja, lAssoċjazzjoni tal-Pulizija kienet kostretta tibda proċeduri kontra l-Gvern wara li impona kundizzjonijiet rigward l-ogħla uffiċjali tal-Pulizija. L-Assoċjazzjoni għamlitha ċara li dawn il-kundizzjonijiet qed ineħħu għalkollox lindipendenza li għandu jkollhom persuni f’dawn il-karigi.

Il-Ministru Manwel Mallia għadu ma laqax it-talba biex jiltaqa’ mal-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu b’tant dedikazzjoni mal-isfidi li jħabbtu wiċċhom l-immigranti irregolari minkejja t-talba li ilhom li għamlulu wara li kien iltaqa’ magħhom darba. Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg, Kelliema għad-Djalogu Soċjali u lLibertajiet Ċivili, qalet li hi infurmata li saret laqgħa waħda biss mal-Ministru Mallia, u li lgħaqdiet talbu biex jiltaqgħu għal darb’oħra. Id-Deputat Nazzjonalista

Claudette Buttigieg tkellmet filParlament dwar id-dibattitu dwar il-Ministeru tal-Intern, u appellat lill-Gvern biex jisma’ u jaħdem mal-għaqdiet mhux governattivi li jagħtu servizzi ta’ fejda b’risq limmigranti irregolari f’pajjiżna. Appellat biex il-Ministru Mallia responsabbli mill-isfida tal-immigrazzjoni irregolari, jiltaqa’ ma’ dawn l-għaqdiet fosthom mal-Aditus, il-Foundation for Shelter and Support to Migrants, l-INTEGRA, isServizzi tal-Ġiżwiti għarRefuġjati, il-COPIN, ilKummissjoni Maltija għallEmigranti, il-Migrants Network

for Equality u l-SOS Malta. Semmiet ukoll proposta konkreta tal-SOS Malta għal pjan ta’ azzjoni konkret għal strateġija ta’ assistenza volontarja u jekk dan il-pjan ta’ azzjoni l-Gvern hux qed jikkunsidrah. Claudette Buttigieg appellat għal ħidma ta’ kunsens fil-qasam tal-immigrazzjoni irregolari filwaqt li saħqet għal aktar onestà politika f’dan il-qasam daqstant senisittiv biex ma nbellgħux lillpoplu li din hi xi sfida li se nsolvu. Fissret li din l-isfida teħtieġ ħidma b’impenn kbir u flimkien mal-għaqdiet volontarji li jaħdmu mal-immigranti f’pajjiżna.

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sejħet bħala nuqqas il-fatt li l-Ministru Manwel Mallia ma kienx preżenti għal laqgħa li saret mal-Kummissarju Ewropew Cecilia Malmstrom minħabba li kien vaganza. Staqsiet ukoll taħt liema vot jaqgħu l-fondi għall-manutenzjoni tal-għases tal-Pulizija kif ukoll għaċ-ċentri ta’ detenzjoni li qalet li ċ-ċentri ta’ detenzjoni qed jintużaw ukoll biex isiru impjiegi ġodda mal-Gvern. Id-Deputat Nazzjonalista staqsiet jekk hemmx tfal f’ċentri ta’ detenzjoni meta f’Marzu li għadda l-Prim Ministru tkellem fis-sens li

kien għad hemm tfal miżmuma f’ċentri bħal dawn. Dwar l-immigrazzjoni, Claudette Buttigieg qalet li f’risposta li kien ta l-Ministru kien irriżulta li mhux se jkun hemm aktar ċentri ta’ detenzjoni u ssoluzzjoni mhix il-ftuħ ta’ ċentri ġodda, li diġà hawn tnejn, iżda hi azzjoni konkreta tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Staqsiet x’qed jagħmel il-Gvern b’mod konkret biex joħloq network ta’ azzjoni kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq dak Ewropew biex tissaħħaħ il-ħidma f’dan issettur delikat u importanti filqasam tal-immigrazzjoni irregolari.

Il-Ministru Manwel Mallia

Għaqdiet volontarji għadhom jistennew laqgħa mal-Ministru Manwel Mallia


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Talba biex il-Gvern jippubblika r-rakkomandazzjonijiet dwar it-tisħiħ tax-xandir nazzjonali Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech talab lill-Gvern ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta’ rakkomandazzjonijiet dwar it-tisiħ tax-xandir nazzjonali f’pajjiżna u dan bl-iskop li tkun tista’ ssir diskussjoni bis-serjetà. Francis Zammit Dimech, Kelliem dwar il-Kultura u Komunikazzjoni, meta tkellem dwar il-qasam tax-xandir u lbaġit għas-sena d-dieħla filParlament, qal li s-sena li għaddiet, il-Ministru Mallia qal li kien intlaħaq ftehim mal-EBU biex ikun hawn tisħiħ tax-xandir nazzjonali f’pajjiżna. Għal mistoqsijiet li saru, ilMinistru Mallia qal li l-ftehim kien wieħed verbali. Sal-lum, ilMinistru qal li saru rakkomandazzjonijiet. Dawn għadhom qed ikunu skrutinizzati bil-għan li jsiru diskussjonijiet. Id-Deputat Nazzjonalista appella lillMinistru biex ipoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra ħalli tkun tista’ ssir diskussjoni bisserjetà. Francis Zammit Dimech, tkellem dwar il-qasam taxxandir u qal li hi anomalija li rresponsabbiltà ta’ dan il-qasam hi taħt il-Ministru tal-Intern. L-Att dwar ix-Xandir jgħid li r-responsabbiltà għandha tkun taħt il-Ministru responsabbli

mill-Kultura. Għal gvern li għalih xejn mhu xejn, dan m’għandu l-ebda rilevanza. Francis Zammit Dimech qal li ma jistax ma jfaħħarx ix-xogħol

Meta wieġeb għall-kritika filParlament dwar transfers filKorp tal-Pulizija u fl-Armata, il-Ministru Manwel Mallia qal li se jesiġi li ma’ kull ċaqliq li jsir ikun hemm spjegazzjoni ċara li tispjega l-esiġenzi tasservizz. Il-Ministru Manwel Mallia qal dan meta tkellem fl-għeluq tad-dibattitu dwar il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Għall-kritika li qed issir millOppożizzjoni dwar is-settur talintern u s-sigurtà nazzjonali, Manwel Mallia qal li x-xogħol tajjeb li qed isir fl-oqsma taħt ir-responsabbiltà tiegħu qed ikun imminat minn kampanja negattiva mill-Oppożizzjoni. Hu rrefera għall-kritika talOppożizzjoni bħala “attakki infantili” biex itellfulu lintegrità.

Manwel Mallia tkellem dwar il-korpi dixxiplinati u qal li fihom sar ħafna investiment inkluż fid-drittijiet tal-membri. Meta rrefera għall-każ talisparatura fil-Gżira qal li kien inċident inkwetanti u ċaħad li ħeba dan il-fatt jew qabbad lil xi ħadd biex jaħbi. Sostna li se jkollu ċans jitkellem f’aktar dettall meta tkun diskussa lmozzjoni ta’ sfiduċja ppreżentata fil-konfront tiegħu. Il-Ministru qal li għadu bilħsieb li l-Korp tal-Pulizija jkollu Kap Eżekuttiv minn barrra lKorp kif ukoll Uffiċjal għarRelazzjonijiet Pubbliċi li jittratta r-relazzjoni mal-media b’mod aktar professjonali. Dwar l-Armata qal li l-Gvern żamm kelmtu meta waqqaf proċess ta’ lmenti għal inġustizzji li twettqu fil-passat. Dan mhux joħloq inġustizzji llum.

11

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

tajjeb li jsir mill-PBS bħalma kien fil-każ tal-Junior Eurovision Song Festival u lMalta Eurovision Song Contest. Dan hu apprezzament dovut u

ma jiddejjaqx jagħmlu, qal Francis Zammit Dimech. Id-Deputat Nazzjonalista kkritika lill-Ministru Evarist Bartolo għal kummenti li għamel nhar il-Ħadd li bihom esprima disprezz lejn in-nisa. Kien jistenna li għall-inqas jisma’ apoloġija għal dak ilkliem. Francis Zammit Dimech qal li kien qed isemmi lil Evarist

Bartolo għaliex madwar xahar ilu qal fil-Parlament li x-xandir pubbliku għadu ’l bogħod milli jkun xandir nazzjonali. Francis Zammit Dimech qal li għal gvern li jiftaħar li hu gvern li jisma’, qed jagħmel laqgħat mal-pubbliku wara li ressaq ilbaġit u mhux qabel, biex jisma’ s-suġġerimenti tal-pubbliku. B’dak li qed jiġri llum, ilpoplu qed jara li xejn mhu skont kif jidher. Il-Gvern jidher li ma tinteressahx id-direzzjoni li mexjin fiha. Dan japplika anke għall-qasam tax-xandir. Francis Zammit Dimech qal li l-Bord editorjali għandu jkun larbitru aħħari biex jara l-policies tax-xandir. Minkejja s-serjetà ta’ dan ir-rwol, il-Ministru ħatar fuq dan il-Bord lill-ekseditur tal-ġurnal ‘l-orizzont’ li kien instab ħati mill-Qorti li permezz ta’ artiklu ppubblikat minnu kellu intenzjoni biss li jħammeġ. Dan juri b’liema serjetà qed iħares ilGvern lejn ir-rwol ta’ dan ilBord. Francis Zammit Dimech qal li meta l-Gvern jonqos milli jagħti l-informazzjoni mitluba, sew filParlament, kif ukoll barra millParlament, ikun qed jikser iddritt tal-libertà tal-espressjoni għaliex kull persuna għandha fost id-drittijiet tagħha, id-dritt għall-informazzjoni.

Il-Ministru Mallia rrefera wkoll għall-ħidma tal-Aġenzija Identità Malta u l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP). Qal li s’issa kien hemm madwar 300 applikazzjoni minn investituri ta’ kwalità. Manwel Mallia qal li l-ħruġ ta’ visas m’għandux x’jaqsam mal-IIP. Ċaħad li kien hemm serq ta’ indirizzi, iżda qal li tintalab konferma mingħand issidien li jkunu qed jikru. S’issa nħarġu 26,117-il visa. Manwel Mallia attakka l-kritika tal-Oppożizzjoni dwar ixxandir u qal li x-xandir fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista kien żbilanċjat favur il-Gvern ta’ dak iżżmien. Sostna li x-xandir illum hu bilanċjat u kiber fil-livell. Tkellem ukoll dwar l-industrija tal-films u sostna li kien hemm żieda rekord fl-attività

ekonomika. Id-Deputat Laburista Deo Debattista tkellem dwar is-sistema korrettiva u sostna li s-sistema f’pajjiżna hi Medjevali fejn il-korrezzjoni ssir permezz ta’ kastig. Appella biex ikun hemm aktar impenn għal tagħlim u taħriġ biex ikunu jistgħu jkunu integrati mill-ġdid fis-soċjetà. Irrefera wkoll għall-prostituzzjoni u sostna li dawk li jidħlu f’dan l-ambjent għandhom ikunu mgħallma iżjed dwar irriskji tal-professjoni tagħhom filwaqt li jkunu mħajra jfittxu xogħol ieħor. Tkellmet ukoll id-Deputat Laburista Deborah Schembri dwar nuqqasijiet li għadhom jeżistu fil-mod kif issir il-komunikazzjoni mal-persuni li jmorru jfittxu l-intervent tal-Pulizija f’ċerti każi fl-għases. Se jit-

waqqaf kumitat interministerjali biex jaġixxi fuq rakkomandazzjonijiet f’rapport li tħejja millKumitat għall-Affarijiet Soċjali. Fir-rigward tal-immigranti fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, qalet li qed issir ħidma fuq rapport dwar dak li jista’ jsir. Deborah Schembri qalet li għandha tinbidel il-perspettiva li l-poplu jħares lejn l-immigranti irregolari bħala nies li se jieħdu xogħol il-Maltin għal waħda li taċċetta l-inklużjoni. Id-Deputat Laburista qalet li ma tifhimx għaliex lOppożizzjoni qed titlob ir-riżenja tal-Ministru minħabba sparatura mix-xufier, meta kien hemm każi ta’ pulizija li sparaw taħt l-amministrazzjoni preċedenti iżda ħadd ma rriżenja. Qalet li dwar il-każ tal-isparaturi fil-Gżira kienet se tistenna linkjesta.

Hi anomalija li r-responsabbiltà tal-qasam tax-xandir hi taħt il-Ministru tal-Intern

L-Att dwar ix-Xandir jgħid li r-responsabbiltà għandha tkun taħt il-Ministru responsabbli mill-Kultura u mhux dak tal-Intern

Se jesiġi li fit-transfers ikun hemm spjegazzjoni dwar l-esiġenzi tas-servizz


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

Il-kredibbiltà ta’ Joseph Muscat sejra lura Dan hu Gvern immexxi minn Prim Ministru li qed jikser il-wegħdi tiegħu stess. Dan hu Gvern li ma tistax tibqa’ tieħdu bis-serjetà

Aktar ma jmur, aktar qed joħroġ biċ-ċar li pajjiżna għandu Prim Ministru li qed jitlef ilkredibbiltà u mhux kapaċi jerfa’ r-responsabbiltà politika talMinistri tiegħu u wisq aktar talpajjiż. Veru każ li l-Partit Nazzjonalista kellna raġun u kif meta qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet konna ngħidu li Muscat mhux kapaċi jkun firrwol ta’ Prim Ministru ta’ Malta. Iż-żmien tana parir u llum nafu li Muscat m’għandux il-kredenzjali ta’ Prim Ministru li kapaċi jmexxi u li juri lil kulħadd li hu l-mexxej ta’ dan il-pajjiż. Il-programm ‘Reporter’ ta’ nhar it-Tnejn li għadda kien prova biżżejjed li turi li Muscat qed ikun dgħajjef quddiem dak li għandu jkun loġiku u sewwa. Fuq kollox, Muscat mhux kapaċi jieħu deċiżjoni iebsa filkonfront ta’ Ministru li ilu jiżbalja għaliex sal-lum hemm misteru kbir ta’ x’jaf il-Ministru Manwel Mallia dwar Muscat li l-poplu għadu ma jafx. Il-verità qed toħroġ ftit ftit iżda l-

isparatura tax-xufier tal-karozza ta’ Mallia kienet biżżejjed sabiex turi xquq li jeżistu f’dan il-Gvern. Fuq kollox, kienet prova biżżejjed tat-taħwid u lgideb li qed jgħix fihom dan ilGvern li lest li jagħmel cover up biex jgħatti xturu basta jibqa’ popolari. Dan mhuwiex l-uniku każ iżda hemm oħrajn li saru u qed isiru, oħrajn li għadna ma nafux bihom iżda konvint li qed isiru u konvint li ma jdumux ma jinkixfu, u li juru ċar li dan hu Gvern li qed ifalli u li mhuwiex kompetenti. Jien m’iniex se noqgħod ngħid li dan il-Gvern hu kollu każin għaliex allura ma nkunx kredibbli. Hemm affarijiet tajbin f’dan il-Gvern iżda t-tajjeb ta’ dan il-Gvern hu ftit ħdejn il-ħażin tiegħu. Ir-realtà hi li dan il-Gvern qed jitlef kull kredibbiltà minkejja l-isforzi kollha li qed jipprova jagħmel u minn flus il-poplu biex jagħti limpressjoni li l-baġit ippreżentant kien wieħed tajjeb u li se jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies. Il-fatti huma xorta

Il-programm ‘Reporter’ ta’ nhar it-Tnejn li għadda kien prova biżżejjed li turi li Muscat qed ikun dgħajjef quddiem dak li għandu jkun loġiku u sewwa

David Casa

dcasa@pn.org.mt

oħra; il-poplu li emmen f’dan il-Gvern u li vvota għaliħ bissaħħa kollha għaliex hekk jidher fir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali, m’għadux b’saħħtu u jitwemmen bħal qabel. Dan hu Gvern immexxi minn Prim Ministru li qed jikser il-wegħdi tiegħu stess. Dan hu Gvern li ma tistax tibqa’ tieħdu bis-serjetà. Kif qal Simon Busuttil nhar itTnejn li għadda, wasal iż-żmien li Muscat jibda jaġixxi ta’ Prim Ministru u mhux iktar ta’ tifel żgħir li beda jmur l-iskola.

Ħarsu lejn Muscat u taraw l-artifiċjalità f’għajnejh u li jagħti limpressjoni li jrid jgħaddi żżmien b’kulħadd, speċjalment b’dawk li ma jaqblux miegħu jew li jopponuh f’xi deċiżjoni li hu jieħu fir-rwol ta’ Prim Ministru. Il-maskra ta’ Muscat bdiet nieżla u l-aqwa ta’ Simon Busuttil bdejna narawh għalkemm xorta ngħid li għadu ġej. Il-verità hi dawn l-aħħar xhur urew biċ-ċar kemm Simon Busuttil qed jikber bħala mexxej ta’ partit politiku li għadda minn żminijiet diffiċli. Simon Busuttil qed juri ħiliet kbar u qed juri li hu l-alternattiva għal Muscat meta jiġi l-waqt. Il-Kap tagħna qed jikber u qed jinkwieta mhux ftit lil Muscat li

qed jirrikonoxxi li m’għadux kredibbli bħal qabel u li l-avversarju politiku tiegħu qed iżid filkompetenza u l-popolarità tiegħu. Fl-isfond ta’ dan kollu nduru fuq kull min hu Nazzjonalist jew qed jifhem li l-Partit Nazzjonalisa hu l-aħjar għażla għal dan il-pajjiż, sabiex nagħmlu kuraġġ u nibqgħu naħdmu għal politika onesta mmexxija minn Simon Busuttil. Iva, jien nemmen fil-Kap tagħna u iva, jien nemmen li se naslu. Iridu nkomplu naħdmu u nesponu t-tajjeb tagħna u fejn ilGvern jiżbalja rridu nkunu aħna t-tarka tal-ħaddiema u talfamilji Maltin u Għawdxin sabiex tassew inkunu l-alternattiva għall-Partit Laburista.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Il-kuraġġ li nerġgħu nagħmlu l-politika l-missjoni t-tajba li twettaq dak li hu sewwa

F’diskors ieħor tajjeb ħafna ta’ mexxej li qed juri l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż, nhar il-Ħadd li għadda Simon Busuttil kompla joħroġ id-differenza mhux biss bejn il-forma u l-forma imma, aktar importanti, bejn il-forma u s-sustanza. Id-diskors tiegħu fi tmiem il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista wera li l-politika trid – u tista’ – terġa’ ssir il-missjoni t-tajba li twettaq dak li hu sewwa. Diskors ieħor ta’ mexxej kunfidenti... Id-diskors ta’ Simon Busuttil nhar il-Ħadd għalaq tajjeb ħafna ġimgħa li bdieha bid-diskors tiegħu fil-Parlament dwar il-baġit li ġie mfaħħar minn ħafna. Ġie mfaħħar għall-mod kunfidenti u konvinċenti kif żarma l-maskra ta’ Gvern li qed jegħreq fil-gideb. Ġie mfaħħar għax wera wkoll li l-politika tista’ ssir differenti, b’mod li joħloq il-ġid għal kulħadd u mhux għal tal-qalba li qed jiffangaw fi flusna. ...mhux biex iparla imma biex juri l-viżjoni t-tajba Din il-viżjoni, Simon Busuttil kompla jorqomha fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Kompla jispjega kif il-Gvern li jixraq lil Malta moderna u Ewropea mhuwiex dak li għandna li tilef kull boxxla ekonomika, soċjali u morali.

Ġid veru, solidarjetà vera, u etika politika Il-Gvern li jixirqilna jrid joħloq il-ġid veru f’settur privat produttiv u vibrani, mhux bl-impjiegi mal-gvern li qed jagħti bl-eluf. Il-Gvern li jixraq lil dan in-nazzjon irid ipoġġi quddiem nett lil dawk vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, mhux joħloq stigma ġdida kontrihom. Il-Gvern li jixirqilna jrid ikollu diċenza politika, mhux jegħreq fil-gideb, kif qed jagħmel dal-Gvern, biex jgħatti l-abbuż kontinwu tal-poter u biex jaħbi l-ideoloġija vera tiegħu li hi: biex tal-qalba jaħtfu kemm jifilħu mill-flus li l-investituri għaqlin u lħaddiema beżlin iħallsu f’taxxi.

Il-kuraġġ li nqumu u nitkellmu favur dak li hu sewwa, mhux għax bla difett... Quddiem Gvern li ddeġenera f’anqas minn sentejn, Simon Busuttil fisser il-bżonn li jkollna l-kuraġġ li nqumu u nitkellmu għal dak li hu sewwa. Il-kuraġġ li nitkellmu b’qawwa meta għandna Gvern li qed jigdeb b’mod l-aktar sfaċċat, bil-Prim Ministru nnifsu b’kollox. Gvern li qed jara kemm jista’ jiffanga, bil-Prim Ministru nnifsu u ħbiebu u saħansitra sħab martu finnegozju. Gvern li qed jabbuża mill-poter b’mod mill-aktar qawwi: l-aktar eżempju riċenti – wieħed fost ħafna – hu l-isparatura taxxufier tal-Ministru tal-Intern li l-Prim Ministru ħallieh hemm, bilkontra tal-wegħda li jġib kultura tar-riżenji, waqt li ħerġin fatti dejjem aktar gravi dwar l-isparatura.

...imma għax il-politika ġenwina tiżbor il-ħażin, mhux tużah bħala skuża biex tagħmel agħar Il-kuraġġ li wieħed jitkellem b’qawwa dwar dawn l-abbużi u joffri politika alternattiva ma jfissirx li min jitkellem hu bla difett. Ifisser imma li jkun ġenwin. Għax waqt li dal-Gvern id-difett li jfittex fil-passat jużah biex jagħmel sagrileġġ, min hu ġenwin iddifett jużah biex jirranġah. U din hi l-politika ġenwina li Simon Busuttil qed ifisser b’mod qawwi li qed jiġbed l-attenzjoni u ttifħir tan-nies: il-politika onesta li b’mod ġenwin tfittex dak li hu sewwa u titkellem b’kuraġġ għal dak li hu tajjeb.

13

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Nistgħu nistaqsu, Onorevoli?

Meta ġejt mistoqsi x’deherli mill-Baġit (verament jien qrajt il-punti ewlenin l-għada, għaliex irqadt kważi l-aħħar nofs ta’ dik il-kantaliena tedjanti), għall-bidu ma kontx naf kif se npoġġi fehmti fi ftit kliem biex niddeskrivi l-Baġit. Ma stajtx insib risposta aħjar milli nirrimarka fil-qosor li dan kien sempliċement l-eżitu ta’ elezzjonijiet li l-uniku riżultat tagħhom hu sempliċement kif iddettat mill-poter (jew aħjar irrgħiba) u s-saħħa tal-korporazzjonijiet, ikkaġunati minn intrapriżi privati u investimenti f’din l-hekk imsejħa “demokrazija” tagħna. Onorevoli, min qed imexxi lil pajjiżna? Il-kapital (flus) jew il-bnedmin? Is-suq jew ilpoplu? Bħal dejjem, il-miljunarji qed imexxu l-gvern, mhux “aħna n-nies!” Onorevoli, temmen tassew li għandna xi grupp ta’ intrapriżi privati li huma konxji tal-konsegwenzi soċjali tal-azzjonijiet tagħhom jew li jħabblu rashom li joħolqu impjiegi u xogħol li jifirxu l-ġid fuq wesgħa akbar? Jew xi grupp li jkollu tendenza li jħaddan xi sistema li timmira

lejn tqassim tal-ġid aktar ekwu u ġust? U sadanittant ma niqfux infaħħru s-suċċessi u l-kontribuzzjoni ġeneruża lillekonomija tagħna mis-settur privat! Mhux se ndumu ma nħossu l-konsegwenzi ta’ dan ilpjan ta’ liberalizzazzjoni tas-suq billi noħolqu aktar bejjiegħa milli xerrejja, filwaqt li l-produzzjoni industrijali u lesportazzjoni qed jieħdu tisbita ’l isfel. U hekk hu, b’daqqa ta’ pinna mmorru u nnaqqsu r-rata ta’ taxxa tal-istrixxa ta’ min jaqla’ laktar, minn 35% għal 25%, u minn 29% għal 25%, u dan kollu, kif ġie spjegat, biex nonoraw il-wegħda tal-gvern preċedenti! Min qed imexxi llum, lhekk imsejjaħ Partit Laburista (suppost Soċjalista) jew il-Partit Nazzjonalista (suppost Nazzjonalista u Kapitalista)? U fejn hu leħen il-ħaddiem Malti? Għala ma kien hemm l-ebda żieda fil-paga minima jekk, kif qed niftaħru, Malta għaddejja minn żmien daqshekk tajjeb? Fejn huma l-prinċipji tal-Partit Laburista Malti jew tant ieħor tal-General Workers Union, kif ukoll trejdunjons oħra tal-ħaddiema? Onorevoli, u xi ngħidu għassuq (ġungla rampanti) tal-proprjetà li mdawrin biha? Kulħadd jiftakar fil-Liġi tal-Kera, tant

25 sena ilu f’il-Mument

infami li kienet imposta żmien ilu, li aġevolat bil-kbir lill-proprjetarji tal-art u tal-bini għaddannu tal-kerrejja u l-ħaddiema. Kemm se ndumu nsofru aktar dan l-isfruttar sfrenat ta’ art u proprjetà, filwaqt li għandna aktar minn 70,000 dar residenzjali vojta, kapriċċ ta’ sidien li jifilħu jisfruttaw is-suq? Konna qed nistennew wisq kieku, għallinqas, kienet tiddaħħal regola li tinkorpora taxxa annwali fuq din il-ħela ta’ art u proprjetà? Għallinqas dan kien ikun pass għallbilanċ tas-suq! “Għandna l-kuraġġ li nieħdu lmiżuri neċessarji biex nassiguraw li l-benefiċċji soċjali jmorru għal min jistħoqqlu…m’hemmx flus bla l-bżonn.” Onorevoli, stajt iżżid, “minbarra għal dawk ta’ fuq”. U d-dejn pubbliku jkompli jisplodi! “Il-Gvern se jaħdem biex joħloq ‘green belts’ (passaġġi ta’ ħdura) madwar binjiet…”. Tajjeb, filwaqt li joħnoq oħrajn! Min se jiggwadanja milliżvilupp, jew aħjar ħtif u sfruttar tal-art fin-naħa t’isfel ta’ Malta; il-pubbliku jew…? Daqsek naf jien! Insomma, jidher li liżvilupp huwa bażikament materja politika. Il-bomba talintiena tal-privatizzazzjoni splodiet ma’ kullimkien! Joseph M. Cachia Il-Birgu

Ma jistax jonqos li l-gazzetta ‘il-Mument’ tal-Ħadd 3 ta’ Diċembru 1989 tiddedika lfaċċata tagħha għas-summit tant mistenni bejn Bush u Gorbachev li beda l-ġurnata ta’ qabel f’Malta. Taħt it-titlu ‘Is-Summit beda fuq nota tajba...minkejja l-maltemp’, jispikka r-ritratt prinċipali taż-żewġ mexxejja tas-superpotenzi l-kbar jieħdu b’idejn xulxin fil-mument li ltaqgħu għall-ewwel darba f’dan is-summit storiku. F’artiklu ieħor, il-gazzetta tirrapporta llaqgħa li kellu l-Prim Ministru Malti Eddie Fenech Adami mal-mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev f’Kastilja. Matulha ġiet diskussa s-sitwazzjoni filMediterran b’enfasi fuq il-ħtieġa li jissaħħu lisforzi tal-istati kollha fir-reġjun bl-iskop li tinbena zona reġjonali ta’ paċi u koperazzjoni.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

LIL HINN MINN XTUTNA

Klima: Aktar allarmiżmu milli fatti u provi Bħalissa fil-belt kapitali talPerù Lima qed titlaqqa’ konferenza dwar it-tibdil fil-klima organizzata mill-Framework Convention on Climate Change tan-Nazzjonijiet Uniti (UNFCCC) biex negozjaturi mid-dinja kollha jfasslu strateġija ġdida dwar dan it-tibdil, bi tħejjija għall-konferenza f’Pariġi talUNFCC f’Diċembru tal-2015, fejn hu ttamat li fl-aħħar jintlaħaq ftehim minflok it-Trattat ta’ Kjoto li ilu li skada mill-2012. Għal min ma jafx jew ma jiftakarx, dak il-protokoll kien jorbot lill-pajjiżi żviluppati biex inaqqsu l-gassijiet serra jew CO2 b’ċerti ammonti. Dak it-trattat kien jorbot legalment – għajr għall-fatt li qatt ma rabat lill-Istati Uniti, li dak iż-żmien kellha likbar ammont ta’ CO2, u liċĊina, li llum għaddiet lill-Istati Uniti, minħabba li meqjusa bħala pajjiżi mhux żviluppat, allura kien eżentat mill-obbligu. Għalhekk dawk li ilhom snin ibeżżgħu li jekk il-bniedem se jibqa’ “jniġġes” l-atmosfera, iddinja riesqa lejn katastrofi wara oħra, dan l-aħħar tgħidx kemm ferħu bi ftehim li laħaq Obama maċ-Ċina x-xahar li għadda biex iż-żewġ pajjiżi jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, għax b’hekk kiber iċ-ċans li s-sena d-dieħla f’Pariġi jista’ jiġi ffirmat xi Kjoto 2.

Dawk żviluppati u li mhumiex Dan għax l-ikbar xkiel għal ftehim veru li jorbot lil kulħadd kien l-argument bejn pajjiżi żviluppati u dawk li mhumiex, dwar min u kemm kellu jagħmel kull wieħed biex “itaffi” t-tibdil fil-klima permezz tat-tnaqqis tat-tniġġis. Imma dwar dan nikteb aktar ’l isfel. Bħala bażi għad-diskussjonijiet u diskorsi li qed isiru fil-Perù hemm dak li jissejjaħ Synopsis for Policy Makers (SPM) li ħareġ ix-xahar li għadda dwar l-aħħar tliet rapporti tal-working groups tal-IPCC dwar ix-“xjenza”, limpatti u l-vulnerabbiltajiet, u kif għandu jiġi affrontat it-tibdil filklima. Dan ma tantx jawgura tajjeb għal dak li jista’ joħroġ minn din il-konferenza ta’ Lima – għajr aktar allarmiżmu, qerq u ftit jew xejn fatti u provi li verament jiġġustifikaw dan … ħlief l-istess xenarji, appuntu, apokalittiċi, li ilhom jiġu ripetuti ad nauseam sa qabel ma kien intlaħaq ftehim fi Kjoto fl-2008. Dak il-ftehim illum kulħadd

jammetti li kien falliment (bħalma kienet l-estensjoni tiegħu li ma kienet ġiet ratifikata minn ħadd), u l-konferenzi li saru wara, ibda minn dik ta’ Kopenħagen fl2010. Qed ngħid dan għax wara li rajt dan is-Synopsis for Policy Makers (SPM) sibt li jinkludi kontradizzjonijiet sinifikanti, simplifikazzjonijiet u anki tgħawwiġ tax-xjenza li hemm flistess rapporti li din l-SPM hija ttaqsira tagħhom. Xi ngħidu mbagħad, għall-konklużjonijiet u twissijiet dwar punti ewlenin li jikkontradixxu b’mod ċar l-evidenza sensibbli dwar l-istat veru tal-klima, skont kalkoli u xejriet osservati fl-istess natura? Hawnhekk sibt għajnuna kbira mill-Istitut Ewropew tal-Klima u l-Enerġija (EIKE, ibbażat filĠermanja) li għamel analiżi metikoluża tal-SPM. Din trattat disa’ pretesti speċifiċi fl-SPM u sabet difetti f’kull waħda: dawn huma t-temperatura tal-arja, illivell tal-baħar, it-temperatura tal-oċeani, maltempati, is-silġ polari, it-temp estrem, il-koltivazzjoni u l-ħsad, l-estinzjoni talispeċi u r-responsabbiltà tal-bniedem għat-tibdil fil-klima. Qabel ngħaddi għal dawn se nikkwota dak li qal il-Professur tal-Ġeoloġija Tim Patterson li laqatni ħafna: “Il-klima hija u dejjem kienet varjabbli. Infatti lunika ħaġa kostanti hija l-bidla: li tinbidel kontinwament” – jiġifieri irrespettivament minn dak li jagħmel jew ma jagħmilx il-bniedem. Bħalma ktibt drabi oħra hawnhekk, il-klima tgħaddi minn ċikli, u żgur dan mhux tort talbniedem, għax dawn iċ-ċikli

Joe Calleja jocal@me.com

seħħew anki meta ma kienx għadu tfaċċa l-bniedem fil-pjaneta tagħna. Imma ħalli ngħaddi għar-rivelazzjonijiet tal-EIKE. Dwar iżżieda fit-temperatura fl-arja, lIPCC wissew b’żieda drammatika ta’ “bejn 0.3 u 4.8˚C, varjazzjoni ta’ 16-il punt, fejn kull valur jista’ jseħħ! Dan kollu jinjora ttemperaturi reali: minkejja żieda kontinwa fis-CO2, it-temperatura m’għoliet xejn f’dawn l-aħħar 15-il sena! Dan hu fatt. Barra minn hekk l-SPM isostni li l-livell globali tal-ibħra tul dan is-seklu kellu jogħla b’għaġla kbira b’bejn 26 u 28 ċentimetru. Fil-fatt il-livell f’dawn l-aħħar 200 sena mhux talli ma għoliex, talli tul l-aħħar għaxar snin ir-rata taż-żieda tbaxxiet.

It-temperatura m’għoliet xejn Dwar l-allegazzjoni li l-maltemp estrem sar aktar spiss u qawwi, dak li qed jiġri fil-verità jgiddeb dan: la l-uragani, la ttrombi tar-riħ, la xita qawwija u lanqas n-nixfa ma żdiedu b’mod

OPINJONI

F’disa’ pretesti speċifiċi tar-rapport tan-N.U. hemm difetti f’kull waħda. Dawn huma t-temperatura tal-arja, il-livell tal-baħar, it-temperatura tal-oċeani, maltempati, is-silġ polari, it-temp estrem, il-koltivazzjoni u l-ħsad, l-estinzjoni tal-ispeċi u r-responsabbiltà tal-bniedem għat-tibdil fil-klima

kbir fin-numru jew intensità. L-istess jingħad dwar il-ħsad mill-biedja. Filwaqt li l-IPCC twissi dwar skarsezza fil-ħsad ta’ prodotti bażiċi bħall-qamħ, filfatt kull sena qed ikun hemm rekord fil-produzzjoni tal-prodotti. Fil-qosor, bħalma kiteb il-ġurnal influwenti Ġermaniż Der Spiegel, “fl-IPCC l-allarmiżmu jiġi qabel il-fatti u l-verità”.

Ftehim Stati Uniti/Ċina Dan l-aħħar, bħalma bdejt ngħid, l-Istati Uniti u ċ-Ċina laħqu ftehim li l-Amerika tnaqqas l-emissjoni tas-CO2 b’bejn 26 u 28% ta’ dak li kien fl-2005 sal2025, filwaqt li ċ-Ċina se tkun tista’ tilħaq il-quċċata qrib l-2030 “jew qabel”, u wara tibda żżid issehem tagħha ta’ non-fossil fuel tal-enerġija kollha għal madwar 20% sal-2030. Dan prattikament ifisser li lIstati Uniti qablet li tkompli tnaqqas l-emissjoni CO2, filwaqt li ċ-Ċina tista’ tibqa’ “tniġġes” sal-2030, b’vantaġġ ekonomiku ovvju għaliha u żvantaġġ għall-

Istati Uniti, li biex tosserva l-ftehim ikollha xxekkel l-ekonomija tagħha bi spiża ikbar fil-produzzjoni, minħabba taxxi “ambjentali”. Iżda s-sabiħa jew aħjar ilkerha, hi li minħabba f’hekk qed ikun hemm min minħabba f’hekk qed jieħu l-manifattura tiegħu barra l-pajjiż f’oħrajn aktar favorevoli, fosthom l-istess Ċina u l-Indja, fejn m’hemmx daqstant problemi bil-kontroll tas-CO2! Dan jista’ jiġri għax għad hawn min jemmen li l-fatt li ċ-Ċina tkompli tkabbar l-ekonomija tagħha, filwaqt li tiċkien dik Amerikana, jista’ jkollu xi effett sinifikanti fuq it-temperatura taddinja B’xorti tajba dejjem aktar pajjiżi qed juru xettiċiżmu dwar dan il-qerq tal-allarmisti li qabel kull konferenza tal-IPCC dejjem iżidu d-doża tal-paniku, fosthom l-Awstralja li neħħew il-carbon tax li kien introduċa l-gvern Laburista qabel reġa’ spiċċa flOppożizzjoni. Meta se tistenbaħ il-kumplament tad-dinja?


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Persuni li mhumiex Musulmani massakrati f’barriera IL-KENJA

Militanti Somali qatlu 36 ħaddiem tal-barrieri li mhumiex Musulmani, qrib il-belt ta’ Mandera, fit-Tramuntana tal-Kenja. L-estremisti mill-grupp alShabab sparaw u qatlu lil min ma kienx Musulman f’barriera, wara li sseparawhom mill-Musulmani. Wara diversi attakki, hemm tħassib fil-Kenja dwar is-sigurtà fir-reġjuni li għandhom fruntiera mas-Somalja. Il-grupp al-Shabab qatel 28 persuna f’attakk li seħħ fuq xarabank fejn il-militanti kellhom fil-mira tagħhom

15

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

persuni li ma kinux Musulmani. L-attakk ġara flistess zona l-ġimgħa li għaddiet. Il-President tal-Kenja Uhuru Kenyatta qal li “mhux se niċċaqilqu” fil-gwerra kontra l-grupp Iżlamiku wara dan il-massakru. “Din hi gwerra kontra lKenja u l-Kenjani... hi gwerra li kull wieħed u waħda minna jrid jiġġieled.” Inċidentalment, il-President Kenjan ħabbar li David Kimayo, il-Kap tal-Pulizija Kenjana, irtira mill-kariga tiegħu.

Arrestata l-mara tal-mexxej tal-ISIS IL-LIBANU

Forzi tas-sigurtà Lebaniżi arrestaw lill-mara u wieħed millulied subien ta’ Abu Bakr alBaghdadi, il-mexxej tal-ISIS, qrib il-fruntiera mas-Sirja. Il-mara u t-tifel, li isimhom ma ngħatawx, inqabdu mill-armata wara li daħlu fil-Libanu għaxart ijiem ilu. Il-gazzetta al-Safir irrappurtat li l-mara ta’ Baghdadi kienet interrogata fil-ministeru għaddifiża Lebaniż. F’Ġunju, Baghdadi kien issemma bħala l-mexxej “talkalifat” maħluq mill-ISIS fil-partijiet li l-grupp estremista jikkon-

trolla fis-Sirja u fl-Iraq. Matul ix-xahar li għadda, lISIS ċaħad rapporti li alBaghdadi kien inqatel jew indarab f’attakk militari mill-ajru tal-koalizzjoni mmexxi millIstati Uniti qrib il-belt ta’ Mosul. L-ISIS kien ħareġ rekording tal-vuċi tiegħu, allegatament kienet ta’ Baghdadi, u fih hu qal li l-kalifat kien se jespandi filwaqt li talab biex jiżbruffaw “ilvulkani tal-ġiħad”. Sadattant, l-ISIS u al-Nusra – grupp ġiħadista ieħor ibbażat fisSirja – qed iżommu 20 suldat Lebaniż bħala ostaġġi.

Erbgħa mejta f’attakki f’Zuwarah IL-LIBJA

Żewġ attakki militari mill-ajru fil-belt ta’ Zuwarah ilbieraħ filgħodu ħallew erba’ persuni mejta u ħafna oħrajn midruba. L-attakki x’aktarx li twettqu minn ajruplani li ttajru millArmata Nazzjonali Libjana, u ġew wara attakki mill-ajru oħrajn fl-ajruport ta’ Mitiga, fi Tripli. Wieħed mill-attakki laqat maħżen, li hu mifhum li ntuża biex jaħżen l-ikel, u nqatlu erba’ persuni.

Sorsi qalu li mill-inqas 14-il persuna, fosthom ħaddiema millmaħżen, weġġgħu fl-attakk. Il-maħżen ħa n-nar wara li bomba laqtitu u l-aġenzija talaħbarijiet ibbażata fi Tripli LANA, qalet li l-pumpieri marru fil-post biex tfew in-nar. Għadu mhux ċar fejn niżlet ittieni bomba, iżda rapporti li ċċirkolaw ilbieraħ filgħodu stqarrew li jew laqtet fabbrika tal-kimiki, inkella ntlaqat il-port.

L-INDJA: Membru mit-tribù Konyak Naga liebes libsa tradizzjonali jattendi l-Festival Hornbill fil-villaġġ ta’ Kisama qrib Kohima, fl-istat ta’ Nagaland. Il-Festival Hornbill (l-isem ta’ għasfur), ikkunsidrat bħala wieħed mill-akbar avvenimenti fl-istat, jesibixxi l-wirt kulturali għani tal-poplu Naga (Ritratt: EPA)


16

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ftehim ieħor għal waqfien mill-ġlied L-UKRAJNA

IS-SIRJA: Tfal jilagħbu f’bazaar annwali tal-Milied f’Damasku. Qabel il-konflitt militari, l-Insara kienu jgħoddu 1.8 miljun persuna. Illum nofs miljun persuna mill-popolazzjoni Nisranija Sirjana ħarbu minn djarhom u spiċċaw refuġjati (Ritratt: EPA)

Il-Gvern fi Kiev u separatisti favur l-unjoni mar-Russja ftiehmu għal waqfien mill-ġlied fir-reġjun ta’ Luhansk fil-Lvant tal-Ukrajna. L-Organizzazzjoni għasSigurtà u l-Kooperazzjoni flEwropa (OSCE) qalet fi stqarrija li ż-żewġ naħat qablu filprinċipju għal waqfien totali mill-ġlied tul il-linja sħiħa ta’ kuntatt bejn il-Forzi Armati talUkrajna u dawk taħt il-kontroll tar-Repubblika Popolari ta’ Luhansk, b’effett minn nhar ilĠimgħa. L-OSCE qalet ukoll li ż-żewġ naħat ukoll ftiehmu li l-irtirar tal-

artillerija se jkun qed isir nhar isSibt. Waqfien mill-ġlied fraġli bejn l-Ukrajna u r-ribelli separatisti kien iffirmat f’Minsk f’Settembru u dan għen biex naqqas mill-ġlied imdemmi, iżda l-ġlied issokta wara. In-Nazzjonijiet Uniti qalet flaħħar ta’ Novembru li kważi elf persuna mietu mindu kien iffirmat il-ftehim għal waqfien millġlied, u aktar minn 4,300 mindu l-ġlied beda f’April. Sadattant, battalji kbar qed iseħħu madwar l-ajruport imkisser fil-belt ta’ Donetsk, ikkontrollata mir-ribelli.

Eluf jipprotestaw kontra l-President IL-MESSIKU

Dimostranti fil-Messiku tqabdu kontra l-pulizija wara dimostrazzjoni kbira u paċifika b’appoġġ għal 43 student li ġew rappurtati nieqsa f’Settembru. Id-dimostranti esprimew irrabja tagħhom kontra l-President tal-pajjiż Enrique Pena Nieto għall-mod kif qed jindirizza lkaż. Il-popolarità tal-President Nieto niżlet sal-qiegħ nett mindu ħa l-kariga sentejn ilu.

L-istudenti kienu għebu wara li tqabdu mal-pulizija fil-belt ta’ Iguala fis-26 ta’ Settembru. Il-każ ħasad lill-Messikani hekk kif allegazzjonijiet ta’ involviment mill-pulizija ma’ traffikanti tad-droga, iċċirkolaw fil-beraħ matul l-investigazzjoni dwar l-għajbien tal-istudenti. F’Ottubru, l-Avukat Ġenerali tal-Messiku ordna l-arrest tasSindku ta’ Iguala Jose’ Luis Abarca.

L-għajnuna umanitarja tista’ tkun sospiża IN-NAZZJONIJIET UNITI

Il-Programm Dinji għall-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (WPF) ħabbar li jista’ jissospendi l-għajnuna umanitarja li tikkonsisti fi provvisti tal-ikel lil aktar minn 1.7 miljun refuġjat Sirjan. Dan minħabba problema finanzjarja. L-aġenzija bbażata f’Ruma qalet li ħafna refuġjati filĠordan, fil-Libanu, fit-Turkija, fl-Iraq u fl-Eġittu “se jkunu bilġuħ” jekk id-donaturi jonqsu milli jipprovdu €51 miljun li huma meħtieġa għad-distribuzzjoni ta’ kupuni tal-ikel matul dan ix-xahar. “Din l-aħbar ma setgħetx ġiet fi żmien agħar,” qal Antonio Guterres, il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet

Uniti, fi stqarrija. “Nappella lillkomunità internazzjonali biex tappoġġja lill-WFP illum sabiex ir-refiġjati ma jitħallewx bilġuħ.” L-aġenzija qed tgħin ukoll linnies fis-Sirja, fejn hu stmat li hemm aktar minn sitt miljun persuna li ħarbu minn djarhom. Irriżorsi finanzjarji se jibqgħu għal dan il-programm sabiex ir-refuġjati jkunu megħjuna sa Jannar. Abeer Etefa, kelliema għallWFP, qalet li “meta sa fl-aħħar ksibna l-aċċess f’zoni li kienu maqtugħin għal diversi xhur, issa qed niffaċċjaw sitwazzjoni fejn ma nistgħux nitimgħu lin-nies mill-aċċess li ksibna dan laħħar.”


www.maltarightnow.com

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Appell lir-Russja biex tirtira t-truppi mill-Ukrajna L-UNJONI EWROPEA

Iċ-Chairman Pollakk il-ġdid tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel stqarrija uffiċjali tiegħu, appella lir-Russja biex tirtira t-truppi tagħha mill-Ukrajna. Donald Tusk, f’komunikat wara li tkellem bit-telefown malPresident Amerikan Barack Obama, qal: “Qsamna t-tħassib tagħna dwar il-kriżi fl-Ukrajna u qbilna dwar kemm hu importanti għar-Russja li tirtira mil-Lvant tal-Ukrajna, u biex tieqaf tissup-

plixxi aktar truppi u tagħmir militari lis-separatisti.” Tusk innota li l-ewwel telefonata simbolika “saħqet fuq limportanza li jien nagħti lirrelazzjonijiet tagħna mal-Istati Uniti”. Donald Tusk ukoll enfasizza ddimensjoni strateġika li jinħoloq blokk kummerċjali ħieles malIstati Uniti, u żied li “l-patt dwar il-kummerċ ħieles bejn l-UE u lIstati Uniti, mhux biss hu dwar

il-kummerċ ħieles: hu espressjoni tas-sħubija ġeopolitika tagħna”. Ir-rimarki tal-President talKunsill Ewropew huma aktar diretti mill-aħħar stqarrijiet konġunti tal-Unjoni Ewropea. L-aħħar konklużjonijiet talMinistri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, fis-17 ta’ Novembru, tkellmu dwar “l-irtirar ta’ forzi illegali u barranin” mill-Ukrajna mingħajr ma ssem-

miet ir-Russja. Il-konklużjonijiet fl-aħħar summit Ewropew f’Ottubru wkoll appellaw lir-Russja “biex wieħed jipprevjeni kull moviment militari...mit-territorju tagħha fl-Ukrajna”. B’referenza għall-gwerra tarRussja fl-Ukrajna, Donald Tusk qal lil folla ta’ uffiċjali Ewropej fil-kwartieri tal-Kunsill Ewropew: “Illum, l-ewroxettiċi mhux biss qed jistaqsu dwar il-

17

valur tal-Unjoni Ewropea, imma qed jaraw li l-Unjoni wkoll għandha l-għedewwa. Il-politika reġgħet ġiet fl-Ewropa, l-istorja tinsab magħna mill-ġdid”. Hu qal li l-ogħla prijorità li se jkun qed jagħti hi “l-għaqda kontra t-theddid lill-Unjoni...kemm dak intern kif ukoll estern”. “L-Ewropa trid issaħħaħ ilfruntieri tagħha u tappoġġja lil dawk il-pajjiżi ġirien li jaqsmu lvaluri tagħna”.

L-AWSTRIJA: Ħaddiema tal-emerġenza jneħħu friegħi tas-siġar minn triq hekk kif it-temp kiesaħ u xitwi ħakem l-inħawi qrib iz-zona ta’ Ottenschlag. Ċpar abjad u xita ffriżata blukkaw diversi toroq minħabba siġar li tqaċċtu madwar il-pajjiż (Ritratt: EPA)

Ried jimpressjona lill-ekwipaġġ u lill-passiġġieri L-ITALJA

Francesco Schettino, li kien il-kaptan tal-vapur lussuż Costa Concordia, ilbieraħ xehed għall-ewwel darba fil-ġuri li qed jgħaddi dwar qtil mhux premeditat, fil-belt ta’ Grosseto, lItalja. Schettino ried li “joqtol tliet għasafar b’ġebla waħda” meta dderieġa l-vapur lussuż tal-passiġġieri lejn il-gżira ta’ Giglio, f’manuvra li spiċċat f’diżastru u ħasdet il-ħajja ta’ 32 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ. L-ekskaptan qal li hu kien ħerqan li “jsellem” lill-gżira żgħira sabiex jogħġob lill-head

waiter tal-vapur, li l-familja tiegħu kienet minn Giglio, biex jimpressjona ħabib u ekskaptan tal-vapur, li kien qed jgħix filgżira, u biex jipprovdi spettaklu għall-passiġġieri tiegħu, li hu ħaseb li setgħu gawdew ixxenarju abbord billejl. Il-ġuri għandu jkompli, u lverdett mistenni jingħata filbidu tas-sena l-ġdida. Il-bastiment lussuż Concordia, li kien għereq, dam sentejn u nofs ’il barra minn Giglio, sakemm ittella’ fil-wiċċ u kien irmunkat lejn Ġenova f‘Lulju.

L-eks-President Nicolas Sarkozy se jattendi konferenza tas-CDU FRANZA

L-eks-President ta’ Franza Nicolas Sarkozy se jingħaqad mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel il-ġimgħa ddieħla fil-konferenza talChristian Democratic Union (CDU) f’Cologne. L-eks-President Franċiż se jattendi l-avveniment nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru wara r-rebħa li kiseb fl-elezzjoni tat-tmexxija fil-partit simili għas-CDU fi Franza, iċ-Ċentru-Lemini UMP. Ir-relazzjoni mill-qrib bejn Sarkozy u Merkel, partikularment matul il-kriżi finanzjarja tal-2008, wasslet għas-sħubija politika tagħhom li tlaqqmet “Merkozy”, u issa mistennija jkollha rwol prinċipali meta

Sarkozy se jerġa’ jikkontesta lelezzjoni presidenzjali fl-2017. Francois Hollande, il-President Soċjalista attwali ta’ Franza, ġieli tlewwem ma’ Angela Merkel dwar kif għandu jibda t-tkabbir ekonomiku. Hollande kien talab għal investiment kbir sabiex tissaħħaħ id-domanda filwaqt li lKanċillier Ġermaniż xebgħet minn Franza li tonqos millimpenji dwar il-kontrolli fid-dejn u fl-iżbilanċ. Matul ix-xahar li għadda, Günther Oettinger, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u membru fis-CDU ta’ Merkel, appella lill-Unjoni Ewropea biex jingħataw sanzjonijiet rigorużi kontra l-

Franċiżi, u ttimbra lill-amministrazzjoni ta’ Hollande bħala “reċidiva fl-iżbilanċ”. Sadattant, dawn it-tnejn fiddwett “Merkozy”, tant kienu qrib xulxin matul l-ewwel terminu ta’ Nicolas Sarkozy li Angela Merkel kienet se tikkampanja flimkien mal-eksmexxej Franċiż matul il-kampanja elettorali fi Franza fl-2012, hekk kif kienet insistiet li hi kienet se tappoġġjah “minkejja dak kollu li għamel”. Nicolas Sarkozy, li rebaħ it-tellieqa għat-tmexxija fil-partit tiegħu stess, jeħtieġ l-għajnuna kollha sabiex iħabbatha marrivali tiegħu fl-istess partit kif ukoll ma’ diversi skandli finanzjarji u oħrajn ta’ korruzzjoni.


18

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Taħditiet kruċjali dwar il-bidla fil-klima IL-PERÙ

Bdew ġimagħtejn ta’ taħditiet dwar il-bidla fil-klima f’Lima, ilPerù. Madwar 190 pajjiż bagħtu r-rappreżentanti tagħhom għall20 sessjoni tal-Konferenza talPartijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, magħrufa aħjar bħala COP20. Id-delegati qed jittamaw li jintlaħaq ftehim ġdid biex jonqsu lemissjonijiet magħmulin millbniedem qabel is-summit f’Pariġi li se jsir is-sena d-dieħla. Dan fid-dawl ta’ twissijiet li żżmien qed jgħaddi malajr wisq u għalhekk irid ikun hemm azzjoni f’waqtha. IL-ĠAPPUN: Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe (xellug) juri ħuta li ġiet ippreżentata lilu minn mara, matul il-kampanja elettorali tiegħu, quddiem assoċjazzjoni lokali tal-ħut fil-port ta’ Soma f’Fukushima (Ritratt: EPA)

Alberto Pizango, ilPresident tal-Assoċjazzjoni Inter-Etnika għall-Iżvilupp tal-Amazon Peruvjan, qal li lpoplu tiegħu qed jiffaċċja ċċirkostanzi riżultat tal-bidla fil-klima. Il-grupp ta’ xjenzjati tanNazzjonijiet Uniti kkonferma li hemm probabbiltà ta’ 95 fil-mija li emissjonijiet kaġunati mill-bniedem qed joħolqu l-bidla fil-klima, u COP20 trid tara tnaqqis li jillimita l-medja tat-temperaturi dinjija.

Appell lid-dimostranti biex jirtiraw HONG KONG

Il-kofundaturi tal-moviment favur id-demokrazija rrepetew ittalba tagħhom lid-dimostranti biex jirtiraw. Benny Tai, Chan Kin-man u Chu Yiu-ming ukoll qalu li kienu se jċedu f’idejn il-Pulizija llum. Il-moviment Occupy Central għall-ewwel mexxa l-protesti favur id-demokrazija, iżda rtira hekk kif l-istudenti ssoktaw bilprotesti tagħhom. Joshua Wong, il-mexxej talistudenti, beda strajk tal-ġuħ

sabiex jitlob għal taħditiet malawtoritajiet ta’ Hong Kong dwar l-ideat tal-moviment għal riformi politiċi. Il-moviment Occupy u l-istudenti jridu li ċ-Ċina twarrab ilpjani tagħha biex tagħżel il-kandidati tagħha għall-elezzjoni tal2017 sabiex jinħatar il-mexxej ilġdid f’Hong Kong. L-istudenti jridu li l-Gvern ta’ Hong Kong jinnegozja mill-ġdid l-arranġament li għamel mal-awtoritajiet Ċiniżi.

Ravenna hi l-aħjar belt biex wieħed jgħix fiha L-ITALJA

Tridu tgħixu aħjar? Mela morru għixu f’Ravenna. Din ilbelt fil-provinċja ta’ Emilia Romagna hi fil-fatt “ir-reġina” tal-kwalità tal-ħajja fl-2014. Dan hu r-riżultat ta’ studju li sar, bħal kull sena, minn Sole 24 Ore. Permezz ta’ tagħrif mill-istatistika, ir-rapport janalizza kif wieħed jgħix f’diversi postijiet, ibbażat fuq il-kwalità tal-ħajja, ix-xogħol, is-servizzi, l-ambjent u s-saħħa, il-popolazzjoni, l-ordni pubblika u l-ħin ħieles. Agrigento ġie klassifikat bħala l-agħar post biex wieħed imur joqgħod fih – l-istess

bħalma kien ġara fl-2007 u fl2009. Minbarra l-belt Ravenna, laqwa provinċji li kisbu punti favorevoli fir-reġjun ta’ Emilia Romagna kienu Modena, Reggio Emilia u Bologna. Riżultati pożittivi wkoll ġew reġistrati fiċ-ċentru tal-Italja, partikularment fit-Toscana. Il-kumplament tal-bliet ġew relegati ’l isfel fil-klassifika, fosthom il-provinċji Sqallin, dawk f’Calabria u f’Puglia. Ilbelt ta’ Napli, li kellha prestazzjoni ħażina ħafna fl-aħħar edizzjoni tal-istudju, ġiet ikklassifikata fis-96 post.


www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

FINANZI

Xahar pożittiv għall-ishma Ewropej Il-linji tal-ajru kienu fuq quddiem wara li l-OPEC ma ħax azzjoni biex inaqqas il-provvista żejda taż-żejt

L-indiċi tal-ishma fl-Ewropa ssaħħaħ bi 3.1 fil-mija matul dan ix-xahar hekk kif Mario Draghi qal li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwessa’ l-programm taxxiri tal-assi biex jinkludi x-xiri ta’ bonds tal-gvern filwaqt li lbanek ċentrali fil-Ġappun u ċĊina żiedu l-miżuri biex jappoġġaw lill-ekonomiji. L-MSCI Asia Pacific Index tilef 0.8 filmija għal Novembru. L-MSCI All Country World Index issaħħaħ b’1.5 fil-mija filwaqt li stokks emerġenti tilfu 1.3 fil-mija. Bonds tal-gvern tal-10 snin issaħħu għar-raba’ ġimgħa bir-

ritorn ikun fl-aktar livell baxx fi 18-il xahar hekk kif dejta wriet żieda fil-prezzijiet tad-djar u lkunfidenza tal-konsumatur waqfet u għenet l-idea li l-ispejjeż fuq is-self jinżammu f’livell baxx rekord. Stokks Ġappuniżi kienu pożittivi u kellhom l-aħjar andament fuq perjodu ta’ xahar f’aktar minn sena hekk kif il-yen niżel wara li dejta dwar l-inflazzjoni wasslet għal spekulazzjoni dwar l-istimolu. Il-linji tal-ajru kienu fuq quddiem wara li l-OPEC ma ħaditx azzjoni biex tnaqqas ilprovvista żejda taż-żejt. It-Topix issaħħaħ b’0.7 fil-mija matul din

il-ġimgħa u wassal biex il-qligħ għal dan ix-xahar ikun ta’ 5.8 filmija, fl-aħjar avvanz minn Settembru 2013. Rapporti nhar il-Ġimgħa wrew li r-rata tal-qgħad fil-Ġappun naqset għal 3.5 fil-mija minn 3.6 fil-mija filwaqt li l-bejgħ blimnut niżel b’1.4 fil-mija għalkemm dan ma kienx mistenni minn Settembru. Il-produzzjoni industrijali ssaħħet b’0.2 fil-mija dan ix-xahar u qabżet lestimi ta’ tnaqqis ta’ 0.6 fil-mija. Stokks tas-swieq emerġenti komplew jitilfu mill-valur dan ix-xahar hekk kif tnaqqis filprezz taż-żejt kaxkar ishma tal-

enerġija għall-aktar livell baxx f’ħames snin. Iż-żejt mhux maħdum Brent kompla jitlef mill-valur li kien jinsab fl-aktar livell baxx f’erba’ snin hekk kif l-OPEC daħal għal gwerra tal-prezzijiet mal-Istati Uniti wara li m’għamel xejn biex inaqqas il-provvista żejda. Futures kienu negattivi f’Londra, u wasslu biex it-telf għal din il-ġimgħa jkun ta’ aktar minn 10 fil-mija. L-OPEC żamm l-ogħla livell ta’ produzzjoni fil-livell ta’ 30 miljun barmil kuljum waqt laqgħa fi Vjenna, u rreżista sejħiet mill-Venezwela li hemm

bżonn tnaqqis fil-provvista biex jitwaqqaf it-tnaqqis fil-prezz tażżejt. Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f ’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., l-Imrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz tal-email infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur il-websajt www.vfm.com.mt.


www.maltarightnow.com

20

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Jitfakkar is-summit bejn Bush u Gorbachev

Illum f’Birżebbuġa l-Għaqda Storja u Kultura tal-lokalità se tfakkar il-25 anniversarju missummit storiku bejn il-President tal-Istati Uniti George H.W. Bush u l-mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev. Dik il-laqgħa ġabet fi tmiemha lGwerra l-Bierda u fetħet era ġdida fir-relazzjonijiet bejn iżżewġ superpotenzi ta’ dak iżżmien, ftit ġimgħat wara lwaqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin. Kien hemm min fl-aministrazzjoni Amerikana ħaseb li kien għadu prematur biex issir laqgħa bejn il-mexxejja taż-żewġ superpotenzi. Iżda kemm il-Prim Ministru Ingliża Margaret Thatcher kif ukoll il-President Franċiż Francois Mitterand imbuttaw kemm felħu biex din il-laqgħa sseħħ. Qabel kollox ħadd ma kien jaf x’se jiġri flEwropa tal-Lvant. U hekk malajr. Kif waqgħet l-għażla fuq Malta? L-għażla ta’ Malta ma saritx bla ħsieb u mingħajr battibekki bejn iż-żewġ superpotenzi ta’ dak iż-żmien. Fl-1989 Malta ċċelebrat il-25 anniversarju tal-Indipendenza. Għal festi li saru kienu mistiedna diversi personalitajiet. Il-President Amerikan Bush bagħat jirrappreżentah lil ħuh Willam li baqa’ impressjonat b’pajjiżna tant li meta kienet se jsir is-summit bejn George Bush u Mikhail Gorbachev, dan issuġerixxa lil Malta. Barra minn hekk, Bush kellu wkoll f’moħħu l-laqgħa storika li kienet saret f’pajjiżna bejn il-President Amerikan Franklin D. Roosevelt u l-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill qabel dawn marru Yalta fejn iltaqgħu ma’ Joseph Stalin, il-mexxej tal-Unjoni Sovjetika u fejn ftiehmu dwar kif se tinqasam l-Ewropa wara t-

MADWARNA

Joe M. Zahra

joe.zahra@live.co.uk Tieni Gwerra Dinjija. Kien l-istess President Bush li ssuġġerixxa li l-bastiment talgwerra li kienu se jiltaqgħu fuqu ż-żewġ mexxejja jkun sorġut filport ta’ Marsaxlokk bil-Torri ta’ San Luċjan fl-isfond, bl-istess mod tal-bastiment tal-gwerra li kienu ltaqgħu fuqu Roosevelt u Churchill. Għal Malta s-summit bejn Bush u Gorbachev kien avveniment kbir. Kien rikonoxximent tal-politika barranija Maltija. Niftakar f’dawk il-jiem wiċċ ilPrim Ministru Eddie Fenech Adami jixgħel għal dak l-unur kbir li kien qed jingħata pajjiżna. Riedu jsiru preparazzjonijiet malajr. Grazzi wkoll għall-politika tal-Gvern Nazzjonalista li immedjatament kif kien elett fl1987 beda jirristruttura millqiegħ l-infrastruttura, pajjiżna kien ħa l-ewwel passi kbar flimmodernizzazzjoni tat-telekomunikazzjoni u għalhekk seta’ joffri s-servizzi kollha li kienu meħtieġa minn numru kbir ta’ ġurnalisti minn aġenziji middinja kollha li ġew pajjiżna jkopru ġurnalistikament din lokkażjoni. Niftakar qisu lbieraħ il-wasliet ta’ Bush u Gorbachev. Bush wasal filgħodu. Biex imur Kastilja tniżżel b’ħelikopter il-

Biex jitfakkar dan l-avveniment, il-Gvern Nazzjonalista waqqaf monument fil-bajja ta’ Birżebbuġa, li ħdejh se ssir it-tifkira tal-lum

Furjana minn fejn mar iżur lillPrim Ministru Eddie Fenech Adami. F’Misraħ Kastilja kien hemm mijiet ta’ Maltin jagħtu merħba lill-mexxej Amerikan hekk kif daħal Kastilja u hekk kif ħareġ. Il-President Gorbachev ġie tard filgħaxija, anke iżjed tard milli kien mistenni. Fi triqtu lejn Malta għadda l-Italja fejn kellu laqgħa twila mal-Papa Ġwanni Pawlu II li kienet ikkomovietu ħafna u baqa’ jsemmiha. Gorbachev twassal Kastilja bilkarozza fost sigurtà kbira. Niftakar nies jistennewh għaddej sew minn Triq Sant’Anna lFurjana u quddiem Kastilja. F’Jum is-Summit Malta ntlaqtet minn tempesta kbira li ma naħsibx li qatt rajna bħalha. Jien li noqgħod Birżebbuġa niftakar il-baħar qawwi, jibla’ l-art. Fil-bajja kien hemm sorġuti lbastiment tal-gwerra Amerikan

USS Belknap u l-cruise ship Sovjetiku SS Maxim Gorky. Jirriżulta li l-President Sovjetiku ma tantx kien baħri tal-bnazzi u ma riedx jinżel minn fuq ilMaxim Gorky. Għall-kuntrarju Bush ħareġ jiskijja f’dak il-baħar imqalleb! Minħabba l-maltempata Bush mar hu fuq il-Maxim Gorky fejn iltaqa’ ma’ Gorbachev u fejn iż-żewġ mexxejja ddiskutew dak li qed iseħħ fl-Ewropa, fejn waqgħet ilpurtiera tal-ħadid li sseparat ilPunent mil-Lvant għal tant snin. Minn fuq l-art kulħadd kien qed jistenna l-aħbar ta’ x’kien qed iseħħ. Jirriżulta li t-taħditiet bejn Bush u Gorbachev saru f’ambjent ta’ ħbiberija b’Bush juri lappoġġ tiegħu għall-perestroika u b’Gorbachev jassigura lil Bush li qatt ma kien se jibda gwerra kontra l-Istati Uniti. F’Malta, anke jekk ma ġie ffir-

mat ebda ftehim, intemmet ilGwerra l-Bierda. Għal pajjiżna dan kien avveniment kbir. Avveniment, li anke jekk ma għamlilniex reklam tajjeb għatturiżmu minħabba l-maltempata kbira ta’ dakinhar, poġġiena fiċċentru tad-dinja u m’hemmx dubju li dak li tlifna minn banda rbaħnieh min-naħa l-oħra. Anke bl-imgħax! Biex jitfakkar dan l-avveniment, il-Gvern Nazzjonalista waqqaf monument fil-bajja ta’ Birżebbuġa. Ħdejh se ssir it-tifkira tal-lum u li għaliha mistennija jkunu preżenti l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż: il-President, il-Prim Ministru, il-Kap talOppożizzjoni, l-ambaxxaturi talIstati Uniti u tar-Russja kif ukoll il-President Emeritu Eddie Fenech Adami, li kien il-bniedem li wassal biex dan l-avveniment importanti jseħħ f’pajjiżna.



www.maltarightnow.com

22

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Win, Lose or Draw 06:30 Good Luck Charlie 06:55 - Good Luck Charlie 07:20 - Sonny With a Chance 07:45 - Sonny With a Chance 08:10 - The Suite Life on Deck 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 That’s So Raven 09:25 - That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 - Jessie 11:55 – Jessie 12:20 Austin & Ally 12:45 - Mickey Mouse 12:55 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 13:20 - I Didn’t Do It 13:45 - Liv & Maddie 14:10 – Violetta 15:00 - Cloud 9 16:30 Wolfblood 17:00 - Gravity Falls 17:30 - Violetta 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 – Spooksville 19:10 - Wolfblood 19:35 - Gravity Falls 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 – Wolfblood 21:35 - Wolfblood 22:00 Violetta 22:45 - The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 - Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28- Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 - iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 -

The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 - iCarly 23:50 – Victorious

Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 - Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 – Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 – Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 - Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 – Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City

Malta Llejla – NET TelevisionOdette Vella terġa tingħaqad magħna għal pariri għall-kon-

sumatur. Se jkollna lil-pastry chef Noel Borg, rokna li diġa saret popolari ħafna, waqt li Corinne Farrugia tagħtina ftit pariri dwar il-kura tal-ġilda. Fl-aħħar parti tal-programm, jerġa jingħaqad magħna Fr Karm għall-ftit mumenti ta’ spiritwalita’ Malta Llejla bi produzzjoni ta’ Net Television u FMJ Productions, kuljum bejn il-4:45pm u s-630pm, fuq NET Television.

TVM 07:00 - News 08:30 – Times talk 09:30 – L-irkant 10:30 – Għawdex illum 11:00 – Gadgets 11:30 -Teleshopping 12:00 - News 12:10 - TVPM 15:00 – Aħbarijiet 15:05 – Ħbieb u għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:15 – Sandokan 16:45 – Ace Lightning 17:15 – Shoe Box 17:45 – Pap paq on test 18:00 - News 18:15 – Teleshopping 18:45 - Realta 19:45 – Super 5 20:00 - News 20:45 – Merlin – Series 4 21:35 – Mrs Brown’s Boys 22:10 - Aħbarijiet 22:15 – Mixage 22:45 – Paqpaq on test 23:00 – Aħbarijiet 23:20 – Ħbieb u għedewwa.

TVM 2 08:30 – TVAM 10:00 – Saints and Sinners 11:00 – Animal Diaries 12:00 – Kurrenti 13:00 – Times talk 14:00 – Saints and Sinners 15:00 – It-triq /twelid 15:10 - TVPM 18:00 - Gadgets 18:30 – 3 Pointer 19:00 – Valletta 19:30 – Saints and Sinners 20:30 - News for the hearing impaired 20:40 – Programm kulturali 23:00 – Sports news 23:15 - Financial news 23:20 – News in English. One 06:30 - One news 07:00 – One breakfast 09:00 – Siegħa żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 Aroma Mattina 12:30 One news 12:40 - Kalamita 16:15 – Salgister 16:55 - Telebejgħ 17:30 - One news 17:40 – Telebejgħ 18:00 - Better living 19:00 - Samsara 19:05 – Snajja Maltin 19:30 - One news 20:20 – Talk to me 21:30 – S41 22:50 – On D road 23:30 - One news. Raiuno 06:45 - Unomattina (Jinkludi t-TG1 u

r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 -Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 – La vita in diretta 16:30 – Telegiornale 17:00 – 57 Zecchino d’Oro 18:50 - L'eredita 20:00 Telegiornale 20:30 – Affari tuo 21:15 – Velvet 22:45 – Miss Fisher – Delitti e misteri (TF) 23:40 – Porta a porta 01:15 – Tg1 01:50 – Sottovoce. Raidue 07:05 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - TG2 Insieme 11:00 – I fati vostri 13:00 - TG2 giorno 13:30 – Costume e socjetà 13:50 - TG Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 – Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Rai Parlamento 18:00 TG Sport 18:20 – TG2 Notizie 18:50 NCIS Loc Angeles (TF) 19:40 – NCIS Unita anticrimine (TF) 20:30 - TG2 21:10 – Herbie – I puffi. Film 2011 23:05 - TG 2 Notizie 23:20 – Emozioni 00:35 – 2Next economia e futuro 01:40 – La piovra 4 fiction.

Raitre 06:00 – Rai news 08:00 – Agorà 10:00 – Mi manda raitre 11:00 - Elisir 12:00 - TG3 12:25 – TG3 fuori tg 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura 14:00 – Tg Regione 15:05 – TGR piazza affari 15:10 – Terra nostra 15:55 – Aspettando geo 16:40 – Geo 19:00 TG3 20:00 – Blob 20:15 – Tre mogli per un papà 20:35 – Un posto al sole 21:05 – Chi l'ha visto? 00:10 - Tg Regione 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 02:15 – Furoi orario.

Canale 5 06:00 - Traffico / Borse e monete 07:55 - Meteo.It / T:5 08:45 – Mattino cinque (attwalita) 11:00 - Forum 13:00 TG5 / Meteo.It 13:40 - Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il Segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro 20:00 TG5 / Meteo.it 20:40 – Striscina la notizina 21:10 – Romeo e Giulietta 23:35 Il profumo del mosto selvatico. Film 1995 01:20 – TG5 notte 02:00 –Striscia la notizia 02:35 – Uomini e donne.

Rete 4 06:50 - Zorro 07:10 - Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 - Ricette all'italiana 11:30 - TG4 # Meteo.It 12:00 – Un detective in corsia 13:00 - La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 Hamburg distretto 21 16:35 – Kim. Film 1950 18:55 - Tg4 19:35 - Il segreto 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 – Major crimes 23:05 - The mentalist 00:45 Tg4 night news 01:05 – Mike canta Vip 1991 03:05 – Roma a mano armata. Film 1976. Italia 1 06:05 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych (tf) 10:05 – The closer 12:25 - Studio aperto / Meteo.It 13:00 Sport mediaset 14:05- I simpson 14:35 Futurama 15:00 – Big bang theory 15:50 – E alla fine arriva mamma! 16:45 – White collar 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:20 – CSI: NY 21:10 – Le iene show 00:30 – Invincibili (attwalità 02:30 – Studio aperto.


www.maltarightnow.com

23

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

TV/RADJU

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 Chicago Fire 12:00 - The Mentalist 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 Criminal Minds 16:30 - Person Of Interest 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Person Of Interest 19:45 - The Mentalist 20:30 - Devious Maids 21:15 - 2 Broke Girls 21:45 – Psych 22:30 - Mike & Molly 23:00 – VEEP 23:30 - So You Think You Can Dance 00:30 - Dallas 01:15 - Rude Tube 01:45 - SMASH

Go Stars 07:05 - Iron Man 3 09:15 – Admission 11:00 - The Office 11:25 Despicable Me 2 13:00 - Now is Good 14:40 – Hitchcock 16:20 – Noah 18:35 - The Monuments Men 20:30 - Mrs Brown’s Boys 21:00 - Marine 3: The Homefront 22:30 - Django Unchained 01:15 - The Office 01:40 – Admission 03:25 - Django Unchained 06:10 - Now is Good 07:50 - CLOSE

Mediaset Italia 07:20 – Movie 08:50 – Sarabanda 09:35 - Pomeriggio cinque 11:01 Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 - Avanti un altro! 15:25 – Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 – Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro!

BBC Entertainment 06:00 - Me Too! 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 - Teletubbies 07:15 Me Too! 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 - Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Last of the Summer Wine 09:30 - One Foot in the Grave 10:05 - EastEnders 10:35 –

Doctors 11:05 - Last Woman Standing 12:00 - Lorna Doone 12:50 - The Weakest Link 13:35 - One Foot in the Grave 14:10 - EastEnders 14:40 – Doctors 15:10 - Last Woman Standing 16:05 - Lorna Doone 16:55 - Last of the Summer Wine 17:25 - The Weakest Link 18:10 – EastEnders 18:40 – Doctors 19:10 - Famous, Rich and in the Slums 20:00 - Rev. 20:30 - Getting On 21:00 - The Town 21:50 - Luther 22:40 - Absolutely Fabulous 23:10 Mad Dogs TCM 06:40 – Mogambo 08:35 - Please Don’t Eat the Daisies 10:25 - Thirty Seconds Over Tokyo 12:40 - Go West 14:00 - Sunday in New York 15:45 Ivanhoe 17:30 - The Comedians 20:00 - McCabe and Mrs. Miller 22:00 - The Law and Jake Wade 23:25 - McCabe and Mrs. Miller

MGM Channel 07:15 - Out Cold 08:45 - Article 99 10:25 - The Border 11:50 - Breakin’ 2: Electric Boogaloo 13:25 - The Curse of Inferno 14:50 - Game of Arms 15:50 UHF 17:25 - Canadian Bacon 19:00 Get Shorty 20:45 - Strictly Business 22:10 - S.F.W. 23:45 - To Live and Die in L.A. Diva Universal 06:00 – Kojak 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:43 La Prova 09:50 - Kommissar Rex 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 Agatha Christie’s Poirot 13:45 Arlecchino Consonante e Colombina Vocale 13:50 -Kommissar Rex 14:50 Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Downton Abbey 22:00 Downton Abbey 23:00 - Agatha Christie’s Poirot Discovery Channel

06:00 - How It’s Made 06:25 Auction Kings: Yankee Stadium Ticket Light; Vintage Watch Collection 06:50 - Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: World Class Stadium 08:10 Born Survivor: Bear Grylls: Sahara 09:05 - Flying Wild Alaska: ERA Alaska Rises Again 09:55 - Gold Divers: Paydirt 10:50 - Dual Survival: Twin Peaks 11:40 - Wheeler Dealers: BMW M5 12:35 - Fast N’ Loud: One of a Kind Woodill 13:30 - Fat N’ Furious: Rolling Thunder: Breaking Barracuda 14:25 - Moonshiners: Rise ’n Shine! 15:20 - Moonshiners: Moonshine Goldmine 16:15 - Moonshiners: Moonshiner Vs. Hogzilla 17:10 - The Liquidator: The Floor 17:40 - Storage Hunters: Sound the Alarm 18:05 Auction Hunters: Auction Hunter Shuffle 18:35 - Auction Kings: SkeeBall; Antique Fishing Gear 19:00 How It’s Made: Rock Crushers; Fabric Lampshades; Cake Sprinkles; Steam Irons 19:30 - How Do They Do It?: Island Prison; Mailboxes; Jam 20:00 To Be Announced 21:00 - Jungle Gold: Armed Robbery 22:00 - Gold Divers: Under the Ice: We Are Gonna Be Golden 23:00 - Yukon Men: Hunt or Starve Discovery World 06:00 - Jungle Hooks 06:25 - Tattoo Hunter 07:15 - American Car Prospector 08:05 - Shadow OPS 08:55 - Don’t Drive Here 09:45 - Showdown: Air Combat 10:35 – Survivorman 11:25 - Inventions That Shook the World 12:15 - Tattoo Hunter 13:05 American Car Prospector 13:55 Against the Odds 14:45 - Shadow OPS 15:35 - Showdown: Air Combat 16:25 Survivorman 17:20 - Mystery Cars 17:45 - Mystery Cars 18:15 Inventions That Shook the World 19:10 - Tattoo Hunter 20:05 - American Car Prospector 21:00 - Mystery Cars 21:25 - Mystery Cars 21:55 - Human Sacrifice 22:50 - Great Crimes and Trials 23:45 - American Car Prospector

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:15 23:00

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - Barclays Premier League Week 16 - Leicester City v Liverpool 09:00 - Ligue 1 - Round 16 - AS Monaco v RC Lens 11:00 Guinness Pro12 - Round 9 - Leinster v Ospreys 13:00 - Barclays Premier League - Week 16 - West Brom Albion v West Ham Utd 15:00 Ligue 1 - Round 16 - Lorient v Olympique de Marseille 17:00 Barclays Premier League - Week 16 Manchester Utd v Stoke City 19:00 - Trans World Sport /1440 20:00 - Premier League World #16 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Arsenal v Southampton 22:45 - FIFA Futbol Mundial /498 23:15 - Vincennes Horseracing 02:00- 2014 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 3

Distinti, NET Television

Illum il-programm Distinti se jkun qiegħed jintervista lil Alex Manche' wieħed millaqwa kardjologi f'pajjiżna u li żgur eluf ta' Maltin u Għawdxin li xi darba kellhom problema relatata mal-qalb, kellhom kuntatt dirett miegħu forsi jekk mhux ukoll ġew operati minnu. Matul l-intervista se niskorpu kif Alex Manche' meta ma jkunx qiegħed jopera jqata' l-ħin liberu tiegħu fosthom billi jdoqq il-pjanu. Matul l-intervista niskopru wkoll kif l-agħar perjodu tiegħu kien meta propju kien jaħdem fil-laboratorju tal-annimali. Prezentazzjoni ta' Jean Claude.

News feed (r) Klinika (r) Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika News feed NET News News feed Iswed fuq l-Abjad NET News Distinti Style Watch NET News

GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - Barclays Premier League Week 16 - West Ham Utd v Newcastle Utd 11:30 - Serie A - Round 13 - Chievo Verona v Lazio 13:30 - 2014 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 3 18:30 - Premier League Sunday Review - Week 16 19:30 2014 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai Day 4 01:00 - Ligue 1 - Round 15 - AS Saint-Etienne v Olympique Lyonnais 03:00 - Barclays Premier League - Week 16 Tottenham H v Everton 05:00 Aviva Premiership - Round 9 London Irish v Gloucester Rugby

GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - Barclays Premier League Week 16 - West Ham Utd v Newcastle Utd 13:30 - Serie A Round 13 - Chievo Verona v Lazio 15:30 - 2014 PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 3 20:30 - Premier League Sunday Review - Week 16 21:30 - 2014 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai Day 4 03:00 - Ligue 1 - Round 15 - AS Saint-Etienne v Olympique Lyonnais 05:00 - Barclays Premier League - Week 16 Tottenham H v Everton 07:00 Aviva Premiership - Round 9 London Irish v Gloucester Rugby GO sports 2 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Chelsea v Tottenham H 22:45 - Milan Channel GO sports 3 LIVE 19:00 - Ligue 1 - Round 16 Montpellier Herault SC v AS SaintEtienne LIVE 21:00 - Ligue 1 Round 16 - LOSC Lille v Paris SaintGermain 23:00 - Inter Channel GO sports 4 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Sunderland v Manchester City 22:45 - Juve Channel

GO sports 5 LIVE 20:45 Barclays Premier League - Week 16 - Everton v Hull City 22:45 LFC TV


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

2

IT-TEMP Il-biċċa l-kbira msaħħab b'ħalbiet tax-xita bir-ragħad, li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBBILTÀ Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita IR-RIĦ Ħafif għal moderat min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir moderat għal ftit qawwi mill-Punent il-Lbiċ. Bilbuffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad. BAĦAR Moderat għal qawwi li jsir moderat IMBATT Baxx l-aktar mill-Punent il-Lbiċ TEMPERATURA L-ogħla 20˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0.4mm Xita mill-1 ta’ Settembru 151mm

Il-ħamest ijiem li ġejjin

L-ERBGĦA L-ogħla 20˚C L-inqas 14˚C

2

UV

IL-ĦAMIS L-ogħla 21˚C L-inqas 16˚C

3

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 22˚C L-inqas 17˚C

2

UV

IS-SIBT L-ogħla 23˚C L-inqas 18˚C

2

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:5. Bejn wieħed u ieħor (5) 6. Kompetenti (5) 7. Nuqqas ta’ reżistenza (5) 10. Kwiet, ħemda (5) 11. Kuluri (5) 12. Riffieda (5) 14. Ġawhra (5) 16. Sensazzjonijiet (5) 17. Saram (5) 18. Reklam fuq kartellun (5)

Weqfin:1. Qabeż il-limiti (6) 2. Reċipjent tal-ħġieġ għall-kappar (6) 3. Post maħmuġ għall-qżieqeż f’razzett (6) 4. Maltempata ta’ rjieħ u baħar (6) 8. Miġja ta’ ħaġa wara oħra (5) 9. Somma ta’ flus, numru (5) 12. Drapp irqiq trasparenti (6) 13. Isimha jħarbat xi stalel? (6) 14. Vulgari, ħamallu (6) 15. Kunfidenzi żejda (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin: 5. Attiv; 6. Eqreb; 7. Skiff; 10. Forka; 11. Skala; 12. Nadif; 14. Kulur; 16. Aroma; 17. Ħawħa; 18. Ksuħa. Weqfin: 1. Maħtuf; 2. Evakwa; 3. Deffes; 4. Abbona; 8. Frodi; 9. Wasla; 12. Niftħu; 13. Farfar; 14. Komiku; 15. Ruxxan.

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IL-ĦADD L-ogħla 23˚C L-inqas 18˚C

2

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 21˚C xemxi, Alġeri 23˚C imsaħħab, Amsterdam 8˚C imsaħħab, Ateni 13˚C ftit imsaħħab, Liżbona 15˚C ftit imsaħħab, Berlin 5˚ imsaħħab, Brussell 6˚C imsaħħab, il-Kajr 19˚C imsaħħab, Dublin 8˚C imċajpar, Kopenħagen 9˚C xemxi, Frankfurt 11˚C imċajpar, Milan 12˚C imsaħħab, Istanbul 9˚C imsaħħab, Londra 9˚C xemxi, Madrid 13˚C imsaħħab, Moska 3˚C imsaħħab, Pariġi 10˚C xita, Barċellona 15˚C imsaħħab, Ruma 19˚C xemxi, Tel Aviv 26˚C imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 23˚C ftit imsaħħab, Vjenna 11˚C imsaħħab, Zurich 10˚C ftit imsaħħab, Munich 6˚C xita, St. Petersburg –3 ˚C imsaħħab

Tagħrif

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi

Fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl, irRabat, is-Sibt 6 ta' Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, se jiċċelebra Quddiesa ta' Radd il-Ħajr. IlQuddiesa ser issir fil-Katidral tal-Imdina u tibda fis-6.00 p.m. Il-Ħadd 7 ta' Diċembru, fis7.00 p.m., fil-Knisja ta' Santa Tereża, Birkirkara, l-Isqof Scicluna ser imexxi l-velja tal-Immakulata, organizzata minn Radju Marija. L-Erbgħa 10 ta' Diċembru, fid-9.30 a.m., l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa talMilied għat-tfal tal-iskejjel primarji, fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Ġimgħa 19 ta' Diċembru, fis-6.30 p.m., fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara, l-Isqof Scicluna ser jagħti l-ministeru tal-akkolitat lil sitt seminaristi. L-Erbgħa 24 ta' Diċembru, fil-11.30 a.m., fil-Katidral talImdina, l-Isqof Scicluna ser imexxi t-talba tal-Liturġija tas-Sigħat u l-Quddiesa ta'

Nofsillejl fis-Solennità tatTwelid ta' Sidna Ġesù Kristu. Il-Ħamis 25 ta' Diċembru, fid-9.15 a.m., fil-KonKatidral ta' San Ġwann, ilBelt Valletta, l-Isqof Scicluna jiċċelebra mal-Kapitlu Metropolitan Quddiesa Stazzjonali fl-okkazjoni tasSolennità tat-Twelid ta' Sidna Ġesu' Kristu. L-Erbgħa 31 ta' Diċembru fil-5.30 p.m., fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa ta' Radd il-Ħajr ta' tmiem is-sena.

Kunċert minn Din l-Art Ħelwa Bħal kull sena, b'talba ġenerali, Din l-Arti Ħelwa għandhom pjaċir iħabbru l-kunċert tal-Milied, A Christmas Lullaby, minn Enkor. Dan se jsir nhar is-Sibt, 20 ta' Diċembru fis-7.30p.m. filKnisja tal-Vitorja, Pjazza De Valette, il-Belt Valletta. Donazzjoni ta' €10 tkun apprezzata bħala kkontribut għall-ispejjeż għar-restawr ta' dan it-teżor nazzjonali. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 99637409 jew ibagħtu email: marioscib@gmail.com


www.maltarightnow.com

25

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

MADWARNA

Mela darba kien hemm...

Sindyrella u l-Bestja

Toni Busuttil għat-tielet sena bħala d-Dama

Il-Kumpanija Teatru Rjal bħalissa għaddejja bil-preparazzjoni tagħha għall-istaġun li ġej u bla dubju qed tpoġġi l-enerġija kollha tagħha fuq il-pantomima annwali li ssir fl-Istitut Kattoliku. Din is-sena jmiss lil żewġ karattri ferm popolari, Sindyrella u l-Bestja, u wieħed irid jiskopri kif Sindyrella sabet ruħha fil-Palazz tal-Bestja. Wieħed irid jara wkoll kif jidħlu fl-istorja l-Pastur, Rapunzell u Sleeping Beauty flimkien ma’ karattri oħra, li flimkien joffru serata ta' divertiment għallfamilja kollha. Il-parti tad-Dama Kondita hija fdata għat-tielet sena konsekuttiva lill-attur bravu Toni Busuttil li żgur ma għandu bżonn ebda introduzzjoni. Miegħu għandu kast formidabbli, bis-Snits bħala l-Fairy, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Jeffrey Scicluna, Neville Refalo, Julie Pomorski, Laura Bruno, Pawlu Bonello, Franky Borg, Alan

Falzon, Bernice Darmanin, Graziella Farrugia, Rhea Chetcuti u oħrajn. Il-band bħassoltu tkun live taħt id-direzzjoni ta’ Abigail Brown b'arranġamenti mużikali ta' Joe Brown. Il-koreografija ġiet fdata lil Kinetic Dance Studio b'koreografija ta’ Clayton Mifsud u Daphny Gatt. Mela darba kien hemm... Sindyrella u l-Bestja għandu skript oriġinali ta' Brian Farrugia b'direzzjoni ta’ Ray Abdilla, u l-produzzjoni bħassoltu tkun ta’ Pawlu Testa.

Rappreżentazzjoni bi prezz speċjali Se ssir rappreżentazzjoni lĦadd 21 ta’ Diċembru fl-10am bi prezz verament speċjali ta’ €12.50/€11.50 isfel u €8.50/10.50 gallarija, b’rappreżentazzjoni oħra fl-istess ġurnata fil-ħin tant popolari tal4pm. Bħas-soltu r-rappreżentazzjonijiet kollha se jsiru fl-Istitut

Perit Malti jirbaħ il-premju ‘Store Design of The Year’ fir-Renju Unit Disinn li għen biex il-perit Jonathan Mizzi rebaħ dan il-premju

Kattoliku, il-Furjana u jkomplu kif ġej: f’Diċembru: Il-Ġimgħa 26 (l-Għada tal-Milied) fis2.30pm u fis-7.30pm, is-Sibt 27 fis-7pm, il-Ħadd 28 fis-2pm u fis-6.30pm u t-Tnejn 29 fis7.30pm. F’Jannar isiru dawn irrappreżentazzjonijiet: ilĠimgħa 2 fis-7.30pm, is-Sibt 3 fis-7pm, u l-Ħadd 4 fis-6.30pm, Il-booking jinsab miftuħ u lbiljetti jistgħu jinkisbu mingħand Pawlu Testa Travel: 21223340/99476468, Booking Office Istitut Kattoliku PM: 21238429, mill-bar tal-Istitut Kattoliku: AM u PM. 21242551, Carmen Azzopardi tar-Rabat: 21454836 u Tereża Bazaar ta' Ħaż-Żabbar: 21662968. Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jibbukkja onlajn jista’ jidħol kemm fuq il-websajt uffiċjali tal-Kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dik tat-teatru talIstitut Kattoliku www.kumpanijateatrurjal.com u www.istitutkattoliku.com.

Il-perit Malti Jonathan Mizzi rebaħ il-premju prestiġjuż, Store Design of the Year fir-Renju Unit għad-disinn innovattiv tiegħu ‘Samba Swirl Store’, f'Camden, Londra. Dan il-premju jingħata mir-’Retail Week Enterprise’ tarRenju Unit. Id-disinn tal-perit Jonathan Mizzi li kellu erba' nominazzjonijiet minn ‘Samba Swirl’ - li hu l-ewwel ‘self service yoghurt chain’ fir-Renju Unit - seraq ixxena fiċ-ċerimonja prestiġjuża annwali tal-għoti tal-premjijiet li saret il-ġimgħa li għaddiet filLukanda Grosvenor House, f'Londra. Dan billi ġab l-eċċitament u l-ambjent ta' karnival Brażiljan fi triq ewlenija Britannika. Ispirat mill-ġometrija vibranti tal-faċċati miżbugħa tal-favelas f'Rio de Janiero, ‘Samba Swirl’ jiġbed lejh mijiet ta' klijenti bid-

dwal LED vibranti li joħorġu minn kull post biex imbagħad jieħdu jogurt iffriżat mid-dispensing pumps. L-aqwa biċċa xogħol tal-perit Jonathan Mizzi fis-’Samba Swirl Store’ hi l-iceberg tal-azzar b'ħafna faċċati ddisinjata minnu minn fejn il-klijenti jieħdu u jħalltu l-ikel. Jonathan Mizzi, li għandu 32 sena, hu l-fundatur ta' Mizzi Studios ibbażata f'Londra u f'Malta u li taħdem fuq diversi setturi fosthom l-arkitettura, iddisinn industrijali, id-dwal, iddisinn interattiv u artworks kummerċjali. Mizzi Studios ħadmet ma’ intrapriżi importanti fosthom The Royal Parks ta' Kensington u Chelsea, The Mondrian Hotel London, Zodiac Headquarters f'Oxford Street, Landrover, Tom Dixon u Marie Guerlain. Is-sit elettroniku tal-kumpanija hu www.mizzi.co.


www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

KLASSIFIKATI

AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.

Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi talħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira

u xogħol fil-pront. Ċemplu 99602436. PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ erba’ snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655.

Jekk se ssuq tixrobx


www.maltarightnow.com

27

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Magħrufa t-tiraturi għall-GP tal-Kuwajt SPARAR

Nathan Lee Xuereb kien irrebbieħ overall tal-aħħar sparatura tas-Selezzjoni għallKuwajt organizzata millFederazzjoni Maltija tal-Isparar fil-Bidnija. Dan l-event kien fuq 125 plattina Double Trap kif ukoll semifinali u finali fuq 15-il par oħra kull darba. Nathan Lee Xuereb temm lewwel meta laqat 133, 29 u 29 b’Wayne Farrugia jispiċċa ttieni b’130, 27 u 26 waqt li Gianluca Chetcuti temm ittielet b’137, 26 u 30. Fir-raba’ post temm Matthew Grech b’122, 26 u 26 waqt li William Chetcuti spiċċa l-ħames b’141 u 25. B’hekk issa huma magħrufa t-tiraturi li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fi Frar filKuwajt waqt il-Grand Prix Internazzjonali. Fid-Double Trap it-tiraturi se jkunu Nathan Lee Xuereb u William Chetcuti, fit-Trap James Galea u James Galea Jr u fis-Skeet ir-rappreżentant se jkun Bozidar Dimitrov. Rebħa għal Agius Sadanittant Jason Agius rebaħ l-isparatur Skeet għalLuigi Frankie Trophy li kienet fuq 125 plattina u żewġ rounds oħra ta’ 16. Il-kompetizzjoni ntrebħet minn Jason Agius b’92 minn 125, 13 u 12. Fit-tieni post spiċċa Bozidar Dimitrov b’112, 14 u 11 waqt li Noel Scicluna temm it-tielet b’106, 7 u 8. Edwin Zammit temm ir-raba’ b’99, 8 u 8 waqt li fil-ħames post spiċċa Elenio Mifsud b’72 u 5.

WATERPOLO

Nikolic kowċ ta’ San Ġiljan

Il-Kroat Emil Nikolic hu lkowċ il-ġdid tal-klabb talWaterpolo ta’ San Ġiljan ASC. Nikolic għandu esperjenza kbira fejn rebaħ erba’ kampjonati mal-klabb ta’ Jug Dubrovnik filKroazja waqt li kien ukoll kowċ ta’ HAVK Mladost, VK Medvescak u kien kowċ tat-tim tal-Youths tal-Kroazja u kellu wkoll esperjenza ma’ RN Camogli fl-Italja. Nikolic se jkun qed jibda limpenji tiegħu fi Frar biex jipprepara lit-tim għall-kompetizzjonijiet tal-2015.

Mira għall-Istrina Intant il-Federazzjoni Maltija tal-Isparar b’kollaborazzjoni mal-Community Chest Fund u l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ser jerġgħu jorganizzaw Mira għall-Istrina fis-6, 7 u 8 ta’ Diċembru. Din lattività ser issir sabiex jinġabru aktar fondi b’risq L-Istrina 2014. Din l-attività qed issir bilkollaborazzjoni mas-Southern Shooting Club, Għaqda Tiraturi Qormin, Gozo Clay Target Association, Tal-Virtu Shooting Range, Il-Grun, Magħtab Shooting Range, Victoria Shooters, San Blas Shooting Range On Target u MACC. Se jkun hemm sparar fiddiversi dixxiplini sportivi, fosthom Dritta, Double Trap, Skeet, Sporting, Trap, Air Weapons u Pistol. It-Tnejn 8 ta’ Diċembru filBidnija ser isiru l-finali f’kull dixxiplina tal-plattini minn dawk li jkunu għamlu straight f’xi wieħed mir-ranges imsemmija. Se ssir ukoll esibizzjoni mittiratur ta’ fama mondjali Taljan Renato Lamera, b’kollaborazzjoni mad-ditta Benelli. Il-Pubbliku hu mħeġġeġ jattendi kif ukoll jkun jista’ jispara taħt superviżjoni ta’ RCO fir-ranges tal-MSSF fil-Bidnija.

L-għawwiema li rrappreżentaw lit-tim Malti wara l-premjazzjoni flimkien mal-kowċ Sago Harada u Anja Kuhn

Fidda u bronż għal Malta GĦAWM SINKRONIZZAT It-tim Malti tal-għawm sinkronizzat ħa sehem fil-kompetizzjoni internazzjonali U/13 fi Flanders fil-Belġju li saret taħt lawspiċi tal-LEN u l-FINA. Minbarra Malta qed jieħdu sehem ukoll ir-Repubblika Ċeka, l-Ġermanja, l-Ungerija, lUkrajna, l-Iżvizzera u l-Belġju bit-timijiet nazzjonali u l-klabbs tagħhom.

Mya Azzopardi u Mikela Riolo rebħu l-midalja tal-fidda fil-kompetizzjoni tad-dwett waqt li Team Malta rebaħ il-bronż fil-kategorija tat-timijiet. Dawn kienu l-ewwel midalji fl-għawm sinkronizzat mirbuħa minn Maltin f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell. It-tim Malti kien iffurmat minn Mya Azzopardi, Mikela Riolo,

Andria Friggieri, Vanessa Mairangas, Raissa Baldacchino, Pearl Calleja, Hayley Camilleri, Lisa Fenech, Ingrid Dijncharadze u Amy Grech. Azzopardi ħadet sehem ukoll fl-event individwali u temmet filħames post overall minn fost 11il kompetitriċi. It-tim Malti hu mħarreġ minn Sago Harada u Anja Kuhn.

kontrattakk. Floriana rebħu short corner fil-21 minuta bilgowlkiper ta’ Qormi Ramon Chircop isalva tajjeb. Minuta wara Young Stars rebħu short corner ieħor u Mark Camilleri skorja għal 1-1. Tliet minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Qormi reġgħu marru minn fuq meta Juan Sarcia skorja minn azzjoni ta’ short corner bil-ballun jaħbat mal-gowlkiper ta’ Floriana u jidħol fix-xibka. Lewwel taqsima ntemmet 2-1 favur Qormi. Kmieni fit-tieni taqsima żżewġ timijiet kellhom l-opportunitajiet tagħhom iżda kienu Qormi li żiedu l-vantaġġ fl-40 minuta meta John Williams wasal l-ewwel fuq il-ballun u xeħet fix-xibka. B’Young Stars jipprovaw jerġgħu jidħlu fil-

logħba Qormi sfruttaw l-ispazji fid-difiża u kellu jkun James Mizzi, il-gowlkiper ta’ Floriana, li wettaq żewġ interventi tajbin li żammew lil Young Stars fil-logħba. Fl-54 minuta Micallef skorja t-tieni gowl tiegħu u r-raba’ wieħed għal Qormi u kiseb il-hat trick meta fl-64 minuta tefa’ fixxibka wara xogħol tajjeb minn Zachary DeGiovanni b’Qormi joħorġu rebbieħa 5-1.

tagħhom f’gowls minkejja li rebħu tliet short corners. Fit-tieni taqsima Sliema kienu kontinwament fuq l-attakk u fl40 minuta David Agius ta’ White Hart salva gowl ċert meta tajjar il-ballun minn fuq il-linja fatali. Sliema rebħu erba’ short corners oħra iżda minkejja l-pressjoni kollha fuq id-difiża ta’ White Hart ma rnexxielhomx iżidu lvantaġġ tagħhom. Kellhom jistennew sal-50 minuta meta Ryan Dalli għamilhom 2-0. White Hart tilfu ċans tajjeb fl-54 minuta u fil-61 minuta Lukas Plaehn skorja t-tielet gowl għal Hotsticks minn azzjoni ta’ short corner. Sliema baqgħu jagħfsu sal-aħħar minuti iżda minkejja li rebħu tliet short corners oħra l-iskor baqa’ 3-0 favur Sliema.

Wirjiet konvinċenti għal Qormi u Sliema HOCKEY

Poiatti Qormi u Sliema Hotsticks kisbu rebħiet konvinċenti fuq Young Stars Remas u White Hart Laferla Insurance rispettivament meta fi tmiem ilġimgħa kompla l-kampjonat nazzjonali tal-Hockey.

Poiatti Qormi...........................5 Young Stars Remax.................1 Umpires: Manuel Imbroll, Robert Aquilina Wara biss erba’ minuti Qormi kienu diġà rebħu l-ewwel short corner b’Andrew Camilleri ta’ Floriana jtajjar minn fuq il-linja. Fit-tmien minuta Qormi marru minn fuq b’gowl mill-isbaħ. Ħarba tajba bi tqassim preċiż ilballun wasal għand Kyle Micallef li tefa’ f’lasta vojta. Qormi komplew jiddominaw b’Young Stars jattakkaw fuq il-

Sliema Hotsticks......................3 White Hart Laferla Ins...........0 Umpires: Luke Busuttil Leaver, Edward Hughes Wara għaxar minuti ta’ logħob f’nofs il-grawnd Sliema marru minn fuq meta Julian Zahra tefa’ fix-xibka. Minkejja li Sliema komplew jiddominaw ma rnexxielhomx isarrfu l-pussess


www.maltarightnow.com

28

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

Ciantar u Chaudron jimmiraw lejn titlu ieħor tad-dinja POWERBOATS

Is-sewwieq Malti talPowerboats Aaron Ciantar u lcrew tiegħu jinsabu f’Abu Dhabi fejn din il-ġimgħa se jsir l-aħħar round mill-kampjonat tad-dinja tal-Powerboats ta’ Klassi 1 UIM. Din il-klassi hi riservata għal dghajjes ta’ mhux anqas minn 36 pied u mhux itwal minn 43 pied b’makni inboard li jistgħu jilħqu aktar minn minn mitt mil fis-siegħa. Din il-kompetizzjoni meqjusa bħala l-massimu tat-tlielaq offshore diġà pprovdiet żewġ rounds mill-aktar eċċitanti filMediterran, il-Grand Prix ta’ Ibiza fi Spanja u dak tal-Italja f’Terracina. F’dawn iż-żewġ tiġrijiet Ciantar flimkien mal-ekwipaġġ

Il-powerboat Chaudron li biha Aaron Ciantar qed jittama li jirbaħ unur ieħor

tiegħu ta’ team Chaudron temm rebbieħ u dikjarat Champion ewropew wara li rebaħ it-tiġrija f’Ibiza u temm it-tieni f’dik talItalja. Il-kompetizzjoni f’Abu Dhabi se ssir bejn l-Erbgħa u l-Ġimgħa

fejn se jieħdu sehem 15-il tim, sebgħa fi Klassi 1 u tmienja fi Klassi V1. Ciantar flimkien mal-Franċiz Dominique Martini li hu t-throttle man, jafu tajjeb li rebħa f’Abu Dhabi tinkurunahom

Champions tad-dinja f’din ilkategorija. Jekk dan iseħħ Ciantar ikun rebaħ il-kampjonat tad-Dinja erba’ darbiet bħala membru tattim u s-sitt wieħed bħala produtturi tad-dgħajsa Chaudron.

L-Olimpjadi tax-Xitwa u t-Tazza tad-Dinja mhux se jaħbtu flimkien 2022

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) Thomas Bach insista li mhux se jkun hemm konfront bejn lOlimpjadi tax-Xitwa u t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar tal-2022. Jannar u Frar qed ikunu kkunsidrati bħala d-dati għat-turnament tal-futbol minħabba ssħana tremenda tas-sajf fil-Qatar. Il-President tal-KOI Bach qal li ngħata kelma mingħand ilPresident tal-FIFA Sepp Blatter li “mhux se jkun hemm konfront”. “M’ġħandi l-ebda raġuni għalfejn m’għandix nemmnu. Għamilha ċara ħafna li mhux se

jkunu qed jaħbtu flimkien.” Ix-xahar l-ieħor waqt taħdidiet fil-kwartieri tal-FIFA fi Zurich kien hemm appoġġ li t-turnament isir f’Jannar jew Frar inkella f’Novembru jew Diċembru. Madnakollu Bach qal li “ma jkunx hemm rebbieħ” jekk lOlimpjadi tax-Xitwa u t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar tal-2022 ikunu fl-istess żmien. “Jekk ikunu flimkien ikun ħażin ħafna għall-udjenza internazzjonali li jkollha żewġ programmi sportivi maġġuri mxandra madwar id-dinja u għalhekk l-opinjoni pubblika tkun maq-

suma. Anke għall-isponsor ma jkunx tajjeb għaliex hemm xi wħud li huma sponsors tal-FIFA u tal-KOI u biex imexxu dawn iż-żewġ programmi fl-istess żmien ikun diffiċli ħafna u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx hemm rebbieħ. L-atleti u lplejers żgur ma jkunux qed jingħataw l-attenzjoni li jixirqlihom.” Bach kien qed jitkellem qabel ittieħed il-vot dwar il-programm tiegħu ta’ riforma Aġenda 2020 li hu mmirat li jimmodernizza lOlimpjadi. Hu jrid li l-logħob isir aktar

affordabbli u jinkoraġġixxi aktar flessibilità dwar il-kandidaturi u l-għażla tal-isport. Meta mistoqsi għalfejn lOlimpjadi tax-Xitwa ma jistgħux jiċċaqilqu biex it-Tazza tadDinja ssir f’Jannar u Frar, Bach qal li mossa bħal din tkun “diffiċli ħafna, ħafna biex issir.” “Id-dati tagħna huma ċari. Ninsabu kommessi mal-organizzaturi futuri u partikolarment għall-Olimpjadi tax-Xitwa trid tadatta għall-kundizzjonijiet tattemp f’pajjiż u għalhekk m’hemmx spazju fejn wieħed jiċċaqlaq,” qal Bach.

Yacine Brahimi kien ivvutat bħala l-Plejer Afrikan tas-Sena tal-BBC għall-2014. Il-midfielder ta’ 24 sena sar lewwel Alġerin li rebaħ dan lunur li kien deċiż mill-partitarji tal-futbol. Il-winger ta’ Porto, Brahimi qal, “Dan hu unur kbir għalija u nafu lil pajjiżi, lill-Alġerija u lil dawk kollha li vvutawli. Hu wkoll trofew għall-Afrika kollha għaliex tippremja plejer Afrikan u għalhekk jien kuntent.” Wara li ntefgħu numru rekord ta’ voti fil-207 pajjiżi reġistrati mal-FIFA, Brahimi temm l-

ewwel quddiem in-Niġerjan Vinent Enyeama, PierreEmerick Aubameyang tal-Gabon u l-koppja Ivorjana, Gervinho u Yaya Toure. Matul din is-sena Brahimi bbrilla kemm mal-klabb kif ukoll ma’ pajjiżu. Huwa kellu sehem importanti mal-Alġerija fit-Tazza tad-Dinja u għen littim jasal mal-aħħar 16 għallewwel darba u skorja l-ewwel gowl internazzjonali fir-rebħa 42 fuq il-Korea t’Isfel fil-fażi talgruppi. Domestikament Brahimi beda s-sena mal-klabb Spanjol ta’

Granada fejn il-wirjiet konvinċenti li kellu waslu biex listaġun li għadda kien magħżul bħala l-aħjar plejer tal-Afrika filpajjiż u mbagħad sieħeb lil Porto. Huwa skorja sitt gowls fi 15-il logħba mal-klabb il-ġdid u qed jibbrilla fil-futbtol ewropew fejn skorja hat-trick fl-ewwel logħba tal-gruppi fiċ-Champions League. Huwa se jkun parti milliskwadra Alġerina li se tilgħab fil-finali tat-Tazza Afrikana filGuinea Ekwatorjali bejn is-17 ta’ Jannar u t-8 ta’ Frar.

Yacine Brahimi

Brahimi Plejer tas-Sena Afrikan tal-BBC

SPORT

Webber kien fortunat

L-eks sewwieq tal-Formula 1 Mark Webber jinsab f’kundizzjoni sodisfaċenti wara li weġġa’ f’inċident waqt it-tiġrija mill-Kampjonat tal-World Endurance fil-Brażil. L-Awstraljan ta’ 38 sena li rtira mill-Formula 1 fl-2013 wara 12-il sena kien qed itellaq mat-tim talPorsche fit-tiġrija ta’ ‘sitt sigħat’ f’Sao Paulo u kien involut f’inċident vjolenti mal-Ferrari ta’ Matteo Cressoni. It-tiġrija ntemmet wara ssafety car. Webber qal li evita konsegwenzi serji għaliex il-ħabta saret ‘b’angolu perfett’. “Kont fortunat ħafna. L-angolu perfett tal-impatt salvali ħajti,” qal Webber li matul il-karriera tiegħu fil-Formula 1 kiseb disa’ rebħiet u saq mal-Williams u r-Red Bull. “Grazzi lil kulħadd għall-appoġġ inkredibbli tagħkom u l-messaġġi.” Webber li ma jiftakar xejn millinċident jew kif seħħ, qed jistenna li s-sena d-dieħla jerġa’ jieħu sehem. Fost dawk li marru jżuru lil Webber l-isptar kien hemm l-eks sewwieq tal-Formula 1 il-Brażiljan Rubens Barrichello.


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

KANZUNETTA TAL-MILIED. Ħafna mill-impjegati ta’ Media Link Communications nhar is-Sibt iltaqgħu biex jieħdu sehem fir-recording tal-kanzunetta ta’ din is-sena, bl-awgurju tal-Milied u s-Sena t-Tajba lill-poplu Malti. Il-kanzunetta, li fiha ħadu sehem iktar minn 40 impjegat minn kull qasam tal-kumpanija, se titnieda nhar il-Ħadd li ġej 7 ta’ Diċembru waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-PN, li din is-sena se tkun tifforma parti minn programm ta’ attivitajiet mifrux fuq erbat ijiem u msejjaħ ‘Misraħ il-Milied’. Il-kanzunetta għandha messaġġ pożittiv. Filwaqt li tawgura l-festi t-tajba, tiffoka fuq ir-rwol tax-xandara fis-soċjetà li jwasslu l-fatti u informazzjoni edukattiva. Tagħti wkoll tislima lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-volontarjat u tawguralhom sena ġdida mimlija b’aktar ħidma u ġid fis-soċjetà tagħna. Il-kanzunetta hi miktuba minn Mark Spiteri Lucas. Il-kliem hu ta’ Joe Chircop u l-arranġament mużikali sar minn Sean Vella. (Ritratt: Roberto Runza)

€500,000 għal Triq Marsalforn fix-Xagħra

M’hemmx konferma meta se titlesta wara li ntefqu fuqha d-doppju tal-flus ivvutati

Triq Marsalforn, fix-Xagħra se tiġi tiswa €500,000 jiġifieri aktar mid-doppju tal-ammont ippjanat. Il-każ ta’ din it-triq tqanqal f’mistoqsijiet parlamentari li saru fl-aħħar jiem mid-Deputat Nazzjonalista David Agius li staqsa jekk il-Kunsill Lokali taxXagħra jistax jispjega għaliex ilvalur tax-xogħlijiet f’din it-triq żdied minn €208,000 għal madwar €500,000, jiġifieri żieda finnefqa ta’ €292,000. Dwar dan il-każ, ‘In-Nazzjon’ bagħtet numru ta’ mistoqsijiet lill-Kunsill Lokali Laburista taxXagħra li wieġeb li l-istimi oriġinali kienu jinkludu l-wiċċ tat-triq biss, iżda wara, ġie deċiż li jinbidlu l-mains tal-ilma u taddrenaġġ, li jsir walk-through culvert u li jsiru wkoll il-bankini fuq kull naħa tat-triq. Mistoqsi kif beħsiebu jħallas id-differenza, il-Kunsill wieġeb li dan il-proġett huwa parti milliskema tal-Public Private Partnership fejn il-Kunsilli Lokali ngħataw 10 snin biex iħallsu lill-kuntrattur. Għall-mistoqsija għaliex ma ngħatatx it-tieni kisja ta’ tarmak lillistess parti minn Triq Marsalforn, ilKunsill wieġeb li l-kuntrattur ta lwegħda tiegħu li dan ix-xogħol se jsir kemm jista’ jkun malajr.

Parti minn Triq Marsalforn, fix-Xagħra, li se tiġi tiswa nofs miljun ewro, jiġifieri aktar mid-doppju tal-istima oriġinali

Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari, il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Kunsill Lokali diġà ħallas is-somma ta’ €45,000 lill-kuntrattur, iżda għadu ma rċieva l-ebda kont għal dan ixxogħol peress li x-xogħol għadu mhux konkluż u għad irid ikun ċertifikat.

Il-Kunsill Lokali Laburista tax-Xagħra qed iġib l-iskuża li l-istima oriġinali kienet tinkludi l-wiċċ tat-triq biss, imma wara nbidlu l-pjani u se jsiru mains ġodda, culverts u bankini fuq kull naħa tat-triq


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.