2015 01 01

Page 1

Nru 13,939

Il-Ħamis, 1 ta‘ Jannar, 2015 €0.80

www.maltarightnow.com

Temperaturi baxxi jwasslu għal borra rqiqa f’Malta

Ara paġna 5

L-għan tal-Oppożizzjoni hu li tibqa’ Oppożizzjoni attiva u effettiva Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt l-għoti tal-awguri lill-President ta’ Malta lbieraħ waranofsinhar. (Ritratt: Joseph Galea)

Il-Knisja f’Malta quddiem sena ta’ sfidi: Issa xi jmiss?

Ara paġni 6 u 7

– Simon Busuttil

Il-Kap tal-PN jagħti l-awguri lill-President ta’ Malta u lill-awtoritajiet tal-Knisja L-għan tal-Oppożizzjoni għassena li ġejja hu li tibqa’ tkun oppożizzjoni attiva u effettiva li ssaħħaħ id-demokrazija f’pajjiżna.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal dan meta kien qed jagħti lawgurju tiegħu għas-sena l-ġdida lill-President Marie Louise Coleiro Preca u lil żewġha Edgar

Preca fil-Palazz tal-President filBelt Valletta. Simon Busuttil qal li jinsab kburi li l-Oppożizzjoni vvutat favur il-ħatra tal-President Marie

Louise Coleiro Preca anki jekk din kienet ġejja mill-kamp oppost. għal paġna 2

Titneħħa Jibdew jaslu s-sospensjoni l-katavri tal-coach Fil-belt Indoneżjana ta’ Surabaya, fejn hemm numru ta’ Pietà H. mdaqqas ta’ qraba, bdew jaslu lkatavri li ġew irkuprati mill-ajru- Noel Coleiro It-traġedja tal-Air Asia

Il-wasla tal-ewwel katavri fl-Indoneżja. (Ritratt: EPA)

plan AirAsia. Xi qraba ntalbu jippreżentaw kampjuni tad-DNA biex ikunu identifikati l-vittmi. L-Airbus A320-200, li kellu 162 passiġġier abbord, u li kien qed itir minn Surabaya fi triqtu lejn Singapore, sparixxa nhar ilĦadd u fdalijiet ġew lokalizzati fil-baħar it-Tlieta. L-awtoritajiet qed jgħidu li seba’ katavri ttellgħu mill-baħar, iżda l-maltemp qed itellef lisforzi fit-tiftix. Ara storja sħiħa f’paġna 13

Ara paġna 31

L-editur u l-istaff ta’ In-Nazzjon jawguraw is-Sena t-Tajba lil kulhadd


www.maltarightnow.com

2

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

LOKALI

L-Oppożizzjoni qed taħdem b’mod viġilanti u kostruttiv

Parti minn numru kbir ta’ nies li lbieraħ ġew id-Dar Ċentrali biex jagħtu l-awguri tagħhom għas-sena l-ġdida lill-Kap tal-Partit Simon Busuttil u t-tmexxija tal-Partit

minn paġna 1

– Il-President Marie Louise Coleiro Preca

Fil-messaġġ tagħha l-President raddet ħajr lill-Oppożizzjoni għall-fiduċja li ngħatat għallħatra tagħha. Hi qalet li lOppożizzjoni qed taħdem b’mod viġilanti u kostruttiv u dan qed ikompli jsaħħaħ id-demokrazija parlamentari f’pajjiżna. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet li lParlament m’għandux ikun kburi biss bil-kisbiet ekonomiċi ta’ pajjiżna imma għandu jassigura li dawn il-kisbiet jinfirxu fis-saffi kollha tas-soċjetà. Hi qalet li lParlament għandu jkun il-vuċi ta’

dawk li ma għandhomx vuċi. Hekk kif ninsabu ftit ’il bogħod mill-ħatra ta’ Isqof ġdid għal pajjiżna, din il-ħatra kienet fiċ-ċentru tal-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni fl-iskambju talawguri tiegħu lill-Isqfijiet. Simon Busuttil kien qed jagħti l-messaġġ tiegħu lillAmministratur Appostoliku lIsqof Charles J. Scicluna, lArċisqof Emeritu Pawlu Cremona li kienu qed jilqgħu lawguri tal-ogħla awtoritajiet filpajjiż fil-Palazz tal-Arċisqof filBelt Valletta. Hu qal li s-sena li ġejja se tkun

waħda importanti għall-Knisja li mistennija tgħaddi minn tranżizzjoni. Simon Busuttil irrefera wkoll għat-tibdil li sar fi ħdan lOppożizzjoni li llum qed taqdi rwol kostruttiv li kompla saħħaħ id-demokrazija f’pajjiżna. L-Amministratur Appostoliku l-Isqof Charles J Scicluna tenna l-impenn tal-Knisja f’Malta li tkompli taħdem mill-qrib massetturi tas-soċjetà Maltija. Hu qal li l-Knisja temmen bis-sħiħ filvalur tad-demokrazija li jsaħħaħ il-libertajiet tal-bniedem.

L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż ilbieraħ taw l-awguri lil xulxin. Fil-Palazz tal-President, Marie Louise Coleiro Preca u żewġha Edgar laqgħu diversi personalitajiet u membri tal-pubbliku, kif għamlu wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle f’Kastilja


www.maltarightnow.com

LOKALI

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tilqa’ l-awguri għas-sena l-ġdida Claire Mifsud – Ritratti: Joseph Galea

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien malViċi Kap għall-Ħidma filParlament Mario de Marco, ilViċi Kap għall-Affarijiet talPartit Beppe Fenech Adami, u lPresident tal-Kunsill Ġenerali Paula Mifsud Bonnici laqgħu lawguri għas-sena l-ġdida. Fost dawk li taw l-awguri tagħhom lill-Kap talOppożizzjoni kien hemm lIspeaker tal-Kamra tarRappreżentanti Anġlu Farrugia li kien akkumpanjat mid-Deputati Whip taż-żewġ naħat tal-Kamra. Preżenti wkoll kien hemm ilPresident tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Anne Fenech. Fil-messaġġ tiegħu l-Ispeaker tal-Kamra tkellem dwar ittranżizzjoni li se jgħaddi minnha

l-Parlament li matul is-sena ddieħla se jkun qed jimxi lejn sit ġdid u qal li dan se jwassal ukoll għal tibdil fil-ħidma parlamentari. Min-naħa tiegħu l-Kap talOppożizzjoni awgura li l-mixja lejn sit ġdid twassal għal qabża fil-faċilitajiet tal-Parlament f’kuntest ta’ iktar awtonomija Parlamentari. Matul l-iskambju tal-awguri, ta l-awguri tiegħu ukoll l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg kif ukoll rappreżentanti ta’ diversi korpi kostitwiti. Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista laqgħu wkoll lawguri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Żaru wkoll id-Dar Ċentrali biex jagħtu l-awguri tagħhom rappreżentanti ta’ diversi fergħat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Fost dawn il-Moviment Nisa

Partit Nazzjonalista, lAssoċjazzjoni Pensjonanti talPartit Nazzjonalista, isSolidarjetà Ħaddiema, il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista u rappreżentanti tal-Kulleġġ tal-Eks Deputati talPartit. Il-Fora li twaqqfu fi ħdan ilPartit Nazzjonalista wkoll kienu rappreżentati fl-iskambju talawguri. Fost dawk li taw lawguri tagħhom lill-Kap talPartit Simon Busuttil u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kien hemm rappreżentanti tal-Forum Opportunitajiet Indaqs, il-Forum tan-Negozji Żghar u Medji u lForum tal-Professjonisti. Ma naqsux li jżuru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista għadd sabiħ ta’ familji li f’dan laħħar jum tas-sena għażlu li jagħtu x-xewqat tagħhom lillKap tal-Partit u t-tmexxija talPartit Nazzjonalista.

3

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015


www.maltarightnow.com

4

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

George Abela jgħid li l-valuri nsara għandhom jibqgħu ċentrali f’Malta

LOKALI

Jalludi għad-diskors tal-President ta’ Malta f’Jum ir-Repubblika

“Il-valuri nsara huma wara kollox valuri umani u temmen jew ma temminx, trid tiggwida ruħek fuq il-valuri. Allaħares ilvaluri ma jibqgħux ċentrali.” Kien dan il-kliem tal-President Emeritu George Abela, fiddiskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni ta’ ġemellaġġ bejn il-Youth Football Association u lMillenium Chapel. Hu qal li mingħajr dawn ilvaluri, ispirati mill-fidi nisranija, f’ħajjitna aħna mmorru żmerċ, mhux biss bħala pajjiż, bħala Malta, iżda wkoll individwalment, bħala Maltin.

George Abela, f’din lokkażjoni sportiva, irrefera wkoll għal valuri tal-isport, fosthom li tilgħab f’tim magħqud u li tilgħab b‘mod ġust. Fil-ġimgħat li għaddew, ilPresident ta’ Malta MarieLouise Coleiro Preca rreferiet għall-valuri nsara fid-diskors tagħha f’Jum ir-Repubblika, fejn qalet li l-valuri tal-fidi Kattolika tal-Maltin m’għadhomx ċentrali fis-soċjetà tagħna u wieħed għandu jħares lejn kif se niżviluppaw il-proċess sekulari ta’ pajjiżna. Kliem li qanqlu r-reazzjoni ta’

ħafna, fosthom anki talAmministratur Appostoliku Monsinjur Charles Scicluna, li qal li l-fidi nisranija ta’ eluf ta’ Maltin hi bħal dawl. Fi kliem Charles Scicluna, iddawl m’hemmx bżonn ikun finnofs ta’ kamra mudlama biex idawwalha. Lanqas ma hemm bżonn li l-ħmira tkun f’nofs ittaħlita biex twassal għal ħobża tajba. U bl-istess mod, Monsinjur Scicluna qal li hija s-sejħa ta’ kull nisrani li jkompli jsaħħaħ ilpreżenza tal-fidi Kattolika fissoċjetà Maltija.

BRITISH AMERICAN TOBACCO MALTA TIFFOKA FUQ TITJIB TAL-WIRT MALTI. Wieħed mill-aktar siti popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti ngħata dehra aktar sabiħa fuq inizjattiva tal-British American Tobacco Malta. Bit-tema “Inġibu valur kuljum lejn is-soċjetà”, l-impjegati kollha tal-kumpanija ddedikaw il-ġurnata tax-xogħol tagħhom għall-Forti Rinella fil-Kalkara. Fost ix-xogħol ta’ tisbiħ, l-impjegati ħawlu għadd ta’ siġar taż-żebbuġ madwar dan is-sit storiku bħala parti mill-attività annwali ta’ Jum ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-kumpanija. L-inizjattiva saret bil-koperazzjoni tal-Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), għaqda volontarja mhux governattiva li hi attiva fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku. Il-Forti Rinella hi waħda minn erba’ fortizzi kostali mibnija mill-Ingliżi f’Malta u f’Ġibiltà bejn is-snin 1878 u 1886. Sa nofs is-sena 1930, il-forti serviet bħala Position Finding Station għall-Fortizza Ricasoli li tinsab fil-viċin. Il-proprjetà ngħatat lill-Gvern ta’ Malta fl-1965.

GEORGE ABELA: “Allaħares il-valuri ma jibqgħux ċentrali”

€35,000 lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti Il-Fondazzjoni HSBC Malta impenjat ruħha li tagħti €35,000 oħra lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti biex din lorganizzazzjoni li ma taħdimx għall-profitt tkun tista’ tkompli ssaħħaħ il-missjoni tagħha, jiġifieri li tkattar aktar kuxjenza

dwar il-wirt kulturali uniku Malti. Matul is-snin, il-Fondazzjoni tellgħet wirjiet b’aspetti tal-arti Maltija, kemm popolari u anke inqas magħrufa, bħall-Arloġġi tal-Lira, il-ġojjellerija tal-fidda u antika ta’ Malta, l-għamara antika, il-kostumi, u l-arti preistorika. Barra minn hekk, ilFondazzjoni Patrimonju Malti toħroġ numru ta’ pubblikazzjonijiet ta’ livell għoli, li jinkludu wkoll katalgi marbuta mal-wirjiet li jittellgħu. Dawn ix-xogħlijiet għandhom sehem importanti ħafna bħala referenzi dwar ixxogħlijiet tal-arti Maltija. Fir-ritratt jidhru l-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta, Mark Watkinson (xellug), qed jippreżenta ċ-ċekk liċ-Chairman tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti, Maurice de Giorgio, filpreżenza ta’ uffiċjali oħra.


www.maltarightnow.com

5

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar 2015

LOKALI

Temperaturi baxxi jwasslu għal borra rqiqa f’Malta Tnejn minn bosta ritratti li waslulna lbieraħ mill-qarrejja tagħna li juru borra rqiqa li niżlet matul l-aħħar jum tas-sena 2014. (Ritratti ta’: Matthew Ghigo [xellug] u Yanika Falzon)

Borra li niżlet fuq il-gżejjer Maltin matul il-ġurnata talErbgħa qanqlet il-kurżità u l-eċitament ta’ eluf ta’ Maltin f’mument mhux tas-soltu għal pajjiżna. Fil-fatt, filwaqt li nistgħu ngħidu li l-Maltin draw jaraw xi ħalba silġ minn żmien għal żmien, żgur li mhux l-istess jista’

jingħad għall-borra. Iżda l-aħħar jum tas-sena kien karatterizzat minn temperaturi baxxi ħafna, tant li f’ċerti ħinijiet niżlet anki xi borra. Irqiqa kemm kienet irqiqa, u mingħajr wieħed ma jidħol f’kemm damet il-borra qabel inħallet u saret ilma, mijiet ta’ persuni ma tilfux ħin biex jaqbdu

l-kameras tagħhom u jiġbdu xi ritratt jew filmat tal-borra nieżla – okkażjoni pjuttost rari fil-gżejjer Maltin. Dan il-ġurnal irċieva numru ta’ filmati u ritratti li kollha juru borra rqiqa nieżla f’partijiet differenti f’Malta, fosthom l-Isla, Buġibba, Ħad-Dingli u lMellieħa.

Fit-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku ntqal li l-ogħla temperatura għall-aħħar jum tal2014 telgħet għal seba’ gradi u linqas niżlet għal 4 gradi. F’ċerti sigħat matul il-ġurnata, madankollu, diversi persuni kkuntattjaw lil dan il-ġurnal fejn qalulna li l-karozzi tagħhom kienu qed jimmarkaw it-tliet

gradi celcius. Dan apparti li f’xi ħin, it-temperatura kienet qed tinħass li kienet fil-livell ta’ zero gradi. B’aħbar tajba għal dawk li ddejjaqhom il-kesħa, skont ittbassir tat-temp mil-lum it-temperaturi se jibdew telgħin ’il fuq ftit ftit u l-kesħa mistennija tbatti ma’ kull jum li jgħaddi.

Illum tirritorna l-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-ewwel jum tas-sena b’risq id-Dar talProvidenza. Il-maratona, li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha ewlenin tat-televiżjoni, se ssir bil-għan li jinġabru fondi b’risq din id-Dar, li teħtieġ mal-erba’ miljun ewro fis-sena biex tkompli topera. Matul il-ġurnata l-pubbliku se jkun jista’ jsegwi programm

mimli ta’ spettaklu u divertiment li se jittella’ f’tinda li se ssir apposta fil-parkeġġ tad-Dar talProvidenza, bil-parteċipazzjoni tar-residenti stess tad-Dar. Matul il-ġurnata jkun hemm ukoll irkant ta’ xogħlijiet artistiċi. Wieħed mill-messaġġi ta’ din il-Festa ta’ Ġenerozità huwa li persuni b’diżabbiltà ħaqqhom id-dinjità. Il-maratona tal-lum, l-ewwel jum ta’ sena ġdida, se

timmarka wkoll il-bidu tas-sena li fiha d-Dar tal-Providenza tiċċelebra l-50 anniversarju mittwaqqif tagħha. Matul is-sena li għadha kemm intemmet, it-tmexxija tad-Dar tal-Providenza kompliet numru ta’ proġetti ta’ fejda li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità talħajja tar-residenti, u l-għan talattività tal-lum hu li jinġabru fondi biex ikunu jistgħu jitkomplew dawn il-proġetti.

L-MUT tissospendi Illum il-‘Festa ta’ Ġenerożità’ l-direttivi fl-Iskejjel b’risq id-Dar tal-Providenza tal-Knisja

Wara laqgħa li saret bejn iddiriġenti tal-Malta Union of Teachers u l-Isqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech kif ukoll Rev. Mallia u l-Avukat Dr Austin Bencini, il-Union fi stqarrija ħabbret qbil mal-Kurja fuq prinċipji li ġew diskussi. Matul il-laqgħa, il-Union ġiet assigurata li l-Knisja f’Malta ma għandha l-ebda intenzjoni li tagħmel ġudizzju jew diskriminazzjoni favur jew kontra impjegati li jaħdmu fl-istrutturi taliskejjel tagħha fuq bażi tal-ħajja privata tal-persuna. L-Isqfijiet assiguraw li mhu se jkun hemm lebda investigazzjoni, jew inkjesta, fuq l-edukaturi dwar x’jagħmlu fil-ħajja privata tagħhom. Ġie maqbul ukoll bejn iż-żewġ naħat li l-edukaturi kollha fl-iske-

jjel tal-Knisja għandhom ikunu konformi mal-kodiċi professjonali tal-etika u mal-ethos tal-iskola tagħhom fil-qadi ta’dmirijiethom. Il-Union, filwaqt li qablet li lIskejjel tal-Knisja għandhom jibqgħu jħaddnu prinċipji Nsara u jaħdmu fil-kuntest ta’ skejjel Kattoliċi, esprimiet sodisfazzjon li fuq bażi inizjali ġa hemm ftehim fuq il-prinċipji fundamentali industrijali u drittijiet tal-ħaddiema. L-MUT u l-Kurja qablu wkoll li jagħmlu laqgħat oħrajn biex jiġi prodott dokument bi qbil bejn iż-żewġ partijiet, liema dokument ikun inkluż fil-kuntest tal-ftehim kollettiv tal-Iskejjel tal-Knisja. Għaldaqstant l-MUT qegħda tissospendi d-direttivi mogħtija lill-membri b’mod immedjat.

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li fih nirien ħakmu residenza fi Triq J. Quintinus fil-Qawra lbieraħ filgħodu. Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ fit-7.50am. Fuq il-post

issejħu membri talProtezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, li minn informazzjoni li għandu dan is-sit żviluppaw minn apparat domestiku.

Nirien f’residenza fil-Qawra


Issa xi jmiss? 6

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

www.maltarightnow.com

OPINJONI

Riflessjonijiet fuq il-Knisja Kattolika f’Malta,

Nistqarr li meta ġejt biex nikteb dawn il-ftit ħsibijiet tiegħi, ħassejtni ċkejken ħafna. Ċkejken għaliex għaraft il-limitazzjonijiet li aħna lkoll bħala bnedmin għandna. Għax il-Mulej ġabni konxju tad-dgħufijiet li lkoll għandna. Għalfejn għażilt li nibda b’dan il-mod? Sempliċi ħafna, għaliex inħoss li dawn ilħsibijiet fqar tiegħi, huma biss kontribut ta’ kattoliku li qed jgħix fir-realtà tal-lum bil-problemi u l-ferħ li din iġġib magħha. Bla ebda dubju, is-sena li waslet biex tintemm kienet sena ta’ prova kbira għall-Knisja f’Malta. Hawnhekk qed nitkellem dejjem fuq il-komunità kattolika Maltija. Sena li matulha l-Knisja ffaċċjat sfidi minn barra u minn ġewwa. Sena oħra li fiha t-tagħlim tal-Knisja reġa’ ġie mwarrab meta ddaħħlet leġiżlazzjoni li tmur kontra t-tagħlim tagħha. Il-klassi politika u diriġenti ta’ pajjiżna kompliet titbiegħed mittagħlim tal-Knisja, hekk kif komplew jiġu mdaħħla f’pajjiżna liġijiet, li għalkemm fl-għajnejn ta’ ħafna jidhru bħala li qed jagħtu xi dritt, imma fl-essenzjalità tagħhom imorru kontra t-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Nemmen li mhumiex ftit dawk l-Insara li llum fil-fond ta’ qalbhom tilfu l-fiduċja fil-klassi politika ta’ pajjiżna, u sa ċertu punt

ma ntihomx tort. Il-Knisja quddiem dan kollu ma tantx donnu setgħet tagħmel, ħlief li toħroġ nota, apparti l-kliem li l-Isqfijiet tennew f’aktar minn okkażjoni waħda. Imma l-vuċi tagħhom donnu waqgħet fil-baħħ. Ħadd ma ried jagħti kas u baqa’ għaddej. Kienet sena li matulha kellna s-saga tal-Arċisqof. Kemm inkitbu ittri u artikli, kemm saru programmi u intervisti, kemm intqalu xorti! Kulħadd jaqla’ u jisparla kemm jiflaħ. Donnu kien hemm kompetizzjoni min jitkellem jew jikteb l-aktar. Mhux se nidħol fil-mertu ta’ raġun jew tort, iżda umilment nistqarr li għalkemm ħafna minn dawk li tkellmu, għamlu dan b’intenzjoni tajba, xorta waħda nħoss li saret ħafna ħsara. Allura ma jitkellmux, tgħiduli? Nemmen li hemm il-post fejn u meta wieħed jitkellem u hemm il-ħin meta l-aħjar ħaġa tkun li wieħed jiskot. Nistqarr li jien ukoll kultant kont nittieħed bħal tant nies oħra, minn sentimenti ta’ pessimiżmu, u kont nsaqsi bejni u bejn ruħi fejn se naslu. Dawn is-sentimenti ta’ pessimiżmu u qtigħ il-qalb, ċertament ma għenux lill-komunità kattolika Maltija biex tħares lejn il-futur u l-isfidi li jġib miegħu. Imma meta wieħed iħares lura u jiftakar minn dak li għaddejna

Irrid nara Knisja li minkejja d-difetti u d-dnubiet tagħha, jibqa’ jkollha l-kuraġġ u l-qawwa li tqum u tkompli l-mixja tagħha

fi ħdan il-Knisja Maltija ma kinetx kwistjoni biss ta’ Isqof u Kurja, imma kienet responsabbiltà ta’ kulmin għadu jistqarr u jipprattika l-fidi nisranija. F’soċjetà fejn l-għemil huwa aktar importanti mid-diskors, innuqqas ta’ eżempju li ħafna drabi naraw madwarna, ċertament ma għenx u mhux qed jgħin biex laffarijiet ikunu aħjar.

minn Edward Camilleri

Ir-riżenja tal-Arċisqof Pawlu Cremona Meta f’Ottubru l-Arċisqof ħabbar li se jirriżenja, intqalu ħafna xorti, u għadna qegħdin nisimgħu, u ċert li se nkomplu

Nistieden biex fil-kwiet wieħed jirrifletti fuq tant ġid li jsir fil-ħajja ta’ kuljum minn tant saċerdoti, patrijiet, sorijiet u lajċi impenjati li b’dedikazzjoni kbira joffru mill-ħin tagħhom lil min hu fil-bżonn, lil min qed ibati

u smajna u qrajna, kultant ngħid, ma kienx ikun aħjar kieku bħala komunità nisranija tlabna aktar? Ma kienx ikun aħjar kieku bħala komunità nisranija tajna aktar sapport lill-Isqof tagħna? M’iniex qed ngħid li ma kienx hemm problemi amministrattivi u organizzattivi fil-knisja lokali. Lanqas mhu qed ngħid li ma kienx hemm feeling ta’ Knisja għajjiena, mitluqa, qalbha maqtugħa, bla direzzjoni. Imma kemm aħna l-insara tajna kontribut biex l-affarijiet jirranġaw? F’artiklu ieħor li kont ktibt f’Settembru, kont sħaqt li l-kriżi

nisimgħu. Kliem ta’ mħabba u rispett għal Monsinjur Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. , għal dak kollu li għamel fil-ftit snin tal-episkopat tiegħu. Irridu nammettu li l-episkopat tiegħu kien tassew diffiċli għaliex matul dawn il-ftit snin, is-soċjetà Maltija f’daqqa waħda ġiet assedjata minn ideat, mentalitajiet u kurrenti ta’ ħsieb li aktar iva milli le, imorru kontra ttagħlim ta’ Kristu u l-Knisja tiegħu. Mhux se nidħol fuq ilkwistjoni tad-divorzju, imma wieħed ikun qed jonqos jekk ma

jsemmix li dan kien mument iebes ħafna għall-Arċisqof fuq bażi personali u għal-Knisja kollha f’Malta. Kien mument li wera li l-poplu ma riedx jimxi aktar fuq it-tagħlim tal-Knisja u ried ifendi għal rasu! Jien li kelli x-xorti nsir naf lil Monsinjur Cremona fuq bażi personali, nista’ ngħid li kien bniedem tassew uman u umli, bniedem ta’ fidi kbira u ta’ karattru ġentili u li jilqgħek bit-tbissima tiegħu. Ċertament li issa li rriżenja, ħafna bħali qed iħarsu lura u jiftakru meta f’Jannar 2007 konna preżenti għall-ordinazzjoni episkopali tiegħu. Dakinhar, flewwel diskors tiegħu bħala Arċisqof, Monsinjur Cremona kien tenna li ried ikun Isqof skont il-qalb ta’ Alla. Għamlu dan? Jien naħseb li iva. Kien x’kien li wassal għarriżenja tiegħu, issa jibqa’ l-fatt li l-Kattoliċi (u mhux) qed jistennew li kif jintemm il-proċess kanoniku, jinħatar l-Arċisqof ilġdid. Mill-ewwel bdew telgħin lismijiet, qishom f’tombla. Daqqa wieħed u daqqa l-ieħor. Il-mezzi tax-xandir jippruvaw jaqtgħu min jista’ jkun li jerfa’ dan issalib. Għax tassew, id-don talepiskopat mhuwiex biss grazzja imma wkoll salib li għandu jintrefa’ biss bl-għajnuna ta’ Alla.

X’għandu bżonn żgur Arċisqof ġdid Issa bdejna nisimgħu wkoll kif għandu jkun l-Isqof, xi kwalitajiet għandu jkollu, x’għandu jbiddel, x’għandu jirranġa, x’għandu jżomm jew ineħħi... u l-lista tkompli.


www.maltarightnow.com

7

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

OPINJONI

b’ħarsa lura u oħra lejn il-futur

Nistqarr li meta naqra dawn ittip ta’ kummenti nibda nitbissem. Kulħadd irid l-Isqof ideali tiegħu. Qisu dak kollu li nħobbu jew li nixtiequ, irridu ninkarnawh f’persuna u donnu ninsew li l-Arċisqof huwa bniedem bħalna, bil-preġji u l-grazzji bla dubju, imma anki bil-limitazzjonijiet kollha tiegħu. LArċisqof mhuwiex superman, mhux xi saħħar li għandu lbakketta maġika u li b’daqqa ta’ din il-bakketta se jsolvi l-problemi kollha li għandha l-Knisja f’Malta. Nemmen li l-Arċisqof il-ġdid għandu bżonn żgur l-għajnuna u fuq kollox it-talb tagħna lkoll bħala komunità nisranija. Nistqarr li anki bħalissa t-talb għal Isqof ġdid qed inħossu nieqes ħafna fostna l-insara. Huma rari dawk il-mumenti meta kont f’xi knisja u smajt lissaċerdot jitlob biex il-Mulej jagħtina Isqof skont il-qalb tiegħu. Naħseb li aktar milli nitkellmu fuq kif għandu jkun l-Isqof ilġdid, għandna nagħmlu l-aktar ħaġa importanti li jista’ u għandu jagħmel in-nisrani... jitlob. Huwa bit-talb li jseħħu affarijiet u bidliet kbar. Huwa bit-talb li niksbu mingħand il-Mulej il-

forza, l-għajnuna, il-paċi u lgrazzji tiegħu. Aktar talb u anqas diskors, naħseb li ma jagħmilx ħażin.

Ġrajjiet ta’ swied il-qalb Ġrajjiet ta’ swied il-qalb u ta’ abbuż sfortunatament ma naqsux. Anki fl-aħħar sena reġa’ kellna akkużi gravi ta’ abbuż minn saċerdot. Il-każ issa qiegħed sub-iudice u għalhekk wieħed għandu jkun prudenti u jibqa’ lura fil-kummenti li jagħmel. Li hu żgur huwa li lKnisja, li hija magħmula millbnedmin, hija għalhekk Knisja fraġli, u li tiżbalja. Però ma niddejjaqx ngħid li jkun jagħmel ħażin min jitfa’ lil kulħadd fl-istess keffa. Min jittimbra lill-qassisin u l-patrijiet u reliġjużi oħra bi kwalunkwe aġġettiv li tista’ taħseb, ikun qed jikkommetti inġustizzja kbira. Huwa tassew li l-ħażin huwa laktar li jissemma, imma nistieden li wieħed fil-kwiet ta’ daru jirrifletti fuq tant ġid li jsir fil-ħajja ta’ kuljum, minn tant saċerdoti, patrijiet, sorijiet u lajċi impenjati li b’dedikazzjoni kbira joffru mill-ħin tagħhom lil min hu fil-bżonn, lil min qed ibati. Min żbalja għandu jieħu lkundanna li ħaqqu (dejjem wara

Irridu nammettu li l-episkopat tal-Arċisqof Cremona kien tassew diffiċli għaliex matul dawn il-ftit snin, is-soċjetà Maltija f’daqqa waħda ġiet assedjata minn ideat, mentalitajiet u kurrenti ta’ ħsieb li aktar iva milli le, imorru kontra t-tagħlim ta’ Kristu u l-Knisja tiegħu li jkunu ġew imwettqa l-proċeduri legali li tagħti l-liġi), imma ejjew ma ninsewx il-ħafna tajjeb li jsir u li għadna ngawdu minnu fil-ħajja ta’ kuljum. Kważi kollu fis-skiet u bla daqq ta’ trombi. Il-Knisja qed tagħlaq din issena u se tiftaħ oħra, taħt attakk minn ċerti oqsma tas-soċjetà ċivili. Donnu f’daqqa waħda kull ħaġa li tagħmel il-Knisja qed tispiċċa taħt skrutinju. Qisu l-Knisja bħala istituzzjoni m’għandhiex dritt li tara li min jaħdem fl-entitajiet tagħha, f’dan il-każ l-iskejjel, ikollu prinċipji, ideat u valuri li jkunu jaqblu mat-tagħlim tagħha. M’aħniex nitkellmu fuq skejjel tal-Istat jew privati, imma skejjel tal-Knisja. Donnu ċerti individwi jridu jimponu fuq ilKnisja u jeżiġu li din timxi skont id-diktat tagħhom. Inħoss li għandi nappella biex kulmin għandu għal qalbu liskejjel tal-Knisja u l-ħidma li

huma jwettqu, għandu jitkellem kontra dan l-indħil perikoluż li jitfa’ appuntu fil-periklu lawtonomija tal-imsemmija skejjel.

X’għandna nistennew issa? B’ħarsa lejn il-futur, x’inhu dak li qed jistenna lil-Knisja Kattolika Maltija issa? Ovvjament issemmuli l-Arċisqof il-ġdid. Dażgur dak importanti, però jien nemmen li s-sena li qed nibdew proprju llum, se tkun waħda li matulha kulmin huwa nisrani, kulmin jistqarr li jipprattika t-tagħlim ta’ Kristu, irid ikompli jkun xhud ta’ dak li jemmen, irid ikompli jaqdef kontra l-kurrent f’soċjetà permissiva li trid toħnoq il-leħen ta’ Alla. M’hemmx dubju li Isqof ġdid iġib tamiet ġodda, tamiet ta’ tiġdid, tibdil, tamiet ta’ qawmien, ta’ ħeġġa ġdida li tinvadi mhux biss il-kurituri tal-Kurja imma

anki l-istituzzjonijiet kollha talKnisja u tibqa’ sejra fil-parroċċi u l-komunitajiet parrokkjali tagħna, li tant drabi qed jispiċċaw għajjiena, bla saħħa u bla vuċi fis-soċjetà storbjuża tagħna. Nawgura li s-sena d-dieħla tkun sena ta’ ħidma siewja biex il-Knisja f’Malta ma tkunx biss (kif iriduha xi wħud) xi NGO li taqbeż għal xi klassi jew oħra, imma tkun tassew dak il-leħen profetiku li jmur kontra l-kurrent, li jiġri x’jiġri tibqa’ fidila lejn il-fundatur tagħha, Sidna Ġesù Kristu. Irrid nara Knisja li minkejja ddifetti u d-dnubiet tagħha, jibqa’ jkollha l-kuraġġ u l-qawwa li tqum u tkompli l-mixja tagħha, għaliex tassew li hi Knisja magħmula mill-bnedmin, imma li tieħu l-forza tagħha u li għandu jkollha wkoll il-ħarsa tagħha fissa fuq l-Imgħallem li jagħti lħajja, Sidna Ġesù Kristu.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

OPINJONI

Sena ġdida, sfidi ġodda Il-bidu ta’ sena ġdida dejjem iġib miegħu sfidi ġodda. Jekk wieħed jinnota, ħafna huma dawk li jagħmlu l-famużi riżoluzzjonijiet jew wegħdiet li jipruvaw iżommu – min biex jaqta' xi vizzju u min biex itejjeb saħtu jew l-atteġġjament. Insomma, kulħadd jipprova jara li s-sena li ġejja tkun aħjar minn dik li għaddiet. Fil-verità, dawn huma sfidi għaliex li kieku ma kienux, ma nagħmluhomx. Xi ħaġa li hija mportanti f’dawn iż-żminijiet hija proprju li nirriflettu u niftakru fuq dak li għamilna fis-sena li se tispiċċa. Dan sabiex nibnu fuq it-tajjeb li wettaqna, u naħdmu biex nirranġaw dak li għamilna

Xi ħaġa li hija mportanti f’dawn iż-żminijiet hija proprju li nirriflettu u niftakru fuq dak li għamilna fis-sena li se tispiċċa. Dan sabiex nibnu fuq it-tajjeb li wettaqna, u naħdmu biex nirranġaw dak li għamilna inqas tajjeb (jew ħażin)

inqas tajjeb (jew ħażin), sabiex b’hekk ikollna ġejjieni aħjar bbażat fuq il-pjanijiet li nagħmlu filwaqt li ngħożżu ttgħalimiet li nieħdu mill-passat.

L-2015 għall-Partit Nazzjonalista Dan huwa proprju dak li għandu jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Illum l-ewwel jum tas-sena l-ġdida – importanti li nibdew nibnu fuq dak li wettaqna fis-sena ta’ qabel. Minkejja li s-sena 2014 kienet karatterizzata minn riżultat xejn pjaċevoli fl-elezzonijiet għall-Parlament Ewropew, għandna xorta naħsbu biex nitgħalmu minn dak ir-riżultat u

Għandna quddiemna 12 il-xhar li fih ser inkunu preżentati b’ħafna sfidi – żminijiet pożittivi u oħrajn inqas pożittivi. Nerġgħu nibdew il-kalendarju mill-bidu, u nimxu pass pass lejn il-miri li nkunu għamilna

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

nkomplu nibnu fuq dak li bnejna matul is-sena li għadha kemm spiċċat. Il-Partit, partikolarment fl-aħħar xhur tassena 2014, qabad it-triq li għad twassal għas-suċċessi. Reġa' beda jikseb il-fiduċja tal-poplu – partikolarment ta’ dawn li flaħħar elezzjoni, għalkemm iqisu ruħhom Nazzjonalisti, ma tawx il-fiduċja tagħhom lil Partit Nazzjonalista. L-isfida ewlenija tas-sena ddieħla, u fil-każ tiegħi anke personali, se tkun l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’nofs Malta. Għalkemm id-data għad

trid tingħata, it-triq nafu fejn se twassalna – se twassalna għal darb’oħra, għall-ġudizzju talpoplu u rridu nkunu preparati, u preparati sew. Huma ħafna dawk li ma jemmnux filKunsilli Lokali, tant li ma jivvutawx għalihom – pero din il-mentalità trid tinbidel, dan għaliex finalment, il-Kunsilli Lokali ġew maħluqa proprju mill-Partit Nazzjonalista biex iservu bħala pont bejn iċ-ċittadin u l-Gvern, filwaqt li jaħdmu għal ġid tal-lokal u tar-residenti.

L-ewwel tas-sena Għandna quddiemna 12 ilxhar li fih ser inkunu preżentati b’ħafna sfidi – żminijiet pożit-

Au Revoir 2014 ; Bienvenue 2015!

It-tokki ta’ nofs il-lejl ilbieraħ filgħaxija ġabu fi tmiem is-sena 2014 u taw bidu għas-sena 2015. Mingħajr dubju ta’ xejn l-awgurju tiegħi lil kulħadd huwa li ssena 2015 tkun aħjar mis-sena 2014 u tkun sena mimlija opportunitajiet sbieħ u interessanti. Awgurju li bla dubju ta’ xejn kull wieħed u waħda minnha jestendih għal pajjiżna. Is-sena 2014 għal pajjiżna kienet sena iebsa u mtappna b’diversi okkażjonijiet mill-aktar negattivi f’diversi aspetti. Kienet is-sena meta leġittimament qamu mistoqsijiet serji fuq iddemokrazija f’pajjiżna, s-saltna tad-dritt f’pajjiżna u anke lkunċett ta’ responsabbilita’ politika. Kienet is-sena meta l-kelma

arroganza politika ħadet tifsira ġdida, meta l-għajta ta’ Malta Tagħna Lkoll saret ċajta kerha ħafna, meta l-ġustizzja u linfurzar tal-liġi f’pajjiżna saru ssuġġett ta’ ħafna dubju minflok is-sors ta’ fiduċja tal-poplu.

Mistoqsijiet Serji Sena li fiha t-tmexxija ta’ Joseph Muscat qanqlet mistoqsijiet serji ħafna. Mistoqsijiet dwar jekk Muscat kellux tassew kontroll tal-gvern li, almenu fuq ilkarta, huwa jmexxi. Is-sena 2014 bla dubju tibqa’ sena mill-aktar sewda għal korp tal-pulizija. Sena li fih il-korp ra l-fiduċja talpoplu tevapora u bir-raġun għaliex il-poplu ftit jista’ jkollu fiduċja għamja f’korp li eviden-

Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

tament huwa mifni bl-isfidi u fejn osservaturi bdew iħossu li lMinistru tal-Intern ta’ dak iżżmien Manuel Mallia kien qiegħed jipprova jdaħħal l-element politiku. Kienet is-sena fejn bosta ħatriet sensittivi kien fihom xamma politika enormi tant li fil-pajjiż sar komuni li wieħed jiċċajta li meta xi ħadd ikun ħa ħatra importanti hemm xi konnessjoni politika.

Sena taċ-ċensura L-2014 kienet sena li rat ixxandir tal-istat jaqa’ fl-aktar livell baxx immaġinabbli f’termini demokratiċi. L-aħbarijiet ta’ TVM u l-breakfast show TVAM saru manifestazzjoni tal-iżbilanċ politiku li tant huwa tipiku talgvern Laburista. Sena li rat mossi oxxeni bħal stqarrijiet tal-Partit

tivi u oħrajn inqas pożittivi. Nerġgħu nibdew il-kalendarju mill-bidu, u nimxu pass pass lejn il-miri li nkunu għamilna sabiex is-sena tagħna tkun waħda pożittiva. Min-naħa tiegħi, nixtieq nieħu din lokkażjoni biex nawgura sena tajba lil kulħadd – irrelevanti mill-opinjonijiet, deċiżjonijiet u ċirkostanzi, l-għaqda u r-rispett jiġu qabel kollox u b’hekk sabiħ li nawguraw sena tajba lil kulħadd mingħajr differenzi. Filwaqt li kulħadd jiġbed ilħabel tiegħu u jaħdem għal dak li jemmen fih, jekk kulħadd juri rispett reċiproku, allura żgur li s-sena tkun waħda. Awguri u j’Alla jkolkom sena mimlija risq, saħħa u ferħ!

Sena li fiha t-tmexxija ta’ Joseph Muscat qanqlet mistoqsijiet serji ħafna. Mistoqsijiet dwar jekk Muscat kellux tassew kontroll tal-gvern li, almenu fuq il-karta, huwa jmexxi

Nazzjonalista jiġu ċensurati millaħbarijiet ta’ TVM. Sena li rat mossi oxxeni bħall-President Emeritus u eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami jiġi deskritt fuq TVM bħala ‘eks deputat Nazzjonalista. Sena li rat diskriminazzjoni bejn gazzetti differenti li kollha riedu l-istess ħaġa; programm fuq ix-xandir nazzjonali.

Power Station bla enerġija L-2014 tibqa’ s-sena li fiha rresidenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta ġew uffiċjalment ingannati billi lwegħda li l-Power Station l-ġdida tkun lesta sa’ Marzu 2015 ġiet uffiċjalment skrapjata sabiex issa hemm biss id-duħħan tal-ħafna mistoqsijiet. Sena li fiha ħareġ b’mod ċar li kliem l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali kien biss kliem vojt u bla sustanza u li fir-realta’ l-Partit Laburista ma’ kellu ebda politika soda dwar l-enerġija. Sfidi bla tweġiba

L-2014 kienet ukoll sena li fiha l-gvern spikka fl-attitudni tiegħu li ma jiffaċjax l-isfidi. Ma’ ffaċjax l-isfidi ekonomiċi. Ma’ ffaċjax lisfidi dwar it-trasport. Ma’ ffaċjax l-isfidi tar-responsabbilita’ politika. Ma’ ffaċjax l-isfidi talobbligi internazzjonali ta’ Malta lejn il-pajjiż ġar tagħna l-Libja li bħalissa jinstab f’mument ta’ sfida kbira. Enerġija PN Minn naħa l-oħra l-2014 kienet sena tajba għal Partit Nazzjonalista. Sena li kompliet turi li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jinbena mill-ġdid. Sena li kompliet turi l-frott tal-politika ta’ bibien miftuħa. Sena li fiha nfisha m’għandiex ttieħed bħala xi rebħa li għaliha għandna ndoqqu t-trombi iżda bħala l-bidu tattriq iebsa, wieqfa u mimlija sfidi li twassalna sa’ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Elezzjoni ġenerali li jekk il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jinbena’ kif inbena matul l-2014 għandu għalxiex iħares lejha b’ottimiżmu kbir.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR

F’bidu ta’ sena ġdida... L-EDITORJAL

Illum nagħtu merħba lil sena ġdida li għadha kemm twieldet, issena 2015. Fuq fommna tixgħel tbissima u l-kelma sabiħa ‘awguri’ bħal donnha titlissen weħidha quddiem familjari li normalment magħhom inqattgħu dan il-jum, kollegi tagħna, ħbieb, ġirien u forsi anki persuni li qatt qabel ma nkunu ltqajna magħhom. Sabiħ li jkun hekk. Li għallinqas f’dawn il-jiem ta’ festi ninsew id-differenzi ta’ bejnietna u nikkonċentraw biss fuq dak li hu pożittiv, fuq it-tajjeb aktar milli fuq il-ħażin, fuq xewqat sbieħ aktar milli fuq għira u ingratitudni li bosta drabi jikkaratterizzaw ħafna mill-jiem l-oħra tas-sena.

Għal kulħadd jiem sbieħ? Jiem sbieħ tabilħaqq dawn l-aħħar ġranet ta’ Diċembru. Il-jiem li jfakkruna fil-ġrajja kbira tat-twelid ta’ Ġesù Kristu fl-għar ta’ Betlem u ġimgħa wara f’bidu ta’ sena ġdida, li lkoll nittamaw li tkun aħjar minn ta’ qabilha. Imma għal kulħadd huma sbieħ dawn il-jiem? Jew forsi hawn min proprju f’dawn il-ġranet ikun imdejjaq aktar mill-kumplament tal-jiem tas-sena? Kif iħossuhom f’dawn il-jiem il-ħabsin, persuni mċaħħda mil-libertà għax żbaljaw bħalma wara kollox xi darba jew oħra żbalja kulħadd? Kif iħossuhom f’dawn il-jiem il-morda jew anzjani bogħod mill-ambjent li għexu ħajjithom fih, li f’dawn il-jiem jistennew b’ħerqa ż-żjara ta’ wliedhom u familjari oħra għeżież għalihom, u din iż-żjara tibqa’ ma tasalx? Kif iħossuhom dawk li jgħixu ħajjithom fid-dlam tas-solitudni, għax familja m’għandhomx jew għax ħbiebhom għal xi raġuni jew oħra abbandunawhom? L-uġigħ tal-firda Tgħid kif iħossuhom f’dawn il-jiem dawk li għadhom kemm tilfu xi ħadd għażiż għalihom? Kif iħossuhom it-tfal abbandunati saħansitra minn ommhom jew missierhom minħabba relazzjonijiet ġodda li jaljenawhom saħansitra mill-obbligi sagrosanti tagħhom lejn uliedhom minorenni? Xi ngħidu għar-refuġjati, li kontra x-xewqa tagħhom qegħdin maqfula f’pajjiż barrani bogħod minn persuni għeżież għalihom minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra ta’ pajjiżhom?

Nieqfu ftit Tajjeb li f’dawn il-jiem ta’ festi niċċelebraw kif aħna l-Maltin imdorrijin nagħmlu, bi ftit aktar ikel u xorb mis-soltu. Imma f’din l-orġja ta’ parties, ta’ dwal li jgħammxulna għajnejna, ta’ tazzi jitħabbtu ma’ xulxin, min jaf kieku nieqfu għal mument u nirriflettu ftit fuq kemm persuni qrib tagħna għandhom bżonna. Sabiħa l-ġabra kbira ta’ flus fl-Istrina. Taf tibdel għall-aħjar ilħajja ta’ bosta. Imma fil-quċċata tal-prijoritajiet tan-nies mhux dejjem hemm il-flus. Kultant qabel il-flus ikun hemm affarijiet oħra... ftit mill-ħin u l-attenzjoni tagħna, kelma, tbissima, telefonata, ftit aktar komprensjoni, ftit aktar altruwiżmu. Taf tintebaħ li meta tagħti ftit minn dawn il-valuri lil ħaddieħor, tħossok qed tirċievi lura aktar milli fil-fatt tkun tajt. Is-sena t-tajba! Huwa proprju dan l-awgurju tagħna llum, fl-ewwel jum ta’ sena ġdida. Meta dalgħodu nqumu bil-kelma ‘Is-Sena t-Tajba’ fuq fommna, ejja naraw li tabilħaqq nagħmlu xi ħaġa biex din is-sena nagħmluha mhux biss għalina imma għal ħaddieħor ukoll, ftit aħjar minn ta’ qabilha. Bil-fatti, mhux bil-kliem biss.

9

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

Il-lapida tal-Kummissarji tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija jagħmel referenza għall-artiklu bl-isem “Ray Zammit jitħalla barra minn fuq il-lapida tal-Kummissarji talPulizija” li deher fil-ħarġa ta’ InNazzjon tat-30 ta’ Diċembru 2014. Nixteq niġbed l-attenzjoni talġurnalista li qabelxejn ma teżisti ebda pika kif allegat anzi hemm kollaborazzjoni, rispett u koperazzjoni totali bejn l-uffiċjali għolja tal-Korp. Fir-rigward tal-ismijiet talKummissarji fuq l-irħama li hemm fl-entratura tal-Kwartieri Ġenerali tal-Puliżija, ta’ min jikkjarifika li storikament din turi l-ismijiet tad-diversi Kummissarji tal-Pulizija li mexxew il-Korp matul dawn laħħar 200 sena. Wieħed malajr jinduna li l-Aġenti Kummissarji tal-Korp qatt ma tniżżlu fuqha. Aġenti Kummissarji li mexxew il-Korp saħansitra anki meta ma kinux appuntati Kummissarju tal-Pulizija kienu mhux wieħed jew tnejn.

Biżżejjed wieħed isemmi lidDeputati Kummissarji James Frendo Azzopardi li kien appuntat Aġent Kummissarju wara li fi Frar 1919, ilKummissarju Claude Duncan ġie maħtur Spettur Ġenerali talPulizija għan-Niġerja tanNofsinhar filwaqt li f’April tal1923 id-Deputat Kummissarju Amadeo Inglott kien ukoll ġie maħtur Aġent Kummissarju wara li l-Kummissarju Antonio Busuttil kien miet f’dik l-istess sena. Naturalment peress li dawn qatt ma ġew appuntati Kummissarji tal-Korp, isimhom ma jidhirx fuq l-irħama anki jekk dawn kellhom ir-responsabbiltà tad-direzzjoni tal-Korp għal bosta xhur sakemm inħatar Kummissarju ġdid. Għaldaqstant, il-Korp fuq preċendent żamm mal-prassi stabbilita u dan għamlu ċertament mhux b’xi pika personali iżda b’konsistenza għal dak li kien hemm diġà stabbilit minn qabel. WPS 96 Rodienne Bartolo Għ/Kummissarju tal-Pulizija Il-Furjana

25 sena ilu f’Il-mument

“Sinjuri u Sinjuruni…”

Meta wieħed ikun se jagħmel diskors uffiċjali jintroduċi bilkliem “Ladies and Gentlemen” jekk ikun bl-Ingliż jew “Signore e Signori” jekk ikun Taljan… Eċċetra Eċċetra. Jekk ikun bilMalti jeħles aktar malajr għax kemm ilissen il-kliem “Sinjuri”. Ikolli ngħid li meta Joseph Muscat jiġi biex jindirizza lil sħabu l-Ministri waqt laqgħa talKabinett ikollu diffikultà kbira kif jibda biex jindirizzahom. Ma naħsibx li jkun konvint jekk jibda bil-kliem “Sinjuri..” Naħseb li jkollu t-tentazzjoni li jibda bil-kliem “Sinjuri u Sinjuruni…” U jiena konvint li jekk jagħmel il-leġiżlatura kollha jkollu jibda jindirizzahom bilkliem ” Miljunarji u Biljunarji…” Salvu Farrugia Ħal Tarxien

L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Il-faċċata ta’ In-Nazzjon ta’ bħal-lum 25 sena tirreferi għall-benefiċċji li l-ħaddiema Maltin se jibdew igawdu minn dan il-jum mill-miżuri tal-Baġit. Dawk kollha li jaħdmu, mil-lum se jibdew igawdu mill-anqas żieda ta’ tliet liri filġimgħa. Mil-lum ukoll il-ħaddiema kollha se jiggwadanjaw ukoll minn tnaqqis fl-income tax ta’ mill-inqas lira fil-ġimgħa. B’hekk fi żmien sena l-ħaddiema kollha Maltin u Għawdxin se jkunu żiedu d-dħul tagħhom b’mill-inqas ħames liri fil-ġimgħa, peress li s-sena l-oħra lGvern preżenti ħareġ żieda oħra għal kulħadd ta’ lira fil-ġimgħa. Il-ħaddiema ħadu wkoll żieda fiil-festi pubbliċi u fil-leave. Mil-lum ilħaddiema kollha tiżdidilhom ġurnata oħra ta’ leave fis-sena. Barra miż-żieda lill-ħaddiema, mil-lum jibdew jitwettqu wkoll xita ta’ benefiċċji li minnhom se jgawdi kulħadd. Biex tinżamm ir-relattività bejn il-benefiċċji tasSigurtà Soċjali u l-Paga Minima Nazzjonali, li għoliet bi Lm3 fil-ġimgħa, il-benefiċċji kollha żdiedu b’madwar 10 fil-mija.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

X’NARA U X’NISMA’

sensiela ta’ gidba wara l-oħra bit-tama li gidba tgħatti lil ta’ qabilha. Kulħadd kien qed

għasfur, “Joseph irnexxielu jurina kemm hu dgħajjef, biex imbagħad wara pressjoni kontinwa mill-media tal-Partit Nazzjonalista u dik indipendenti, kellu jitolbu biex jirreżenja. Iżda rajna iktar minn hekk, għax Manuel Mallia, biex jurina kemm hu vergni u pur, sfidah, ma rriżenjax u Joseph kellu jċedi għal iktar pressjoni mill-media, u keċċieħ.” Ma tieqafx issemmi

wkoll mal-istorja tal-pulizija xufier u cowboy, sakemm eventwalment rajna l-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ieħor. “Iżda waħda mill-iktar affarijiet interessanti li rajna matul issena li għaddiet,” qalilna lgħasfur, “żgur li kienet l-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej li rat jiġi elett lil Alfred Sant, dak li flimkien ma’ Joseph, dak iż-żmien ġurnalist kien għamel kruċjata

jgħid lil Joseph li bħala Prim Ministru kellu jkun responsabbli u jagħmel xi ħaġa u mhux jipprova jwaddab il-problema f’ħoġor ħaddieħor bit-tama li tissolva waħedha. Insomma, f’kelma waħda,” qalilna l-

dak li rajna matul is-sena li għaddiet. Bħalma rajna ttmiem tal-iktar Kummissarju tal-Pulizija serju li qatt kellu lKorp, cioe Pietru Pawl Zammit, imbagħad Aġent Kummissarju li kellu jispiċċa

kontra l-Unjoni Ewropea u kien qalilna li l-Membri Parlamentari Ewropej eletti, jmorru Brussell biex isaħħnu ssiġġu. Is-sena 2014 tibqa’ tissemma’ bħala s-sena li svelatilna li

X’Qalilna l-Għasfur Nittama li kellkom Milied hieni mal-għeżież tagħkom u fl-istess waqt nixtieqilkom sena mimlija saħħa, ġid u kuntentizza. Għax kif jgħidu, żżmien ma jistenna lil ħadd, u ġurnata wara l-oħra intemmet sena oħra u bdejn sena ġdida. “Fis-sena li għadha kemm spiċċat,” qalilna l-għasfur, “rajna affarijiet li qatt ma konna nistennew li naraw, u flistess ħin ma rajniex dak li konna mwegħdin li kellna naraw. Kellna per eżempju naraw il-bini tal-Parlament ilġdid jibda jiffunzjona. Dan wara li kien kważi lest millGvern Nazzjonalista ta’ qabel, u dak li jinbaħ dejjem cioe lMinistru Joe Mizzi, kien wegħdna li kellu jiftaħ f’Ottubru. Għadda Ottubru, spiċċat is-sena u baqgħu ma fetħuhx. Naturalment għax għamlu kalkoli ħżiena. U dan fuq proġett li sabu kważi lest minn kollox, aħseb u ara fuq xi ħaġa li kieku kellhom jibdew mill-bidu. F’din is-sena li spiċċat kellna suppost naraw ukoll il-bini ta’ xi skola ġdida li kien wegħdna Joseph ilbully, imma bqajna nistennew. Minflok iżda rajna lil dak li dejjem jitfa’ l-ġebla u jaħbi idu, ċioe l-Ministru Evarist Bartolo, jinżel fl-iktar livell baxx tal-lingwa biex jagħmel paragun politiku. Matul is-sena li għaddiet,” komplielna lgħasfur, “rajna wkoll bla mistenni t-tqaċċit tal-irjus ta’ Godfrey Farrugia, Marie Louise Coleiro Preca u Karmenu Vella, iżda bqajna nistennew għalxejn li naraw Malta Tagħna Lkoll kif wegħdielna Joseph il-bully. Bħalma bqajna nistennew għalxejn li naraw l-iffangar ta’ dawk tal-qalba jieqaf. Waħda mill-iktar stejjer li ma ħlomna qatt li naraw fis-sena 2014, kienet il-famuża farsa traġika tal-isparatura tal-cowboy xufier tal-eks ministru Manuel Mallia. Il-poplu Malti u Għawdxi,” spjegalna l-għasfur, “ma stenna qatt li jara storja bħal din li kien ilu ma jara bħalha xi tletin sena. Imbagħad, marbut malistess storja, rajna lil Joseph ilbully jurina d-djgħufija tiegħu ma’ min hu bully bħalu, ċioe Manuel Mallia. Assistejna għal

Alfred Sant kien ikkonverta u ddeċieda li wasal iż-żmien li jmur hu ukoll isaħħan is-siġġu ta’ Brussell. Sirna nafu wkoll li Karmenu Vella kien ivvota IVA għall-Ewropa kontra l-istess ordni tal-Kap tiegħu Alfred Sant. Insomma,” komplielna lgħasfur, “kienet sena ta’ kuntrumbajsi kif jaf jagħmel biss il-Labour, basta skond iddaqqa jiżfen ħalli jkun popolista u jidher ħelu mannies. Irrid infakkarkom li matul l2014 skoprejna wkoll li lpoplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, kien sama’ u fehem ħażin meta Joseph il-bully kien iddikjara minn jeddu, li jekk ilPower Station ġdida tal-gass ma tkunx sa Marzu 2015, hu kien jirreżenja. Kellna wkoll liktar temperatura baxxa f’dawn l-aħħar kważi tletin sena, bħalma kellna wkoll l-iktar żieda tal-għoli tal-ħajja baxxa fl-istess perjodu ta’ żmien. Ma rridx ninsa ngħidilkom,” fakkarna lgħasfur, “li s-sena li għaddiet rat ukoll il-qagħad f’pajjiżna jonqos billi Joseph il-bully daħħal eluf ta’ nies mal-Gvern u ħafna pulizija tal-qalba li kienu ilhom żmien twil li spiċċaw mill-korp. Fuq kollox is-sena 2014 urietna li għandna Gvern tal-Labour li ma jiddejjaq xejn jonfoq il-miljuni millkaxxa tal-poplu Malti u Għawdxi biex ikun jista’ jagħlaq ħalq lil dawk l-iktar tal-qalba u lil xi wieħed li jippretendi li hu l-alla tal-ġurnaliżmu.” Issa mil-lum bdejna ssena 2015 u jekk nibqa’ sejjr insemmi x’suppost rajna u dak li suppost ma rajniex is-sena loħra, nibża li tgħaddi din issena wkoll u nkun għadni ma spiċċajtx. “Dak li għadda mas-sena li ntemmet,” qalilna l-għasfur, “nibqgħu niftakruh biex nitgħallmu minnu, ħalli ħadd ma jaħsibna mzazen. Iżda fl-istess ħin irridu nħarsu ‘l quddiem lejn is-sena 2015 li bdiet illum. Ħa naraw kemm se naraw affarijiet li qatt ma kienu mwegħda lilna u fl-istess ħin naraw kemm mhux se jseħħu affarijiet minn dawk li kienu mwegħda lilna bl-ikbar sollennita qabel l-elezzjoni ġenerali. Nawguralkom mill-ġdid sena mimlija saħħa u ġid, b’ħafna iżjed onesta politika, b’inqas tgħawwiġ ta’ fatti u possibilment mingħajr falsita, ipokresija u diżonesta politika. Hekk biss pajjiżna jista’ jimxi ‘l quddiem, fejn waqt li jkollna d-diversita tal-opinjonijiet politiċi, nibqgħu ngħożżu l-onesta, is-sinċerita u l-ġid komuni.


www.maltarightnow.com

11

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

OPINJONI

Ir-riżoluzzjonijiet għas-sena l-ġdida

F’dawn iż-żminijiet ħafna drabi inħarsu lura lejn is-sena li tkun għadha kemm għaddiet, u nagħmlu evalwazzjoni personali ta’ xi jkun mar tajjeb u xi jkun mar ħażin. Fid-dawl ta’ dan imbagħad, ħafna minna jagħmlu riżoluzzjonijiet għas-sena li tkun ħa tibda. F’dan l-ispazju ħa nagħżel tliet riżoluzzjonijiet li nemmen li kulmin hu attiv fil-qafas politiku ta’ pajjiżna għandu jieħu. L-ewwel u qabel kollox, li inkunu onesti. In-nies jistennew li min qed imexxi, min qed jieħu d-deċiżjonijiet, ikun onest u ċar magħhom. M’għandniex niddejqu insejħu dak li hu abjad abjad, u dak li hu iswed iswed. M’għandniex niddejqu nfaħħru dak li jsir tajjeb, u nikkritikaw dak li jsir ħażin. Min qiegħed imexxi mill-banda l-oħra, għandu jkun onest fl-istqarrijiet li jagħmel. Għandu jitratta l-poplu bid-dinjita’ li jistħoqqlu, jagħti raġuni għalfejn l-affarijiet isiru mod u mhux ieħor, jispjega għala jkun qed jieħu ddeċiżjonijiet li jieħu, u ma jiddejjaq xejn jgħid x’inhuma l-isfidi li l-pajjiż qed jaffaċċja. Il-politika mhix dwar kemm inkunu

pożittivi u kemm naħbu n-negattiv, il-politika hija dwar ir-realiżmu tal-ħajja ta’ kuljum u kif ilkwalità tagħha tista’ titjieb. U jekk irridu nkunu realistiċi, għandna iva ngħidu fejn l-affarijiet ikunu sejrin ħażin u x’nemmnu li għandu jsir biex jitranġaw għall-aħjar. Ir-realiżmu jwassalna wkoll biex inwiegħdu biss affarijiet li nafu li jistgħu jitwettqu, u mhux nagħmlu wegħdi li imbagħad ma nkunux nistgħu inżommu. It-tieni riżoluzzjoni li għandna nagħmlu hija li fil-politika inpoġġu dejjem l-ewwel u qabel kollox il-ġid komuni, qabel ilġid ta’ individwu jew il-ġid personali. X’inhu l-ġid komuni? Ittagħlim soċjali tal-Knisja Kattolika, li fuqu jibbażaw ruħhom il-prinċipji demokristjani, huwa rikk ħafna fiddefinizzjoni u l-punti li jagħmel dwar il-ġid komuni. Fosthom jgħid li l-ġid komuni huwa “ilkundizzjonijiet soċjali kollha li jwasslu lill-poplu, kemm bħala gruppi u kemm fuq livell individwali, biex jilħaq il-milja tiegħu b’mod iżjed sħiħ u aktar faċli.” Il-kunċett tal-ġid komuni allura jfisser li pajjiż iħares fit-

Mark Anthony Sammut markasammut@gmail.com

tul u mhux biss fil-mument ta’ issa. Ifisser li nippjanaw x’ħa jkunu n-niċeċ li ħa nsaħħu flekonomija tagħna biex il-ġenerazzjoni ta’ għada jkollha kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Ifisser li nharsu lwirt komuni taghna lkoll, kemm dak ambjentali, u kemm dak storiku u kulturali. Ifisser ukoll li nkunu tarka għall-vulnerabbli. Għaldaqstant, filwaqt li nkomplu nimbuttaw għal ekonomija iżjed libera u ħielsa mix-xkiel, u biex ikollna gvern anqas intrussiv, irridu wkoll li l-istat ikompli jħares lil min għandu kundizzjonijiet li jagħmluhielu diffiċli biex jimxi ‘l quddiem bil-pass ta’

ħaddiehor biex dan ma jaqtax lura u l-kwalità tal-ħajja tieghu ma tkunx miżera. Importanti għalhekk li l-gvern ma jġibx ruhu ta’ għodda kapitalista oħra, imma tal-aħħar difensur għal min m’għandux il-mezzi biex jipparteċipa fil-ħolqien u t-tqassim tal-ġid mal-kumplament tassoċjeta’, u tad-difensur ewlieni tal-wirt komuni tan-nazzjon, fosthom l-ambjent, u ma jpoġġix interessi ta’ individwi u ta’ klikek oħra qabel dan il-wirt. Wirt li ironikament kienet Malta li fuq livell internazzjonali setturi minnu imbuttat li jkunu meqjusa bħala wirt komuni talumanità kollha kemm hi. Fl-aħħar nett, li fit-tmexxija u fl-amministrazzjoni tajba dejjem tirrenja s-saltna tad-dritt. X’nifhmu bis-saltna tad-dritt? Nifhmu li f’pajjiż tirrenja biss il-liġi, b’mod ugwali u fuq kulħadd, inkluż fuq dawk li jiktbuha. Tfisser li l-Pulizija tinvestiga u ssegwi l-istess proċeduri ma’ kulħadd, kemm miegħi ċċittadin komuni, u kemm malogħla Ministru. Tfisser li min jinforza l-liġi u jressaq lil dawk li jiksruha, jiġifieri l-Korp talPulizija, jitmexxa b’mod

indipendenti u awtonomu minn dawk li jiktbu l-ligi. Ifisser li jkun dan il-korp indipendenti li jiddeċiedi hemmx provi biex iressaq nies taħt investigazzjoni quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, u mhux il-Gvern jew il-Prim Ministru. Ifisser li l-awtoritajiet jimxu bl-istess riga ta’ infurzar fuq permessi u liċenzji kemm miegħi ċ-ċittadin komuni, u kemm mar-raġel tal-Ministru. Ifisser li taxxi fuq propjeta’ u oħrajn japplikaw bl-istess mod għall-koppja li għadha ħa tiżżewweġ, u għal partit li qiegħed fil-Gvern. Għax jekk tintilef is-saltna tad-dritt, inkunu qed ngħixu f’dittatura moħbija u mhux f’demokrazija liberali. Jekk it-tmexxija preżenti ta’ pajjiżna hix qed timxi ma’ dawn it-tliet prinċipji f’dawn l-ewwel sentejn tagħha inħalli f’idejkom tiġġudikaw. Li hu żgur hu li aħna fil-Partit Nazzjonalista irridu nkomplu nsegwu dawn ilvaluri jekk irridu li s-servizz tagħna fil-politika jħalli frott li jiswa u jkun vera ta’ ġid għal poplu kollu. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom sena mill-aqwa mimlija barka, hena u riżq.


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Żieda fil-prezzijiet tal-karozzi u r-roti L-INDJA

Il-karozzi, ir-roti u affarijiet oħrajn mistennija jogħlew flIndja hekk kif il-gvern qed jippjana li jirtira t-tax breaks matul is-sena l-ġdida. Uffiċjali mill-Ministeru talFinanzi qalu lill-media lokali li mhumiex se jġeddu konċessjonijiet mis-sisa, li ntemmew ilbieraħ. Għal karozza lussuża li tiswa $80,000, iż-żieda fit-taxxa se tkun ta’ madwar 200,000 rupee. L-analisti qed jgħidu li l-gvern

qed jipprova jsaħħaħ il-finanzi tiegħu permezz tat-taxxa. Il-konċessjonijiet tħabbru milleks gvern immexxi millKungress fi Frar sabiex in-nies joħorġu jixtru fis-sales. Il-Partit Bharatiya Janata filgvern estenda t-tax breaks salbieraħ. Intqal li għal karozzi żgħar, issisa se tiżdied minn tmienja filmija sa 12 fil-mija filwaqt li għal karozzi kbar, ir-rata se tiżdied minn 20 fil-mija sa 24 fil-mija.

Jinħelsu ħames priġunieri minn Guantanamo L-ISTATI UNITI

Ħamest irġiel li kienu miżmuma fil-ħabs Amerikan fi Guantanamo Bay f’Kuba għal aktar minn għaxar snin, intbagħtu biex jgħixu fil-Każakstan. Il-Pentagon qal li tliet ċittadini mill-Jemen u żewġ Tuneżini kienu nqabdu fil-Pakistan bħala militanti suspettużi u b’rabtiet ma’ al-Qaeda. Uffiċjali Amerikani qalu li lirġiel, li qatt ma ttellgħu l-qorti, m’għadhomx ta’ theddida għassigurta’ nazzjonali. L-istess uffiċjali qalu li 28

ħabsi nħelsu minn Guantanamo din is-sena – l-akbar numru mindu l-President Amerikan Barack Obama tela’ fil-poter fl2009. Dan il-ħelsien kien parti middeċiżjoni tal-president li jagħlaq il-ħabs kontroversjali, li nfetaħ wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 fuq l-Istati Uniti. Fil-bidu ta’ Diċembru, erba’ ħabsin Afgani kienu ripatrijati filwaqt li sitt priġunieri oħrajn twasslu lejn l-Urugwaj.

Omm tinqatel minn binha ta’ sentejn L-ISTATI UNITI

Fl-istat ta’ Idaho, omm inqatlet meta binha ta’ sentejn, b’mod aċċidentali, sparalha b’pistola li hu sab meta kien qed jilħaq il-handbag tagħha. Il-każ seħħ nhar it-Tlieta filgħaxija. L-omm, Veronica Rutledge ta’ 29 sena, inqatlet fi stabbiliment tal-Wal-Mart f’Hayden, belt fl-istat ta’ Idaho. Kelliem għall-uffiċċju taxSheriff qal li l-omm kienet qed tixtri flimkien ma’ diversi tfal. L-istess uffiċjali qalu li Rutledge kellha liċenzja biex iġġorr arma tan-nar.

Hi u uleidha kienu fuq innaħa ta’ wara tal-istabbiliment qrib iz-zona tal-elettronika, meta seħħet l-isparatura. L-istabbiliment Wal-Mart ingħalaq wara l-isparatura u kellu jiftaħ ilbieraħ. Xhieda li kienu fil-post dak il-ħin tal-inċident kif ukoll filmati li nġibdu permezz ta’ video camera fl-istabbiliment għenu lill-uffiċjali biex jiddeterminaw li l-isparatura kienet waħda aċċidentali. Il-vittma kienet minn Blackfoot, belt fin-Nofsinhar ta’ Idaho.

IL-KOLOMBJA: Pablo Hermoso, ġellied Spanjol kontra l-barrin, riekeb żiemel u jattakka barri bħala parti minn festival f’Cali. (Ritratt: EPA)

Se jkunu analizzati l-proċeduri fl-iscreening kontra l-Ebola IR-RENJU UNIT

Il-proċeduri biex ħaddiema tas-saħħa jkunu screened wara li jirritorna fir-Renju Unit minn pajjiżi mifnija bil-marda tal-Ebola, se jkunu analizzati wara li infermiera li spiċċat infettatat bil-virus taret minn Londra sa Glasgow minkejja ma tqajjem ebda tħassib. Pauline Cafferkey qalet lil uffiċjali fl-ajruport ta’ Heathrow li hi ħassitha ħażin iżda tħalliet tkompli bil-vjaġġ tagħha. Hi kienet dijanjożata fi sptar l-għada.

Passiġġiera oħra fuq l-istess titjira qalet li l-iscreening kienet wieħed “imħarbat”. Iċ-Chief Medical Officer qal li l-każ qajjem diversi mistoqsijiet dwar il-prekawzjonijiet. Madankollu, Dame Sally Savies qalet li l-protokolli u lmiżuri kollha relatati kienu segwiti. Dame Sally qalet li Pauline Cafferkey kienet fl-ewwel stadju tal-marda meta hi għamlet il-vjaġġ lejn ir-Renju

Unit minn Sierra Leone, u lpassiġġieri li kienu magħha fuq l-ajruplan kienu “f’riskju minimu” li jkunu infettatati. Cafferkey kienet iddijanjożata nhar it-Tnejn wara li rritornat minn Sierra Leone fejn hi kienet ivjaġġat bħala parti minn grupp ta’ 30 ħaddiem tas-saħħa mill-organizzazzjoni Save the Children. Hi tħalliet titlaq l-ajruport ta’ Heathrow wara li kienu ħadulha t-temperatura aktar minn darba.


www.maltarightnow.com

13

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jibdew jaslu l-ewwel katavri

L-INDONEŻJA: Suldati jġorru żewġt itwiebet bil-fdalijiet ta’ katavri - li ttellgħu mis-sit fejn l-ajruplan AirAsia iġġarraf – fl-ajruport ta’ Juanda, f’Surabaya. (Ritratt: EPA)

L-INDONEŻJA

L-ewwel żewġ katavri mittitjira QZ8501 tal-ajruplan AirAsia rritornaw fil-belt Indoneżjana ta’ Surabaya, fejn ilqraba qed jistennew il-wasla ta’ dieqa kbira. Iż-żewġ katavri ttajru fl-ajruport ta’ Juanda lbieraħ wara nofsinhar, minn sptar f’Pangkalan Bun, fejn kienu ntbagħtu mis-sit fejn seħħet ittraġedja. Il-qraba tal-vittmi ntalbu għal kampjuni tad-DNA sabiex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-vittmi.

L-Airbus A320-200, li kellu 162 passiġġier abbord u li kien qed itir minn Surabaya sa Singapore, sparixxa nhar il-Ħadd u fdalijiet kienu lokalizzati filbaħar nhar it-Tlieta. L-awtoritajiet qalu li seba’ katavri ttellgħu mill-baħar, iżda l-maltemp qed itellef l-isforzi għat-tiftix. Erbgħa minn dawn isseba’ katavri huma rġiel u tlieta huma nisa, fosthom, flight attendant. Uffiċjal minn aġenzija għat-

Sitt kumpaniji mmultati dwar tniġġiż IĊ-ĊINA

Qorti Superjuri fil-provinċja ta’ Jiangsu fil-Lvant taċ-Ċina mmultat sitt kumpaniji $26 miljun talli niġġsu x-xmajjar. Din il-multa kienet l-ogħla waħda li qatt ingħatat fiċ-Ċina b’riżultat ta’ interess pubbliku kontra min iniġġeż. Il-kumpaniji kienu nstabu ħatja f’Awwissu talli rmew 25,000 tunnellata ta’ skart tossiku f’żewġ xmajjar. It-tkabbir ekonomiku mgħaġġel fiċ-Ċina ħoloq danni ambjentali kbar. Il-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma’

pressjoni internazzjonali sabiex inaddaf l-ambjent; qed jiffaċċja wkoll ma’ numru dejjem jikber ta’ protesti lokali dwar it-tniġġiż. Il-gvern qed jgħid li madwar 70 fil-mija tal-lagi u x-xmajjar fiċĊina huma mniġġsa. Din il-multa ntlaqgħet ħafna minn diversi ambjentalisti bħala sinjal li l-gvern, sa fl-aħħar, qed ikunu iebes kontra min iniġġes. S’issa kien hemm 14-il persuna li kienu nvoluti fit-tniġġis iżda l-kumpaniji, li ma ssemmewx, appellaw kontra l-multi.

Il-maltemp qed itellef l-isforzi għat-tiftix

tiftix u s-salvataġġ qal li wieħed mill-katavri kien liebes ġakketta tas-sigurta’, iżda dan ma kienx ikkonfermat. Tifkira pubblika saret f’Surabaya ilbieraħ filgħaxija, u l-gvernatur tal-provinċja fil-

Lvant ta’ Java fisser kif iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena kienu tħassru kollha. Abbord l-ajruplan kien hemm 137 passiġġier adult, 17-il tifel u tifla kif ukoll tarbija, flimkien ma’ żewġ bdoti u ħames membri tal-ekwipaġġ. Għadu mhux ċar x’ġara lillajruplan iżda l-aħħar komunikat kien fl-għamla ta’ talba mit-torri tal-kontroll biex il-bdot talAirAsia itir ‘il fuq sabiex jevita s-sajjetti. Imma l-bdot ma weġibs

meta ngħata l-permess. Tfittxija ta’ tlett ijiem spiċċat nhar it-Tlieta bis-sejba ta’ fdalijiet, fosthom, partijiet mill-ajruplan, bagalji u l-katavri filKarimata Strait, fil-Lbiċ tal-belt ta’ Pangkalan Bun fil-parti Indoneżjana tal-Borneo. Tony Fernandes, il-Kap Eżekuttiv ta’ AirAsia qal li zzona tat-tfittxija djieqet, birriżorsi kollha issa jinsabu kkonċentrati f‘żewġ zoni fejn jista’ jkun l-ajruplan.

li żewġt itfal żgħar kienu fost ilmejta. Knecht stqarr li dan kien lagħar qtil tal-massa f’Edmonton mindu sitt persuni nqatlu fl-1956. Il-Kap tal-Pulizija qal f’konferenza tal-aħbarijiet li dan il-każ jidher li wieħed ta’ vjolenza domestika estrema li marret ħażin ħafna, filwaqt li fisser lomiċidji bħala “pjanati u li saru apposta”. “Din is-serje ta’ avvenimenti ma kinux għall-għarrieda, u ma hemm ebda riskju għall-pubbliku ġenerali. Dawn l-avvenimenti ma kinux relatati ma’ xi grupp kriminali, imma kienu inċidenti

traġiċi ta’ vjolenza domestika”, sostna Knecht. Il-pulizija qalet li r-raħel armat uża pistola b’kalibru ta’ 9 mm u mbagħad qatel lilu nnifsu f’ristorant fit-Tramuntana ta’ Edmonton. Ixxandar biss wieħed mill-ismijiet tal-vittmi u l-pulizija ma tatx dettalji dwar ir-relazzjoni bejn l-aggressur u l-vittmi tiegħu. Rod Knecht qal li r-raġel li kkommetta suwiċidju kellu passat kriminali li jmur lura għall1987. Il-pulizija qalet li għalissa mhix se tippubblika l-ismijiet talvittmi kollha jew tal-aggressur.

Tmienja maqtula fi ‘qtil tal-massa bla sens’ IL-KANADA

Seba’ adulti u żewġt itfal instabu mejta fil-belt Kanadiża ta’ Edmonton wara li raġel wettaq dak li l-pulizija qed jgħidu ‘qtil tal-massa bla sens’ – każ li hu assoċjat ma’ “vjolenza domestika estrema”. Jidher li r-raġel armat qatel lilu nnifsu wara l-omiċidji. Il-pulizija mhi qed tfittex għal ebda suspettat ieħor. Il-każ żviluppa fi tliet lokalitajiet differenti f’Edmonton, filprovinċja ta’ Alberta fil-Punent tal-Kanada. Rod Knecht, il-Kap talPulizija, qal li li seba’ katavri nstabu fl-istess residenza. Hu qal


www.maltarightnow.com

14

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jiċħad ir-resoluzzjoni IN-NAZZJONIJIET UNITI

IL-ĠAPPUN: Saċerdoti Shinto jgħaddu minn kanċell tal-injam wara li kkonkludew ritwal ta’ tmiem is-sena bi tħejjija għas-Sena l-Ġdida fil-Maqdes Meiji f’Tokjo. (Ritratt: EPA)

Titlu ta’ ‘Sir’ għal min ħoloq il-vjagra IR-RENJU UNIT

Żewġ spiżjara, wieħed li beda jiżviluppa l-vjagra u ieħor li hu ċelebrita’ fuq il-YouTube, ingħataw it-titlu ta’ Sir fl-Unuri tal-Ewwel tas-Sena. Simon Campbell beda u ħa ħsieb ir-riċerka fuq il-Vjagra waqt li kien qed jaħdem għallkumpanija farmawċewtika Pfizer. Il-Professur Martyn Poliakoff hu pijunier fil-kimika ambjentali u sostenibbli u hu magħruf għallPeriodic Table of Videos. Peter Kendall, eks president tal-Union Nazzjonali tal-Bdiewa (NFU), ingħata t-titlu ta’

Knights Bachelor. Simon Campbell hu assoċjat ma’ tliet mediċini ġodda matul is-26 sena li hu ħadem ma’ Pfizer u dawn ilkoll kienu mmirati biex jikkuraw il-pressjoni għolja. L-aħħar mediċina li żviluppa kellha effett kbir għax saħħaħ linfluss tad-demm fil-parti ġenitali tar-raġel – u l-istess mediċina spiċċat fis-suq b’suċċess fl-1998 bħala l-Vjagra. Simon Campbell tkellem dwar it-tħassib li qed jirrenja bħalissa minħabba n-numru dejjem jikber ta’ mergers u l-kobor talkumpanijiet farmaċewtiċi illum.

Il-Kunsill tas-Sigurta’ fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti rrifjuta resoluzzjoni li talbet għat-tmiem tal-okkupazzjoni Iżraeljana fitterritorji Palestinjani fi żmien tliet snin. Il-Ġordann issottometta l-mozzjoni wara li kienet maqbula minn 22 stat Għarbi u l-Awtorita’ Palestinjana. Tmien membri mill-15-il pajjiż membru fil-Kunsill tas-Sigurta’ ivvotaw favur filwaqt li l-Istati Uniti u l-Awstralja vvotaw kontra. Ir-resoluzzjoni, ikkundannata

minn Iżrael, kienet teħtieġ lappoġġ ta’ mill-inqas disa’ membri sabiex tgħaddi. Anki jekk kisbet id-disa’ voti, l-Istati Uniti kienet se tuża l-veto tagħha sabiex twaqqaf l-adozzjoni tar-resoluzzjoni. Il-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti Samantha Power walet wara l-vot: “Ivvotajna kontra din ir-resoluzzjoni mhux għax aħna ninsab skomdi bl-affarijiet kif inhuma bħalissa. Ivvotajna kontra għax...il-paċi trid tiġi permezz ta’ kompromessi ibsin li jsiru fuq il-mejda tan-negozjati”.

IL-BANGLADESH: Mara timxi fuq pjattaforma ta’ stazzjon tal-ferrovija flimkien mat-tarbija tagħha f’Dhaka. (Ritratt: EPA)

Ekonomija f’riċessjoni IL-VENEZWELA

L-AWSTRALJA: Eluf ta’ ċittadini Awstraljani bit-tined u t-tripods jieħdu l-pożizzjonijiet tagħhom minn kmieni, fuq il-Port ta’ Sydney sabiex isegwu l-logħob tan-nar ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena f’Sydney. (Ritratt: EPA)

L-ekonomija tal-Venezwela issa tinsab uffiċjalment f’riċessjoni wara li l-bank ċentrali ppubblika ċifri li juru li kienet qed tiddgħajjef matul issena kollha. Il-bank qal li l-ekonomija kienet niżlet bi 2.3 fil-mija fittielet kwart ta’ din is-sena. Żvela wkoll għall-ewwel darba li l-Prodott Domestiku Gross naqas bi 4.8 fil-mija u b’4.9 filmija rispettivament fl-ewwel u fit-tieni kwart ta’ din is-sena. Il-President Nicolas Maduro qal li l-ekonomija ta’ pajjiżu ntlaqtet minn instabbilta’ ekonomika kif ukoll minn prezzijiet dejjem niżlin fiż-żejt. Hu akkuża lill-Istati Uniti talli kienet qed tgħarraq isswieq biż-żejt bħala parti mill-

gwerra ekonomika kontra rRussja. Il-bank ċentrali wkoll qal li linflazzjoni kien laħqet ilperċentwal ta’ 63.6 fil-mija fit12-il xahar sa Novembru, waħda mill-ogħla rati fid-dinja. Maduro ħabbar numru ta’ miżuri sabiex isaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u biex jikkontrolla l-inflazzjoni, fosthom riformi mis-sistema dwar il-kontroll tal-flus tal-pajjiż. Il-President Maduro stqarr li dettalji dwar dawn il-miżuri mistennija jitħabbru bl-aktar mod estensiv wara l-awguri talEwwel tas-Sena. Hu qal li l-ispekulazzjoni kienet affettwat l-inflazzjoni iżda hu wkoll faħħar l-isforzi tal-gvern biex itaffi l-problemi.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Immigranti mejtin abbord bastiment li kien abbandunat L-ITALJA

Mill-inqas erba’ persuni nstabu mejta abbord bastiment kummerċjali li kien qed iġorr madwar 900 immigrant illegali. Il-bastiment kien mitluq għal riħu wara li tħalla abbanduant fl-ibħra territorjali tal-Greċja. Il-vapur Blue Sky M kien abbandunat u tħalla fuq l-autopilot mill-ekwipaġġ tiegħu, x’aktarx traffikanti tal-persuni. Il-gwardja tal-kosta Taljana mbagħad irnexxielhom iġibu l-

vapur taħt kontroll filwaqt li daħluh fil-port Taljan ta’ Gallipoli. L-immigranti, li l-maġġoranza tagħhom huma Sirjani u Kurdi, ittieħdu għall-kenn fi skola lokali u f’gym. Minn 900 persuna, 35 twasslu għall-kura fl-isptar, b’uħud li kienu qed ibatu minn bard kbir. Għall-ewwel ir-rapporti qalu li abbord il-vapur kien hemm xi 700 ruħ, iżda kelliema għas-

Il-vapur Blue Sky M kien abbandunat u tħalla fuq l-autopilot

Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar qalet li fuq il-bastiment kien hemm aktar, saħansitra qrib l-1,000 persuna. Ekwipaġġi ta’ ambulanzi sten-

new hekk kif il-vapur daħal filport fis-sigħat bikrin ta’ lejlet lEwwel tas-Sena. Persuna li kienet f’Gallipoli qalet li hi rat mijiet ta’ immigranti jistennew biex jinżlu millvapur – u li hi ħasbet li kienu ġejjin mis-Sirja u refuġjati Kurdi. L-Italja ilha titratta ma’ influss dejjem jiżdied ta’ immigranti – il-maġġoranza tagħhom milLvant Nofsani u mill-Qarn talAfrika. Dawn jaslu fuq dgħajjes

15

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

żgħar bit-tama li jkollhom għajxien aħjar fl-Ewropa. L-aktar rotta komuni bil-baħar għal vjaġġi klandestini hi milLibja, iżda jidher li dan il-vapur beda l-vjaġġ tiegħu mit-Turkija. Dan għax mhux soltu li wieħed isib bastiment hekk kbir biex jakkomoda daqstant immigranti. Traffikanti tal-persuni li jorganizzaw vjaġġi klandestini, spiss jabbandunaw il-bastimenti f’nofs ta’ baħar biex ma jinqabdux.

L-ITALJA: Dehra mill-qrib ta’ wħud mill-mijiet ta’ immigranti fuq il-gverti tal-bastiment Blue Sky M, irreġistrat fil-Moldova, u li fuqu kien hemm xi 900 immigrant irregolari, wara li daħal fil-port ta’ Gallipoli fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu. (Ritratt: EPA)

Essebsi jinħatar president IT-TUNEŻIJA

Il-president elett Beji Caid Essebsi ħa l-ġurament wara li rebaħ l-ewwel elezzjoni presidenzjali ħielsa. Essebsi, ta’ 88 sena, kien assigura rebħa elettorali lġimgġa li għaddiet wara li għeleb lil Moncef Marzouki. It-trijonf ta’ Essebsi jfisser li t-Tuneżija – fejn bdiet ir-Rebbiegha Għarbija – jibqa’ l-uniku pajjiż Għarbi li jinbidel, minn ħakma awtoritarja għal tmexxija demokratika. Il-president il-gdid ħa l-ġurament f’ċeremonja li saret fil-parlament il-ġdid – fejn il-partit tiegħu Nidaa Tounes ukoll għandu l-akbar numru ta’ siġġijiet. Iċ-ċeremonja tal-ġurament

saret erba’ snin wara li protesti kbar waqqgħu lill-President Zine al-Abidine Ben Ali mill-poter f’Jannar tal-2011. Analisti dwar il-politika Tuneżina jsostnu li filwaqt li din hi l-aħħar kisba demokratika għall-pajjiż, ħafna fit-Tuneżija qed jargumentaw li t-traniżizzjoni politika sseħħ biss jekk ilpoliti ċi jintroduċu bidliet soċjali u ekonomiċi. L-elezzjoni li saret matul ixxahar li għadda kienet l-ewwel darba għat-Tuneżini biex eżerċitaw il-vot ħieles tagħhom għal president ġdid, mindu ilpajjiż kiseb l-indipendenza minn Franza fl-1956.

Illum se tadotta l-munita ewro IL-LITWANJA

Il-Litwanja llum se tadotta lewro, b’maġġoranza issa qed tappoġġja l-bidla fil-flus fost tensjonijiet dejjem jiżdiedu marRussja. Stħarriġ dwar l-opinjoni pubblika li sar f’nofs Novembru sab li aktar min-nofs jappoġġjaw lewro, kuntrarju għall-41 fil-mija fil-bidu tal-2013. L-istudju ssuġġerixxa li lbenefiċċji ekonomiċi u l-istabbiltà huma fost ir-raġunijiet għaliex uħud jappoġġjaw id-dħul tal-munita ewro, minkejja l-fatt li r-reġjun taz-zona ewro qed ibati minn tkabbir fqir u rata għolja ta’ qgħad. Il-pajjiż ta’ tliet miljun ċittadin

għandu wieħed mill-aktar ekonomiji li wrew sinjali kbar ta’ tkabbir, wara snin ta’ taqlib kawżat mill-kriżi finanzjarja internazzjonali. F’Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea nnotat li l-Prodott Domestiku Gross għal kull ras, għola minn 35 fil-mija tal-medja Ewropea fl-1995 sa 78 fil-mija din is-sena. Il-Litwanja hi wkoll l-uniku stat membru fl-UE fejn uffiċjali taz-zona ewro xejnu l-ambizzjonijiet biex il-pajjiż jadotta lewro fl-2007. L-applikazzjoni dak iż-żmien kienet rifjutata minħabba rati għoljin fl-inflazzjoni.

Iżda l-bidu tal-2015 se jkun ifisser li wieħed mill-istati Baltiċi se jkun qed jaqsam ilmunita ewro mal-Latvja li diġa’ adottatha kmieni fl-2014 u malEstonja li daħlet l-ewro fl-2011. Vitas Vasiliauskas, iċChairman tal-bord tal-Bank Ċentrali tal-Litwanja, qal li lappoġġ wiesa’ għall-ewro “kien affettwat minn għarfien dejjem jikber tal-pubbliku, hekk kif linċertezza kienet raġuni regolari ta’ diversi biżgħat”. L-aħħar tensjonijiet marRussja, wara l-għaqda talKrimea f’Marzu, ukoll wasslu biex il-poplu Litwan appoġġja ladozzjoni tal-ewro.


www.maltarightnow.com

16

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

AĦBARIJIET TA’ BARRA

1 1) L-INDJA: Suldati Indjani jimmarċjaw waqt prova għall-parata ta’ Jum ir-Repubblika, f’għodwa kiesħa tax-xitwa, fi New Delhi.

2) L-OLANDA: Espert dwar il-logħob tan-nar waqt l-aħħar preparamenti għal-Logħob tan-Nar Nazzjonali qrib Erasmusbrug f’Rotterdam. 3) IL-KYRGYZTAN: Raġel u mara lebsin ta’ Father Frost u n-neputija tiegħu jxejru minn karozzella hekk kif jieħdu sehem f’parata tal-Ewwel tas-Sena f’Bishkek.

4) IL-POLONJA: Tifel iżomm stilla kkulurita tal-karti hekk kif in-nies jinġabru għald-Dawl ta’ Paċi f’Betlem għall-Ukrajna fil-villaġġ ta’ Malhowice fix-Xlokk tal-Polonja. (Ritratti: EPA)

2

3

4


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

17

1 L-IŻVIZZERA: Suldati mis-Soċjeta’ ta’ Vieux-Grenadiers de Geneve jisparaw fiċ-ċeremonja tal-200 anniversarju mir-Restawr ta’ Ġinevra, jum qabel iċ-ċeremonja uffiċjali f’Ġinevra. IĊ-ĊINA: In-nies iħarsu lejn skulturi tas-silġ f’fiera tal-lanterni tas-silġ f’Beijing. IL-KOREA TA’ FUQ: Dehra ġenerali ta’ Pyongyang mgħottija bil-borra. L-IŻVIZZERA: Grupp ta’ skiers fi triqtu lejn il-muntanja Col des Porte du Soleil fi Crosets. (Ritratti: EPA)

2

4

3


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

MADWARNA

Ice Bucket Challenge b’differenza għall-Istrina €1,100 b’risq l-Istrina mis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba

Kienet il-President ta' Malta Marie-Louis Coleiro Preca meta talbet lill-Każini tal-Baned u Soċjetajiet Mużikali sabiex huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom għall-kampanja tal-

Istrina. Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba kienet waħda li laqgħet din ittalba. Fil-fatt il-Klabb talAdoloxxenti fi ħdan l-istess Soċjetá matul Diċembru orga-

nizza żewġ attivitajjiet fejn ġabar fondi b'risq il-kampanja tal-Istrina. Propjament f'jum lattivita tal-Istrin,a iġġifieri fis26 ta' Diċembru xi membri u partitarji xtaqu li din is-somma

tkompli tiżdied u iddeċidew li f'ġurnata mill-aktar kiesħa u f'temp tipikament Xitwi, jisfidaw l-elementi billi jagħmlu Ice Bucket Challenge fil-Pjazza talImqabba, propju quddiem is-

Sede' tal-istess Soċjetá. Issomma totali li nġabret kienet tammonta għal €1,100 u li ġiet ippreżentata mill-Uffiċjali u membri tas-Soċjetá fuq il-programm Istrina.



20

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

Il-Films Favoriti tas-Sena 2014

Għaddiet sena oħra ċinematografika u minn numru ikbar mis-sena l-oħra ta’ films ġodda (153), li aħna l-kritiċi rajna grazzi għall-KRS Film Releasing bejn Jannar u Diċembru sibt li din is-sena kien hemm 26 minnhom li għoġbuni b’mod partikolari tant li skond sistema ta’ stilel (minn 1 sa’ massimu ta’ 5) li privatament nagħti lil kull film li nara, 26 minnhom tajthom tlett stilel jew aktar. Naħseb li intom li ssegwu spiss il-kummenti tiegħi, tafu li l-aktar ġeneru ta’ films li jinżluli tajjeb huma t-thrillers, u dan infatti hu rifless fil-klassifika li kull tmiem is-sena niġbor u nippubblika. Din il-klassifika ma tinkludix aktar 20 film bħalma kont nagħmel qabel, iżda l-aktar għaxar films favoriti tiegħi, hekk kif anki l-KRS qed jagħmlu klassifika annwali tal-aqwa 10 films biss, u minn April qed jippublikaw biss “L-Aqwa 5” ta’ kull ġimgħa, u mhux aktar 10). Intant minn dawk l-aktar 10 films favoriti tiegħi għas-sena li ntemmet il-bieraħ, sitta huma thrillers, bi tlieta minnhom fost l-ewwel ħamsa. Naturalment laktar film li għoġobni kien thriller, The Two Faces of January b’Viggo Mortensen u Kirsten Dunst, b’reġija talIranjan-Ingliż Hossein Amini. Kien thriller li jfakkrek f’dawk klassiċi tas-surmast tat-thrillers Alfred Hitchcock fejn it-tensjoni tibqà dejjem tiżdied hekk kif koppja turisti jaslu filGreċja tas-Snin Sittin fejn jagħmlu ħbieb ma’ żagħżugħ Amerikan (Oscar Isaac) li jidher simpatiku u ta’ min jafdah. Ma nafx għaliex (forsi għax

jeħtieġ ċerta attenzjoni biuex tapprezzah) mal-massa taludjenza maltija ma kienx mar tajjeb, u fil-fatt dam jintwera ġimgħatejn biss. Mhux l-istess Non-Stop, thriller ieħor tajjeb tant li fillista tal.-favoriti tiegħi kiseb ittieni post, Dan kien dam jintwera fis-swali taċ-ċinema tagħna għaxar ġimgħat, prova li kultant il-gosti tagħna l-kritiċi jaqblu ma’ dawk li jmorru ċ-ċinema, li jidher li żammhom sal-aħħar biex ikun jafu min kien fosat il-pssiġġieri min kien it-terrorista li jhjedded li se jisplodi l-ajruplan. Ieħor li mar tajjeb mal-udjenza, u li għoġob lili wkoll (fit-3 post) kien il-film mhux tassoltu The Grand Budapest Hotel, kummiedja b’laqtiet drammatiċi ambjentat f’lukanda lussuża fl-Ungerija tas-Snin 20 u 30 tas-seklu li għadda b’Ralph Fiennes, Tilda Swanson. Il-lista tkompli bl-erba’ thrillers l-oħra: Walk Among the Thombstones b’Liam Neeson, Before I Go to Sleep, Lucy bi Scarlett Johansson, li kien l-aktar film li dam jintwera bejn Jannar u Diċembru (11-il ġimgħa) u Three Days to Kill b’Kevin Costner u l-films Into the Storm , The Devils’s Knot b’Reese Whiterspoon, u A 1000 Times Goodnight bil-bravissma attiriċi Franċiża Juliette Binoche bħala fotografa talgwerra. Ninnota fl-aħħarnett li għajr tlieta, dawn il-films favoriti tiegħi ħarġu matul ix-xhur tasSajf, bejn Ġunju u Settembru. Intemm billi nixtiqilkom Sena Tajba mimlija Paċi, Riżq …u films għall-gosti ta’ kulħadd, u mhux tiegħi biss!

Il-Lista Sħiħa tal-Favoriti

The Two Faces of January

Non-Stop

(Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, 2014)

1. The Two Faces of January (Ġimgħatejn) 2. Non-Stop (10 ġimgħat) 3. The Grand Budapest Hotel (7) 4. Into the Storm (6) 5. Walk Among the Tombstones (4) 6. Before I Go to Sleep (3) 7. Lucy (11) 8. Three Days to Die (4) 9. The Devils’s Knot (3) 10. A 1000 Times Goodnight (2)

(Wara kull film jidhru kemm-il ġimgħa dam jintwera)

The Grand Budapest Hotel

www.maltarightnow.com

ĊINEKRITIKA


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

ĊINEKRITIKA

minn Joe Calleja - jocal@me.com

UNBROKEN

Angelina Jolie terġà tmur fil-gwerra Direzzjoni: Angelina Jolie; Ħin:137 minuta; Ċert.:15.; KRS Bħall-films kollha li joħorġu mill-KRS Releasing, aħna lkritiċi, rajna dan qabel ma beda jintwera għall-pubbliku. Rajnih fil-ġimgħa tal-Milied, u niżgurakom li xejn ma huwa film adattat għal dawn il-jiem ta’ festi! Infatti jirrakkontalna l-orrur li għadda minnu bumbardier u sħabu wara li l-ajruplan tal-gwerra, li minnu kienu qed jattakkaw lillĠappuniżi matul l-aħħar Gwerra Dinjija, jitwaqqà filbaħar. Films simili tal-gwerra li kienu tant popolar snin ilu, u li dan l-aħħar qed jibdew jitfaċċaw mill-ġdid rajna diversi, iżda dan kellu l-ikbar kurżità minħabba li r-reġista tiegħu mhi ħadd inqas mill-attriċi Angelina Jolie fit-tieni esperjenza tagħha wara l-kamera. Imma bl-ewwel film, Land of Blood and Honey, ma kienet għamlet xejn, u f ’pajjiżna baqà ma ħariġx, għax lanqas fir-Renju Unit ma ntwera, u minn fejn l-KRS jikri l-films. L-istess bħal dan li beda jintwera din il-ġimgħa, dak kien jittratta dwar gwerra, dik fil-

THE REWRITE

Bożnja. Dan l-interess tagħha f’films simili ġej żgur millfatt li hi Ambaxxatriċi tal-Paċi għan-Nazzjonijet Uniti, li allura inevitabilment tinġibed lejn ż-żoni tal-gwerra. Unbroken jibda fl-1943 f’sema roża fuq l-Oċean Paċifiku, fejn iċ-champion Olimpiku Louis Zamperini (interpretat minn Jack O’Connell) qatta’ lewwel parti tiegħu fil-gwerra bħala bumbardier tal-Qawwa tal-Ajru Amerikana. Din is-sekwenza hija x’aktarx l-aħjar parti f ’dan iddramm tal-gwerra mnebbaħ minn dak li għadda veru minnu Zamperini, skond ilktieb bl-istess isem, ferm riċerkat miktub minn mara wkoll, Laura Hillenbrand, li kienet tatna wkoll Seabiscuit. Sekwenza ffilmjata b’sengħa kbira, b’entużjasmu u b’ħeffa minn Roger Deakins. Parti oħra tal-film tittratta ssnin ta’ taħriġ biex sar stilla Olimpjoniku, iżda l-itwal parti – wara dik ċentrali b’Zamperini u żewġ membri oħra tal-ekwipaġġ (Domhall Gleeson u Finn Wittrock) –

Zamperini (Jack O’Connell, lemin) jasal fil-kamp tal-konċentrment immexxi mis-sadiku Watanabe (Takamasa Ishihara) f’Unbroken

turi b’mod grafiku (li għalhekk ifakkrek żgur f ’The Railway Man tas-sena l-oħra b’Colin Firth), il-ħruxija li jirnexxielu jistaporti taħt idejn

kmandant tal-kamp talkonċentrament sadiku Takamasa Ishihara. L-interpretazzjoni ta’ O’Connell (li rajnih fi 300: Rise of an

Minflok poeżiji kitba għall-films

Empire u dalwaqt narawh f’ ’71) hija eċċellenti, f’film li, però, sata’ kien ferm iqsar, għax fih wisq sekwenzi ripetuti u mġebbda.

Direzzjoni: Marc Lawrence; Ħin: 107 minuti; Ċert.:12A; KRS

Meta f’Awwissu li għadda tħabbret il-mewt tal-attur Robin Williams kulħadd semma l-film Dead Poets Society li kien jittratta dwar għalliem Ingliż li jispira lillistudenti tiegħu lejn l-imħabba għall-poeżija, u jsir l-eroj tagħhom meta jkollu problem mal-awtoritajiet tal-iskola. Din il-ġimgħa jasal dan il-film li jixbħu xi ftit, iżda Hugh Grant ma jkunx eżattament għalliem, għallinqas meta niltaqgħu miegħu l-ewwel darba. Keith ikun kittieb ta’ screenplays li meta kien iżgħar kien kiseb suċċess f’Hollywood b’film jismu “Paradise Misplaced” tant li

kien rebaħ ukoll l-Oscar, iżda li lfilms li kiteb wara m’għamlu xejn, minbarra żwieġ fallut, iben li telaq mid-dar, u issa jinsab fi bżonn iddisprat li jingħata l-kitba ta’ film tajjeb. Nieqes mill-flus u mill-ispirazzjoni, jkollu jaċċetta xogħol ta’ lecturer dwar il-kitba ta’ scripts f’kulleġġ mbiegħed fi New England. Hemmhekk ma tantx jibda tajjeb, għax wara li jixrob aktar minn tazza waħda inbid jibda jparla żejjed u jinsulta lill-aktar għalliema anzjana (Alison Janney), minbarra li jagħżel l-istudenti mhux skond li script li jressqu biex jiġu aċċettati,

L-aqwa films f’Malta

1. 2. 3. 4. 5.

(Bejn l-24 u t-28 ta’ Diċembru – KRS)

(1) (2) (–) (4) (3)

The Hobbit: The Battle of the Five Armies Night at the Museum Exodus: Gods & Kings Paddington Penguins of the Madagascar

imma skond wiċċhom fil-paġni tal-Facebook, u jibda relazzjoni ma’ waħda minnhom! Għall-ewwel l-istudenti l-oħra ma tantx jilqgħuh tajjeb, l-aktar għax hu jurihom li qiegħed hemm bilfors, kontra qablu, tant li flewwel lezzjoni jgħidilhom biex jerġħu jirranġaw li-script u jżiedu att ieħor, u għal dan jagħtihom żmien xahar li matulu ma kienx se jagħtihom lezzjonijiet. L-affarijiet jirranġaw xi ftit meta jiltaqà ma’ studenta matura, Holly (Marisa Tomei) li tkun ferm ottimista u tagħmel kuraġġ lil Keith. The Rewrite għandu aktar l-element ta’ kummiedja, ħafif minn Dead Poets Society, iżda l-interpretazzjonijiet huma tajbin daqs fil-film tal-mibki Robbins. Film ieħor li jfakkarni f’dan kien Wonder Boys b’Michael Douglas fejn anki dan kien interpreta l-parti ta’ kitieb fallut f’università, iżda hawn għandna wkoll ħjiel ta’ satira tad-dinja ta’ Hollywood.

Holly (Marisa Tomei) tattendi l-lectures ta’ Keith (Hugh Grant) f’The Rewrite


www.maltarightnow.com

22

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

06:00 09:00 11:00 12:00 12:30 15:00 18:00 18:30

20:30

TV/RADJU

Radio 101 Breakfast Club Wara L-Breakfast New Year Special Ġrajjiet L-2014 News Bulletin Speċali Italomix Ghazla Tal-Aktar Diski Taljani Popolari tal-2014 L-Aktar Diski Popolari tal2014 fuq Radio 101 News Bulletin Mużika Għas-Sena LĠdida. Għażla Ta` Diski Li Qed Jibdew Bil-Kbir Is-Sena Ġdida 2015 Fuzzbox New Year Special

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Austin & Ally 06:30 – Jessie 06:55 – Jessie 07:20 - Jessie 07:45 Shake It Up! 08:10 - Liv & Maddie 08:35 - Frenemies 10:15 - Austin & Ally 10:40 – Jessie 11:05 - I Didn’t Do It 11:30 - So Random! 11:55 - So Random! 12:20 - A.N.T. Farm 12:45 Mickey Mouse 12:55 - Austin & Ally 13:20 - Jessie 13:45 - Liv & Maddie 14:10 - Austin & Ally 14:35 - Gravity Falls 15:00 - I Didn’t Do It 15:25 Jessie 15:50 - PrankStars 16:15 - Dog With a Blog 16:40 - Good Luck Charlie 17:05 - Liv & Maddie 17:30 Liv & Maddie 17:55 - Austin & Ally 18:20 - Wizards of Waverly Place 18:45 - The Suite Life on Deck 19:10 Hannah Montana 19:35 - That’s So Raven 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 - Wolfblood 21:35 Wolfblood 22:00 - Violetta 22:45 The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction

Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 – Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 – iCarly 12:55 – Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 Marvin Marvin 16:45- iCarly 17:10 Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 – iCarly 23:50 - Victorious Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do

06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 – Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 – Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 – Rubbadubbers 11:10 – Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 – Shapes 19:30 Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig

Royal Variety Performance – TVM TVM 06:00 –Euronews 06:30 – Ħbieb u Għedewwa 07:00 – Information not yet provided 07:45 – Malta u lil hinn minna 09:15 – Classics under the stars 10:30 – Dr. Do little – Million dollar Mutt 12:00 - Aħbarijiet 12:10 –Royal Variety Performance 2014 14:10 – Dr. Do Little 2. Film 2001 16:00 – Rockestra 18:00 – Aħbarijiet/sports/ rapport tat-temp 18:10 – Tooth fairy. Film 20:00 – Aħbarijiet 20:45 – Chronicle of Narnia. Film 2008 22:45 – Headline news 23:00 – Maratona b'risq id-dar tal-Providenza. TVM 2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 09:00 – Quddiesa 10:00 –Maratona b'risq id-dar tal-Providenza 20:30 - Aħbarijiet għal dawk neqsin mis-smigħ 20:40 – Ikompli l-maratona 23:35 – News in English One 06:30 - ONE News 07:00 – One breakfast 08:55 – Ġbir b'risq id-Dar talProvidenza 11:50 – Messaġġ tal-Paċi 12:30 - ONE News 12:40 – It-tfal 14:45 – Midinbin 15:30 – Ġbir b'risq id-Dar talProvidenza 17:30 - ONE News 17:40 – Ġbir b'risq id-Dar tal-Providenza 19:30 - ONE News 20:15 –Klassi għalina 21:30 – Ilsien in-nisa 23:30 - ONE News 24:00 – Ġbir b'risq id-Dar talProvidenza.

Smash 07:40 - Erġa’ Lura 08:40 – Aħbarijiet 09:00 – Ħabbejtek 10:00 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 10:50 - TSN Teleshopping 13:00 - A to Z Teleshopping 14:20 – Ma' Majsi 16:10 - Fil-Kċina ma’ Farah (r) 17:50 - Foreign news 18:15 - Bingo 75 18:40 – Teleshopping 19:00 – Aħbarijiet 19:30 – Documentary 20:30 – IlParlament tal-poplu 21:30 – CNI 22:00 – Aħbarijiet 22:30 - Motordrome. Raiuno 06:45 – Unomattina (jinkludi t-Tg 1 u r-rapport tat-temp) 09:55 – Santa Messa e

angelus del Papa in occasione della giornata mondiale della pace 12:20 – Concerto di Capodanno 13:30 – Telegiornale 14:05 – Una luna di miele tutta sua. Film 2011 15:40 – Napoli prima e dopo – La canzone napoletana in Concerto 18:50 - L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:10 – Che Dio ci aiuti 2 23:20 – Abbasso l'amore. Film 2003 01:01 – TG1 Notte 01:40 – Sottovoce 02:35 – Uccidere il re. Film 2003 Raidue 06:25 – Lassie 07:10 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 – Tg2 Flash 11:00 – I fatti vostri 13:00 TG2 Giorno 13:30 – Concerto di capodanno 2015 15:45 -Il cane pompiere. Film 2007 17:40 – Classici disney 18:00 - TG Sport 18:20 - TG 2 Notizie 18:50 – NCIS los Angeles 19:40 – NCIS Unità anticrimine (TF) 20:30 - TG2 20.30 21:00 – Zio Ganni 21:10 - Unici: il volo – tre come noi 23:15 - TG 2 Notizie 23:30 – La pantera rosa. Film 2006 01:00 – Il barone di Munchausen. Film 2012 03:55 – Tg2 Eat Parade 04:05– Videocomic 05:10 – Detto fatto

Raitre 06:00 – Rai News Morning News / traffico 08:00 – Cinema d'oggi 08:15 Sandogat 08:30 – La tigre e ancora viva: Sandokan Alla Riscossa. Film 1977 10:35 – Sandogat 11:15 – L'emigrante/ Carhlot Rivale in amore 12:00 – TG3 12:10 – La signora del west 12:55 – Kilimangiaro Album 13:10 – Rai cultura 14:00 - TG Regione 14:15 – TG/ Meteo 14:50 – TGR Leonardo 15:10 – Terra nostra 2 15:40 – Aspettando Geo 16:40 Geo 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG Regione Meteo 20:00 – Blob 20:15 – Un posto al sole 21:05 – Pinocchio. Film 2002 23:15 – Italy in a day – Un giorno da Italiani. Film 2014 24:00 – TG3/meteo 3 23:15 – Italy in a day – Un giorno da Italiani. Film 2014 00:40 – Rai Cultura 01:10 - La Musica di Raitre 02:00 – Fuori Orario.

Canale 5 07:50 – Traffico - Borse e monete Meteo.It - Tg 5 08:45 –Un ciclone in famiglia 3 11:00 – Lontano da casa. Film1994 13:00 – Tg 5 /meteo.It 13:40 – La sacra famiglia 16:00 – Il fidanzato perfetto. Film 2012 18:05 – Letters to Juliet. Film 2010 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Molto forte, incredibilment vicino. Film 2011 23:50 – Jesus Christ Supertstar. Film 1973 02:05 – Tg 5 02:25 – Striscia la notizia.

Italia 1 06:00 – True Jackson, VP 06:45 – I puffi 07:10 – Heidi 07:35 – L'incantevole creamy 08:00 – Sailor Moon 08:30 – Osmosis Jones. Film 2001 10:20 - Looney tunes – Back in action. Film 2003 12:05 – Cotto e mangiato – il menu del giorno 12:25 – Studio apert / Meteo.I 13:00 – Sport mediaset 13:40 – Mr Bean, l'ultima catastrofe. Film 1997 14:30 – Futurama 15:00 – Big bang theory 16:15 – Mom 16:45 – White collar 16:40 – Mr. Bean's Holiday. Film 2007 18:30 – Studio aperto 19:25 – CSI: NY 21:10 – Capodanno on ice 23:25 – Come tu mio vuoi. Film 2007 23:25 – Come tu mi vuoi. Film 2007 01:30 – Studio aperto 01:40 – Trasformat 03:30 – L'urlo di Chen terrorizza tutti i continenti. Film 1972 Rete 4 06:00 – TG4 Night news 06:50 – Zorro 07:10 – Fantaghiro. Film 1991 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Ieri e oggi in tv speciale 12:55 – Ho vinto la lotteria di Capodanno. Film 1989 15:00 – Il dottor Zivago. Film 1965 18:55 – Tg4 19:35 – Il segreto 20:05 - Centovetrine 20:35 – Tempesta d’amore 21:15 – Downtown Abbey 4 23:45 – Vento di passioni. Film 1994 02:30 – Incontrerai l'uomo dei tuo sogni. Film 2010 04:10 – Mediashopping 04:25 – Capodanno con Five.


www.maltarightnow.com

23

Il-Ħamis, 1 ta Jannar, 2015

TV/RADJU

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - The Amazing Race 12:00 - Glee 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 – Dallas 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Chicago Fire 19:45 – Suits 20:30 - Perception 21:15 – Supernatural 22:00 - Resurrection 23:00 - Game Of Thrones 00:00 - Chicago Fire 00:45 The Mentalist 01:30 - Rude Tube 02:00 - Whitney

Go Stars 07:25 - The Devil Wears Prada 09:15 - Monsters University 11:05 - Now You See Me 13:05 - Sherlock Holmes: A Game of Shadows 15:10 - Pacific Rim 17:20 Red 19:20 - The Grand Budapest Hotel 21:00 Downton Abbey Christmas Special 22:40 2 Guns 00:25 – A.C.O.D. 01:50 - Now You See Me 03:45 Monsters University 05:25 - Sherlock Holmes: A Game of Shadows 07:30 CLOSE

Mediaset Italia 07:05 - Avanti un altro! 07:55 Pomeriggio cinque 09:20 - Forum 10:45 - Finchè c’è ditta c’è speranza 11:01 Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 - Avanti un altro! 15:25 – Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 – Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 - Carabinieri 20:30 Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro! BBC Entertertainment 06:00 - Woolly & Tig 06:05 - Show Me Show Me 06:30 – Gigglebiz 06:45 Boogie Beebies 07:00 - Nina and the Neurons: In the Lab 07:15 - Woolly & Tig 07:20 - Show Me Show Me 07:45 – Gigglebiz 08:00 - Boogie Beebies 08:15 - The Weakest Link 09:00 - Edinburgh Military Tattoo 2010 10:00 – EastEnders 10:30 - Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 11:20 - My Family 11:50 The Weakest Link 12:35 - The Lady Vanishes 14:10 – EastEnders 14:40 Edinburgh Military Tattoo 2010 15:40 -

Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 16:35 - The Lady Vanishes 18:10 EastEnders 18:40 - Call the Midwife 19:30 - Call the Midwife 20:25 - Call the Midwife 21:15 - Call the Midwife 22:10 - Call the Midwife 23:00 - Call the Midwife 23:55 - Sherlock TCM 06:35 – The green berets 09:20 – The Alamo 12:35- The searchers 14:45 – Rio Lobo 16:55 – Rio Bravo 19:45 – Big Jake 22:00 – Nowhere to run 23:50 – The dead pool MGM Channel 06:05 - Movie 07:50 - Movie 09:30 Movie 11:20 – Movie 13:00 – Movie 15:50 - Movie 17:30 – Movie 19:00 Movie 20:35 – Movie 22:05 - Movie 23:40 - Movie

Diva Universal 06:00 - Agatha Christie’s Poirot 06:55 - Law & Order 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:33 - Great Women 09:50 JAG 10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:31 Kilokalorie 13:50 - JAG 14:50 Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:33 Great Women 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 Great Women 21:00 - Father Brown 22:00 - Father Brown 23:00 - Murder, She Wrote 23:53 - Murder, She Wrote

Discovery Channel 06:00 - How It’s Made 06:25 Auction Kings: Harley Bike; Lincoln Document 06:50 - Storage Hunters: Sound the Alarm 07:15 - Extreme Engineering: Transatlantic Tunnel 08:10 - Fast N’ Loud: Model A Madness 09:05 - Overhaulin’: Parts Guy 09:55 - Gold Rush: Twist of Fate 10:50 - Ice Cold Gold: David and Goliath 11:40 Wheeler Dealers: TVR Cerbera 12:35 Future Weapons: Search and Destroy 13:30 - James May’s Man Lab 14:25 Extreme Engineering: CityCenter, Las Vegas 15:20 - Extreme Engineering: Dallas Cowboys Stadium 16:15 Extreme Engineering: Navy Amphibious Warship 17:10 - Flip Men: Jacked by Thieves 17:40 - Storage Hunters: Sound the Alarm 18:05 - Auction Hunters:

Friends in Hawaii Places 18:35 Auction Kings: Harley Bike; Lincoln Document 19:00 - How Do They Do It?: Opal; Stunt Planes; Nougat 19:30 - How Do They Do It?: Chewing Gum; Fish Hooks; Legoland 20:00 - Baggage Battles: Breaking the Bank 20:30 Baggage Battles: Blast from the Past 21:00 - What’s in the Barn?: A Motorcycle Crime Story 21:30 - Garage Gold: One Pad to the Next: Frogs and a Two-Ton Discovery 22:00 - Salvage Hunters 23:00 - Dallas Car Sharks: Rolling the Dice 23:30 - Dallas Car Sharks: Seeing Red Discovery World 06:00 - Buena Vista Fishing Club 06:25 - Alps From Above 07:15 - Alps From Above 08:05 - Alps From Above 08:55 - Alps From Above 09:45 - Alps From Above 10:35 - Alps From Above 11:25 - Alps From Above 12:15 - Alps From Above 13:05 - Alps From Above 13:55 - Mystery Cars 14:20 - Mystery Cars 14:45 - Surviving the Cut 15:35 Surviving the Cut 16:25 - Surviving the Cut 17:20 - Skyscraper Live With Nik Wallenda 18:15 - Surviving the Cut 19:10 - Surviving the Cut 20:05 Skywire with Nik Wallenda 21:00 Skyscraper Live With Nik Wallenda 21:55 - Royal Inquest 22:50 - Real Gangs of New York 23:45 - Mystery Cars

National Geographic 06:00 - Miracle Landing on the Hudson 07:00 - Terror in the Skies: Nature Strikes Back 08:00 - Air Crash Investigation: Nightmare Runway 09:00 - Air Crash Investigation: Queens Catastrophe 10:00 - Terror in the Skies: Technical Meltdown 11:00 - Filthy Riches: All or Nothing 12:00 - Yukon Gold: Hard Days Night 13:00 - Yukon Gold: It’s Ours to Take 14:00 - Nordic Wild: At the Edge 15:00 - Wild Russia: Kamchatka 16:00 - Wild Russia: Siberia 17:00 - Vinnie Jones: Russia’s Toughest: Hunters 18:00 - Hasselhoff vs. The Berlin Wall 19:00 - Nazi Megastructures: Fortress Berlin 20:00 Highway Thru Hell: Cut in Half 21:00 Ultimate Airport Dubai: Missing Passenger 22:00 - Narco Bling 23:00 Russia’s Toughest Prison

Maratona ta’ ġbir ta’ fondi għad-Dar tal-Providenza - Net Television

07:00 09:00 12:30 15:00 16:00 17:15 18:00 18:05 19:30 20:00 00:00

NET News Maratona Dar tal-Providenza Movies in Concert Maratona Dar tal-Providenza Con Amore Maratona Dar tal-Providenza NET News Maratona Dar tal-Providenza NET News Maratona Dar tal-Providenza NET News

Sport fuq il-Cable

Fox Sports Europe 06:00 - MLB Whiparound 07:00 - NASCAR Race Hub 08:00 - PGA EuroPro Tour Golf 10:00 - MLB 162 10:30 - Major League Baseball 13:00 - MLB Whiparound 14:00 - NASCAR Race Hub 15:00 - Major League Baseball 17:30 - MLB Whiparound 18:30 - NASCAR Race Hub 19:30 – Speedmakers 20:30 - MLB Whiparound 21:30 - Live: Major League Baseball

GO sports 1 07:00 - Barclays Premier League - Week 20 - Hull City v Leicester City 09:00 - Aviva Premiership - Round 11 Harlequins v Northampton Saints 11:00 - Trans World Sport /1444 12:00 - Barclays Premier League - Week 20 - Stoke City v West Brom Albion 14:00 - Guinness Pro12 - Round 11 - Munster v Leinster LIVE 16:00 Barclays Premier League - Week 21 - Manchester City v Sunderland LIVE 18:00 Guinness Pro12 - Round 12 Connacht v Munster 20:00 Barclays Premier League -Week 21 - Aston Villa v Crystal Palace 22:00 Trans World Sport /1444 23:00 - Vincennes Horseracing 00:30 - Serie A - Round 16 - Inter v Lazio 02:30 - Premier League World/20 03:00 Barclays Premier League - Week 21 - West Ham Utd v West Brom Albion 05:00 - Ligue 1 Round 19 - Paris Saint-Germain v Montpellier Herault SC GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 08:30 - PGA European Tour Alfred Dunhill Links Championship - Day 3 12:35 - Premier League Sunday Review - Week 20 13:25 - Guinness Pro12 - Round 11 - Glasgow Warriors v Edinburgh 15:25 Premier League World/20 LIVE 16:00 - Barclays Premier League -Week 21 - Queens Park Rangers v Swansea City 18:00 - PGA European Tour Alfred Dunhill Links Championship - Day 4 23:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Tottenham H v Chelsea 01:00 - Guinness Pro12 - Round 12 - Connacht v Munster

03:00 - Serie A - Round 16 Fiorentina v Empoli 05:00 Barclays Premier League - Week 21 - Hull City v Everton

GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 10:30 - PGA European Tour Alfred Dunhill Links Championship - Day 3 14:35 - Premier League Sunday Review - Week 20 LIVE 16:00 Barclays Premier League - Week 21 - Aston Villa v Crystal Palace 18:00 - Guinness Pro12 - Round 11 - Glasgow Warriors v Edinburgh 20:00 - PGA European Tour - Alfred Dunhill Links Championship - Day 4 01:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Tottenham H v Chelsea 03:00 - Guinness Pro12 - Round 12 - Connacht v Munster 05:00 - Serie A Round 16 - Fiorentina v Empoli 07:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Hull City v Everton GO sports 2 12:35 - Premier League Match Pack - Week 21 13:05 Premier League Preview - Week 21 LIVE 13:45 - Barclays Premier League - Week 21 Stoke City v Manchester Utd LIVE 16:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Southampton v Arsenal LIVE 18:30 Barclays Premier League - Week 21 - Tottenham H v Chelsea 20:30 - Milan Channel GO sports 3 LIVE 16:00 - Barclays Premier League - Week 21 - West Ham Utd v West Brom Albion 18:00 - Inter Channel

GO sports 4 LIVE 16:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Hull City v Everton 18:00 - Juve Channel

GO sports 5 LIVE 16:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Liverpool v Leicester City 18:00 - LFC TV GO sports 6 LIVE 16:00 - Barclays Premier League - Week 21 - Newcastle Utd v Burnley 18:00 MUTV


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

2

IT-TEMP Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment birragħad u bis-silġ kultant VIŻIBBILTÀ Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita IR-RIĦ Ftit qawwi għal qawwi, lokalment qawwi ħafna millMajjistral it-Tramuntana li jsir moderat għal ftit qawwi. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad BAĦAR Qawwi lokalment qawwi ħafna IMBATT Baxx għal moderat mill-Grigal li jsir mill-Majjistral TEMPERATURA L-ogħla 7˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 13.4mm Xita mill-1 ta’ Settembru 288.8 IX-XEMX titla’ fis-07.12 u tinżel fil-16.57

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IL-ĦAMIS L-ogħla 11˚C L-inqas 4˚C

2

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 11˚C L-inqas 5˚C

2

UV

IS-SIBT L-ogħla 14˚C L-inqas 5˚C

2

UV

IL-ĦADD L-ogħla 14˚C L-inqas 11˚C

2

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:-

5. Lewn is-silġ (5) 6. Ħalla waħdu (5) 7. Ftit babbu imma kuxjen- zjuż (5) 10. Togħrok fejn jieklok (5) 11. Isem l-awur Grasso (5) 12. u 14. Argumentaw f’di- battitu (10) 14. Ara 12 16. Wera ruħu favur (5) 17. Iebsa ferm aktar minn sinna fil-ħalq (5) 18. Il-kulur moħbi għand Iris Farrugia? (5)

Weqfin:1. Ma jistax jinħall (6) 2. u 3. Ma trattax l-istess ma’ kulħadd (12) 3. Ara 2 4. Għodda b’żewġ ponot biex taqta’ l-ġebel (6) 8. Fuqha timtedd biex tistrieħ (5) 9. Uniti tal-Amerika (5) 12. Sar ma jiċċaqlaqx (6) 13. Ħa tisbita (6) 14. Imbeċilli (6) 15. Itterrorizzaw (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin:- 5. u 6. Iddeskriva; 7. Batta; 10. Rabat; 11. Aħjar; 12. Filep; 14. Żenqa; 16. Babbu; 17. Raħli; 18. Awtur. Weqfin:- 1. Misjur; 2. Assalt; 3. Xkatta; 4. Dawwar; 8. Abela; 9. Pjanu; 12. Fosfru; 13. Pjaċir; 14. Żeblaħ; 15. Awguri.o

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IT-TNEJN L-ogħla 15˚C L-inqas 11˚C

2

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn il-bliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienu: Malta 7˚C ftit imsaħħab, Alġeri 13˚C ftit imsaħħab, Amsterdam 8˚C ftit imsaħħab, Ateni 5˚C xita, Liżbona 9˚C xemxi, Berlin 3˚ imsaħħab, Brussell 6˚C ftit imsaħħab, il-Kajr 22˚C xemxi, Dublin 10˚C imsaħħab, Kopenħagen 7˚C xita, Frankfurt 2˚C imsaħħab, Milan 2˚C ftit imsaħħab, Istanbul 5˚C xita, Londra 6˚C sabiħ, Madrid 6˚C xemxi, Moska -9˚C borra, Pariġi 6˚C imsaħħab, Barċellona 12˚C xemxi, Ruma 3˚C xemxi, Tel Aviv 23˚C xemxi, Tripli NA, Tuneż 7˚C xita, Vjenna -5˚C ftit imsaħħab, Zurich -2˚C imċajpar, Munich -1˚C imsaħħab, St. Petersburg 2˚C xita

Tagħrif

Presepju għall-wiri

Se jkun għall-wiri presepju kbir maħdum mill-jablo u lġibs, bil-pasturi magħmulin fuq stil bibliku u bit-terrakotta. Ilpresepju fih effetti ta' dawl u ta' ilma. Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku f'134, Garage Redentur, Triq Ġilormu Cassar, il-Mosta, sal-4 ta' Jannar 2015. Il-ħinijiet huma: ġranet tax-xogħol bejn il5.30 p.m. u t-8.30 p.m., isSibtijiet mill-10.30 a.m. sa 12 p.m. u mill-5.30 p.m. sat-8.30 p.m. Fil-Ħdud u l-festi mill10.30 a.m. sa 12 p.m. u mit3.30 p.m. sat-8.30 p.m.

B'risq ir-restawr ta' pittura f'Ħal Lija 'Ħal Lija fi tfuliti' miktub minn Salvu Sammut hu ktieb ġdid ta' 352 paġna li ġie ppubblikat mill-Kunsill Lokali Ħal Lija u li l-qligħ mill-bejgħ tiegħu se jmur b'risq ir-restawr tal-pittura ta' Giuseppe Cali li żżejjen issaqaf tal-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija. L-awtur, illum pensjonant, twieled u għex dejjem f'Ħal Lija, u għaldaqstant illokalità jafha sew u għandu bosta x'jirrakkonta. Il-ktieb fih ukoll daħla mill-Professur Joe Friggieri, hu wkoll minn Ħal Lija.

Spiżeriji li se jiftħu llum

Il-Belt: Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika; Il-Ħamrun: The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp; Ħal Qormi: Brown's Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja; Birkirkara: St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied; Tal-Pietà: St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp; Pembroke: Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani; Tas-Sliema: Edward's Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech; Ħ'Attard: St.Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri; InNaxxar: Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad; Il-Qawra: Qawra Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar; Raħal Ġdid: De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antione De Paule; Il-Birgu: Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira; Marsaskala: San Tumas Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka; Il-Gudja: Gudja Pharmacy, 9, Triq San Ċiru; Iż-Żurrieq: Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon; Is-Siġġiewi: St. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa; Ir-Rabat: Ideal Pharmacy, 63, Triq ilKbira; Għawdex: Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kappuċċini, Victoria u


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Uffiċjali tal-Parlament jagħtu d-demm Appell biex aktar ħaddiema jimitaw dan il-ġest nobbli

L-Ispeaker tal-Kamra tadDeputati, Anġlu Farrugia kien preżenti għal għotja ta’ demm li saret minn numru ta’ uffiċjali li jaħdmu fil-Parlament ta’ Malta fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-

Demm fi Gwardamangia. Anġlu Farrugia appella biex iktar ħaddiema jingħaqdu fi gruppi u jersqu biex jagħtu ddemm fil-jiem li ġejjin fejn iddomanda preżenti tista’ faċil-

ment issir aktar akuta. Hu appella wkoll biex filwaqt li kulħadd għandu jieħu l-opportunita' li jiċċelebra f’dan iżżmien ta’ festi, għandha ssir attenzjoni f’dak li huwa kon-

sum ta’ alkoħol li hu l-kawża prinċipali ta’ inċidenti tat-traffiku li invarjabbilment tista’ twassal biex ir-riserva taddemm tkompli tonqos serjament.

25

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-uffiċjali ta’ din l-inizjattiva u qal li dan il-ġest iwassal għal sodisfazzjon personali, partikolarment f’dan iż-żmien ta’ festi u għoti ta’ xewqat sbieħ.


www.maltarightnow.com

26

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra

tal-banju u 99428000.

bitħa.

Ċemplu

AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.

Jekk se ssuq tixrobx


www.maltarightnow.com

SPORT

Is-sena sportiva lokali 2014 bir-ritratti

WATERPOLO – F’April it-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo rebaħ il-midalja tal-fidda fil-kampjonati tal-Commonwealth meta tilef 16-9 fil-finali kontra l-Ingilterra. It-tim immexxi minn Karl Izzo ta sodisfazzjon kbir lid-dilettanti Maltin b’serje ta’ prestazzjonijiet mill-aqwa, fejn rebaħ il-partiti kollha għajr il-finali.

FUTBOL – Valletta għamlu d-double fil-futbol lokali għall-ewwel darba wara 13-il sena meta rebħu l-Kampjonat wara sfida nteressanti ma’ B’Kara u rebħu wkoll l-FA Trophy meta fil-final għelbu lil Sliema Wanderers. Il-Karkariżi iżda pattew xi ftit għad-diżappunt tal-Kampjonat meta f’Awwissu rebħu s-Super Cup 2-1 kontra l-istess Valletta.

27

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

SNOOKER - Il-koppja Maltija Duncan Bezzina u Alex Borg rebħu lKampjonat Ewropew tat-Timijiet, f’Bucharest fir-Rumanija. Fil-finali rebħu 4-2 kontra l-Ingilterra. Kienet it-tielet darba fl-istorja li Malta rebħet dawn il-kampjonati wara s-suċċessi miskuba fl-2004 u fl-2005.

BLACKBALL - Claudio Cassar rebaħ il-Kampjonati Mondjali tal-Blackball Pool, f’Perth fl-Iskozja meta fil-finali għeleb lil Paul Bennet tal-Afrika ta’ Isfel 8-7. F’dawn il-kampjonati, ħadu sehem madwar 700 parteċipant.

REGATTA - Id-distrett tal-Marsa żamm ix-shield tar-Regatta tal-31 ta’ Marzu meta fil-Port il-Kbir għeleb l-isfida kbira ta’ Bormla bl-aħħar tiġrija tal-programm biex aċċerta mir-rebħ tal-unur tal-35 edizzjoni tar-Regatta b’4 punti biss vantaġġ fuq Bormla. Il-Marsa rebħu wkoll ix-Shield fiż-żewġ kategoriji tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.

BOWLING - Sue Abela ir-reġina tal-bowling Malti, din is-sena reġa’ kellha wirjiet mill-aqwa fejn mhux biss rebħet it-titlu Nazzjonali imma kellha wirjiet pożittivi fiċ-Champions Cup Ewropeja. Abela flimkien ma’ Joanna Attard rebħu l-midalja tad-deheb u tal-bronż rispettivament fil-kategorija tas-singles tan-nisa waqt il-kampjonati talMediterran f’Ġibilta`.


28

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

Is-sena sportiva lokali 2014 bir-ritratti

BODYBUILDING - Blanche Coppola u Ralph Decelis rebħu l-midalja tad-deheb fil-Mixed Pairs fil-Kampjonati tad-dinja tal-IFBB li saru fil-Kanada. Il-koppja Maltija għelbet sfida qawwija ta’ koppji minn diversi pajjiżi fosthom l-Ukrajna, l-Ġermanja u l-Kanada. Coppola u Decelis kienu diġa’ champions Ewropej fl-2011 fl-istess kategorija.

www.maltarightnow.com

SPORT

POWERBOAT – Aaron Ciantar fuq il-Powerboat Chaudron rebaħ għar-raba’ darba t-titlu tad-Dinja tal-Powerboats fil-Klassi V1 organizzat mill-UIM. Is-suċċess wasal fl-aħħar tiġrija fl-Emirati wara li kien diġà nkurunat Champion tal-Ewropa.

WATERPOLO – Neptunes Grimaldi rebħu l-kampjonat tal-Waterpolo għat-23 darba fl-istorja tagħhom b’vantaġġ qawwi fuq l-eqreb rivali Sliema. Kienet il-ħames darba (rekord) konsekuttiva li Neptunes rebħu dan ilkampjonat.

FUTBOL – Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, Malta organizzat ilfinali tal-Kampjonati Ewropej tal-UEFA U/17 li saru f’Mejju. It-tim Malti bħala organizzatur ħa sehem għall-ewwel darba fil-finali fejn ġarrab tliet telfiet, 3-0 kontra l-Ingilterra, 5-2 kontra l-Olanda u 4-0 kontra tTurkija. L-Ingilterra rebħu t-turnament 4-1 bil-penalties kontra l-Olanda wara draw 1-1.

IBBURDJAR – Il-jott Artie immexxi minn Lee Satariano u l-ekwipaġġ tiegħu rebaħ il- 35 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Din is-sena ħadu sehem rekord ta’ 122 jott minn 24 pajjiż. Artie temm it-tiġrija ta’ 606 mili nawtiċi f’erbat’ijiem 13-il siegħa, 35 minuta u 5 sekondi. Kienet it-tieni darba li dan ikl-jott rebaħ din it-tiġrija.


www.maltarightnow.com

SPORT

Ħarsa lejn l-avvenimenti internazzjonali matul l-2015 L-2015 se tkun sena li matulha se jsiru t-Tazza tad-Dinja tannisa tal-futbol fil-Kanada, itTazza Afrikana fil-Guinea Ekwatorjali, it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby u l-ewwel edizzjoni tal-Logħob Ewropew f’Baku. Se tjkun is-sena wkoll li fiha se ssir il-Copa America li hu l-kampjonat tan-nazzjonijiet talAmerika t’Isfel bil-finali ssir fl-4 ta’ Lulju f’Santiago fiċ-Ċile. Dan minbarra avvenimenti annwali bħalma huma tlielaq talFormula 1, Tennis, ċikliżmu u atletika fost l-oħrajn. Din hi ħarsa ħafifa lejn l-avvenimenti prinċipali.

JANNAR 2015 3-11: Kampjonati tad-Dinja tad-Darts, Lakeside 9-25: Boċċi – Kampjonati tadDinja Indoor, Great Yarmouth 11-18: Snooker - Masters, Alexandra Palace, Londra 17-8 Frar: Futboll – Tazza Afrikana, Guinea Ekwatorjali 19-1 Frar: Tennis - Australian Open, Melbourne 19-20: Futbol - League Cup S/F I leg 24-27: Futbol - FA Cup IV Rd 25: Atletika - Indoor international, Glasgow 26-27: Futbol - League Cup S/F II Leg

FRAR 1: American Futbol - Super Bowl XLIX, Glendale, Arizona 2: Futbol – Jagħlaq is-suq tattrasferimenti 6: Six Nations - Wales v Ingilterra 8: Futbol – Finali tat-Tazza Afrikana 17-18: Futbol - Champions League l-aħħar 16 I Leg 18-22: Ċikliżmu - Track Kampjonati tad-Dinja, Franza 19: Futbol - Europa League laħħar 32 I Leg 26: Europa League l-aħħar 32 II Leg 24-25: Champions League laħħar16 I Leg

MARZU 1: Futbol - League Cup final, Wembley 6-8: Atletika - Ewropej Indoor, Praga, Rep. Ċeka 10-13: Żwiemel - Cheltenham Festival (Gold Cup) 10-11: Futbol - Champions League l-aħħar 16 II Leg 12: Europa League l-aħħar 16 I leg 13-15: Short track skating Kampjonati tad-Dinja, Moska 15: F1 - Grand Prix, tal-

29

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

Awstralja, Melbourne 17-18: Futbol - Champions League l-aħħar 16 II Leg 19: Futbol - Europa League laħħar 16 II Leg 22: Futbol - Johnstone’s Paint Trophy final, Wembley 28: Atletika - World CrossCountry, Guiyang, Ċina 28: Żwiemel - Dubai World Cup, Meydan 29: F1 - Grand Prix talMalasja, Kuala Lumpur

APRIL 5: Futbol - Scottish Cup final 9-11: Grand National Meeting, Aintree 12: F1 - Grand Prix taċ-Ċina, Shanghai 13-19: Ġinnastika - European Artistic Championships, Montpellier 14-15: Futbol - Champions League K/F I Leg 16: Futbol - Europa League K/F I Leg 18-19: Futbol - FA Cup S/F, Wembley 18-4 Mejju: World Snooker Championship, Sheffield 19: F1 - Grand Prix Bahrain, Sakhir 21-22: Futbol - Champions League K/F II Leg 23: Futbol - Europa League K/F II Leg 26: Atletika – Maratona ta’ Londra 26-3 Mejju: Table tennis Kampjonati tad-Dinja, Suzhou, Ċina

MEJJU 2-3: Atletika - World Relay Championships, Bahamas 3: F1 - Grand Prix tal-Korea 5-6: Futbol - Champions League S/F I Leg 7: Futbol - Europa League S/F I Leg 9: Atletika – Jibda l-istaġun tad-Diamond League f’Doha 9-31: Ċikliżmu - Giro d’Italia 10: F1 - Grand Prix ta’ Spanja, Barċellona 12-13: Futbol - Champions League S/F II Leg 14: Futbol - Europa League S/F II Leg 24: F1 - Grand Prix ta’ Monaco, Monte Carlo 24: Futbol – Jintemm ilPremier Ingliż 25-7 Ġunju: Tennis - French Open, Roland Garros, Pariġi 27: Futbol - Europa League final, Varsavja 29-31: Qdif – Kampjnati Ewropej, Polonja 30: Futbol - FA Cup final, Wembley

Din is-sena se ssir ukoll il-Copa America

ĠUNJU

6: Futbol - Champions League final, Berlin 6-5 Lulju: Futbol – Tazza tadDinja tan-nisa, Kanada 7: F1 - Grand Prix tal-Kanada, Montreal 7: Atletika - Diamond League, Birmingham 11-4 Lulju: Futbol - Copa America, Ċile 12-28: Logħob Ewropew, f’Baku, Ażerbajġan 17-30: Futbol - UEFA Under21, Rep. Ċeka 21: F1 - Grand Prix Awstrija, Spielberg 26-5 Lulju: Beach volleyball Kampjonati tad-Dinja, Olanda 28-6 Lulju: Modern Pentathlon - Kampjonati tad-Dinja, Berlin 29-12 Lulju: Tennis Wimbledon, London LULJU 4: Copa America final, Santiago 4-26: Ċikliżmu - Tour de France 5: F1 - Grand Prix Ingilterra, Silverstone 5: Futbol – final tat-tad-dinja tan-nisa, Vancouver 13-19: Għawm IPC Kampjonati tad-Dinja, Glasgow 19: F1 - Grand Prix Ġermanja 24-25: Atletika - Diamond League, Londra 24-9 Sett: Għawm u diving Kampjonati tad-Dinja, Kazan, Russja 26: F1 - Grand Prix Ungerija, Budapest

AWWISSU 8-9: Futbol – Jibda l-Premier

League 10-16: Badminton Kampjonati tad-Dinja, Jakarta, Indoneżja 11: Futbol - Uefa Super Cup, Tbilisi 21-25: Ċikliżmu - BMX Kampjonati tad-Dinja, Zolder, Belġju 21-30: Hockey - EuroHockey Championships, Ingilterra 22-30: Atletika - Kampjonati tad-Dinja, Beijing 22-13 Sett: Ċikliżmu - Vuelta a Espana 23: F1 - Grand Prix tal-Belġju, Spa-Francorchamps 25-30: World Judo Championships, Astana, Kazakhstan 31: Futbol – Jagħlaq is-suq tattrasferimenti 31-13 Sett: Tennis - US Open, Flushing Meadows, New York

SETTEMBRU 1-6: Ċikliżmu - Mountain Bike Kampjonati tad-Dinja, Andorra 6: F1 - Grand Prix Italja, Monza 7-15: Lotta - Kampjonati tadDinja, Las Vegas 15-20: Triathlon - Grand Finals u Kampjonati tad-Dinja, Chicago 16-23: Taekwondo Kampjonati tad-Dinja, Chelyabinsk, Russja 18-20: Tennis - Davis Cup semi-finals 18-31 Ott: Rugby World Cup, Ingilterra 19-27: Ċikliżmu - Kampjonati tad-Dinja fit-triq, Richmond, USA 20: F1 - Grand Prix Singapore, Singapore

27: F1 - Grand Prix talĠappun, Suzuka

OTTUBRU 4: Żwiemel - Prix de l’Arc de Triomphe, Longchamp 5-18: Boxing - Kampjonati tad-Dinja Amateur, Doha, Qatar 11: F1 - Grand Prix Russja, Sochi 22-31: Atletika - IPC Kampjonati tad-Dinja, Doha, Qatar 25: F1 - Grand Prix Stati Uniti, Austin 26-1 Nov: Tennis - WTA Championships, Singapore

NOVEMBRU 1: F1 - Grand Prix Messiku, Mexico City 3: Żwiemel - Melbourne Cup, Flemington 9-15: Tennis - Fed Cup final 8-16: Weightlifting Kampjonati tad-Dinja, Almaty, Kazakhstan 12-14: Futbol - Euro 2016 play-offs I leg 15: F1 - Grand Prix talBrażil, Sao Paulo 15-17: Futbol - Euro 2016 play-offs II Leg 16-22: Tennis - ATP World Tour Finals, Londra 27-29: Tennis - Davis Cup final 29: F1 - Grand Prix Abu Dhabi, Yas Marina

DIĊEMBRU 9-13: Badminton - World Superseries finals, Dubaj 12: Futbol – Poloz tal-Euro 2016


www.maltarightnow.com

30

il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

SPORT

L-erbgħa ta’ fuq jippruvaw jirritornaw għar-rebħ FUTBOL FIR-RENJU UNIT

Hekk kif, illum, tibda sena ġdida, it-timijiet li qed jokkupaw l-ewwel erba’ postijiet filPremiership Ingliż se jippruvaw jirritornaw għar-rebħ wara għeluq tal-2014 mill-aktar impenjattiv. Dan wara li, nhar ilĦadd, il-liders Chelsew ġew draw 1-1 kontra Southampton, b’Manchester City ifallu żewġ punti fid-draw (2-2) kontra Burnley u b’Manchester United jispiċċaw miżmuma minn Tottenham (0-0) f’White Hart Lane. Chelsea, nhar il-Ħadd, lagħbu ftit qabel l-isfidanti diretti u wara d-draw ma’ Southampton kulħadd ħaseb li ċ-champions, Man City, kienu se japprofittaw għall-ispejjeż ta’ Burnley; it-tim li qed jokkupa l-post ta’ qabel talaħħar fil-klassifika. Iżda meta kulħadd ħaseb li ddistakk bejn Chelsea u City kellu jinżel għal punt – u wara li sCitizens skurjaw darbtejn fi spazju ta’ 10 minuti – Burnley wettqu rimonta inkredibbli u rnexxielhom isalvaw punt b’wirja mill-aktar qalbiena fit-tieni 45 minuta. Fil-logħba ta’ White Hart Lane bejn Man Utd u Tottenham, irRed Devils tilfu ħafna mir-ritmu li urew fl-ewwel taqsima (meta għamlu minn kollox ħlief skurjaw) u fejn, fl-aħħarnett, kellhom jadottaw logħba prudenti biex jaċċertaw mill-punt diffiċli. Ilmanager tagħhom, Louis Van Gaal, sostna li t-tim qed iħoss lgħejja wara ħafna logħob f’xulxin, b’United, fil-preżent, qed jokkupaw it-tielet post filPremiership, bi tliet punti vantaġġ fuq Southampton. Illum Man Utd ikunu l-ewwel fl-azzjoni hekk kif jilagħbu barra

Il-Programm Premiership Ingliż Stoke v Man Utd A.Villa v C.Palace Hull v Everton Liverpool v Leicester Man City v Sunderland Newcastle v Burnley QPR v Swansea Southampton v Arsenal West Ham v West Brom Tottenham v Chelsea

(13.45) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (16.00) (18.30)

minn darhom kontra Stoke filwaqt li Man City jilagħbu għal darba oħra fl-Etihad Stadium, din id-darba kontra Sunderland. Southampton jilqgħu lil Arsenal f’St Mary’s Stadium filwaqt li Chelsea jkunu l-aħħar fl-azzjoni meta jilagħbu barra minn darhom kontra Tottenham. Wieħed jista’ jqis il-konfront bejn Southampton u l-Gunners bħala sfida diretta fil-ġlieda għat’Top Four’, meta ż-żewġ tims għandhom 33 punt. Arsenal, sadanittant, qegħdin juru forma tajbna u ġejjin minn rebħa, 2-1, barra minn darhom kontra West Ham Utd. Chelsea se jkollhom biċċa xogħol kemmxejn iebsa biex joħorġu minn White Hart Lane bit-tliet punti, bis-Spurs jiksbu tliet rebħiet u draw mill-aħħar erba’ impenji fil-kampjonat. Flaħħar ġimgħat it-tim ta’ Pochettino wera titjib konsiderevoli u għandu żewġ plejers miċidjali ferm fi Christian Eriksen u Harry Kane, madankollu, Chelsea se jagħmlu minn kollox biex jissuperaw lil Tottenham ( li magħhom għandhom rekord tajjeb ħafna) biex ipattu għaż-żewġ punti mitlufa ma’ Southampton.

Qabel id-draw ta’ nhar il-Ħadd f’St Mary’s, Chelsea kienu rebħu tliet partiti wara xulxin, u l-fatt li l-Blues għadhom liders talPremiership hu partikolarment sinifikanti. Dan għaliex ħarsa lejn l-istatistika turi li meta t-timijiet ta’ Jose Mourinho jkunu flewwel post fil-Milied, huma, eventwalment jispiċċaw biex jirbħu l-kampjonat. Mourinho ilu 12-il sena bħala kowċ, u, f’sebgħa minnhom, ittimijiet li mexxa kienu l-ewwel fil-klassifika għal dawn iżżmenijiet u dejjem spiċċaw biex rebħu l-kampjonati rispettivi. Filwaqt li fadal ħafna għal tmiem il-kampjonat, dawn is-sekwenzi pożittivi jindikaw il-konsistenza li hi element kruċjali ferm f’league diffiċli bħallPremiership. Tottenham qed jittamaw li jagħtu t-tieni telfa tal-istaġun lil Chelsea, li, minbarra li huma laktar tim li skorja gowls (41) huma wkoll l-aktar tim b’rekord difensiv tajjeb u fejn sofrew 14-il gowl biss f’19-il logħba. Southampton huma t-tieni tim li sofrew l-anqas gowls (15). Manchester City qed jittamaw li jwettqu reazzjoni wara ddiżappunt ma’ Burnley u fejn għamlu kważi l-impossibbli meta rmew vantaġġ ta’ żewġ gowls. Is-Citizens, issa, jikkonfrontaw lil Sunderland, u mill-ġdid huma favoriti għall-punti. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Sunderland ġew draw, 0-0, barra minn darhom kontra Aston Villa u jinsabu fl14-il post tal-klassifika. Man City bħalissa jinsabu tliet punti taħt Chelsea u t-tim ta’ Manuel Pellegrini irid jegħleb lil Gus Poyet u sħabu biex iwettaq pressjoni akbar fuq il-Blues li

Kontra kull mistenni, fl-aħħar ħarġa tagħhom Man City ġew miżmuma draw 2-2 kontra Burnley.

jinżlu għall-konfront ma’ Spurs dritt wara li tintemm il-logħba flEtihad Stadium. Wara r-rebħa kontra West Ham, Arsenal imorru għand Southampton għall-aktar logħba li tispikka f’dan il-programm. IsSaints qed ikollhom kampjonat tajjeb iżda sabuha diffiċli kontra t-timijiet protagonisti bħal Man City u Man Utd, fejn, fuq kollox, deher in-nuqqas ta’ esperjenza f’dan il-livell. Għaldaqstant, l-impenn malGunners għandu jkun prova importanti għall-iskwadra relattivament żgħażugħa ta’ Ronald Koeman, li, bir-raġun, qed titqies bħala waħda mis-sorpriżi tal-istaġun. Is-Saints irkupraw minn sensiela ta’ telfiet b’rebħiet fuq Everton u Crystal Palace u waqt li ħadu punt lil Chelsea, huma kienu mfaħħra wkoll

Il-Ġappun kapaċi jiddefendu t-titlu FUTBOL - TAZZA TAL-ASJA

Il-kowċ tat-tim nazzjonali talĠappun, Javier Aguirre, sostna li l-plejers tiegħu għandhom ‘l-elementi kollha meħtieġa’ biex jiddefendu t-Tazza tal-Asja li tibda ftit ġimgħat oħra fl-Awstralja. Il-kummenti ta’ Aguirre jindikaw l-ispirtu ġdid ta’ għaqda u ottimiżmu fl-iskwadra tiegħu, meta l-Ġappun, bħala l-holders tat-tazza, jiftħu l-impenji f’din ilkompetezzjoni b’konfront kontra l-Palestina, fi Newcastle, fit-12 ta’ Jannar. Is-siparju jiftaħ fuq it-Tazza talAsja fid-9 ta’ Jannar u għalkemm Aguirre qed ikun investigat b’rabta mat-tbagħbis tal-logħob fil-La

Liga ta’ Spanja (meta kien għadu l-kowċ ta’ Real Zaragoza) ilMessikan ċaħad li l-allegazzjonijiet fihom xi sustanza. Fl-istess ħin, dan il-kowċ ta’ 56 sena insista li l-plejers Ġappuniżi m’humiex jinkwetaw dwar is-sitwazzjoni tiegħu meta qed jippreparaw biex jiddefendu t-titlu ta’ Champions Asjatiċi. Skont Aguirre, l-iskwadra talĠappun ( li kienet ikkonfermata fil-15 ta’ Diċembru) m’għandha lebda skuża biex ma tikkonvinċix f‘din il-kompetizzjoni. Wara llogħba mal-Palestina, ilĠappuniżi jikkonfrontaw lill-Iraq fi Brisbane, fis-16 ta’ Jannar u lill-

Ġordan, f’Melbourne, erbat ijiem wara. Fl-2011, il-Ġappun kienu għelbu lill-Awstralja, 1-0, fil-finali tatTazza tal-Asja li saret fil-Qatar, b’din il-logħba tmur għall-ħin barrani. Din kienet ir-raba’ darba li lĠappuniżi rebħu l-unur, b’Aguirre, issa, isostni li liskwadra preżenti ‘għandha l-kredenzjali kollha biex tiddefendi ttitlu’. Il-Messikan ilu biss minn Lulju fit-tmun tat-tim nazzjonali, u wara li l-Ġappun qatgħu figura ħażina waqt il-logħob tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil, fejn sabu x-xibka darbtejn biss biex spiċċaw l-aħħar

għall-wirja pożittiva tagħhom f’kull dipartiment tal-ground. Min-naħa tagħhom, Arsenal sofrew tmien gowls aktar minn Southampton sa din il-fażi talistaġun u fejn skurjaw erbgħa aktar mis-Saints. Newcastle United se jikkonfrontaw lil Burnley f’St James Park mingħajr is-servizzi talprolifiku Papiss Cisse li spiċċa sospiż tliet logħbiet wara li aċċetta l-akkuża tal-FA Ingliża rigward l-aġir vjolenti tiegħu flaħħar logħba ma’ Everton. F’dik il-logħba, Cisse kien da daqqa bil-minkeb lid-difensur ta’ Everton, Seamus Coleman, u minbarra l-konfront tallum, lattakkant Senegaliż se jitlef illogħba tal-FA Cup ma’ Leicester minbarra l-konfront tal-Premier League ma’ Chelsea, fl-10 ta’ Jannar.

- Javier Aguirre

fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni. Madankollu, il-Ġappuniżi urew titjib notevoli taħt Aguirre fejn rebħu erba’ logħbiet ta’ ħbiberija u tilfu tnejn – kontra l-Urugwaj u lBrażil. Il-Ġappun ippreparaw għal din l-edizzjoni tat-Tazza tal-Asja b’rebħa tennistika, 6-0, fuq ilHonduras waqt li impressjonaw ukoll fir-rebħa, 2-1, malAwstralja. Fil-fatt, il-Ġappuniżi ilhom minn Marzu tal-2013 ma jitilfu kontra avversarju mill-istess kontinent, b’Aguirre itenni li t-tim tiegħu, ‘bir-raġun’ qed jaħseb biex jirbaħ it-Tazza tal-Asja għat-tieni darba konsekuttiva.

‘Dan żgur mhux se jkun faċli, iżda waqt li se nikkompetu ma’ diversi timijiet b’saħħithom, irridu nirbħu mill-ġdid u għandha lkwalitajiet biex nirrealizzaw lambizzjonijiet tagħna’, qal Aguirre. Madankollu, il-Ġappun żgur se jħossu t-telfa ta’ Atsuto Uchida, li jilgħab ma’ Schalke 04 filBundesliga u li rtira mit-tim nazzjonali biex ikun jista’ jirkupra minn injury fit-tul f’irkopptu. Fil-fatt, Aguirre ammetta li mhux faċli li jsibu sostitut ideali għal dan id-difensur ta’ 26 sena u li fissru bħala ‘plejer importanti ħafna’ għall-Ġappun.


www.maltarightnow.com

31

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

SPORT

Noel Coleiro kien oriġinarjament sospiż għal sitt xhur

Arturo di Napoli (xellug) inħatar bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Vittoriosa

TRASFERIMENTI LOKALI

Arturo di Napoli kowċ ġdid ta’ Vittoriosa Matthew Mamo Kif kien mistenni, Arturo di Napoli inħatar bħala l-kowċ ilġdid ta’ Vittoriosa Stars wara li ffirma l-kuntratt tiegħu malklabb u mexxa l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ. Di Napoli għandu 40 sena, u matul il-karriera lagħab għal diversi klabbs, ewlenija fosthom Napoli, Inter u Palermo. Wara li rtira, hu mexxa lil Rieti, Riccione u Savona bħala kowċ. Terence Agius jiffirma ma’ Balzan Terence Agius, plejer ta’ 20 sena iffirma ma’ Balzan. Għal Balzan dan hu t-tieni akkwist fi

EURO 2016

ftit jiem, wara li akkwistaw ukoll lill-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta.

Yenz Cini jingħaqad ma’ Gudja United Il-gowlkiper ta’ Valletta u tattim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Yenz Cini laħaq ftehim ma’ Gudja United u ffirma kuntratt i sa tmiem dan l-istaġun. Gudja hu wieħed mit-timijiet li qed jaspira għal promozzjoni għall-Kampjonat Premier flaħħar ta’ dan l-istaġun, tant li filjiem li għaddew akkwistaw ukoll lill-attakkant Brażiljan Joselito Dos Reis li fil-passat lagħab għal

Jittama li l-Ingliżi jkunu fost l-isfidanti ewlenin Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Roy Hodgson qal li jittama li t-tim ikun fosti l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Euro 2016. Din is-sena l-Ingilterra iddiżappuntaw bil-kbir meta sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja u lanqas rebħu partita. Wara tmiem itTazza tad-Dinja t-tim Ingliż deher li irkupra kemmxejn u rebaħ is-sitt partiti li lagħab u bħalissa qed jokkupaw l-ewwel post fil-grupp rispettiv tagħhom mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Wara erba’ partiti minn dan irrawnd l-Ingliżi għandhom punti massimi u l-logħba li jmisshom hi f’Marzu kontra l-Litwanja. Minbarra r-rebħiet li kisbu filfażi preliminari tal-Euro 2016 lIngliżi rebħu wkoll partiti ta’ ħbiberija kontra n-Norveġja u l-

Iskozja. “Ħerqan ħafna biex nikkwalifikaw malajr kemm jista’ jkun għall-fażi finali. Irrid ngħin lillplejers biex ikomplu mexjin fiddirezzjoni li qegħdin fiha. Lgħan tagħna hu li fi tmiem issena li ġejja nkunu tim aħjar minn dak li aħna bħalissa biex eventwalment, inkunu sfidanti ewlenin waqt il-Kampjonati Ewropej tal-2016,” qal Hodgson. Lejn l-aħħar ta’ Jannar Hodgson se jkollu laqgħa malplejers biex flimkien iħejju għal logħba kontra l-Litwanja. Dan it-tip ta’ ftehim li hemm bejn l-FA Ingliża u Hodgson hu simili għal dak li għandu l-kowċ tal-Italja Antonio Conte malklabbs Taljani. It-tim Taljan se jkun qed iħejji għal logħba ta’ Marzu kontra l-Bulgarija.

Birkirkara u Balzan.

Interessati fid-difensur Mazzetti Bħalissa għaddejja taqtigħa bejn Birkirkara u Floriana għallakkwist tad-difensur Arġentin ta’ Qormi Mauricio Mazzetti. Il-President ta’ Qormi Redino Apap fuq il-programm ‘Replay Ikompli’ ħabbar li kienu tnejn ilklabbs li wrew interess f’dan ilplejer u li l-klabb kien lest ibiegħu jekk l-offerta tkun waħda interessanti. Mazzetti, li għandu 28 sena, hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri barranin filkampjonat Malti bħalissa.

DIXXIPLINA

Titneħħa s-sospensjoni ta’ Noel Coleiro

Il-bieraħ ħarġet l-aħbar li ssospensjoni ta’ sitt xhur li kien ingħata l-kowċ ta’ Pietà Hotspur Noel Coleiro mill-Bord tadDixxiplina tal-MFA, tneħħiet. Coleiro kien ġie sospiż fid-19 ta Diċembru wara li fit-13 ta’ Diċembru, fi tmiem il-logħba kontra Floriana, kien hemm argument bejnu u bejn il-plejer ta’ Floriana Steve Pisani. Coleiro kien ittella’ quddiem il-Bord tad-Dixxiplina minħabba li allegatament ta daqqa ta’ ras lil Pisani. L-inċident eskala tant li kellhom jintervjenu l-Pulizija biex tiġi kkalmata s-sitwazzjoni. L-appell quddiem il-Bord talAppell tal-MFA fejn xehedu Coleiro innifsu, Pamela

Schembri, li kienet id-delegat tal-MFA għal dik il-partita kif ukoll Dione Borg, Segretarju ta’ Floriana. Minn naħa tiegħu Borg qal li Pisani ma kellu l-ebda ġrieħi u ma kellu l-ebda bżonn ta’ intervent minn xi tabib wara l-inċident. Għal Pieta deher lAvukat Anthony Galea. L-appell instema’ quddiem lAvukat Ronald Cuschieri. Ġie deċiż li s-sospensjoni titneħħa imma Coleiro ġie immultat is-somma ta’ 40 ewro. Coleiro issa se jkun jista’ jmexxi lit-tim tiegħu minn fuq il-bank nhar il-Ħadd li ġej fillogħba mill-Kampjonat BOV Premier kontra Sliema Wanderers.

TAZZA AFRIKANA

L-ebda sorpriża fl-iskwadra tal-Ivory Coast

Il-kowċ tal-Ivory Coast Herve Renard sejjaħ lill-attakkant ta’ Roma Gervinho biex jifforma parti mill-iskwadra li se tikkompeti fit-Tazza tanNazzjonijiet Afrikani filwaqt li Didier Zokora li jilgħab malklabb Tork ta’ Akhisar Belediyespor, tħalla barra. Id-difensur ta’ Liverpool Kolo Toure, li hu parti mill-

FORMULA 1

iskwadra finali se jkun qed jigħab għall-aħħar darba malIvory Coast wara li dan, ftit xhur ilu kien żvela li se jirtira minn mat-tim nazzjonali la darba tintemm it-Tazza Afrikana. L-Ivory Coast se jkunu mingħajr l-attakkant ta’ Chelsea Didier Drogba li kien irtira minn mat-tim wara li intemmet

it-Tazza tad-Dinja. Il-kompetizzjoni li se ssir filGuinea se tibda fis-17 ta’ Jannar u tintemm fit-8 ta’ Frar. L-Ivory Coast, li qegħdin fi Grupp D se jibdew l-impenji tagħhom bil-logħba kontra lGuinea filwaqt li jilagħbu wkoll kontra l-Mali u l-Kamerun. L-aħħar darba li l-Ivory Coast rebħu dan it-titlu kien fl-1992.

Bianchi jibda proċess ta’ rijabilitazzjoni

Is-sewwieq tal-Marussia Jules Bianchi beda proċess ta’ rijabilitazzjoni, xahrejn wara li weġġa’ serjament f’ħabta li kellu waqt ilGrand Prix tal-Ġappun. Bianchi kien sofra ġrieħi gravi f’rasu u spiċċa f’koma meta baqà dieħel

fi crane li kien qed ineħħi karozza oħra li kienet ħarġet miċ-ċirkwit. Jiem wara l-inċident Bianchi ittieħed Franza fil-belt ta’ Nice fejn hemmek beda jirkupra u ġimgħat wara l-inċident beda

jieħu n-nifs mingħajr għajnuna tal-magni. Fi stqarrija li għamlu l-familja tiegħu qalu li filwaqt li l-kundizzjoni ta’ Bianchi għadha l-istess, dan beda programm ta’ rijabilitazzjoni.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 1 ta’ Jannar, 2015

LOKALI

3,500 flixkun – it-teżor ta’ Victor Gauci li bih jgħin lill-oħrajn Victor Gauci jitkellem ma’ ġurnalist ta’ ‘In-Nazzjon’ qrib it-‘teżor’ tiegħu – kollezzjoni kbira ta’ fliexken ta’ kull tip u għamla

Matthew Mamo

Tlett elef u ħames mitt flixkun: kull forma, għamla, kulur jew daqs. Tal-fwieħa jew inkella tax-xorb. Din hi d-dinja ġdida li dħalt fiha hekk kif Victor Gauci fetaħli l-bieb talpropjetà tiegħu fil-Mosta. Iddur fejn iddur, xkafef mimlija fliexken u iktar fliexken – kollha għall-wiri b’risq Puttinu Cares. Victor Gauci ilu jġemma’ lfliexken għall-aħħar ħmistax-il sena. U minkejja fliexken ta’ kull xorta, iqis l-iżgħar flixkun li għandu fil-kollezzjoni bħala l-iktar wieħed għal qalbu. Minbarra li n-nies iġibulu iżjed fliexken, illum il-ġurnata Victor sar jaqla’ l-fliexken bħala rigali. Imma jiftakar b’diżappunt kif darba ħallewlu basket

bil-fliexken u xi ħadd qabad u ħadhulu minn wara l-bieb. “Kien hemm mara qaltli li ħallietli xi fliexken, imma quddiem il-bieb ma sibt xejn. Jiddispjaċini mhux għax kellhom xi valur partikolari, imma għax probabbli kien hemm xi wħud b’għamla li ma kellix u li probabbli qatt mhu se jkolli bħalhom,” qalilna b’dispjaċir Victor. L-appell tiegħu hu propju biex iktar nies jgħaddulu lfliexken biex ikompli jżid ilkollezzjoni, imma fuq kollox biex permezz ta’ dan il-passatemp ħelu jgħin lil Puttinu, minkejja li m’għadx fadallu post fejn ipoġġihom. “Imma xorta waħda nappella lin-nies jgħadduli iżjed fliexken biex bihom ngħin lil ħaddieħor, ngħin lil Puttinu Cares.”

Minkejja li ma fadallux iktar spazju fejn ipoġġihom, Victor jibqa’ jappella lin-nies biex jgħaddulu iktar fliexken biex permezz tagħhom jgħin lil Puttinu Cares


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.