In-Nazzjon 2 ta' Diċembru 2014

Page 1

Nru 13,915

It-Tlieta, 2 ta‘ Diċembru, 2014

Differenza ċara bejn iż-żewġ mexxejja

€0.80

www.maltarightnow.com

F’dibattitu televiżiv bejn ilPrim Ministru Joseph Muscat u lKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, waqt il-programm ‘Reporter’ fuq il-PBS, immexxi minn Saviour Balzan, spikkat iddifferenza kbira bejn iż-żewġ mexxejja, fejn Simon Busuttil deher onest u pożittiv waqt li Joseph Muscat kien difensiv u bla pożizzjoni. Joseph Muscat qal li hu l-aktar persuna irrabjata f’Malta minħabba l-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia u li wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni hu ħatar bord ta’ inkjesta. L-iskop ta’ dan il-bord hu li jinkixfu lfatti kollha, inkluż min żgwida lilu, sostna l-Prim Ministru. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li lPrim Ministru kien elett biex jerfa’ r-responsabbiltà politika u għalhekk in-nies llum qed jistaqsu u għandhom dubi serji dwar kemm jistgħu jemmnuh. In-nies

Il-mistoqsijiet dwar il-każ Manwel Mallia jkomplu

Ara paġna 3

(Ritratt: Ray Attard)

Dibattitu waqt il-programm ‘Reporter’: Simon Busuttil onest u pożittiv, Joseph Muscat difensiv u bla pożizzjoni

mhux jitkellmu dwar il-baġit iżda qed jistaqsu jistgħux jemmnu lillPrim Ministru, li diġà nqabad jigdeb fuq il-power station. Il-Kap tal-PN spjega kif quddiem sitwazzjoni ta’ xufier ta’ Ministru li jinsab akkużat b’attentat ta’ qtil ħadd

mhu jerfa’ r-responsabbilta politika. Simon Busuttil qal li dan ilkaż wassal biex ħafna nies mhumiex jemmnu lill-Prim Ministru. Mistoqsi meta se japplika rresponsabbiltà politika, Joseph Muscat wieġeb li hu diżappuntat

daqs in-nies u jrid jagħti ċ-ċans li toħroġ il-verità. Dan jista’ jsir billi jkun hemm grupp ta’ nies indipendenti li jinvestigaw biex wara 15-il ġurnata tintrefa’ rresponsabbiltà kollha.

L-investigaturi għadhom jistennew l-appell tal-Avukat Ġenerali

Ara paġna 5

għal paġna 5

L-għadab tal-Fizzjali fil-Korp tal-Pulizija dwar l-Addendum sigriet iffirmat minn wara daharhom dwar il-famuż Performance Agreement

Ieqaf immina l-indipendenza u l-integrità tal-Korp Joe Mikallef Mill-kliem għall-fatti... u lbieraħ filgħodu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija (MPA) żammet kelmitha u ppreżentat filPrim Awla tal-Qorti Ċivili Protest li fih talbet lill-Gvern biex jirtira d-deċiżjoni kontroversjali tiegħu – li ħa mingħajr ebda konsultazzjoni anzi minn wara dahar kulħadd – fil-konfront tal-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija. L-Assoċjazzjoni Maltija talPulizija qalet ċar u tond lillGvern biex jirtira l-Addendum dwar il-performance agreements fil-Korp tal-Pulizija għax din se

– l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija (MPA) lill-Gvern

sservi biex timmina l-indipendenza u l-integrità tal-Korp talPulizija. Ta’ min jgħid li l-oriġini ta’ dan il-Protest imur lura għad-29 ta’ Ottubru li għadda meta minn wara dahar kulħadd kien iffirmat Addendum mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru talAffarijiet tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. F’dan l-Addendum iffirmat bil-moħbi kien speċifikat li l-Kummissarju tal-Pulizija, idDeputati Kummissarji u lAssistenti Kummissarji talPulizija se jkunu soġġetti għal kuntratt tax-xogħol temporanju.

Dak l-Addendum, fid-deher jew fil-moħbi, kien qanqal reazzjoni mill-aktar ta’ rabja millogħla fizzjali fil-Korp talPulizija u anki fost dawk il-membri li jixtiequ jimxu ’l quddiem fil-karriera tagħhom fil-Korp. Fost l-oħrajn bosta kienu tkellmu ma’ In-Nazzjon u wrew irrabja tagħhom għan-nuqqas ta’ fiduċja murija fihom mill-Gvern li ddeskrivew dan id-dokument bħala sajjetta fil-bnazzi għall-istess fizzjali fil-Korp għax mhux talli ma kienx issemma qabel laħħar elezzjoni, iżda fl-aħħar sena u nofs il-Gvern qatt u flebda mument ma indenja ruħu jitkellem ma’ rappreżentanti tal-

Korp dwaru. Huma kienu qalu li kienu jinsabu xxukkjati b’dan ittradiment minn dan il-Gvern. Matul dawn il-ġimgħat li għaddew rappreżentanti talAssoċjazzjoni tal-Pulizija ppruvaw kemm-il darba jaslu malGvern bil-kelma t-tajba biex filwaqt li l-Gvern jirtira din lAddendum, il-każ ma jispiċċax il-Qorti. Fost l-oħrajn l-Assoċjazzjoni kienet diġà espremiet dan kollu f’ittra bl-Avukat mibgħuta fis-7 ta’ Novembru 2014 lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lillMinistru Manwel Mallia u fiha esprimet l-oppożizzjoni tagħha għal paġna 4

Kważi 500 persuna jinqatlu f’ġimgħa ġlied fil-Libja

Ara paġna 15


2

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

L-awtorità morali tal-Gvern ħadet majnata

– L-Editor in Chief tal-Union Print

“Jekk irridu nkunu sinċieri magħna nfusna, irridu nammettu li l-kwistjoni tal-isparatura a la wild west, u l-mod kif in-nies ipperċepixxew li ġiet indirizzata – flimkien ma’ kwistjonijiet oħrajn – taw majnata lill-awtorità morali tal-Gvern fuq in-nies. Addio benefiċċji tal-Baġit, li ntesew fuq ruħ ommhom”. Hekk sostna fuq il-paġna tiegħu fuq Facebok l-Editor in Chief tal-Union Print, ilkumpanija li tippubblika lgazzetti L-Orizzont u It-Torċa, Sandro Mangion. Mangion sostna, “M’hemm lebda regola li tgħid li meta jkollok rebħa kbira, iridu bilfors jgħaddu almenu għaxar snin biex titlef il-maġġoranza kbira li tkun tellgħetek. Bħalma elettur wieħed jibdel fehmtu f’ġurnata, f’ġimgħa jew f’xahar, l-istess jistgħu jagħmlu 18,000 oħra. Insejnieha t-tagħlima tal-1998? Għadda ż-żmien tal-inkejja dwar ‘it-tkaxkira li tajniehom’ u trijonfaliżmu inutli ieħor. Minflok, jaqbel li wieħed jifhem l-għaliex dik ir-rebħa kbira mistħoqqa, li bħalma ġiet malajr taf tiżvinta daqstant ieħor f’tebqa t’għajn.” Mangion itemm il-kitba tiegħu billi jgħid li fil-privat hemm min

Sandro Mangion: “Għadda ż-żmien tal-inkejja dwar it-tkaxkira li tajniehom!”

qiegħed ifesfes f’widnet dak u f’widnet l-ieħor dwar kemm ilGvern qiegħed jaqa’ għaċ-ċajt u mbagħad l-istess persuna jimla lFacebook b’kummenti dwar kemm huwa kburi bil-Gvern. Iżda Mangion jgħid li “jekk lillimperatur temmen fih u tirrispettah, ma tigdiblux”. Il-kitba ta’ Mangion hija biss opinjoni oħra fost ħafna diġà espressi li turi tħassib serju dwar il-mod kif il-Gvern qed jindirizza l-iskandlu tal-każ Manwel Mallia.

www.maltarightnow.com

LOKALI

Is-Sindku Laburista tal-Gżira jirriżenja mill-Enemalta

Is-Sindku Laburista tal-Gżira Roberto Cristiano rriżenja millkariga tiegħu bħala Direttur Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani u sServizzi Korporattivi talEnemalta. In-Nazzjon jinsab infurmat li r-riżenja għal għarrieda ta’ Cristiano waslet wara argumenti li kellu mal-GWU wara li numru kbir ta’ ħaddiema tal-Enemalta ġew imċaħħda mill-flexi-hours. Din id-deċiżjoni, li affettwat il-ħaddiema li talbu biex ikunu jistgħu jvarjaw il-ħin tax-xogħol tagħhom sa massimu ta’ siegħa, qajmet furur fil-GWU u rabja fost il-ħaddiema. F’Settembru 2013, ftit wara li laħaq Manager tal-Enemalta, Cristiano kien diġà ħa deċiżjoni oħra kontroversjali meta b’sempliċi email qabad u elimina tteleworking lill-impjegati talKorporazzjoni. Anki din id-deċiżjoni kienet qajmet rabja kbira fost l-impjegati tal-Enemalta, tant li tneħħiet ftit sigħat biss wara li ntbagħtet l-email. Roberto Cristiano kien ġie impjegat mal-Enemalta bħala Manager tad-Diviżjoni tarRiżorsi Umani u r-Relazzjonijiet Industrijali f’Awwissu 2013 mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet. Qabel, hu kien isSegretarju tat-Taqsima talManifattura u n-Negozji Żgħar u Medji tal-GWU. Ftit wara li

Iċ-ċirkolari li ntbagħtet lill-ħaddiema kollha tal-Enemalta biex tħabbar ir-riżenja ta’ Roberto Cristiano

nħatar Manager Sezzjonali f’Marzu 2014, Cristiano kien ġie promoss għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani u sServizzi Korporattivi. Cristiano kien ħa post lInġinier Stefan Calamatta, li wkoll kien ġie impjegat taħt Gvern Laburista iżda ħalla lkariga ftit biss wara. Issa li Cristiano spiċċa minn Direttur Eżekuttiv, is-sejħa għall-applikazzjonijiet inħarġet għall-ingaġġ ta’ Manager u mhux ta’ Direttur.

Roberto Cristiano: deċiżjonijiet tiegħu qajmu rabja fost il-ħaddiema tal-Enemalta

SKOLA ĠDIDA F’ĦAD-DINGLI. Fis-sena skolastika 2016/17 se tiftaħ skola ġdida f’Ħad-Dingli. Din l-iskola, li se jkollha mat-28 klassi kif ukoll numru ta’ laboratorji tal-bijoloġija, fiżika, multi-purpose hall, librerija u workshops, se tkun tesa’ bejn 500 u 600 student u se ssir b’mod li fil-futur tkun tista’ titkabbar. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li din l-iskola se tinbena permezz ta’ fondi Ewropej.


www.maltarightnow.com

3

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

Il-mistoqsijiet ikomplu jikbru

Il-Gvern jibqa’ totalment sieket quddiem l-iżviluppi tal-każ Manwel Mallia Ikomplu jikbru l-mistoqsijiet dwar il-każ Manwel Mallia, u lGvern qed jibqa’ totalment sieket quddiem dawn l-iżviluppi kollha. F’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-PN, il-Viċi Kap Nazzjonalista għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami sostna li aktar ma jgħaddu ġranet mill-isparatura tad-19 ta‘ Novembru aktar qed joħroġ ċar li dan huwa attentat orkestrat ta’ cover-up. Semma’ fost l-oħrajn l-istejjer li ħarġu fi tmiem il-ġimgħa fil-gazzetti u li kienu jinkludu dettalji ġodda dwar il-casings tal-bulets li tneħħew mill-post tal-isparatura, l-involviment dirett tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’din il-kwistjoni taħraq, u l-misteru dwar ir-rap-

port li għamel l-Iskoċċiż u li issa sparixxa mis-sistema talPulizija. Għal Beppe Fenech Adami, il-poplu qed jitlob spjegazzjoni dwar dan kollu. Min-naħa loħra, il-Gvern ma ħareġ l-ebda stqarrija jew reazzjoni dwar dan. Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li dan il-każ huwa xejn inqas minn skandlu tal-Gvern Laburista. Hu sostna li għandhom jiġu ppubblikati immedjatament illogs u l-kontenut tat-telefonati li għaddew fil-lejl tal-isparatura bejn il-Ministru Manwel Mallia, ix-xufier tiegħu, iċChief of Staff Silvio Scerri, ilKap tal-Komunikazzjoni Kurt Farrugia, u l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Viċi Kap għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami, flimkien mad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ waranofsinhar

Rapport dwar l-istudju tal-fattibbiltà li jinbena pont bejn Malta u Għawdex

Ħaddiema Ċiniżi se jaħdmu fuq il-proġett Charles Muscat

Ix-xogħol fuq il-bini tal-pont bejn Malta u Għawdex għandu jsir minn ħaddiema Ċiniżi flimkien ma’ ħaddiema Maltin filwaqt li lapparat biex jinbena l-pont għandu jkun impurtat miċ-Ċina. Dan joħroġ mir-rapport dwar listudju tal-fattibbiltà li jinbena pont bejn Malta u Għawdex skont il-Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u ċChina Communications Construction Company (CCCC) fl-14 ta’ Ġunju 2013. L-iskop ta’ dan l-istudju kien li tkun identifikata l-aħjar alternattiva biex isir pont biex jaqsmu l-vetturi bejn Malta u Għawdex. Listudju fost l-oħrajn ħa inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi, il-bżonnijiet tat-traffiku, il-konsiderazzjonijiet ġeoloġiċi, l-impatti ambjentali u n-nefqa biex isir. Hu stmat li l-investiment totali biex isir il-pont bejn Malta u Għawdex hu ta’ madwar €800 miljun li ma jinkludix it-taxxa u ħlasijiet oħra. In-nefqa għal manutenzjoni kull sena tlaħħaq madwar 0.5 fil-mija tan-nefqa fuq il-bini tal-pont. Ir-rakkomandazzjoni hi li l-pont ikun fih kareġġjata waħda b’żewġ direzzjonijiet b’hard stips ta’ 2.5 metri għall-muturi u għallemerġenza. Il-wisa’ totali tal-pont tkun ta’ 14.5 metri. It-tul tal-pont u tat-triq ġdida li tingħaqad miegħu huma ta’ 8.836 kilometru filwaqt

Jekk il-Gvern Malti ma jkunx jista’ jħallas għan-nefqa tal-proġett, din tista’ titħallas billi l-kumpanija Ċiniża tingħata art jew valur ekwivalenti

li t-tul tal-pont fuq il-baħar hu ta’ 5.23 kilometru. Hu stmat li l-pont jieħu madwar erba’ snin biex jitlesta. Mill-istudju joħroġ li matul issena li għaddiet, permezz tasservizz tal-Gozo Channel, qasmu 4,395,105 passiġġier u 1,186,441 vettura. Dwar l-impatt ambjentali, listudju jgħid li kien qed jagħmel analiżi ambjentali preliminari dwar l-ekoloġija, il-kwalità talilma, il-kwalità tal-arja u l-ħsejjes. L-istudju jidentifika wkoll limpatti ambjentali ewlenin waqt

il-kostruzzjoni u l-operat tal-pont u tat-triq. L-istudju jgħid li kien qed jagħmel biss analiżi preliminari u studji dettaljati jridu jsiru aktar tard waqt l-istadji tad-disinn tal-proġett. L-istudju juri li waqt il-fażi talkostruzzjoni jkun hemm impatt fuq il-kwalità tal-ilma baħar, fuq lekoloġija u anki fuq il-kwalità talarja. L-istudju jipproponi tliet metodi ta’ kif il-pont jista’ jkun finanzjat. L-ewwel li l-investiment, l-iffinanzjar, l-operat u l-immaniġġjar ikun responsabbiltà tal-Gvern

Malti. Il-kumpanija tal-Gvern Ċiniż CCCC tagħmel id-disinn u l-bini tal-proġett u tkun responsabbli għall-kwalità, is-sigurtà, ilkostruzzjoni u għan-nefqa talproġett. Barra minn hekk il-kumpanija CCCC hi lesta li tgħin lill-Gvern Malti jiffinanzja l-proġett u biex jakkwista finanzjamant internazzjonali kompetittiv. It-tieni metodu hu li l-kumpanija CCCC tkun responsabbli millinvestiment, mill-iffinanzjar, middisinn u mill-kostruzzjoni talproġett. Wara l-ikkummissjonar u

ċ-ċertifikazzjoni ta’ aċċettazzjoni, CCCC tgħaddi l-proġett lill-Gvern Malti li min-naħa tiegħu jrid iħallas l-investiment kollu lil kumpanija tal-Gvern Ċiniż flimkien ma’ qligħ raġonevoli. Imma l-istudju jonqos milli jsemmi kemm hu dan il-qligħ raġonevoli. It-tielet metodu hu li l-kumpanija tal-Gvern Ċiniż CCCC tkun responsabbli għall-investiment, għall-iffinanzjar, għad-disinn, għall-kostruzzjoni, għall-operat u għall-immaniġġjar tal-proġett. Matul il-perjodu miftiehem, ilkumpanija CCCC tiġbor il-ħlasijiet mingħand dawk li jużaw il-pont u b’hekk iddaħħal lura n-nefqa talproġett flimkien ma’ qligħ raġonevoli. Id-Dipartimenti talGvern Malti jkollhom is-superviżjoni u l-awtorità regolatorja fuq il-proġett. Wara li jgħaddi l-perjodu ta’ konċessjoni, il-kumpanija talGvern Ċiniż CCCC tittrasferixxi lproġett lill-Gvern Malti bla ħlas. Biex tassigura li jkollha qligħ raġonevoli, CCCC tista’ tfassal garanzija minima ta’ volum ta’ traffiku li jaqsam il-pont. Jekk dan il-volum ma jintlaħaqx, il-Gvern Malti jkollu jikkumpensa d-differenza. Jekk fl-ewwel u fit-tieni metodu l-Gvern Malti ma jkunx jista’ jħallas għan-nefqa tal-proġett, din tista’ titħallas billi l-kumpanija talGvern Ċiniż CCCC tingħata art jew valur ekwivalenti.


4

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Dokument li qatt ma ssemma qabel l-elezzjoni ġenerali minn paġna 1

għad-dokument impost minn wara dahar l-MPA li fih l-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija issa ġew għad-deskrizzjoni talMinistru kull tliet snin. Skont din il-klawsola l-ħatriet tat-tliet l-ogħla membri fil-Korp tal-Pulizija, il-Kummissarju, idDeputat Kummissarju u lAssistent Kummissarju, ma jibqgħux jiġu kunsidrati bħala “gradi” iżda ħatriet bażati fuq “performance agreement” u skont il-protest “at par with headship positions”. Ingħad li ftehim bħal dan huwa bla preċedent fil-Korp tal-Pulizija u li din il-bidla se tkun detrimentali għall-membri tal-Korp. Ilprotest jgħid ukoll li lAssoċjazzjoni rrimarkat li dan ilftehim li jmur kontra l-membri tal-Pulizija huwa l-ewwel wieħed fl-istorja tiegħu u jagħmel ħsara u li dan it-tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol jikser l-att tal-Pulizija li jirregola l-kundizzjonijiet, iddrittijiet u l-ħatriet tal-Pulizija. Il-Protest jgħid ukoll li l-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija m’għandhomx jiddependu fuq id-diskrezzjoni suġġettiva tależekuttiv, f’kelma waħda fuq iddiskrezzjoni tal-Gvern. Filwaqt li

espremiet ruħha favur li jsiru diskussjoni biex titjieb il-prestazzjoni tal-uffiċjali fl-għola karigi, l-Assoċjazzjoni qalet li mekkaniżmu bħal dan kien diġà jeżisti, u dan kif stuplat dwar lAtt tal-Pulizija. Irid jiġi nnutat ukoll li t-tentattivi li saru biex tinstab soluzzjoni biex tkun evitata l-konfrontazzjoni ma tawx il-ftott. Madankollu l-Gvern kien u baqa’ jinsisti li jirrifjuta li jirtira dan ilftehim, jgħid il-protest. L-MPA wissiet lill-Gvern li jekk ma jirtirax dan il-ftehim se żżommu responsabbli għal kull konsegwenza. Il-protest sar kontra s-Segretarju Prinċipali Permanenti tal-Gvern Mario Cutajar u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru talIntern Kevin Mahoney. Dan id-dokument maħdum internament fis-servizz pubbliku u ffirmat mill-Kap tas-Servizz Pubbliku mill-ewwel kien ġab reazzjoni negattiva fil-Korp talPulizija u fl-opinjoni pubblika għall-fatt li din kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-Korp li fiha logħla karigi se jkunu qed jitilfu lkontinwità tagħhom. Il-protest kien iffirmat millAvukat Robert Abela.

www.maltarightnow.com

LOKALI

Battibekk bejn Carmelo Abela u Marlene Farrugia waqt laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari Aktar ma jgħaddi ż-żmien, qed ikomplu joħorġu fil-beraħ id-differenzi bejn membri differenti fil-Grupp Parlamentari Laburista. Fil-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u lIppjanar tal-Iżvilupp, li saret f’nofs il-ġimgħa l-oħra, seħħ argument fit-tul bejn il-Whip Laburista u Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela u d-Deputata Laburista Marlene Farrugia, li hi wkoll iċ-Chairperson ta’ dan ilKumitat Parlamentari. Fil-laqgħa, Carmelo Abela ħass li kellu jiddomina ddiskussjoni wara mistoqsija li għamel id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino. Madankollu, Marlene Farrugia fakkret lillKelliem tal-Gvern li bħala Chairperson hu d-dmir tagħha li tara li d-diskussjoni tibqa’ għaddejja b’ħin imqassam bl-aħjar mod. Hi akkużat lil Carmelo Abela li qisu beda jitlob lillKumitat Parlamentari biex ma jiddiskutix il-materji li jħoss li huma xierqa. Skont Marlene Farrugia, ilKelliem tal-Gvern ipprova

Marlene Farrugia

Carmelo Abela

jwaqqaf lill-Kumitat Parlamentari mill-ħidma tiegħu. Fil-battibekk bejn iż-żewġ Deputati Laburisti, Carmelo Abela qal li Farrugia għamlet allegazzjoni dwaru, biċ-Chairperson talKumitat Parlamentari ssostni li din mhix allegazzjoni iżda “stat ta’ fatt”. Saħansitra qalet li kienet lesta wkoll titlob Ruling millIspeaker, biex il-ħidma talKumitat Parlamentari tibqa’ għaddejja kif suppost. Wara intervent ta’ Carmelo Abela, li qal li l-Kumitat

Parlamentari kien qed jiddiskuti xi ħaġa li l-Liġi ma tagħtihx poter jiddiskuti, Marlene Farrugia fakkret li dan il-kumment li jsodd ħalq il-Kumitat Parlamentari kien qed jasal mingħand il-Kelliem talGvern. Fl-argument, li ħa numru ta’ minuti mhux ħażin, Marlene Farrugia sostniet l-argument tagħha, bil-Kelliem tal-Gvern u Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista jiċħad għalkollox din l-akkuża.

Il-Komunità tas-Salina għadha rrabjata għall-fatt li l-Gvern u Transport Malta se jibqgħu għaddejjin bil-pjan li jagħlqilhom lunika aċċess sigur li għandhom għal-lokalità tagħhom u minflok biex jidħlu fiz-zona se jingħataw aċċess ieħor minn wara. Aċċess li mhux sigur u li se joħloq inkonvenjenti kbar għar-residenti. Matul il-ġimgħa l-oħra r-residenti ltaqgħu mal-Ministru tatTrasport Joe Mizzi. Laqgħa li matulha huma pproponew żewġ alternattivi biex l-uniku aċċess sigur ma jingħalaqx. Proposti li ma ġewx ikkunsidrati, qalu r-residenti. Waħda mill-proposti tgħid biex minflok id-daħliet li hemm għasSalina jingħalqu għalkollox, jidjiequ b’tali mod li xorta waħda jibqgħu aċċessibli għall-vetturi u fl-istess ħin il-proġett ta’ Triq ilKosta jibqa’ kif ppjanat minn Transport Malta, bid-differenza li jiġi anke eliminat l-inkonven-

jent għar-residenti. L-iktar li qed jurta lir-residenti hu li oriġinarjament l-aċċess ilġdid kellu jsir b’mod iktar aċċessibbli iżda jidher li l-Gvern bidel il-pjani, biex issa l-uniku aċċess offrut hu minn triq li ma tiflaħx żewġ karrozzi. Biex forsi leħinhom jingħata widen, it-Tnejn filgħodu r-residenti għamlu talba lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iżur iz-zona u jifhem dak li qed jipproponu r-residenti. Talba li għaliha s’issa ma ngħatawx risposta. Ir-residenti qed jargumentaw li bil-propostii tagħhom ix-xogħol se jieħu anqas żmien biex isir, jiġu ffrankati miljuni ta’ ewro u r-residenti jkollhom aċċess għarresidenzi tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx hemm irriskju li bil-proġett attwali jintilfu fondi tal-Unjoni Ewropea li jlaħħqu t-tlieta u ħamsin miljun ewro.

Transport Malta twebbes rasha mar-residenti Tas-Salina


www.maltarightnow.com

LOKALI

Wara s-sentenza tal-Maġistrat Carol Peralta li laqa’ t-talba għal-libertà proviżorja lil Han Bin u Liu Jia li kienu akkużati bi traffikar ta’ Asjatiċi biex jiġu sfrutati fil-kamp tax-xogħol

L-investigaturi għadhom jistennew l-appell tal-Avukat Ġenerali Joe Mikallef

Investigaturi tal-Pulizija filkaż ta’ Han Bin u Liu Jia li xxahar l-ieħor kienu mressqa lQorti u akkużati bi traffikar ta’ Asjatiċi biex jiġu sfruttati filkamp tax-xogħol, ilbieraħ tkellmu ma’ In-Nazzjon u qalu li huma għadhom qed jistennew lill-Avukat Ġenerali jappella mis-sentenza tal-Maġistrat Carol Peralta li laqa’ t-talba għallħelsien proviżorju ftit sigħat biss wara li dawn tressqu l-Qorti. L-investigaturi li tkellmu ma’ In-Nazzjon fissru kif sal-lum huma għadhom ixxukkjati kif Han Bin u Liu Jia ngħataw ilħelsien mill-arrest preventiv invista ta’ lista twila ta’ argumenti li għal xi raġuni l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Carol Peralta ma sabithomx validi biex Han Bin u Liu Jia ma jingħatawx illibertà proviżorja. Fil-jiem li għaddew InNazzjon u il-mument ippubblikaw stejjer biex urew kif investigaturi fil-Korp tal-Pulizija u uffiċjali għolja f’dawk li huma

meqjusa bħala Imsieħba Soċjali kienu xxokkjati bis-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Carol Peralta li ftit sigħat biss wara li Han Bin u Liu Jia tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar ta’ Asjatiċi, laqa’ t-talba għal-libertà proviżorja. Han Binu Liu Jia huma żewġ uffiċjali għolja fil-fabbrika Leisure Clothing (factory) Limited li jumejn biss qabel ma

ngħataw il-libertà proviżorja kienu tressqu l-Qorti akkużati b’diversi reati, fosthom traffikar ta’ persuni umani minn pajjiżi Asjatiċi u sfruttament ta’ ħaddiema fil-fabbrika Leisure Clothing. Il-membri fil-Korp tal-Pulizija li tkellmu ma’ il-mument mhux biss urew id-diżappunt tagħhom għal dak li ġara, iżda rrimarkaw li ħafna mix-xogħol li jagħmlu

huma b’tant sagrifiċċju qiegħed jisfa’ suq quddiem ċerti membri tal-Ġudikatura. Huma temmew juru fiduċja flUffiċċju tal-Avukat Ġenerali li immedjatament jappella mis-sentenza tal-Maġistrat Carol Peralta. F’kuntatt ma’ uffiċjali għolja ta’ dawk li huma magħrufa bħala Imsieħba Soċjali, ukoll sibna reazzjoni ta’ sorpriża u xokk għall-fatt li ż-żewġ Diretturi tal-

kumpanija Leisure Clothing akkużati b’diversi reati fosthom traffikar u sfruttament ta’ ħaddiema ngħataw il-liberta’ proviżorja wara talba li huma għamlu fil-Qorti tal-Maġistrati. Bin Han u Liu Jia kellhom ittalba tagħhom milqugħa fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €25,000. Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Carol Peralta qal ukoll li Han Bin u Liu Jian għandhom jiffirmaw kuljum fl-Għassa tal-Pulizija tażŻejtun u dan peress li huma jaħdmu fil-qasam Industrijali ta’ Bulebel u li jkunu d-dar fil-11.00 p.m. u ma joħorġux qabel is-6.00 a.m. Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni mill-Qorti, l-Ispettur Joseph Busuttil, wieħed mill-Ispetturi li ressaq liż-żewġ Ċiniżi akkużati bi sfruttament ta’ ħaddiema u traffikar ta’ persuni umani fil-każ tal-kumpanija Leisure Clothing qal li l-Pulizija għandha l-provi li xi ħaddiema tal-kumpanija kienu avviċinati u ngħad lilhom biex ma jgħidux il-verità lill-Pulizija.

devjazzjoni totali bl-istil tal-Prim Ministru, sostna l-Kap tal-PN. Dwar l-aħwa Farrugia u l-każ tax-xiri taż-żejt, Simon Busuttil semma taħt ġurament kif quddiem il-kumitat parlamentari lIspettur Angelo Gafà qal li qabel kien trasferit għas-Servizzi tasSigurtà hu kien se jressaq lillaħwa Farrugia quddiem il-Qorti. Il-Kap tal-PN staqsa x’inhi rraġuni li l-aħwa Farrugia ma tressqux u jekk dan għandux rabta mal-fatt li l-avukat tagħhom kien Manwel Mallia. Il-Gvern irid jara u jassigura li l-pulizija tagħmel xogħolha, sostna l-Kap talOppożizzjoni, li qal li kien jistenna li meta jidħol fil-gvern il-Prim Ministru jieħu azzjoni dwaru. F’dan il-mument fiddiskussjoni bjen iż-żewġ mexxejja ssemma l-każ ta’ John Dalli fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq li l-Prim Ministru kien indaħal lill-Pulizija u li quddiem id-dikjarazzjonijiet tiegħu l-istess Prim Ministru ma kienx għamillu libell. Il-Prim Ministru qal li hu ma jindaħalx lill-Pulizija u li hu lewwel wieħed li jixtieq jitfa’ lħabs lil min kien involut fliskandlu taż-żejt.

Dwar il-meritokrazija, il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed jeżamina rapport li sar dwar il-ħlasijiet tal-Ministri u s-segretarji parlamentari u sostna li hu neħħa lassistenti parlamentari u minflok id-deputati tal-Gvern ingħataw chairmenrship ta’ diversi entitajiet. Il-Kap tal-Oppożizzjoni wieġeb dwar l-onorarja ta’ żmien Gvern Nazzjonalista u spjega kif kien ilPrim Ministru stess waqt Dissett ammetta li d-deputati Nazzjonalisti ħallsu l-onorarja lura. Simon Busuttil attakka lillGvern dwar il-ħlasijiet li qed jingħataw id-deputati Laburisti biex dawn ma jikkritikawx lill-istess Gvern. Hi ipokresija kbira li wara tant kampanja kontra l-onorarja, isss l-Prim Ministru Muscat qed jagħmel agħar, sostna Simon Busuttil. Dwar il-baġit, il-Kap talOppożizzjoni qal li hu inġust li lPrim Ministru qal li s-single mothers u s-single fathers mhumiex professjonali. Dan hu insult u bih il-Prim Ministru weġġa’ ħafna nies, sostna Simon Busuttil, li qal li l-miżuri tal-baġit jispeċifikaw li omm li wara sena ma tkunx tista’ toħroġ taħdem se tispiċċa bla

benefiċċji. Dan il-baġit mhux soċjalment ġust, sostna l-Kap talOppożizzjoni, li semma kif xirja bażika tal-anzjani llum għoliet sew tant li l-anzjani mhumiex ilaħħqu mal-ħajja. Fid-dibattittu ż-żewġ mexxejja tkellmu dwar it-trasport pubbliku fejn il-Prim Ministru qal li fuq ilkarta l-affarijiet jidhru sew waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li lkwistjoni bħalissa tinsab il-qorti għal diveri raġunijiet fosthom li lMinistru tat-Trasport mar Spanja jiltaqa’ mal-kumpanija qabel din ingħażlet. Hu qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista s-sussidju kienu €10 miljuni iżda issa l-Gvern Laburista se jagħti €23 miljuni f’sussidju. L-obbligu ta’ Gvern Laburista hu li bl-istess ammont ta’ flus itejjeb is-servizz tattrasport pubbliku, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni. Dwar il-liġi tad-dekrimalizzazzjoni tad-droga, il-Kap talOppożizzjoni u l-Prim Ministru tkellmu dwar l-importanza tarriabiltazzjoni tal-persuni li jaqgħu vittmi fejn il-Kap talOppożizzjoni esprima l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni li tivvota favur għalkemm irid ikun hemm diversi kunsiderazzjonijiet. Simon

Busuttil qal li jidher li hemm qbil fil-prinċipju li jirrikonoxxi lillvittmi u appella lill-Prim Ministru biex isiru diskussjonijiet. Il-programm iddiskuta wkoll ilpower station fejn il-Prim Ministru qal li l-Ministru Mizzi se jkun qed jagħti t-time line dwar ilbini tal-power station u sostna li lGvern mhux se jkollu elettriku żejjed. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-kwistjoni tal-power station hi l-aktar kwistjoni li hi marbuta mal-kredibbiltà tal-Prim Ministru għaliex hu kien wiegħed li din se tinbena fi żmien sentejn u li permezz t’hekk kienu se jorħsu l-kontijiet. Minbarra hekk il-Prim Ministru wiegħed li kien lest jirriżenja jekk il-power station ma tinbeniex fi żmien sentejn. Dwar id-dejn Simon Busuttil qal li lPrim Ministru m’għandux kredibbiltà dwar id-dejn għaliex flewwel sena ta’ Gvern Laburista sar dejn ta’ €588 miljun. Simon Busuttil ql li hu favur investiment miċ-Ċina iżda hu inkwetanti li l-pajjiż se jkun dipendenti fuq pajjiż barrani, li mhux demokratiku. Kien ikun aħjar li l-Gvern intrabat malEwropa f’dan is-sens, sostna Simon Busuttil.

Han Bin: Libertà proviżorja wara akkużi ta’ sfruttament ta’ ħaddiema u traffikar ta’ persuni umani

Għandna Prim Ministru li tilef il-kredibbiltà minn paġna 1

Bi tweġiba għal dak il-Prim Ministru, l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kieku kien flok il-Pirm Ministru hu diġà neħħa lil Manwel Mallia. Lill-Prim Ministru, Simon Busuttil appellalu biex jibda jkun Pirm Ministru u jieħu l-azzjonijiet u sostna li minflok jikkritika dak li sar fil-passat il-Prim Ministru għandu jassigura li ma jagħmilx agħar minnu. Simon Busuttil spjega kif fl-ewwel stqarrija uffiċjali tad-DOI intqal li t-tiri kienu sparati fl-ajru meta fil-fatt dawn laqtu l-karozza tax-xufier Skoċċiż. Dan hu aġir skandaluż u xi ħadd irid jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu, sostna Simon Busuttil, li qal li m’hemmx dubju li l-coverup sar mill-Ministeru tal-Intern, li għalih il-Ministru Mallia hu responsabbli. Il-Kap talOppożizzjoni qal li l-inkjesta ma tista‘ qatt tasal biex tidentifika min għandu jasal għar-responsabbiltà politika. Hu semma wkoll kif l-għada ta’ dan l-attentat ilkarozza tal-Ministru Mallia kienet diġà nħaslet u qed jużaha l-Ministru. Għalhekk l-inkjesta li ordna l-Prim Ministru hi biss

5

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014


6

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Sena ħabs għal Somalu Somalu ta’ 37 sena ġie kundannat sena ħabs mill-Maġistrat Carol Peralta wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu għaxar qratas kannabis, f’ċirkostanzi li juri li d-droga ma kinetx għallużu tiegħu. Hu ammetta wkoll li kellu ddroga f’distanza ta’ 100 metru minn skola, każin jew xi post fejn normalment jiltaqgħu żżgħażagħ. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Anthony Cutajar ta parir lil Hasan Mohamed Abubakar, residenti l-Marsa, biex ma jammettix

l-akkuża li hu kellu din id-droga f’San Ġiljan. Madankollu, isSomalu ried jammetti bilfors u wara li ngħatat is-sentenza ma bediex jaqbel u ried jappella mill-piena. Peress li dan ma kienx l-ewwel reat li kkommetta, u saret talba min-naħa tiegħu sakemm jinstema’ l-appell, il-Qorti kkonċedietlu l-libertà proviżorja imma ordnatlu li jiffirma tliet darbiet kuljum fl-Għassa talPulizija tal-Ħamrun. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Caroline Fabri.

Raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun ġie mmultat €800 wara li nstab ħati li kkawża wġigħ u sofferenza lil żewġ ġriewi wara li qatgħalhom denbhom meta kien responsabbli miż-żamma talħarsien tagħhom. Gian Carlo Bonnici sab żewġ ġriewi fl-għalqa meta kien ma’ ommu u ddeċieda li jadottahom. Huwa nstab ħati mill-Maġistrat Ian Farrugia li wettaq intervent kirurġiku fuqhom u kkawżalhom uġigħ kbir bla bżonn. Huwa nstab ħati wkoll li żamm il-klieb mingħajr liċenzja. Mill-provi rriżulta li fi Frar tas-sena l-oħra membri voluntiera tad-drittijiet talannimali kienu ġew ma’ kelba abbandunata u sitt ġriewi f’Marsaxlokk. Tnejn mill-ġriewi kellhom denbhom maqtugħ u ħadd mill-klieb ma kellu “microchip”.

Dawn ħadu l-klieb f’santwarju u meta Bonnici rrealizza li l-klieb tiegħu kienu neqsin, huwa mar l-Għassa talPulizija taż-Żejtun u rrappurtahom nieqsa. Kien hemm meta huwa ġie infurmat li l-Pulizija kienet għaddejja blinvestigazzjonijiet tagħha dwar krudeltà fuq l-annimali. Il-veterinarju Ivan Galea xehed li minkejja li kien hemm hemm sinjali ta’ maltrattament anki f’dak li għandu x’jaqsam mad-dieta tal-klieb, ma sab lebda indikazzjoni ta’ krudeltà jew abbandun tal-annimali. Il-Maġistrat Farrugia qal li Bonnici ammetta li qata’ denb ilġriewi u qallu li kieku talab lgħajnuna ta’ nies mediċi professjonali ma kienx jispiċċa lQorti. Huwa lanqas ma qabel li ma saritx krudeltà fuq l-annimali. L-Ispettur Carol Fabri mexxiet il-Prosekuzzjoni.

Multa għax qata’ d-denb ta’ żewġ ġriewi

www.maltarightnow.com

Sentejn u nofs ħabs wara li ta bil-mus

QORTI

Frankie Falzon ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ kien kundannat sentejn u ħames xhur ħabs, u l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet skwalifikata għal perjodu ta’ ħames snin, wara li nstab ħati li ta daqqa ta’ mus lil raġel, wara argument li qam bejniethom waqt li kienu għaddejjin bilkarozzi tagħhom. Il-każ kien ġara fis-17 ta’ April tas-sena 2011, għall-ħabta tad-8.45pm, fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żebbuġ. Fuq dan ir-reat proprjament hu weħel sentejn ħabs, iżda kien kundannat ħames xhur oħra minħabba li kiser kundizzjoni tal-Qorti. Mill-provi rriżulta li ż-żewġ sewwieqa kienu qed isuqu f’direzzjoni opposta għal xulxin.

Fil-karozza ta’ Falzon kien hemm martu u t-tliet uliedu, filwaqt li fl-oħra kien hemm issewwieq ma’ martu. Peress li ttriq kienet dejqa ż-żewġ karozzi ma setgħux jgħaddu. Għal xi ħin, it-tnejn ma ċedewx lil xulxin u ħadd minnhom ma ried jirriversja. Bint l-imputat Frankie Falzon qaltlu biex jirriversja, u hekk għamel. Hekk kif ilkarozzi ġew maġenb xulxin, sar xi diskors bejn iż-żewġ partijiet. Ġara però li meta l-karozza tal-vittma, Philip Micallef, kienet kważi għaddiet il-karozza ta’ Falzon, l-istess vittma ħareġ mill-karozza. Dak il-ħin Falzon ħareġ mill-karozza tiegħu wkoll u ħa miegħu l-mus li kellu filkarozza. Malli Falzon u Micallef ġew

wiċċ imb wiċċ, Falzon ta daqqa ta’ mus lill-vittma. B’din iddaqqa l-mus ippenetra ż-żaqq. Hekk kif il-Pulizija waslu fuq ilpost, instab ukoll li Falzon kellu riħa ta’ xorb u sarlu t-test talbreathalyser. Il-Qorti, preseduta millMaġistrat Doreen Clarke, qalet li dwar il-piena hemm diversi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati. L-ewwel fattur huwa nnatura gravi ħafna tar-reati li tagħhom hu nstab ħati u li dawn seħħew f’perjodu ta’ libertà kundizzjonata. Fattur importanti ieħor hu lproblema ta’ abbuż mill-alkoħol li għandu Falzon. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Agius u Kylie Borg.

Raġel ma nstabx ħati millQorti tal-Maġistrati ta’ attentat qtil tal-ġar tiegħu wara li kien qed jiġi allegat li dan attakkah b’mannara. Il-Qorti qablet malargument tad-difiża li r-raġel kien qed jaġixxi biex jiddefendi lilu innfisu mill-allegat vittma, li min-naħa tiegħu aggredieh b’sikkina. Il-każ seħħ fit-18 ta’ April tal2011, f’appartament fi Triq ilĠifen f’San Pawl il-Baħar. Ronald Apap ta’ 44 sena ma nstabx ħati li ta daqqiet lil Joseph Calleja b’mannara, u li kien ikkaġuna ġrieħi lil martu Lucienne Calleja. L-Avukat difensur Arthur Azzopardi qal li l-inċident

inkwistjoni seħħ meta Joseph Calleja u martu marru fl-appartament ta’ Apap u qalu li kien qed jisraq l-elettriku. Li segwa kien li Apap u l-koppja Calleja ġew flidejn. F’ħin minnhom Apap ġie attakkat minn Calleja b’sikkina. Il-punti tad-difiża kienu li lmannara użata f’dan l-inċident qatt ma nstabet. Qalet ukoll li lġrieħi li sofra Calleja ma kinux kompatibbli ma’ daqqiet ta’ mannara. Id-difiża argumentat ukoll li minkejja li Apap kien mixli b’attentat ta’ qtil, ma kienet saret l-ebda inkjesta maġisterjali dwar l-inċident, u s-sikkina li allegatament intużat ma kinetx analizzata għall-marki tas-swaba’.

Refuġjat ta’ 37 sena misSomalja, li huwa residenti fiċĊentru Miftuħ ta’ Ħal Far, ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn mill-Maġistrat Carol Peralta wara li ammetta li seraq handbag għad-dannu ta’ Leah Bugeja, minn Birżebbuġa. Abdiaziz Hassanm Ibrahim qal fil-Qorti li hu wettaq isserqa għax ma kellux x’jiekol, u dan peress li l-Imgħallem tiegħu, li jaħdem ir-raba’, qallu li ma kienx se jħallsu taxxogħol li kien qed jagħmillu. Għas-Somalu deher l-Avukat Anthony Cutajar filwaqt li lProsekuzzjoni tmexxiet millIspettur Caroline Fabri.

Mhux ħati tal-attentat Seraq biex ta’ qtil tal-ġar tiegħu jiekol


www.maltarightnow.com

7

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

QORTI

Dragonara Gaming Limited se jfittxu rimedji oħra

Żvilupp ieħor fis-saga tal-għoti ta’ konċessjoni ta’ casino mill-Gvern lill-Eden Leisure Group

... wara li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Joseph R.Micallef ċaħdet it-talba għall-ħruġ ta’ mandat Joe Mikallef

Wara stennija ta’ diversi jiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Joseph Micallef, ilbieraħ filgħodu tat iddigriet tagħha fil-każ Dragonara Gaming Limited kontra lMinisteru tal-Finanzi u fih ikkomunikat id-deċiżjoni tagħha li ma laqgħetx il-ħruġ ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni mill-kumpanija Dragonara Gaming Limited wara li kien intlaqa’ b’mod proviżorju biex jinstemgħu xhieda relevanti dwar il-każ. Għalhekk, il-Qorti issa ma waqqfitx lill-Gvern milli jikkonkludi l-ftehim dwar casino ġdid mal-Eden Leisure Group. Madankollu sorsi qrib idDragonara Gaming Limited ilbieraħ waranofsinhar qalu lil In-Nazzjon li huma innutaw tajjeb dak kollu li ngħad f’dan iddigriet u għalhekk se jfittxu rimedji oħra kif mogħtija bilmekkaniżmu tal-liġijiet ta’ pajjiżna. Kien fil-31 ta’ Ottubru li għadda li d-Dragonara Gaming Limited ressqet fil-Prim Awla rikors li bih talbet lill-Qorti biex iżżomm lill-Gvern milli jiffirma u jikkonkludi konċessjoni malEden Leisure Group Limited biex hekk jiftaħ u jopera casino u dan wara li Eden kien il-proponent preferut wara s-sejħa għallproposti li kienet inħarġet millUnit tal-Privatizzazzjoni filMinisteru għall-Ekonomija, l-

Investiment u l-Intrapriżi Żgħar fil-31 ta’ Lulju tal-2013. Proviżorjament fil-31 ta’ Ottubru li għadda t-talba ta’ Dragonara Gaming Limited kienet intlaqgħet mill-Qorti u għalhekk il-Qorti kienet talbet lill-Gvern biex jissottometti ttweġibiet tiegħu għal dan irrikors. It-tweġibiet tal-Gvern saru fis7 ta’ Novembru li għadda u fihom, fost l-oħrajn, qal li kulma kien sar kien li ntgħażel proponent preferut biex miegħu jibdew negozjati u għalhekk ma jistax jingħad li l-għażla kienet saret. Jekk in-negozjati ma jħallux riżultat, Dragonara Gaming Limited tkun tista’ tidħol hi minflok. Il-Gvern żied li minbarra dan, ladarba l-Unit talPrivatizzazzjoni kien offra lidDragonara Gaming Limited tgħid jekk kienx imħajjar jidħol f’negozjati mal-Gvern dwar konċessjoni oħra, ma hemm lebda raġuni għaliex idDragonara Gaming Limited għandu jitlob il-ħruġ ta’ mandat, minbarra l-fatt li l-kumpanija Dragonara Gaming Limited tefgħet offerta ma jagħtihiex xi jedd awtomatiku li tkun hi li tintgħażel. Fit-tweġiba tiegħu l-Gvern kien qal li fuq kollox jekk Dragonara Gaming Limited tista’ tgħid li tista’ b’xi mod iġġarrab xi ħsarat b’dak li sar, din il-ħsara hi biss waħda peku-

ranja u għalhekk lanqas f’dan irrigward ma hemm il-ħtieġa għall-ħruġ tal-mandat, apparti li l-ħsara li tista’ ġġarrab l-istess kumpanija kemm-il darba t-talba tagħha ma tintlaqax ikun anqas mill-ħsara li ġġarrab jekk ilproċess tan-negozjati jitwaqqaf bil-ħruġ tiegħu. Invista ta’ din it-tweġiba u ta’ diversi digrieti oħra li l-Prim Awla rat dwar dan il-każ, ikkunsidrat li ċ-Chairman tal-PU kien wieġeb fil-kawża billi fost oħrajn ippreżenta l-komunikazzjoni li kienet saret bejn l-istess PU u bejn id-Dragonara qabel ma saret l-għażla tal-kumpanija favorita. Wara li sema’ n-naħat kollha involuti, l-Imħallef Micallef semma kif l-espressjoni ta’ interess għall-konċessjoni talcasino għal 10 snin kienet ħarġet f’Lulju 2013 u rrimarka li din kienet stedina għall-proposti li ma jorbtux lill-PU. Hu qal li kien fi Frar li għadda li l-PU kien għarraf lidDragonara li kienet waħda miżżewġ proponenti ‘short-listed’ u stedinha għal laqgħa ta’ preżentazzjoni aktar tard dak ix-xahar stess quddiem il-kumitat maħtur minnu biex iqis u jevalwa l-proposti. Il-proponent l-oħra kienet l-Eden. L-Imħallef Joseph R. Micallef semma kif id-Dragonara kienet saħqet mal-PU li l-offerta finanzjarja tagħha kienet tiżboq dik tal-Eden bi tliet darbiet u talbet assikurazzjonijiet li l-proċess

Charles Dimech ta’ 55 sena, u wliedu Ludwig ta’ 31 u Melchior ta’ 32 sena, ingħataw sentenza sospiża wara li nstabu ħatja li ġġieldu mal-Pulizija u ma ħallewx uffiċjali tal-MEPA milli jaqdu dmirhom meta dawn marru biex iwaqqgħu t-tieni sular ta’ binja illegali fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ. L-azzjoni mill-MEPA kienet saret fl-24 ta’ Jannar 2007, anki jekk dakinhar Charles Dimech, sid il-post, allega li l-bini li marru biex iwaqqgħu sar millADT u dan biex il-Gvern ilesti malajr Triq l-Imdina. Kien għall-ħabta tat-8.15am li

l-Pulizija tal-Administrative Law Enforcement (ALE) immexxija mill-Ispettur Alex Miruzzi, marru fi Triq l-Imdina flimkien ma’ tliet ufficjali tal-MEPA biex jaraw li tkun esegwita ordni biex titwaqqa’ struttura fuq il-garaxx LK Ltd ta’ Charles Dimech. Mill-bidu nett deher li kien se jkun hemm reżistenza tant li wara ftit ħin kienu ssejħu aktar Pulizija. Minbarra li ma ħalliex uffiċjali tal-MEPA jaqdu dmirhom, Ludwig Dimech kien mixli wkoll li gidem lill-Assistent Kummissarju Josie Brincat f’sidru waqt il-ġlieda. L-istorja

kibret meta l-Pulizija, armati bi krejn u għadd ta’ trakkijiet, u akkumpanjati minn suldati talArmata, bdew iwaqqgħu l-bini, li kien għadu fi stat ta’ kostruzzjoni. Hawn il-ġlied eskala u lPulizija kellha tuża l-forza biex tneħħi min-nofs lill-familja Dimech. Wara dawn l-ispjegazzjonijiet, il-Maġistrat Audrey Demicoli kkundannat lil Charles u Melchior Dimech sena ħabs sospiżi għal sentejn, filwaqt li Ludwig Dimech, li gidem lillAssistent Kummissarju, intbagħat 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

Ħatja li ġġieldu mal-Pulizija wara li twaqqgħalhom bini illegali

imniedi kellu jitmexxa fuq kriterji ċari u stabbiliti u trasparenti. L-Imħallef semma wkoll kif dan il-kumitat tekniku kien iltaqa’ ma’ problemi fil-ħidma tiegħu u wara li fuq talba talMinistru ġie sospiż għall-bidu ta’ April 2014, f’nofs Ġunju li għadda ġie xolt. Hu kompla li fid-deċiżjoni tiegħu li b’ittra maħruġa fis-27 ta’ Ottubru 2014, il-PU għarraf lid-Dragonara li kien għażel lil Eden bħala l-proponent preferut u kien sejjer jibda negozjati magħha għall-għoti talkonċessjoni. Huwa għarrafha wkoll li jekk kemm-il darba nnegozjati ma’ Eden ma jħallux frott kien qiegħed jirriżerva li jiftaħ negozjati ma’ Dragonara. Dragonara talbet laqgħa malPU u din kienet iffissata għat-3 ta’ Novembru 2014 imma llaqgħa ma nżammitx għax ftit jiem qabel id-Dragonara laħqet fetħet din il-proċedura. Fil-konklużjonijiet tiegħu, lImħallef Micallef qal li dDragonara għandha raġun tippretendi li l-proċess tal-għażla jsir b’imparzjalità u b’ħarsien tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel ma nbeda l-proċess. Fl-istess waqt hu qal li ma jirriżultax l-element għall-ħtieġa ta’ dan il-mandat għax dan ikun meħtieġ jekk il-ħsara li allegatament qed tilmenta dwaru dDragonara ma tkunx tista’ tissewwa mod ieħor.

Sitt xhur ħabs f’każ ta’ 14-il sena ilu

Sandro Spiteri ta’ 37 sena miżŻejtun intbagħat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li 14-il sena ilu kien involut fi traffikar tad-droga eroina. Mix-xhieda ħareġ li kien isSupretendent Carmelo Bartolo, dak iż-żmien Spettur, li qal li f’Awwissu tas-sena 2000, kien kiseb informazzjoni mingħand terza persuna li riedet tibqa’ anonima, b’konnessjoni ma’ bejgħ ta’ droga eroina u dan firrigward ta’ Spiteri. Il-Qorti fis-sentenza tagħha kkunsidrat iż-żmien li għadda minn fuq il-każ u l-fatt li Spiteri rabba l-għaqal u mexa ’l quddiem fil-ħajja. Il-Qorti qieset ukoll ix-xhieda tat-tabib Damien Spiteri, li huwa social worker, li tkellem b’mod pożittiv dwar l-imputat. Fil-fatt, it-tabib Spiteri qal li seta’ jara li l-imputat kien miexi ’l quddiem f’ħajtu, kien qiegħed jaħdem u li ma kienx għadu jabbuża middroga. Għalhekk il-Qorti ddeċidiet li timponi l-piena fil-minimu tagħha u kkundannat lill-imputat sitt xhur ħabs filwaqt li mmultatu s-somma ta’ €500.


8

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Nofs miljun ewro fis-sena għall-GWU f’kiri ta’ bini lil Transport Malta

Transport Malta kriet uffiċċji fil-Marsa f’bini tal-General Workers’ Union (GWU) li għalih se jitħallsu nofs miljun ewro fissena Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea fil-Parlament ilbieraħ staqsa jekk din kinitx l-aħjar offerta, u jekk dan il-bini hux laħjar biex jingħata s-servizz minn Transport Malta. Ċensu Galea kien qed jitkellem dwar il-baġit għas-sena d-dieħla talMinisteru għat-Trasport u Infrastruttura u qal li s-setturi tattrasport u l-isfrastruttura huma oqsma importanti li magħhom imissu ħafna setturi oħra tas-soċjetà. Dwar l-infrastruttura ta’ pajjiżna, Ċensu Galea qal li l-aktar proġett li waqa’ lura hu t-tfassil ta’ infrastruttura ġdida għaż-żmien li ġej. Gvern li sentejn fil-Gvern, għadu jimplimenta biss dak li kien hemm imfassal mill-amministrazzjoni li għaddiet, u mhu jsemmi xejn fuq proġetti ġodda jew pjani ġodda għal dan is-settur. Irrifera wkoll għax-xogħlijiet fi Triq il-Kosta li qal li huma fost ilproġetti kbar li għaddejjin bħalissa li fuqu qed jaħdmu l-kuntratturi kollha ta’ pajjiżna. Staqsa x’se jiġri meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet.

Dwar dawn ix-xogħlijiet, Ċensu Galea esprima l-inkwiet tiegħu dwar it-tunnellati kbar ta’ ħamrija li qed jintradmu permezz ta’ dan il-proġett. Semma wkoll kif dan il-proġett qed joħloq problemi kbar għarresidenti tas-Salina. Staqsa x’se jiġri meta jingħalqu r-rampi li jagħtu għaz-zona residenzjali, waqt li rrimarka li r-residenti huma inkwetati dwar l-aċċess mit-Triq il-Kosta u x’se jiġri millpassaġġ alternattiv minħabba li hemm perikli fl-użu ta’ dan il-passaġġ. Id-Deputat Nazzjonalista qal li r-residenti qed isostnu li ma kienx hemm konsultazzjoni magħhom, u sostna li dan jistona mal-għajta tal-konsultazzjoni tal-Gvern, u lgħajta li biha rebaħ l-elezzjoni li dan hu Gvern li jisma’. Dwar iz-zoni ta’ perkeġġ, staqsa fiex waslet il-policy għallparkeġġi f’pajjiżna għaliex dwar dan ukoll mhu qed nisimgħu xejn. Dwar is-sitwazzjoni preżenti tat-trasport pubbliku, Ċensu Galea qal li wara sentejn ta’ dan il-Gvern u quddiem il-wegħdi kollha li għamel qabel l-elezzjoni, il-Gvern għadu ma wasal imkien.

Appella lill-Gvern biex ma tkomplix issir ħsara lis-servizz tat-trasport pubbliku u lil madwar 90,000 li jagħmlu użu mittrasport pubbliku kuljum. Ċensu Galea qal li ma rridux ngħixu illużjonijiet, kif ipprova jagħmel dan il-Gvern, u semma kif lanqas ma rnexxielu l-Gvern jagħmel l-iskeda għas-sajf li tilħaq il-bżonnijiet ta’ min juża dan it-trasport. Bħala eżempju semma s-sigħat twal ta’ stennija fil-Qawra u flGħadira fix-xhur tas-sajf, filwaqt li rrimarka li anke fix-xhur taxxitwa hemm problemi kbar ta’ stennija. Appella lill-Gvern jikkonsulta b’mod wiesgħa malKunsilli Lokali u jisma’ l-proposti tagħhom. Id-Deputat Nazzjonalista appella għal aktar kordinazzjoni

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

fil-mod kif isir l-immaniġġjar ta’ traffiku waqt li jkunu għaddejjin xogħlijiet fit-toroq, u fisser li lkonfużjoni fit-traffiku li qed nesperjenzaw illum hu riżultat ta’ immaniġġjar ta’ traffiku ħażin. Ikkritika l-introduzzjoni ta’ bus lanes ta’ ftit metri li qed joħolqu diffikultajiet kbar, bħalma qed jiġri wkoll ħdejn iċ-ċentru Laburista tal-Imsida. Semma wkoll in-nuqqas ta’ viżjoni għal parkeġġi – li qed tikber kuljum b’mod partikolari f’zoni speċifiċi bħalma huma San Pawl il-Baħar, Marsaskala u San Ġiljan, liema zoni jridu jkunu indirizzati b’mod differenti. Ikkritika wkoll li dan il-Gevrn qed jagħżel li jindirizza l-policy komuni dwar il-parkeġġi. Dwar il-cameras li jirregolaw il-veloċità fis-sewqan, Ċensu Galea talab biex tkun ikkomunikata l-policy li qed tiġi implimentat dwar dan. Dwar it-toroq li jagħtu minn San Pawl il-Baħar għaċĊirkewwa, Ċensu Galea qal li din hi sitwazzjoni fejn it-traffiku kollu lejn Għawdex jiddependi kollox mit-triq tal-Mistra, u staqsa x’inhi l-istrateġija f’dan ir-

rigward meta l-Gvern qed jgħid li m’għandu xejn ippjanat għal din il-problema tat-traffiku. Irrimarka wkoll li t-telgħa tax-Xemxija hi laktar triq frekwentata, u għandha bżonn wiċċ ġdid tat-triq. Tkellem ukoll dwar il-Park tasSalina u qal jirriżulta li l-Gvern qed jipposponi li jlesti dawn ixxogħlijiet, mill-aħħar ta’ din issena għal Ġunju tas-sena ddieħla. Dwar il-kordinazzjoni bejn lentitajiet biex jiġi assigurat li xogħlijiet fit-toroq isiru mingħajr diffikultajiet, staqsa jekk ilKumitat tal-Kordinazzjoni hux qed jaħdem, u rrimarka li jekk qed jaħdem għandu diffikultajiet kbar anke fuq proġetti ta’ toroq żgħar. Dan ukoll għaliex il-Partit Laburista kien wiegħed ħafna, bħalma hu l-każ fi Triq is-Simar f’San Pawl il-Baħar. Appella lillGvern iwettaq dak li wiegħed ma’ dawn ir-residenti u jwettaq linvestiment meħtieġ. Dwar ir-rapport dwar il-bridge bejn Malta u Għawdex li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ, Ċensu Galea appella biex nifhmu l-impatt ta’ dak li hu propost li jitwettaq.

Kristy Debono fissret li din hi stima konservattiva ħafna, għaliex qed nikkalkulaw li żewġ terzi tal-popolazzjoni li taħdem ma ssib traffiku qatt. Fissret li f’dawn il-kalkoli m’hemmx inklużi s-sigħat ta’ xogħol li jagħmlu l-istudenti fis-sajf jew f’ħinijiet oħra matul il-ġimgħa, l-anzjani u n-nisa li jaħdmu d-dar u dawk kollha li ma jaħdmux li jaħlu wkoll ħin prezzjuż li jiswa l-flus, u hu għalhekk li l-ħela ta’ €50 miljun f’sena f’ħin ta’ xogħol minnħabba l-konġestjoni tat-traffiku, hu kalkolu konservattiv u realistiku. Tkellmet ukoll dwar l-impatt tat-trasport fuq it-turiżmu, li turist medju jikkunsidra l-problema tat-traffiku f’pajjiżna u llivell tat-trasport pubbliku flgħażla tal-postijiet li jżur biex jonfoq għad-divertiment u rikreazzjoni. Tkellmet ukoll dwar is-sussidju li se nkunu qed inħallsu għas-servizz tat-trasport pubbliku, li din is-sena se jiswa €30 miljun, u kif is-sena d-dieħla se jibda jitħallas sussidju ta’ €23 miljun u ma nafux eżattament

kemm se jkun jiswa fis-snin ta’ wara. Dan ifisser, qalet Kristy Debono, li ras għal ras il170,000 persuna li għandna jaħdmu f’pajjiżna, din is-sena se jkunu qed iħallsu għat-trasport pubbliku €176 u l-istess ammont is-sena d-dieħla. Dan ifisser li fuq sentejn, min jaħdem u jħallas it-taxxa se jkun ħallas €350 għal sistema ta’ trasport pubbliku li din is-sena żgur ma qditniex tajjeb. Dan minbarra nnolijiet li ħallsu dawk li juzaw is-sistema tat-trasport pubbliku. Kristy Debono qalet li dawn il-miljuni kollha li qed nonfqu fis-sistema ta’ trasport li flaħħar xhur kienet ferm ’il bogħod milli tkun effiċjenti, u staqsiet jekk nistgħux nikkunsidraw biex jingħataw direttament lin-nies, tokens ta’ biljetti tat-trasport pubbliku b’xejn biex ninċentivaw lin-nies jużaw aktar it-trasport pubbliku, tonqos ilkonġestjoni tat-traffiku waqt li fl-istess ħin inkunu qed ninvestu f’kultura ġdida u pożittiva biex aktar nies jużaw it-trasport pubbliku u jużaw anqas il-karozza privata tagħhom.

Id-dewmien fit-traffiku jiswa lill-poplu bejn €45 miljun u €50 miljun fis-sena

Il-problema tat-traffiku qed taffettwa finanzjarjament lin-nies u li l-ħela ta’ ħin fit-traffiku qed ikun ta’ ostaklu għall-ekonomija ta’ pajjiżna u għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Studju minn kumpanija ta’ ekonomisti jwassal għall-konklużjoni li jekk terz tal-popolazzjoni li taħdem taħli medja ta’ siegħa biss fil-ġimgħa fit-traffiku, ikun ifisser li dan iddewmien jiswa lill-poplu bejn €45 miljun u €50 miljun fis-sena. Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono għamlet din lanaliżi fil-Parlament meta tkellmet fid-diskussjoni dwar il-baġit għas-sena d-dieħla għallMinisteru tat-Trasport u lInfrastruttura. Fissret kif il-problema tat-traffiku qed taffettwa l-flus fi bwiet tan-nies. Elenkat u fissret kemm tiswa siegħa xogħol medja f’termini finanzjarji f’pajjiżna, u dan skont rapport li tħejja minn kumpanija ta’ ekonomisti, eCubed Consultants, li jistabbilixxi li siegħa xogħol tiswa medja ta’ €15.07, waqt li siegħa ta’ leisure, jew divertiment, tiswa medja ta’ €4.61.

Proposta għal tokens ta’ biljetti tat-trasport pubbliku b’xejn biex ninċentivaw lin-nies jużaw aktar it-trasport pubbliku u tonqos il-konġestjoni tat-traffiku

Semmiet ukoll li jekk nikkalkulaw li terz ta’ dawk li jaħdmu bi qligħ f’pajjiżna, madwar 57,000, jaħlu medja ta’ siegħa fil-ġimgħa fit-traffiku, iwassal għal konklużjoni li dan id-dewmien qed jiswa lill-poplu Malti bejn €45 miljun u €50 miljun fis-sena. Jekk tinkludi magħhom ilpopolazzjoni tal-istudenti, li bejn Università, Junior College u

MCAST biss tilħaq l-20,000 – tieħu terz minnha, jiġifieri madwar 7,000 li jaħlu medja ta’ siegħa fil-ġimgħa dewmien fittraffiku, għal 39 ġimgħa tul sena skolastika, b’kalkolu medju talistess studju jwassal għal spiża għall-istudenti ta’ €1.26 miljun. Dan ifisser li studenti fis-sena skolastika biss u ħaddiema li jaħdmu bi qligħ, l-ispiża fis-sena titla’ għal €46 miljun.


www.maltarightnow.com

9

It-Tlieta, 2 ta’Diċembru, 2014

PARLAMENT

Gvern li jħalli lill-poplu fil-għama fis-settur tat-trasport u l-infrastruttura - Toni Bezzina Il-Baġit li ppreżenta l-Gvern għas-sena d-dieħla jħalli lillpoplu fil-għama fis-settur tattrasport u l-infrastruttura, u b’mod partikulari biex jindirizza l-problemi li ħoloq hu stess fil-qasam tas-servizz tat-trasport pubbliku li llum il-Gvern għadu jmexxi. Dan iddikjarah il-Kelliem talOppożizzjoni dwar it-Trasport u lInfrastruttura, Toni Bezzina, meta fil-Parlament ilbieraħ fisser li issa se jkun il-poplu li se jkun qed iħallas għall-iżbalji tal-Gvern. Meta kien qed jitkellem fiddiskussjoni tal-Baġit dwar is-setturi tat-trasport u l-infrastruttura, id-Deputat Nazzjonalista qal li dan hu baġit bla sens ta’ ġustizzja soċjali, b’nuqqas kbir ta’ onestà politika, u bla direzzjoni ta’ fejn irid jasal il-Gvern li qed juri li m’għandux soluzzjonijiet. Fisser kif illum inħolqot arja ta’ instabbiltà u inċertezza ekonomika li tinħass kullimkien fl-oqsma kollha tal-infrastruttura u ttrasport, bil-Gvern jipprova joħroġ mill-inkwiet u l-inċertezzi li daħal fihom kemm ilu jiggverna. Dwar il-qasam marittimu, tkellem dwar il-miżura tajba li ħa dan il-Gvern fit-twaqqif ta’ unit speċjalizzata fl-infurzar filmerkanzija impurtata fil-pajjiż li se tkun qed isservi ta’ pjattaforma biex kull negozjant jaħdem fuq ‘level playing field’ wieħed. Irrefera għall-qasam tat-tfittix taż-żejt, u qal li l-Gvern ma semma xejn fil-Baġit, minkejja li s-sena li għaddiet kien tħabbar li kellha titwaqqaf Korporazzjoni dwar it-Tħaffir għaż-Żejt u l-Gass. Fakkar li l-Partit Laburista kien qal li jaf fejn Gvern Laburista għandu jħaffer għaż-żejt, iżda dwar dan għadu ma rriżulta xejn tant li l-Ministru Joe Mizzi kien iddikjara wkoll li kien lest jirriżenja jekk dan ma jitwettaqx tant kemm kien ċert li Gvern Laburista jsib iż-żejt.

Dwar it-trasport pubbliku, semma kif ir-riforma li kien beda Gvern Nazzjonalista kienet qed iġġib magħha dixxiplina u serjetà, b’riforma li kellha t-tajjeb u lħażin. Iżda l-Partit Laburista, qal Toni Bezzina, din ir-riforma għamilha ballun politiku, tant li terz tax-xufiera fl-ewwel ġimgħa tar-riforma kienu strajkjaw. Fisser li wara 20 xahar għad m’hemmx soluzzjonijiet u l-problemi kibru bil-Gvern jitlef il-kontroll tas-sitwazzjoni fit-trasport pubbliku fl-agħar sitwazzjoni li qatt kien hawn. Dan hu wkoll reklam ħażin għat-turisti li jesperjenzaw ukoll kjuwijiet kbar riżultat ta’ ineffiċjenzi, minibuses flok karozzi tallinja b’ħafna diffikultajiet ukoll għall-anzjani li jiħtieġu low floor buses u mhux mini buses. Dwar it-tneħħija tal-bendy buses, Toni Bezzina qal li lMinistru Mizzi kien ftaħar li issa ssolvew il-problemi tat-traffiku,

Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi ġġustifika ż-żjara tiegħu fi Spanja u l-laqgħat ma’ kumpanija li tefgħet lofferta biex topera s-servizz tattrasport pubbliku bħala laqgħat regolari, li ma jiksrux it-termini tal-kundizzjonijiet, u li saru biex ikun assigurat li ħadd ma jidħak bil-poplu Malti. Meta kien qed jitkellem filParlament dwar il-Ministeru tatTrasport u l-Infrastruttura, ilMinistru Joe Mizzi qal li l-Gvern sab diversi proġetti wieqfa, u kien hemm riskju li jintilfu fondi Ewropej.

Tlestew diversi proġetti u semma l-proġett ta’ Bormla, znieter ta’ diversi knejjes, tindif ta’ widien, monumenti ta’ eks Presidenti ta’ Malta u nbdew diversi proġetti oħra fil-komunitajiet. Proġetti oħra saru fil-Belt u l-Furjana, fil-Kottonera, fis-Salina u se jsir restawr talFuntana tat-Tritoni u funtani oħra fiz-zona. Dwar il-Parlament il-ġdid hu qal li s-sitwazzjoni kienet waħda mwiegħra fejn kien hemm €7 miljun iktar biex jitlesta l-proġett li suppost tlesta fl-2012. Hu qal li

għajta li malajr taret mar-riħ meta wieħed jara s-sitwazzjoni tat-traffiku llum f’pajjiżna. Irrimarka wkoll li ma kien hemm ebda progress minn dan ilGvern dwar is-sigurtà tal-passiġġieri. Ir-rapport dwar inkjesti b’rabta mal-inċidenti tal-karozzi tal-linji għadu mistur sal-lum. Fakkar li l-poplu llum qed joħroġ ħafna aktar fi spejjeż biex il-Gvern iħaddem hu t-trasport pubbliku. Dwar il-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur, qal li l-Oppożizzjon hi inkwetata dwar il-futur tagħhom waqt li rrimarka li hemm ftit li ddaħħlu fl-aħħar xhur li qed jagħmlu isem ħażin lis-servizz. Mill-1,200 li jaħdmu f’dan issettur, ftit aktar minn nofshom huma xufiera, u semma li x-xufiera qed jiġu mkażbra bil-kundizzjonijiet li qed jaħdmu fihom millkumpanija mmexxija mill-Gvern. Irrimarka wkoll li x-xufiera li jaħdmu fuq bażi ta’ ħamest ijiem, għas-sigħat żejda li jagħmlu, qed

jitħallsu siegħa b’siegħa. Toni Bezzina semma kif ħaddiema tal-Malta Public Transport Services li jiġu mressqa quddiem il-bord tad-dixxiplina, ma jiġux avżati biex jitilgħu jiddefendu ruħhom. Ikkritika kif il-kumpanja qed tagħmilha ta’ mħallef, prosekutur u difensur f’daqqa billi tiddeċiedi l-eżitu ta’ smigħ flimkien mal-GWU, irrispettivament jekk ħaddiem ikunx f’union oħra jew ma jkunx imsieħeb f’union. Toni Bezzina saħaq li l-Prim Ministru Muscat u l-Ministru Joe Mizzi huma politikament responsabbli, għax issa hu l-Gvern li qed imexxi s-servizz meta qabel kienu jfissru s-servizz bħala diżastruż u llum qiegħed f’diżastru agħar. Il-Gvern kellu jagħti eżempju hu lill-operatur il-ġdid li se jidħol imexxi dan is-servizz, wara li keċċa lill-Arriva, u din hi wegħda oħra miksura tal-Partit Laburista fil-Gvern. Ikkritika wkoll għat-taħditiet li ftaħar li għamel il-Ministru Joe Mizzi qabel ma ntgħażel il-bidder għas-servizz tat-trasport pubbliku, u fisser din l-imġiba politika bħala xhieda oħra tad-diżonestà politika ta’ dan il-Gvern u talMinistru Joe Mizzi.

Dan hu Gvern li jagħmel dak li jiġih f’rasu u dak li jrid hu, qal Toni Bezzina, bħalma għamel meta mar Spanja biex jivverifika l-kumpanija li kienet qed turi interess f’Malta biex tmexxi sservizz tat-trasport pubbliku, u dan meta ma kienx għadu ntgħażel il-bidder. Semma li dan hu Gvern ta’ ħabi li ma tistax taħdem miegħu filwaqt li rrimarka li hu l-Gvern biss li jaf kemm il-poplu se jkun qiegħed iħallas f’sussidju għasservizz tat-trasport pubbliku. Ikkritika li bil-miżuri li daħħal il-Gvern f’aktar taxxi fuq illiċenzji tal-karozzi u l-assigurazzjoni, flimkien mal-prezz talpetrol u d-diesel li l-konsumatur qed iħallas ħafna aktar għax ma roħsux il-prezzijiet kif raħas ilprezz internazzjonali, iż-żidiet flispejjeż se jitilgħu għal €830 fissena jew €16 fil-ġimgħa. Semma wkol lista ta’ proġetti li taħt dan il-Gvern qed jaqgħu lura, fosthom il-bini talParlament il-ġdid, il-proposti dwar modi ġodda ta’ trasport, fosthom l-underground, ilproġett tal-junction tal-Kappara, ix-xogħlijiet marbuta mat-Triq tal-Kosta, u l-istrateġija nazzjonali dwar it-trasport, li dan kien inbeda wkoll mill-amministrazzjoni preċedenti. Ikkritika li t-tax rebate ta’ €150 għat-trasport tat-tfal lejn l-iskejjel mhix se tkun biżżejjed, u hi aktar għaqlija l-porposta talOppożizzjoni li l-Gvern jipprovdi hu t-trasport pubbliku lill-iskejjel tal-Knisja u tal-privat ukoll. Dwar il-proġett ta’ titjib fittraffiku fil-Marsa, qal li dan hu proġett ieħor li dan il-Gvern kabbar bi spiża akbar minn dik ippjanata mill-amministrazzjoni Nazzjonalista, biex issa jinkludi wkoll parkeġġ u masġar biex jingħata vantaġġ lill-proprjetà talPartit Laburista fil-Marsa.

kienu l-kuntratturi li taw it-time frame iżda kien ovvju li dawn mhux se jlaħħqu. Il-post hu żgħir, sostna l-Ministru Mizzi. Meta tkellem dwar it-tħaffir għaż-żejt, il-Ministru Mizzi qal li lGvern hu impenjat li jkompli jħaffer iktar bjar taż-żejt. Dwar Transport Malta, ilMinistru Mizzi qal li se jsiru diversi proġetti, fosthom tal-Kappara bilmira tkun li sa tmiem din illeġiżlatura ma jkunx hemm toroq residenzjali pendenti. Il-Ministru Mizzi qal li qed isiru laqgħat rego-

lari mal-pulizija dwar il-problema tat-traffiku u sostna li t-traffiku qed jimxi tajjeb minkejja li għad fadal diversi problemi. Il-Gvern se jkompli jinvesti fl-immaniġġjar tat-traffiku, fosthom fi traffic lights u l-bus lanes. Il-Ministru Mizzi tkellem dwar ittrasport pubbliku u qal li kien hemm żieda ta’ 10% fin-numru ta’ passiġġieri li użaw it-trasport pubbliku. Hu qal li kien hemm inqas interruzzjonijiet tas-servizz waqt li fil-bidu tas-sena d-dieħla l-operatur il-ġdid se jieħu l-operatur il-ġdid.

Il-Ministru Mizzi qal li llum żdiedet is-sigurtà fuq il-karozzi tallinja fejn kien hemm inqas każi ta’ duħħan u ħruq li tniżżlu minn 28 għal sebgħa. Dwar il-preferred bider, ilMinistru Mizzi qal li meta mar Spanja hu ma kisirx it-termini talofferta u mar biss biex jara li ħadd ma jidħaq bil-pajjiż. Dwar ir-rotot hu qal li dawn saru bla ħlas wara konsultazzjoni mal-kunsilli lokali. IlMinistru Mizzi qal li hu mar Spanja b’ajruplan normali u ma kellu x’jaħbi xejn.

Gvern li qiegħed jagħmel bil-kontra ta’ dak li wiegħed u flok ma kompla jtejjeb u jirranġa, irnexxielu jħott dak li l-poplu kien qed jibni

Xufiera fit-trasport pubbliku li jaħdmu fuq bażi ta’ ħamest ijiem, qed jitħallsu siegħa b’siegħa għas-sigħat żejda li jagħmlu

Jiddefendi u jiġġustifika ż-żjara fi Spanja


www.maltarightnow.com

10

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

L-Oppożizzjoni se tkun qed taħdem biex Malta żżomm it-track record tajjeb dwar il-fondi L-Oppożizzjoni se tkun qed tagħti s-sehem tagħha biex pajjiżna jżomm it-track rekord tajjeb fl-applikazzjonijiet ta’ fondi Ewropej u biex pajjiżna jkompli jgawdi minn dawn ilfondi. Id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli, Kelliema għall-Affarijiet Ewropej, appellat lill-Gvern biex matul is-sena li ġejja jpatti għan-nuqqasijiet li rajna din is-sena fil-programmi ta’ għajnuna għall-fondi Ewropej. Meta tkellmet fid-diskussjoni dwar il-baġit u l-Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropew u t-Twettiq talManifest Elettorali, Marthese Portelli fakkret li fl-ewwel perjodu tal-programm ta’ fondi Ewropej allokati lil Malta, bejn l2004 u l-2006, u t-tieni programm ta’ fondi bejn l-2007 ul2013 Malta rnexielha tuża 91% tal-fondi. Irirmarkat li filwaqt li l-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh sal-aħħar u kien minn tal-aħħar li ppreżenta l-Programmi Operattivi għallFondi Ewropej, fissret li lOppożizzjoni wkoll ipparteċipat bi sħiħ f’dan l-eżerċizzju b’70 proposta li jindirizzaw diversi setturi fosthom ir-riċerka u l-

innovazzjoni, is-settur tal-ICT, lambjent rurali u urban, inċentivi għas-settur tan-negozju, il-promozzjoni tal-kultura u proposti oħrajn għall-qasam tal-edukazzjoni u dak tas-saħħa. Fil-kuntest tat-twissija li l-UE tat lill-Gvern dwar ir-riskji finanzjarji, id-dejn tal-pajjiż u tal-istimi tal-gvern li fissret bħala ottimisti f’baġit li hu off track, Marthese Portelli qalet li l-Gvern irid jaħdem biex isem Malta jissemma fl-aħbarijiet pożittivi u mhux f’dawl ikreh bħalma kienet it-twissija tal-UE lil Malta. Fakkret fil-kliem eżatt talKummissjoni Ewropea li Malta qegħda f’riskju u staqsiet x’se jkun qed jagmel il-Gvern biex ilBaġit tal-Gvern ma jkunx off track. Fissret li filwaqt li l-Ewropa qed toħroġ mill-kriżi ekonomika li bdiet fl-2008, għalkemm hemm pajjiżi li għadhom mifnija bil-mod kif intlaqtu mid-dejn kbir li kellhom, wissiet li pajjiżna ntlaqat minn dejn taħt dan ilGvern li żdied b’€500 miljun.

Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech tkellem dwar ilmod kif qed jaħdem il-Parlament Malti, u semma bidliet fl-istanding orders fejn se jkun hemm proposta li jkun hemm tnaqqis fil-ħlas lid-deputati meta dawn

ma jattendux il-Parlament. Hu esprima qbil mal-Oppożizzjoni dwar bidliet fir-rwol tad-deputati. Louis Grech qal fil-Parlament meta tkellem dwar il-Ministeru tiegħu b’responsabbiltà tal-

Semmiet in-nefqa fl-impjiegi ta’ €100 miljun kawża tal-ħafna impjiegi li saru mas-settur pubbliku. Saddatnt, irirmarkat li hemm il-Kummissjoni l-ġdida ta’ Juncker b’messaġġ li l-Ewropa trid toħloq ix-xogħol u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Ewropej. Filwaqt li appellat lill-Gvern għal politika li toħloq il-kunfidenza tal-konsumatur, il-kredibbiltà u l-fiduċja, Marthese Portelli semmiet li l-istatistika tal-Eurostat turi li fl-ewwel sitt xhur tas-sena mqabbla mal-istess perjodu s-sena li għaddiet, l-esportazzjoni f’Malta niżlet b’27% u l-importazzjoni naqset b’5% – żbilanċ ta’ €1.7 biljun. Fil-qasam tal-produzzjoni industrijali, il-Eurostat turi wkoll li bejn Settembru tal-2013 u l2014, fl-UE kien hemm tkabbir filwaqt li f’Malta irreġistrajna logħla tnaqqis ta’ 7.4% – agħar mill-Greċja. Dwar l-importanza tal-kunfidenza tal-konsumatur,semmiet li

b’58ċ żieda mhux se naraw kunfidenza mill-konsumatur. Dwar il-kredibbiltà, staqsiet minn fejn se tiġi din meta afu li dan ilGvern ma żammx mal-wegħda tal-proġett tal-power station; ilqasam tal-meritokrazija sfaxxa fix-xejn; u l-cover-ups ta’ dan ilGvern lil membri tal-Kabinett tiegħu mhux jibagħtu messaġġ pożittiv dwar pajjiżna. Dwar is-setttur tat-turżmu, Marthese Portelli appellat għal koperazzjoni bejn il-Ministeri li jista’ jkollhom impatt fuq dan issettur. Filwaqt li rrikonoxxiet li dan hu settur li baqa’ jirreġistra tkabbir, irrimarkat għat-telf reġistrat mis-suq Ġermaniż u dak Spanjol, b’dan tal-aħħar jitlef 30%. Irrimarkat li l-fondi Ewropej għenu mhux ftit is-settur tatturiżmu, b’mod partikolari bi proġetti u skemi li gawda minnhom dan is-settur. Appellat ukoll għall-vuċi ta’ Malta f’taħditiet fuq livell Ewropew, bħalma huma filkwistjonijiet tad-data protection, tal-online travel agents, u l-interchange fees fl-użu ta’ credit jew debit cards. Irriferiet ukoll għall-programm Ewropew għal dawk bi problemi ta’ faqar u ilmentat li mill-għaj-

nuna li rċeviet Malta f’Marzu, ta‘ €3.5 miljun, sal-lum dawk filbżonn għadhom qed jistennew din l-għajnuna u staqsiet lillGvern jgħid meta se tibda titqassam din l-għajnuna. Dwar il-presidenza u l-fondi Ewropej, Marthese Portelli qalet li numru ta’ Ambaxxaturi Maltin, mhux kolha, għadhom ma jafux x’inhu mistenni minnhom, u staqsiet x’tip ta’ taħriġ se jingħataw il-ħaddiema flAmbaxxati. Staqsiet ukoll jekk hux konvint li l-Ambaxxaturi kollha li kienu appuntati b’ħatra politika, humiex ta’ livell għax-xogħol mistenni minnhom. Appellat biex dawk li mhumiex jingħataw it-taħriġ meħtieġ. Dwar l-implimentazzjoni talprogramm elettorali, Marthese Portelli qalet li s-slogan ta’ Malta Tagħna Lkoll kienet gidba u baqgħet gidba. Staqsiet jekk illum hawnx it-trasparenza, limparzjalità u l-akkontabbiltà mwiegħda mill-Gvern Laburista. Appellat iżda li l-politika Ewropea hi tagħna lkoll u mhux tal-politiċi, u ssuġġeriet li flimkien, Gvern u Oppożizzjoni, inżommu kuntatt mal-MEPs biex niddiskutu l-impatt ta’ setturi li huma importanti għal pajjiżna.

Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, li l-baġit jikkonferma li l-ekonomija sejra tajjeb, u sostna li mhux minnu li l-Gvern tilef ir-ruħ soċjali għaliex daħħal diversi benefiċċji u inizjattivi għal diversi kategoriji tas-soċjetà fosthom il-persuni b’diżabbiltà, l-anzjani u lfamilji. Louis Grech qal li l-Gvern daħħal ukoll diversi inizjattivi oħra fosthom tnaqqis fit-taxxa, inizjattivi biex in-nisa joħorġu jaħdmu u diversi inizjattivi għal Għawdex.

Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar il-fondi Ewropej u sostna li waħda mill-proposti hi li jkun hemm riġenerazzjoni finnaħa t’isfel ta’ Malta, fosthom bi spazji ta’ rikreazzjoni u servizzi tas-saħħa. Il-Gvern se jinvesti wkoll f’setturi kruċjali fledukazzjoni, fis-saħħa u flinklużjoni soċjali flimkien malambjent. Hu qal li dan kollu bliskop li s-soċjetà tkun ġusta issa u għall-futur. Dwar il-presidenza tal-UE, Louis Grech qal li din se ssir f’mument kruċjali u sostna li l-

UE għaddejja minn mument ta’ tibdil. Hu qal li l-UE għandha lkapaċità li ddawwar l-isfidi f’opportunitajiet. Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech tkellem ukoll dwar l-importanza li l-poplu ma jitlifx il-fiduċja flUE billi jitnaqqas id-distakk bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini. Id-Deputat Prim Ministru qal li dan kien baġit onest quddiem l-isfidi u juru kompassjoni lejn dawk li huma żvantaġġjati fissoċjetà billi jnaqqas it-taxxi.

70 proposta mill-Oppożizzjoni għal fondi Ewropej li jindirizzaw diversi setturi

Qbil mal-Oppożizzjoni dwar bidliet fir-rwol tad-deputati


www.maltarightnow.com

11

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

PARLAMENT

Appell għal dibattitu dwar ir-remunerazzjoni u l-għażla għal deputati full time

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma filParlament, Mario de Marco, appella għal dibattitu serju u ħieles mill-partiġjaniżmu politiku dwar Parlament li mhux biss ikollu bini modern kif se jkun ilbini l-ġdid tal-Parlament, iżda wkoll parlamentari ta’ kwalità blgħodda li jgawdu l-Membri Parlamentari Ewropej. Għandha tkun diskussa wkoll il-kwistjoni tar-remunerazzjoni u l-possibbiltà ta’ għażla bejn min irid jagħmel il-ħidma parlamentari bħala l-impjieg ewlieni, u dawk li jridu jżommu l-professjoni jew l-impjieg tagħhom bi rwol ukoll ta’ deputat. Mario de Marco appella għal diskussjoni dwar dawn l-iżviluppi importanti fil-ħajja talParlament u tad-deputati li jiffurmaw l-ogħla istituzzjoni talpajjiż, meta tkellem filParlament fid-diskussjoni dwar il-ministeru mmexxi mill-Viċi Prim Ministru Louis Grech, li hu wkoll il-Kap tal-Kamra tarRappreżentanti. Mario de Marco semma kif nitkellmu ħafna dwar il-bini lġdid għall-Parlament, iżda saħaq li Parlament bla deputati li ma jistgħux jiffunzjonaw sew, mhu Parlament xejn. Staqsa kemm iddeputati qegħdin iġibu ruħhom bħala rappreżentanti tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u kemm jimmeritahom it-titlu ta’ onorevoli. Appella għal diskussjoni ħielsa mill-partiġjaniżmu politiku, dwar ir-rwol tad-deputati, tarresponsabbiltajiet u tal-għodda li jrid ikollhom id-deputati. Enfasizza l-importanza li nagħrfu d-distinzjoni bejn ir-

rwol eżekuttiv u dak leġiżlattiv ta’ deputat, u fisser kif lOppożizzjoni kienet ikkritikat issehem ta’ deputati tal-Gvern bħala chairpersons ta’ awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern. Mario de Marco saħaq li l-ebda membru parlamentari ma jista’ jkun direttur jew chairperson ta’ entità għaliex meta jsir dan inkunu qed ngħaqqdu flimkien ir-rwol leġiżlattiv ma’ dak eżekuttiv. Tkellem ukoll dwar il-prassi tal-Parlament li jiltaqa’ tliet darbiet fil-ġimgħa b’numru ta’ kumitati li jaħdmu tajjeb ukoll. Dan ifisser li kull deputat hu part-time, bi professjoni jew b’impjieg ieħor flimkien marrwol ta’ deputat.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius appella għal qbil u kunsens dwar it-tibdil meħtieġ għal tibdil fil-Kostituzzjoni, li l-Oppożizzjoni wkoll qed tressaq l-emendi u l-proposti tagħha. Fid-diskussjoni fil-Parlament dwar il-Ministeru, li taħtu jaqa’ x-xogħol tal-Parlament, David Agius qal li l-Oppożizzjoni wkoll se tkun qed tressaq proposti għal tibdil fl-istanding orders u dwar il-mod ta’ kemm il-Parlament ikun, u sa fejn irid ikun, awtonomu.

Dwar ir-rapport tal-Ispeaker dwar l-awtonomija talParlament, David Agius qal li hemm kwistjonijiet li jridu jkunu spjegati u diskussi aktar biex ikun hemm qbil dwar dan. Esprima l-qbil talOppożizzjoni dwar it-TV Parliamentary Channel. Dvd Agius fisser li mhux biss resqin lejn Parlament ġdid u modern, iżda rridu wkoll nersqu lejn l-awtonomija u lejn deputati li jkollhom l-għodda meħtieġa, fosthom is-servizz tar-riċerkaturi. Irrimarka pożittivament

Mario de Marco fisser li rrealtà hi li llum, ir-rwol bħala deputat qiegħed dejjem jiżdied u għaldaqstant irridu naraw jekk id-deputat għandux ikun fulltime jew li jkun hu li jagħżel li jżomm l-impjieg tiegħu marrwol ta’ deputat part-time. Esprima r-riservi tiegħu dwar jekk deputat għandux ikun fulltime minħabba li hu importanti li kull deputat ikollu l-indipendenza tal-ħsieb politiku u tal-imġiba tiegħu fil-politika u filParlament, u biex is-sors tal-għajxien tad-deputat ma jkunx biss u uniku fuq il-politika u fil-ħidma parlamentari. Fisser ukoll li jifhem li hemm ħsibijiet oħrajn, u hu għalhekk jeħtieġ diskussjoni serja.

F’xenarju li x-xogħol parlamentari qiegħed jiżdied, Mario de Marco staqsa jekk id-deputat hux jingħata l-għodda meħtieġa biex iwettaq il-ħidma effettiva tiegħu bħala deputat. Fisser bħala żewġ klassi taddeputati – dawk rappreżentati fil-Parlament Ewropew u dawk fil-Parlament Nazzjonali, filwqat li rrimarka li l-MEP jingħata l-għodda ta’ tim ta’ persuni biex jgħinuh u d-deputat filParlament Malti hu nieqes minn din l-għodda u jibbaża kollox fuq ħidmiet volontarji ta’ xi individwi. Staqsa jekk din hix is-sistema li għandha tibqa’, u jekk tibqa’ jkunx hemm nuqqas fil-ħidma importanti tal-Parlament. Mario de Marco qal li l-ħidma parlamentari għandha taħdem biex ittejjeb il-liġijiet. Ippropona biex fil-Parlament ikun hawn tim ta’ riċerkaturi biex jaqdi l-bżonnijiet tad-depu-

tati kollha tal-Kamra. Dan hu żvilupp essenzjali li għandu jsir illum qabel għada għaliex il-liġijiet li qed jiġu diskussi filParlament qed isiru aktar speċjalizzati. Irrifera wkoll għall-kwistjoni tar-remunerazzjoni tad-deputati fil-Parlament. Semma kif ilGvern preżenti ddikjara li ma jridx iżid ir-remunerazzjoni taddeputati, iżda fl-istess waqt biddel il-liġi biex ipoġġi d-deputati tiegħu fuq entitajiet tal-gvern, u fisser dan bħala “ġinnastika politika”. Esprima l-inkwiet tieħgu li lpolitika li qed jimplimenta lGvern illum qed twassal għal fiduċja anqas fid-deputati u filParlament bħala istituzzjoni. Mario de Marco saħaq li wasal iż-żmien li tiġi indirizzata lkwistjoni tar-remunerazzjoni anke jekk id-deċiżjoni finali tkun li tibqa’ kif inhi, iżda mhux aċċettabbli li jinħolqu sitwazzjonijiet kif indirizzaha l-Gvern b’ħatriet ta’ deputati f’karigi għolja f’entitajiet tal-Gvern. Fisser li hekk kif deħlin filbini l-ġdid tal-Parlament, ikun disrispett li b’binja ta’ kwalità, ma jkollniex deputati ta’ kwalità. Appella għal dibattitu u ħidma għall-aqwa talent u l-aqwa mħuħ fil-Parlament li mhux dipendenti mill-politika, iżda indipendenti mil-libertà tal-ħsieb. Appella wkoll biex ma nagħmlux aktar distinzjoni bejn deputat fil-Parlament Nazzjonali u deputat fil-Parlament Ewropew biex id-deputati filParlament nazzjonali jkollhom listess għodda tal-Membri Parlamentari Ewropej.

għaż-żieda fil-fondi allokati għall-Parlament, ta’ €300,000 għas-salarji tal-ħaddiema talParlament li għandha tissarraf f’Parlament aktar professjonali. Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista staqsa jekk il-Kumitat talVerifika għandux ikun immexxi mill-Ispeaker minflok mill-Kap tal-Kamra f’isem ilGvern. Dan qed ikun propost għal aktar awtonomja talParlament u l-ħidma talKumitat. Fisser li fil-kuntest ta’

Parlament li għandu ’l fuq minn 12,000 domanda parlamentari, David Agius qal li tajjeb li jkun hemm analizi talistanding orders dwar iddomandi parlamentari kif ukoll fid-dawl tan-numru konsiderevoli ta’ seduti parlamentari li qegħdin isiru. Appella biex nersqu wkoll għall-idea tal-Prime Minister’s question time. Tkellem ukoll dwar ixxogħol tal-Kumitati talParlament u l-ħidma li qed twettaq l-Oppożizzjoni b’inizjattivi li qed tieħu meta qed

tressaq diversi mozzjonijiet għaliex l-Oppożizzjoni temmen ukoll li trid tkun kostruttiva u tipproponi tibdiliet fil-liġijiet u fil-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna. Irrimarka li kien hemm biss seba’ atti, fosthom il-baġit u dak b’rabta maċ-ċittadinanza, li l-Oppożizzjoni ma qablitx malGvern u vvutat kontra, bilkumplament ivvutat mal-Gvern u tat is-suġġerimenti. Semma’ wkoll in-numru ta’ rulings mill-Ispeaker, kważi 30, li dawn għandhom ukoll ikunu ta’ gwida għat-tmexxija u għaxxogħol tal-Parlament.

Il-Gvern preżenti kien għamel impenn li ma jridx iżid ir-remunerazzjoni tad-deputati iżda fl-istess waqt biddel il-liġi biex ipoġġi d-deputati fuq entitajiet tal-gvern, li fisser bħala ġinnastika politika

Hu disrispett li f’binja ta’ kwalità kif se jkun il-Parlament il-ġdid, ma jkollniex deputati ta’ kwalità bl-għodda kollha meħtieġa

L-Oppożizzjoni qed tressaq ukoll emendi għat-tibdil Kostituzzjonali


www.maltarightnow.com

12

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

Il-Gvern mhux f’sikktu

Ilbieraħ urejt ukoll kemm dan il-Gvern qed jigdeb u jinganna lill-Unjoni Ewropea bl-abbuż sfaċċat tas-suppost sena residenza li jridu jkunu ilhom f’Malta dawk li se jixtru ċ-ċittadinanza

Waqt li l-Ħamis li għadda kont qed inżur lil xi familji fizzona ta’ Raħal Ġdid li tiġi wara l-bandli, laqtuni żewġ kummenti. Mara, bl-ikbar sempliċità, qaltli “kemm hawn tgerfix fil-pajjiż bħalissa” u missier ta’ familja oħra qalli “hawn arja tqila wisq”. Żewġ kummenti li jiġbru s-sugu ta’ dak li qed ngħixu f’dawn laħħar jiem, li wara kollox hu rriżultat ta’ dak li żera’ Muscat biex seta’ jirbaħ. Għax tassew min jiżra’ riħ, jaħsad riefnu. Ilbieraħ filgħaxija wrejt filParlament, waqt id-diskussjoni tal-vot tal-Ministeru għallIntern, kif dan il-Ministeru wassal għal din l-arja tqila filpajjiż bil-gideb u l-ingann tiegħu matul l-aħħar xhur.

Jintilfu f’saqajhom jigdbu biex jgħattu l-gidba ta’ qabel. Iżda lġarra, ġejja u sejra, fl-aħħar tinkiser u hekk ġralha l-kredibbilità tal-Ministru għall-Intern li issa qed ikollu jiffaċċja lkonsegwenzi ta’ dak li żera’ b’tant arroganza u ebusija tarras fl-aħħar xhur. Kemm wissejt, fl-aħħar xhur, fil-Parlament lill-Ministru għall-Intern li se jġib kriżi filKorp tal-Pulizija u kemm ipprova jdaħħak bit-tweġibiet tiegħu. Ilbieraħ rajna u smajna kif ilfizzjali tal-Korp ħadu pass li qatt qabel ma kienu ħadu, jiġifieri bdew proċeduri fil-Qorti kontra l-Gvern talli jrid ineħħilhom l-awtonomija u l-indipendenza tagħhom. Għax il-Gvern irid li l-kuntratti tax-xogħol

“He who tells a lie...must be forced to invent twenty more to maintain that one” - Alexander Pope (1688-1744)

Jason Azzopardi

jason.azzopardi@gov.mt

tagħhom ikunu jiddependu millMinistru. Meta naraw il-ħmieġ fil-cover up mill-Gvern talisparatura ta’ ġimagħtejn ilu u nqisuha fid-dawl tat-tneħħija tal-awtonomija tal-Pulizija li lMinistru jrid, jaqbdek il-bard. Għax niftakarni nistaqsi dakinhar li ħareġ dan id-dokument flaħħar ta’ Ottubru li għadda, li sar minn wara dahar il-Korp, x’jiġri allura jekk il-Korp ikollu jinvestiga Ministru jew uffiċjal

Kif qal tant tajjeb il-Kap tal-Oppożizzjoni l-Ħadd li għadda, dan il-Gvern tilef il-boxxla morali tiegħu u t-tort hu tal-Prim Ministru li ta r-riħ u l-arja lil ta’ taħtu biex jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom għoli tal-Gvern? Ir-risposta ġiet fil-cover up tal-isparatura talGżira Ilbieraħ urejt ukoll kemm dan il-Gvern qed jigdeb u jinganna lill-Unjoni Ewropea bl-abbuż sfaċċat tas-suppost sena residenza li jridu jkunu ilhom f’Malta dawk li se jixtru ċ-ċittadinanza. Urejt b’eżempji ta’ kif qed iħalluhom japplikaw fuq indirizzi li mhumiex tagħhom u li saħansitra qed jagħtuhom ilpermess tar-residenza (li huwa l-ewwel pass biex tixtri ċ-ċittadinanza) mingħajr ma jkollhom indirizz f’Malta. Issa nis-

tennew li l-Kummissjoni Ewropea tinvestiga dan l-abbuż sfaċċat u ksur tal-ftehim li hi imponiet fuq il-Gvern Malti f’Jannar li għadda. Jistgħu jaqgħu iktar fil-baxx minn hekk? Kif qal tant tajjeb il-Kap talOppożizzjoni l-Ħadd li għadda, dan il-Gvern tilef il-boxxla morali tiegħu u t-tort hu talPrim Ministru li ta r-riħ u l-arja lil ta’ taħtu biex jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom. Iżda aħna m’aħniex se nħalluhom, la jidħku bina u lanqas jgħaddu minn fuqna.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR

Gvern li jisparalek fuq il-karozza L-EDITORJAL

Il-baġit li għadu kemm għadda kien baġit ta’ Gvern li sparalek fuq il-karozza. U ma sparax fl-ajru, anzi spara tiri għal wieħed ħafna biex jolqotlok il-karozza u, naturalment, il-but. Il-karozza tiegħek kienet fil-mira tal-Gvern fil-ħafna taxxi moħbijin li għamel f’dal-baġit biex iħallas għall-infiq lussuż fuq tal-qalba.

Iż-żejt jorħos b’terz, imma l-petrol u d-diżil f’Malta jibqgħu għoljin Tir ewlieni l-Gvern Laburista sparah lejn il-petrol u d-diżil li żammhom ferm aktar għoljin milli messhom ikunu meta tqis il-prezz taż-żejt li fl-aħħar sitt xhur waqa’ b’terz. Meta, erba’ snin ilu, iż-żejt kien bil-prezz ta’ bħalissa, il-petrol f’Malta kien 22 ċenteżmu orħos u d-diżil kien 29 ċenteżmu orħos milli se jkunu mix-xahar id-dieħel. Jisirqek 3 jew 4 ewro żejda fuq kull 20 ewro petrol jew diżil Dan l-għoli fil-prezzijiet tal-fjuwil hu taxxa ġdida u qawwija. Dawn il-prezzijiet ferm ogħla milli kienu erba’ snin ilu jfissru li, minn kull 20 ewro li tagħti fi fjuwil lill-karozza, il-Gvern qed joħodlok bejn 3 u 4 ewro żejda. Dan hu l-mod kif il-Gvern qed jagħmel taxxi indiretti, taxxi moħbijin. Fit-traffiku ġġammjat iżommok taħli l-fjuwil bl-għoli L-għoli fil-prezzijiet tal-petrol u d-diżil mhuwiex waħdu imma hu kkargat aktar bit-traffiku ġġammjat. Il-Gvern Laburista ġab is-sitwazzjoni tat-traffiku agħar u għamel it-traffiku problema ekonomika għan-negozji u għall-familji b’ħela ta’ ħin u ħela ta’ fjuwil bl-għoli tistenna fit-traffiku li l-Gvern jgħid li hu biss perċezzjoni.

Żieda fil-liċenzji... Fil-baġit li għadu kemm ressaq, il-Gvern ma kienx kuntent joħodlok 3 jew 4 ewro minn kull 20 ewro petrol jew diżil li tagħti, imma spara wkoll fuq il-liċenzji tal-karozzi. Il-Gvern qed jgħid li żiedhom b’10 jew 15-il ewro. Imma anke s-sena l-oħra kien qal hekk imbagħad ħafna nies sabu sorpriża għolja meta għalqitilhom il-liċenzja.

...fl- insurances... Mal-liċenzja, il-Gvern spara wkoll fuq l- insurance li t-taxxa tagħhom żiedha b’mill-anqas 13-il ewro – qed jgħid il-Gvern stess. Dawn huma 13-il ewro aktar żgur u għal min l- insurance tiġih għolja – iż-żgħażagħ pereżempju – saħansitra aktar.

... u fit- tyres U biex jolqot il-karozza f’kollox, il-Gvern gideb dwar l- eco-contribution, imma sparalek għat-tyres ukoll. Il-Ministru tal-Finanzi bilgideb tipiku tiegħu qal li neħħa l-eco-contribution , imma fil-fatt bidilha f’taxxa tas-sisa ogħla milli kienet l- eco-contribution. B’hekk, anke t-tyres se jgħollihom il-Gvern.

Inti tħallas għall-karozza tiegħek, Joseph Muscat jitħallas għal tiegħu It-taxxi suppost qegħdin għal kulħadd. Suppost, jiġifieri, dak li tħallas inti f’taxxi lil min sparalek fuq il-karozza, iħallashom hu wkoll. Imma l-fatti f’dal-pajjiż huma l-maqlub. Waqt li inti se tħallas aktar għall-karozza tiegħek bit-taxxi li sparalek, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jitħallas għall-karozza tiegħu. Għax sab mod kif isuquh bil-karozza personali tiegħu u sal-aħħar ta’ dil-leġiżlatura jkun tħallas 70,000 ewro għall-karozza tiegħu. Inti tħallas; imma hu jitħallas.

13

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Kif jaħdem Joseph Muscat

Illum ħadd ma baqagħlu dubju dwar il-ħiliet straordinarji ta’ strateġija politika tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Bilmod il-mod, f’dawn l-20 xahar li ilu jaħkem lil Malta u fuq Malta, beda juri, jum wara l-ieħor, kif jaħdem il-moħħ tiegħu. U t-tim tiegħu jaħdem f’sinkronizzazzjoni miegħu. Tajjeb li nagħti ftit eżempji: - Kif jaġixxi daqqa bħal sajjetta u daqqa bħal nagħġa biex iseddaq u jsaħħaħ il-poter li l-poplu Malti fdalu f’idejh fid-9 ta’ Marzu 2013; - Kif jiġi jaqa’ u jqum mill-protokoll, minn dawk l-affarijiet li suppost isiru bil-galbu u b’kawtela, kultant anki mil-liġijiet stabbiliti. - Kif jiġi jaqa’ u jqum mill-istess liġijiet li jipprojbulu li jagħmel ċerti ħatriet li huma dubjużi legalment u ċertament etikament; - Jekk ried jaħtar ambaxxatur li ma għandu l-ebda ħila, għerf jew tħejjija diplomatika ġie jaqa’ u jqum u ħatru. U wara ftit ħatar ambaxxatur jew Chairman ieħor

ta’ intrapriża statali aqwa minnu, s’intendi fil-medjokrità; - Jekk ried jgħatti żball ta’ ministri (u balleċ kien hemm għexieren minnhom) malajr jitbissimlek waħda u jipprova jgħaddi żżmien bil-ġurnalist li jkollu quddiemu; - Jekk jingħafas sew mill-Kap tal-Oppożizzjoni jew xi membru Parlamentari Nazzjonalista fuq xi kwistjoni taħraq malajr joħroġlok bill-frażi li “lOppożizzjoni (jew Simon Busuttil) għadhom ma tgħallmu xejn mit-telfa elettorali”. U nista’ nibqa’ sejjer. Min jaf kemm jidhak meta ssirlu xi kritika dwar l-għażliet ta’ nies fuq bordijiet, kumitati nazzjonali, korporazzjonijiet kollha laburisti dikjarati jew li ddikjaraw bilmiftuħ li se jivvutaw Labour. U min jaf kemm jidħak aktar meta n–nies isemmulu l-famuża meritokrazija li tant kien isemmi taħt it-tinda t-tonda... U jistagħġeb kif dak iż-żmien ħadd ma kien jistaqsih x’se jkunu l-kriterji talmeritokrazija. Hekk jaħdem Joseph Muscat. L-onestà, il-ġustizzja, il-moderazzjoni, l-irġulija, il-kontabbiltà għal Muscat huma biss kliem vag f’dizzjunarju li jsemmi kif u meta jaqbillu. Però ż-żmien għaddej u l-poplu, bil-mod il-

25 sena ilu f’In-Nazzjon

mod, qed jintebaħ u beda jagħmel il-kontijiet... Stanley Cachia Swieqi

Id-diskors ta’ Simon Busuttil

Meta rajt u smajt id-diskors impekkabbli tal-Kap tal-partit tagħna Simon Busuttil filParlament it-Tnejn li għadda, ma stajtx ma niktibx kelmtejn biex nifraħlu minn qalbi għall-wirja kbir li ta. Wirja ta’ politiku serju, li jaf x’inhu għaddej f’dan ilpajjiż u li jaf fejn hu jrid iwasslu. Diskors meqjus li jwaqqa’ lmaskra tal-Gvern ta’Joseph Muscat u l-Ministri tiegħu li f’perjodu daqshekk qasir fil-gvern diġà kollha kemm huma għandhom biex jistħu. Grazzi ħafna, Simon, għax urejtna li fil-futur għad ikollna millġdid Prim Ministru serju b’viżjoni għal pajjiżna bħalma dejjem kellna meta fil-gvern kien hemm gvernijiet immexxija millPartit Nazzjonalista. Carmel Agius Ħ’Attard

In-Nazzjon tiddedika l-ewwel paġna għasSummit dinji bejn il-President Amerikan George H. Bush u l-President Sovjetiku Mikhail Gorbachev proprju b’żewġ ritratti kbar tal-laqgħa li huma kellhom mal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami qabel ma l-għada kellu jibda formalment is-Summit fuq il-vapuri navali ankrati fil-Bajja ta’ Birżebbuġa. Qabel ma daħlu għal-laqgħat f’Kastilja, iżżewġ Presidenti ngħataw merħba sabiħa minn folla kbira ta’ Maltin li f’idejhom kellhom bnadar Maltin, Amerikan u Russi. Bush iltaqa’ ma’ Fenech Adami fin-nofstanhar ta’ filgħodu u Gorbachev tard ħafna filgħaxija waqt li l-maltemp f’Malta kien għaddej fl-aqwa tiegħu.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

14

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

OPINJONI

Sitwazzjoni perikoluża

Fil-pajjiż għandna sitwazzjoni perikoluża maħluqa mill-Gvern ta' Joseph Muscat. Sitwazzjoni li f'idejn Ministru wieħed hemm ir-responsabbiltajiet tal-Korp tal-Pulizija, tal-Armata u tasServizzi tas-Sigurta'. Għandna konċentrazzjoni ta' poter f'idejn persuna waħda li bħalissa hi taħt il-lenti tal-attenzjoni pubblika. Kellna perjodu qasir fis-snin tmenin meta l-Pulizija u lArmata kienu taħt il-kmand talistess persuna. Meta lKummissarju tal-Pulizija kien laħaq ukoll Kurunell u ngħata taħt idejh it-tmexxija talArmata. Dan kien ħażin. Kulħadd irrealizza li dan ma kienx sew u ssitwazzjoni rritornat għan-normal wara xi żmien. Issa għandna mhux l-istess persuna tmexxi dawn iż-żewġ korpi dixxiplinati. Agħar minn hekk. Issa għandna l-istess Ministru responsabbli għal dawn iż-żewġ Korpi u magħhom għandu wkoll irresponsabbilta’ tas-Servizzi tasSigurta' Nazzjonali. U lProtezzjoni Ċivili. U anke xXandir. Għandna superministru li biex tkompli tgħaxxaqha bħalissa hu fl-għajn taċ-ċiklun u tpoġġa taħt investigazzjoni millPrim Ministru tiegħu stess. Anke mingħajr l-inċident talisparatura li fih hu involut issewwieq tal-istess Ministru, issitwazzjoni fejn il-forzi kollha tal-ordni huma taħt ir-responsabbilta' tal-istess persuna hi sit-

Mario Schiavone

mario.p.schiavone@gmail.com

wazzjoni gravi li pajjiż demokratiku ma għandux ikollu. Skont storja pubblikata f’‘ilmument’, fil-fehma meqjusa talImħallef Emeritu Giovanni Bonello, li l-Gvern preżenti fittex il-kontribut validu tiegħu fil-qasam tal-ġustizzja, “hemm biża' li l-politiċi jaħtfu l-forzi tal-ordni”. U għalkemm s'issa ma nistgħux ngħidu li ġara dan, “hemm sintomi allarmanti ta' politiċizzazzjoni esaġerata filKorp tal-Pulizija u fl-Armata,” kompla jgħid l-istess Imħallef. Ilkoll kemm aħna nafu kif saru ċerti promozzjonijiet flArmata. Ilkoll nafu li dawn wasslu għar-riżenja tal-aktar żewġ uffiċjali għolja li kellna flArmata u li kellhom esperjenza indiskutibbli. Nafu wkoll kif tneħħew uffiċjali għolja mill-Korp talPulizija. Dan hu allarmanti għal min verament jemmen fid-

Ilkoll kemm aħna nafu kif saru ċerti promozzjonijiet fl-Armata. Ilkoll nafu li dawn wasslu għar-riżenja tal-aktar żewġ uffiċjali għolja li kellna fl-Armata u li kellhom esperjenza indiskutibbli

demokrazija fejn suppost kulħadd hu ugwali taħt il-kappa tal-liġi. Dan l-istess tħassib, din il-ġimgħa kien espress minn espert ieħor fil-Liġi Kostituzzjonali, l-Avukat Austin Bencini li fil-programm ‘Newsfeed’ esprima t-tħassib tiegħu li l-Pulizija, l-Armata u sServizzi tas-Sigurta' huma fir-

It-twissija ta' żewġ esperti legali li żgur igawdu l-fiduċja ta' kulħadd għanda tiftħilna għajnejna għal din is-sitwazzjoni perikoluża

responsabbilta' tal-istess persuna. Demokrazija vera ma tridx li l-pajjiż ikollu ċirkostanzi bħal dawn. Sa sentejn ilu kellna lPartit Laburista, immexxi minn Joseph Muscat li kien tkaża li lPulizija u l-Qrati kienu taħt listess Ministeru. Imma issa li lPulizija, l-Armata u s-Servizzi tas-Sigurta' huma taħt l-istess Ministru, ma jimpurtax. It-twissija ta' żewġ esperti legali li żgur igawdu l-fiduċja ta' kulħadd għanda tiftħilna għajnejna għal din is-sitwazzjoni perikoluża. Il-Prim Ministru għandu jagħraf li din is-sitwazzjoni hemm bżonn li tkun indirizzata. Fl-imgħoddi, l-Armata dejjem kienet taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Prim Ministru u qatt taħt il-Ministru responsabbli millIntern. Il-Pulizija u l-Armata għandhom rwoli differenti u ma għandhomx jitħalltu flimkien. Is-sitwazzjoni preżenti turi rigress fil-kontroll politiku talforzi tal-ordni fil-pajjiż.

Din is-sitwazzjoni ma tagħtix serħan il-moħħ liċ-ċittadin. Kull Malti, hi x'inhi l-fehma politika tiegħu, għandu dritt iħares lejn il-forzi tas-sigurta' bħala forzi li qegħdin hemm biex jappoġġjawh u ma għandhom qatt iservu bħala mezz ta' inġustizzja istituzzjonali. U dan bla ma nidħlu fil-merti tal-persuna li llum għandha f'idejha din il-konċentrazzjoni kbira ta' poter. Fuq il-Ministru responsabbli l-poplu Malti diġa’ wera lfehma tiegħu. Fuqu hemm ukoll inkjesta għaddejja kif ukoll mozzjoni ta' sfiduċja filParlament. Kemm l-Inkjesta kif ukoll il-mozzjoni fil-Parlament, ir-riżultati tagħhom huma skontati. L-Inkjesta ma tistax tistabbilixxi responsabbilta' politika. Ilvot fil-Parlament bil-maġġoranza kbira li għandu l-Gvern, mhux se jgħaddi. Iżda l-poplu ta l-ġudizzju tiegħu u l-opinjoni pubblika tkellmet. Issa jmiss lill-Prim Ministru li jaġixxi.

Din is-sitwazzjoni ma tagħtix serħan il-moħħ liċ-ċittadin. Kull Malti, hi x'inhi l-fehma politika tiegħu, għandu dritt iħares lejn ilforzi tas-sigurta' bħala forzi li qegħdin hemm biex jappoġġjawh u ma għandhom qatt iservu bħala mezz ta' inġustizzja istituzzjonali


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-mejtin waqt il-ġlied f’Bengażi jaqbżu l-450 IL-LIBJA

Is-sorsi fil-qasam mediku qalu li tilfu ħajjithom mill-inqas 450 persuna f’Bengażi waqt il-battalji vjolenti b’riżultat tależekuzzjonijiet illegali, mindu lArmata tal-Libja bdiet l-offensiva biex tieħu lura l-kontroll tattieni l-akbar belt Libjana.

Il-ħaddiema fi sptar lokali qalu li l-maqtula jinkludu ċivili li sfaw vittma ta’ bumbardamenti u sparaturi indiskriminatorji fl-inħawi fejn il-qawwiet talArmata qed jikkonfrontaw gruppi ta’ milizzji li jinkludu militanti Iżlamiċi. Mietu wkoll

numru ta’ ċivili armati li kienu qed jappoġġjaw il-qawwiet Libjani ta’ Khalifa Haftar, Ġeneral tal-Armata rtirat, li qed jiġġieldu biex ibiegħdu t-theddida tal-milizzji Iżlamiċi. Hu mifhum li l-mejtin jinkludu wkoll ‘ġellieda Iżlamiċi’

ahrejn ta’ protesti f’Hong Kong. Id-dimostranti jridu li l-poplu ta’ Hong Kong – reġjun semiawtonomu taċ-Ċina – jitħalla jagħżel il-Mexxejja tiegħu, waqt l-elezzjonijiet tal-2017, mingħajr l-indħil ta’ Beijing. Kif inhuma l-affarijiet għalissa, il-kandidati għall-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong iridu jgħaddu mill-iscreening taċ-Ċina. Intant, il-Kap Eżekuttiv attwali, CY Leung, qed iwissi lill-attivisti biex ma jirritornawx fl-inħawi tal-protesti, minbarra li hedded li l-pulizija lesti biex jieħdu azzjoni determinata filkonfront tagħhom.

Jaqtgħu ras pulizija

Il-pulizija għal kontra l-irvellijiet irażżnu lill-attivisti f’distrett ta’ Hong Kong (Ritratt: EPA)

Kelliema għall-Ministeru talIntern qalu li militanti Iżlamiċi attakkaw l-inħawi qrib il-fruntiera mal-Alġerija u fost affarijiet oħra spiċċaw qatgħu ras pulizija Tuneżin. Hu mifhum li l-aggressuri kienu ħatfu lill-pulizija u lil ħuh, li aktar tard inħeles, millkarozza tagħhom fiz-zona ta’

Kef, lejn il-Majjistral tatTuneżija. L-attakk seħħ meta t-Tuneżija qed tħejji għall-fażi deċiżiva tal-elezzjoni għall-Presidenza li ssir dan ix-xahar bħala parti mill-proċess tat-tranżizzjoni għal demokrazija. F’din l-elezzjoni, Beji Caid Essebsi, il-Kap tal-Partit Nidaa

Tounes, sekulari, jikkonfronta lill-President Tuneżin attwali, Moncef Marzouki, u r-rebbieħ isir l-ewwel Mexxej tatTuneżija li jkun ġie elett b’mod ħieles. Intant, il-President ilġdid se jkollu jiffaċċja l-estremiżmu tal-militanti Iżlamiċi li flaħħar snin sar problema akbar fit-Tuneżija.

Konfronti ħorox bejn il-pulizija u d-dimostranti HONG KONG

Il-pulizija ta’ Hong Kong reġgħu kkonfrontaw lill-attivisti li jridu d-demokrazija, f’sensiela ta’ battalji u lbieraħ kellhom jingħalqu l-uffiċini tal-Gvern għal żmien temporanju. Intant, ħarġet direttiva tal-qorti biex l-awtoritajiet ‘jiżgumbraw’ lin-nies mill-inħawi lejn ilPunent mid-distrett fejn il-pulizija użaw il-lembubi u l-pepper spray fuq id-dimostranti, minbarra li sparaw ukoll l-ilma fuq ilfolol. L-aħħar movimenti qajmu preokkupazzjoni dwar vjolenza ġdida wara l-aħħar inċidenti mfissra bħala l-agħar inkwiet f’x-

IT-TUNEŻIJA

15

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

li l-katavri tagħhom kienu ttrasferiti lejn l-isptarijiet ta’ Bengażi. Dan meta ċ-Ċentru Mediku ta’ Bengażi rċieva mal400 katavru, il-parti l-kbira ta’ suldati maqtula, minn nofs Ottubru ’l hawn. Stqarrija konġunta tal-Fergħa

Musulmana tas-Salib l-Aħmar u l-Kumitat Internazzjonali tasSalib l-Aħmar (ICRC) qalet li lvjolenza tal-aħħar ġimgħat ikkaġunat l-eżodu ta’ aktar minn 10,000 familja minn Bengażi, u ħafna oħrajn abbandunaw djarhom fl-istess belt.

It-torrijiet isalvaw belt minn massakru tal-ISIS IL-LIBANU

Il-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, qed jieħu interess kbir fl-istorja ta’ kif skwadra ta’ Britanniċi salvat ir-residenti f ’belt Lebaniża tal-Kristjani milli jispiċċaw massakrati mit-terroristi talgrupp Stat Iżlamiku (ISIS). Dan wara li l-Britanniċi, f ’Lulju li għadda, użaw ilkontejners ġonġuti ma’ xulxin biex jibnu netwerk ta’ torrijiet (watchtowers) kruċjali tul ilfruntiera tal-Libanu masSirja. Il-Britanniċi kellhom jaħdmu kontra l-ħin u f’segretezza, huma u jikkoordinaw l-impenji tal-proġett diffiċli. It-torrijiet tlestew fi 17-il jum u anqas minn ġimagħtejn qabel eluf ta’ ġiħadisti mal-ISIS u l-Jabhat Al-Nusra (grupp assoċjat malAl-Qaida) kellhom iwettqu attakk ewlieni fuq l-artijiet mal-fruntiera Lebaniża. Fil-fatt, l-impenn għall-bini tal-watchtowers salva lir-residenti fil-belt ta’ Ras Baalbek, fit-Tramuntana tal-Libanu, mill-avvanz tat-terroristi u lmassakru inevitabbli. Dan

għaliex l-Armata tal-Libanu setgħet tosserva l-movimenti u tevita sitwazzjoni fejn l-ISIS javvanzaw u jassedjaw l-artijiet Lebaniżi tal-Lvant, fl-istess żmien meta t-terroristi kienu qed jinvadu lill-Iraq. Id-dettalji ‘tal-villaġġ salvat mill-ISIS’ qed joħorġu issa, għall-ewwel darba, mindu lġurnalisti mal-gazzetta Britannika, The Telegraph, ingħataw aċċess esklussiv għaz-zona. L-Ambaxxatur Britanniku għal-Libanu, Tom Fletcher jemmen li t-torrijiet kienu strumentali biex jevitaw ċirkostanzi katastrofiċi filLibanu, fejn qed jgħixu mażżewġ miljun Kristjan minbarra l-komunitajiet tad-Drużi, isSunni u l-Musulmani X’iti. Fletcher spjega li t-terroristi tal-ISIS iridu jimpressjonaw lid-dinja b’rebħiet kbar, u li f ’dan il-każ jinvolvu linvażjoni ta’ pajjiż u l-massakri taċ-ċittadini. Hu kompla li massakru ta’ dan it-tip kien iħalli impatt drammatiku għall-istabbiltà tal-Libanu.


www.maltarightnow.com

16

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Riesaq il-maltemp L-ITALJA

Iċ-ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Atlantiku riesqa lejn l-Italja, tant li l-maltemp mistenni jaħkem ir-reġjuni fit-Tramuntana. It-temp instabbli se jżid fiċ-ċentru tal-pajjiż sarreġjuni fin-Nofsinhar – prattikament mal-pajjiż kollu. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili diġà avża dwar il-kundizzjonijiet ħżiena ta’ temp li mistennija jippredominaw fil-Liguria, Piemonte, Sardegna, Lazio, Veneto u fi Friuli Venezia Giulia. Il-bassara tat-temp qed ibassru xita qalila, b’ħafna sajjetti u ragħad, kif ukoll ħafna riħ qawwi fir-reġjuni tal-Lombardia, Toscana, Umbria kif ukoll f’Abruzzo u Molise. Saħansitra anki fil-Campania, fi Sqallija u f’Puglia. Qed ikun imbassar riħ qawwi b’forza ta’ riefnu, kumplimentat b’xita qalila. Dan il-maltemp mis-

tenni jkun konċentrat fit-Toscana, Lazio, Campania, Sardegna, Sqallija u anki fil-Puglia. Barra minn hekk, riħ qawwi mill-Grigal se jkun qed jolqot ir-reġjun ta’ Friuli Venezia Giulia. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili avża lill-pubbliku Taljan biex fis-sigħat u fil-jiem li ġejjin jevita l-għoljiet, partikularment fiz-zoni ta’ Tanaro, fir-reġjun talVeneto u fiz-zona għolja ta’ Brenta-Bacchiglione-Alpone. Sadattant, l-agħar għargħar f’dawn l-aħħar snin fin-Nofsinhar ta’ Franza ħasad il-ħajja ta’ ħames persuni, filwaqt li wassal lil aktar minn 3,000 persuna biex jevakwaw minn djarhom. L-aħħar vittma kien anzjan ta’ 73 sena li miet b’attakk tal-qalb f’Rivesaltes fir-reġjun ta’ Pyrenees-Orientales, meta pprova jsuq il-vettura tiegħu fuq ħofra fi triq li kienet mgħarrqa.

Il-BELĠJU: Il-President il-ġdid tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk (xellug) jintlaqa’ mill-President ta’ qablu Herman Van Rompuy, matul ċerimonja tal-bdil fil-kariga fil-Kwartieri tal-Kunsill tal-UE fi Brussell (Ritratt: EPA)

Riskju kbir li l-marda tkompli tinfirex L-EBOLA

Il-Kap tal-missjoni tanNazzjonijiet Uniti dwar irrispons kontra l-marda tal-Ebola saħaq li hemm riskju kbir li lmarda qerrieda tal-Ebola tinfirex f’partijiet oħrajn fid-dinja. Tony Banbury naqas milli jgħid intlaħqux il-miri li hu waqqaf fil-ġlieda kontra l-Ebola. Banbury kien qed jitkellem fi Freetown, waħda miz-zoni laktar milquta. Il-miri kienu għall-proporzjon tan-nies li qed ikunu kkurati u għad-difna ħielsa mill-periklu ta’ katavri infettati ħafna. Fi Sierra Leone nhar il-Ħadd, il-bulldozers naddfu zoni kbar sabiex jingħata spazju għal aktar dfin ta’ katavri. F’sit li fih kien qed isir it-tindif, qrib zona fejn kien qed jintrema’ l-iskart, karozza wara karozza waslu bil-katavri, u diversi mijiet ta’ ħaddiema kienu qed iħaffru għall-oqbra. F’Ottubru, Banbury qal lillKunsill tas-Sigurtà tanNazzjonijiet Uniti li sal-bieraħ, “70 fil-mija ta’ dawk infettati mill-marda kellhom jingħataw ilkura u 70 fil-mija tal-vittmi ndifnu bla ebda periklu biex ilmarda tkun ikkontrollata.” Il-mira tan-Nazzjonijiet Uniti hi li ma jkunx hemm imwiet mill-Ebola u sabiex titbaxxa rrata ta’ każi ta’ din il-marda. Tony Banbury qal li 70 fil-mija tal-miri kienu qed jintlaħqu fil-

maġġoranza l-kbira taz-zoni flaktar tliet pajjiżi milquta – ilGuinea, Sierra Leone u l-Liberja. “Iżda fi wħud miz-zoni,” qal Banbury, “fosthom fi Sierra Leone – speċjalment fil-kapitali Freetown u fil-belt ta’ Port Loko – il-perċentwal qed ikun wieħed baxx. U hu proprju f’dawn izzoni fejn irridu niffukaw l-assi u l-kapaċitajiet tagħna.” Aktar minn 6,000 persuna mietu kawża tal-Ebola, u lmaġġoranza tagħhom fil-Punent tal-Afrika, filwaqt li aktar minn 16,000 persuna ġew infettati. Laħħar ċifri juru li bejn 200 u 300 persuna għadhom qed imutu kull ġimgħa. Iżda Tony Banbury stqarr li ssitwazzjoni setgħet marret għallagħar kieku n-Nazzjonijiet Uniti ma intervjenietx. “Aktar qabel, konna adottajna strateġija sabiex din il-kriżi tkun ikkontrollata u tkun tinvolvi ċentri għall-kura, dfin ħieles millperiklu u mobilizzazzjoni komunitarja. Dik l-istrateġija qed taħdem.” Il-Kap tal-missjoni tanNazzjonijiet Uniti dwar irrispons kontra l-marda tal-Ebola żied li “hemm riskju kbir għaddinja li l-Ebola tinfirex. Il-marda tista’ tinfirex madwar il-Punent tal-Afrika. Għalhekk hu importanti li malajr kemm jista’ jkun wieħed jara li ma jkun hemm ebda każ ġdid.”


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Rekord fil-prezzijiet baxxi taż-żejt mhux maħdum L-OPEC

IĊ-ĊINA: Anzjani Ċiniżi jagħmluha ta’ voluntieri u jdoqqu strumenti biex jiġbdu l-attenzjoni għall-bidu tal-kampanja ta’ għarfien dwar l-HIV/AIDS f’park pubbliku f’Beijing (Ritratt: EPA)

Il-bidu tat-tmiem tal-ġlieda kontra l-AIDS IR-RENJU UNIT

Id-dinja fl-aħħar laħqet il-bidu tat-tmiem dwar il-pandemija talAIDS li infettat u qatlet miljuni ta’ persuni f’dawn l-aħħar 30 sena. In-numru ta’ każi ġodda fejn persuni ġew infettati bl-HIV f’din l-aħħar sena kien inqas min-numru ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-HIV u li ngħaqdu ma’ dawk biex jiksbu aċċess għall-mediċini li jridu jieħdu għal għomorhom sabiex jikkontrollaw l-AIDS. Iżda f’rapport biex tfakkar ilJum Dinji dwar l-AIDS ilbieraħ, il-kampanja ONE, grupp li qed jaħdem biex itemm il-faqar u jipprevjeni l-marda fl-Afrika, avżat li għax intlaħaq l-għan ma jfissirx li t-tmiem tal-AIDS hu wara l-kantuniera. “Wasalna fl-aħħar punt filġlieda tal-AIDS fuq livell dinji, iżda mhux il-pajjiżi kollha laħqu l-kriterji tagħhom, u l-kisbiet li saru jistgħu jisfumaw fix-xejn,” qalet Erin Hohlfelder, id-direttur ta’ ONE għall-politika dinjija dwar is-saħħa. Il-human immunodeficiency virus (HIV) li joħloq l-AIDS jinfirex permezz tad-demm, issemen u l-ħalib tas-sider. M’hemm ebda kura għall-infezzjoni, iżda l-AIDS tista’ tkun kontrollata għal ħafna snin blużu ta’ ħafna mediċini. Tagħrif provdut minNazzjonijiet Uniti juri li matul is-

sena li għaddiet, 35 miljun persuna kienu qed jgħixu bl-HIV, 2.1 miljun persuna ġew infettati bil-virus u madwar 1.5 miljun persuna mietu minħabba l-AIDS. L-akbar parti mill-piż tal-HIV u l-AIDS tinsab fl-Afrika taħt iddeżert Saħara. UNAIDS, l-aġenzija tanNazzjonijiet Uniti dwar l-HIV, tgħid li sa Ġunju ta’ din is-sena, xi 13.6-il miljun persuna madwar id-dinja kellhom aċċess għal mediċini kontra l-AIDS – tisħiħ drammatiku fuq il-ħames miljun persuna li kienu qed jieħdu lkura fl-2010. “Minkejja din laħbar tajba, m’għandniex indoqqu l-glorja,” qalet Hohlfelder. Hi rreferiet għal theddid differenti għall-progress li qed isir, fosthom in-nuqqas ta’ $3 biljun f’fondi li huma meħtieġa kull sena sabiex tkun kontrollata lHIV madwar id-dinja. “Irridu naraw finanzjar ġdid minn bażi aktar diversifikata, inkluż aktar minn baġits domestiċi Afrikani,” żiedet Hohlfelder. ONE nnota wkoll li l-HIV qed tkun ikkonċentrata ħafna fost popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu, bħalma huma persuni li jabbużaw mid-droga, irġiel omosesswali u prostituti – gruppi li xi kultant jitwarrbu u jsibu problemi biex jiksbu aċċess għall-kura u servizzi ta’ prevenzjoni.

17

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Il-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum niżlu aktar fl-Asja lbieraħ, għal dawk rekord, u dan qed iwassal għal bejgħ kbir b’riżultat tad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Organizzazzjoni talPajjiżi li Jesportaw iż-Żejt (OPEC) biex tikkontrolla l-produzzjoni tażżejt f’suq li għandu provvisti kbar. Il-kejl Amerikan West Texas Intermediate (WTI) għal żejt li twassal f’Jannar niżel b’$1.55 kull barmil fin-negozju bikri fl-Asja għal $64.60 - l-aktar livell baxx minn Lulju 2009. Il-Brent Crude għal Jannar niżel b’$1.84 għal $68.31 – ’l isfel millivel psikoloġikament importanti ta’ $70. L-investituri qed jaraw li ż-żejt mhux maħdum qed jibqa’ vulnerabbli wara l-aħbar mill-OPEC matul

il-ġimgħa li għaddiet, stqarr Michael McCarthy, il-kap stratega tas-suq f’CMC Markets f’Sydney. “Għadna ma rajniex xi forma ta’ aħbar jew żvilupp li jista’ jwassal għal ċaqliq fil-prezzijiet,” sostna McCarthy. Id-daqqa ’l isfel fil-prezzijiet seħħet wara li t-12-il pajjiż membru tal-OPEC għażlu, fis-27 ta’ Novembru, li jikkontrollaw il-limitu tal-produzzjoni kollettiva għal 30 miljun barmil kuljum, fejn kienet għal tliet snin. L-OPEC irrifjutat li taqta’ l-produzzjoni minkejja ħafna provvisti li wasslu biex il-prezzijiet niżlu drastikament b’aktar minn terz f’Ġunju. L-analisti qed javżaw dwar aktar prezzijiet baxxi għall-jiem li ġejjin.


www.maltarightnow.com

18

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-elettorat jiċħad proposta biex l-immigrazzjoni tonqos L-IŻVIZZERA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA: Il-membri ta’ klabb tad-dilettanti tal-istorja militari jidhru libsin l-uniformijiet storiċi waqt ‘re-enactment’ tal-Battalja ta’ Austerlitz, qrib ta’ Brno. F’dik il-battalja, li kienet saret fit-2 ta’ Diċembru tal-1805, l-Imperatur Franċiż, Bonaparte, kien għeleb lill-Armati alleati tal-Imperatur Awstrijak, Franz I u l-kżar Russu, Alessandru I (Ritratt: EPA)

Sabu tarbija midfuna f’bajja L-AWSTRALJA

Il-Pulizija qed tħeġġeġ biex lomm ta’ tarbija mejta li nstabet midfuna fir-ramel, f’bajja ta’ Sydney, tavviċinaha u tkellimha, filwaqt li tkun tista’ tingħata xi pariri. Kien proprju nhar il-Ħadd li żewġ subien li kienu qed iħaffru fir-ramel fil-bajja ta’ Maroubra skoprew il-katavru tat-tarbija li kien midfun taħt 30 ċentimetru ramel. Intant, is-sess u ż-żmien tat-tarbija traġika ma setgħux

ikunu determinati minħabba listat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Kien mistenni wkoll li lkatavru ċkejken ikun suġġett għal awtopsja. L-awtoritajiet tal-Pulizija fi New South Wales issa qed iħeġġu biex kull min jaf lil omm it-tarbija jikkuntattjahom biddettalji. Dan wara li l-pulizija, nhar il-Ħadd, wettqu tfittxija intensiva tul il-bajja ta’ Maroubra.

L-aħħar rapporti qalu wkoll li l-Pulizija qed tinvestiga r-rekords taż-żwieġ, tat-twelid u talmewt, minbarra li qed isiru żjarat fl-isptarijiet ta’ Sydney, fit-tentattivi biex isibu lill-omm jew ilġenituri tat-tarbija. Sadanittant, is-sejba xokkanti fil-bajja qed tingħata prijorità mill-istampa Awstraljana, ġimgħa biss wara li tarbija li kienet għadha titwieled instabet ħajja ġo katusa, fil-belt ta’ Sydney.

Il-votanti fl-Iżvizzera ċaħdu, kategorikament, proposta biex limmigrazzjoni tonqos għal mhux aktar minn 0.2 fil-mija tal-popolazzjoni. Dan kien deċiż fir-referendum ta’ tmiem il-ġimgħa, fejn 74 fil-mija tal-Iżvizzeri qalu ‘le’ għall-miżura li taqta’ l-immigrazzjoni – b’26 canton (distrett) f’dan il-pajjiż ma jaċċettawx ilproposta. Filwaqt li s-sostenituri ta’ dik il-miżura qalu li l-qtugħ fl-immigrazzjoni jgħin biex tonqos ilpressjoni fuq ir-riżorsi talIżvizzera, l-avversarji tagħhom wieġbu b’mod inekwivoku li lmiżura speċifika teffettwa ħażin l-ekonomija tal-pajjiż. Madwar 25 fil-mija tat-tmien miljun resident tal-Iżvizzera huma barranin u kieku għaddiet il-miżura kontroversjali, ilGvern kien ikollu jnaqqas limmigrazzjoni minn xi 80,000 għal 16,000 persuna fis-sena. L-avversarji ta’ din il-miżura, inklużi l-partiti politiċi ewlenin, insistew li l-proposta għall-qtugħ fl-immigrazzjoni hi ħażina għallekonomija għaliex il-kapijiet industrijali u tal-kummerċ iridu l-ingaġġ tal-ħaddiema ta’ ċerti snajja’ u kapaċitajiet minn madwar l-Ewropa. Kien hemm ukoll l-inkwiet li lIżvizzera setgħet tabbuża limpenji internazzjonali tagħha li kieku għaddiet il-miżura, u jkun hemm il-konsegwenzi għar-reputazzjoni tagħha. Il-proposta dwar l-immigrazzjoni kient imlaqqma l-miżura ‘Ecopop’, wara l-moviment

Ecopop tal-Iżvizzera, li ilu jeżisti għal 40 sena, u li jipprova jsaħħaħ il-konnessjoni bejn ilħarsien tal-ambjent u l-kontrolli għall-iżvilupp tal-popolazzjoni. L-osservaturi jgħidu li filwaqt li l-Iżvizzera għandha r-rati talqgħad baxxi u livell għoli talgħajxien, ħafna ċittadini qed jinkwetaw dwar ‘iffullar żejjed’ u t-tnaqqir tal-ambjent. Il-popolazzjoni tal-Iżvizzera kibret b’miljun f’20 sena, meta 23 fil-mija tal-abitanti f’dan ilpajjiż huma barranin li, fil-parti l-kbira, ġejjin mill-Istati talUnjoni Ewropea. L-Iżvizzera tħaddem sistema ta’ demokrazija diretta fejn iċċittadin jista’ jisforza referendum dment li jikseb biżżejjed firem li jissimbolizzaw appoġġ. Fi Frar li għadda, dan il-pajjiż ivvota biex jintroduċi mill-ġdid il-kwoti għall-immigrazzjoni u, effettivament, iddeċieda biex ma jintrabatx bil-ftehim tal-UE li jesiġi l-moviment ħieles. Madankollu, il-Gvern Żvizzeru għad irid jimplimenta r-riżultat ta’ dak ir-referendum. Nhar il-Ħadd, fl-Iżvizzera, saru wkoll żewġ referendi dwar miżuri rispettivi li ma kisbux appoġġ biżżejjed biex ikunu implimentati bħala liġi. Referendum partikulari kien biex il-bank ċentrali tal-Iżvizzera jimpenja ruħu ħalli jixpruna r-riservi tad-deheb u r-referendum l-ieħor tratta miżura biex ma jibqax effettiv benefiċċju tat-taxxa għall-barranin sinjuri li huma residenti fil-pajjiż.


www.maltarightnow.com

19

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

LETTERATURA

Xewqat mhux imwettqa

“Elena Duranti kienet tifla salvaġġa, tgħaddi l-biċċa lkbira tal-ħin tagħha waħedha ġewwa l-imsaġar qrib irrazzett tal-ġenituri tagħha. Ommha kienet tgħid li kienet mistħija imma s-sewwa kien li jdejquha t-tfal l-oħra. Taf x’riedu jgħidu wkoll meta jitħabtu bil-mod biex jaslu; meta jaslu kemm kemm jidher li kien ta’ siwi. Ma kinitx imkabbra b’dan in-nuqqas ta’ sabar u kienet issibha bi tqila bla ħbieb.’’ In-novelli qosra ta’ Sebastian Faulks, miġbura taħt ir-ras ‘A Possible Life’. Ta’ disa’ snin ixxennqet għal rota sabiħa imma l-but tal-ġenituri felaħ biss rota li tifel warrab. Iddur iddur fl-imsaġar, fl-aħħar ħolqot kmajra fejn ġabret kulma kellha. Missierha darba fost l-oħrajn ġab id-dar tifel minn orfanatrofju bla isem, magħruf biss bħala l-għadd mitejn u sebgħa u tletin. Jissemma Bruno, tifel ta’

immaġinazzjoni kbira. Iżżewġt itfal għall-bidu ma ridux jafu b’xulxin, iżda bil-mod ilmod bdew jersqu lejn xulxin. Jiġru ġewwa l-imsaġar ta’ Mantua, fl-Italja, waqt li n-nies qiegħda, fuq ix-xogħol, fittoroq, fil-fabbriki, nies li t-tfal qatt ma kienu se jsiru jafu. It-tifla tistudja, taqra u taħseb: x’inhu l-bniedem, kif jaf li hu? It-tifel ukoll jibda jitgħallem, hekk it-tnejn jistgħu jidħaddtu u jaħsbu. Missier Elena jmut, l-omm tiġi bla flus. Iżżomm lit-tifla imma t-tifel irid jara kif jaqdef għal rasu. Hekk it-tfal jinfirdu. Elena tidħol f’università, tieħu borża ta’ studju, bil-mod il-mod tikseb il-fama. Tissieħeb ma’ xjenzjata oħra fix-xogħol. Hekk in-novella jisimha ‘Everything Can Be Explained’. It-titlu tal-ġabra kollha jinstab f’din in-novella. Ta’ tnejn u tletin sena Elena terġa’ tiltaqa’ ma’ Bruno. Sar kittieb, iżżewweġ lil Luċija, u

Joe Cassar

stcassar@gmail.com welled lil Katerina. Jgħix fi Zurich. Jagħtiha taqra waħda mill-kitbiet tiegħu. Tiftakar f’missierha li tistħajlu jgħidilha “wasal iż-żmien li nixxerred ’l hawn u ’l hemm... Aħna magħmulin minn biċċiet u dawn iridu jmorru lura. Intemmu ma’ dan il-bniedem.’’ Dan il-kliem jgħinha għatteorija li qed tinseġ. Hi hu Bruno jibgħu jiltaqgħu tul sentejn, isiru jħobbu lil xulxin. Elena trid tarbija minn

Bruno li jgħidilha dak li jmissu qalilha snin qabel. Hu jibża’ li jsib ruħu waħdu bħall-protagonisti l-oħra tannovelli. Novella oħra: din id-darba għaż-żminijet ta’ Charles Dickens b’istituti għall-fqar, sptarijiet għall-mard tal-moħħ: ‘The Second Sister’. Missier mar suldat fi żmien il-gwerra tal-Krimea (1853-1856), qabel kien skarpan li miegħu jaħdmu tnax oħra. Għolew il-prezzijiet tal-ġilda, sab ruħu dahru malħajt, lil ibnu Billy kontra qalbu jkollu jibagħtu f’istitut tal-fqar fejn dan ma jitgħallem xejn ħlief kif jisraq. Jikber, jara kif idawwar lira, jitgħallem jaqra. Jimxi ’l quddiem, jiżżewweġ lil Alice li għandha oħtha Nancy. Xogħol wara ieħor, ittbatija ta’ jum wara ieħor. Jagħmel li jista’ għal uliedu: “U Meta mmut it-tifkiriet ta’ ħajti kollha jmorru fil-qabar miegħi, jekk Alla jrid u ibni qatt ma jkollu għalfejn iħares

lura lejhom. U wliedi ma jkunu jafu qatt kif kienet ħajti. Ma jkunu jafu qatt li ħdimt iebes bla waqfien, li nxtħett biex norqod f’dak li kien qisu tebut u li kont bil-ġuħ u mistħi l-jum u l-lejl kollha u msawwat minn għalliem li lanqas hu ma kien jaf jikteb u li żammejt moħħi daqstant vojt biex ma jkolli lebda ħsieb. U dan għamilt għalihom, din il-għotja tiegħi lilhom u lil uliehom għal dejjem.” Ġrajjiet differenti li jiġru fi żminijiet differenti meta l-protagonisti jbatu għax lil min ħabbew, jitlaq. Il-mistoqsija dejjem hi: x’inhi l-ħajja talbniedem. Fin-novella ‘A Different Man’, il-protagonist jistqarr “Ħabbejt ħajti, kont bilqawwa leali lejja nnifsi imma issa għextha biżżejjed.’’ Il-bqijja tan-novelli f’idejn il-qarrej li jista’ jaqra wkoll xogħlijiet oħra ta’ Sebastian Faulks bħal ‘A Week in December’. Ħajr lill Agenda Book Shop


20

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Il-Ġimgħa tal-Persuni b’Diżabbiltà 2014 Messaġġ mill-KNPD lit-tfal tal-Primarja Charles Muscat

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa talPersuni b'Diżabbiltà mit-3 sal-10 ta' Diċembru, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà ħareġ messaġġ lit-tfal talPrimarja miktub minn Amy Camilleri Zahra. Fil-messaġġ hi tfakkar li t-3 ta' Diċembru hu l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabbiltà u f'dik il-ġurnata, organizzazzjoni kbira li tiġbor fiha ħafna pajjiżi mid-dinja kollha, in-Nazzjonijiet Uniti, tistieden lill-pubbliku jaħseb ftit fuq il-ħajja tal-persuni b'diżabbiltà u d-drittijiet tagħhom. Il-persuni b'diżabbiltà huma diversi u bħall-kumplament tassoċjetà, mhumiex kollha l-istess. Il-persuni b'diżabbiltà jista' jkollhom xi nuqqas fiżiku, bħal nuqqas ta' mobbiltà, nuqqas ta' dawl jew nuqqas ta' smigħ, jew inkella nuqqas intellettwali. Iżda l-ikbar problema li jiltaqgħu magħha l-persuni b'diżabbiltà mhix dan in-nuqqas, imma l-mod ta' kif il-ħajja ta' madwarhom ma tagħtix kas tal-bżonnijiet differenti tagħhom. Bħal pereżempju meta l-persuni b'diżabbiltà ma jsibux aċċessibbiltà jew inkella meta jiltaqgħu ma’ attitudni u mġiba negattiva lejhom.

‘Il-Messaġġ tat-Tfal’ Biex dan il-jum jingħata aktar importanza u biex dejjem inkunu aktar konxji tal-valur tal-persuni b’diżabbiltà fis-soċjetà tagħna, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) torganizza ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet biex is-soċjetà ssir taf iktar dwar il-persuni b’diżabbiltà u ddrittijiet tagħhom. Fosthom tibgħat dan il-messaġġ, imsejjaħ ‘Il-Messaġġ tat-Tfal’, biex tqajjem aktar għarfien dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà. Ta’ kull sena l-KNPD tagħżel ukoll tema komuni u għal din is-sena ttema hi ‘Id-Deċiżjoni Tiegħi – IlFutur Tiegħi’. Biex it-tfal jifhmu iktar dan isslogan, inkitbet storja bl-isem ta’ ‘Il-Muċċaċos Iġibuha Żewġ’. ‘Il-Muċċaċos Iġibuha Żewġ’ Mela darba ... kien hemm familja ta’ fniek li kienu joqogħdu l-Buskett, meta dan kien għadu bosk kbir mimli siġar u annimali oħra. Din il-familja kienet magħmula mill-Mamà Connie, il-Papà Bertu u ż-żewġ żrameġ tagħhom, Layla l-kbira u Muċċu, iż-żgħir tal-familja. Muċċu kien izappap mit-twelid,

L-ikbar problema li jiltaqgħu magħha l-persuni b'diżabbiltà hi l-mod kif il-ħajja ta' madwarhom ma tagħtix kas tal-bżonnijiet differenti tagħhom

imma xorta kien imqareb u ta’ rasu. Peress li Layla, oħt Muċċu, kienet madwar sentejn ikbar minnu, ommha u missierha kienu dejjem iħambqulha biex tieħu ħsieb ħuha u ma titilqux minn taħt għajnejha. Il-Mamà Connie kienet ta’ spiss tgħid lil Layla, “Ftakar li Muċċu ma jiġrix daqsna u jekk jarah Vanni l-Volpi, min jaf x’jiġri minnu ... “Ma’ dak ilħsieb, Connie ħasset tkexkixa kiesħa silġ tielgħa ma’ daharha u waqfet titkellem. “Insomma, Layla ħu ħsiebu u tħallihx jiġġerra’ ma’ sħabu tas-soltu: dawk it-tliet żrameġ nofs ras daqsu!” wissiet il-Mamà Connie. Layla kienet tagħmel millaħjar biex tobdi lil ommha u kienet tħuf bla waqfien wara ħuha biex tara li ma jiltaqa’ ma’ ebda periklu. Layla ta’ sikwit kien ikollha xi tgħid ma’ Muċċu għax dan ma kien jisma’ minn ħadd. Jagħmel li jiġih f’moħħu. U moħħu kien biss biex ifittex lavventuri fil-bosk flimkien ma' sħabu. L-isbaħ avventuri kienu meta ma jkollux lil oħtu tiġri warajh tgħidlu x’jagħmel u ma jagħmilx. “Mela ħsibtuni xi ‘baby’?” kien jgħidilha Muċċu rrabjat, “dejjem tridni miegħek kull fejn tkun!” L-akbar ħbieb ta’ Muċċu kienu l-klikka magħrufa bħala lMuċċaċos. Dawn, bħal Muċċu, kollha kellhom xi diżabbiltà u kollha kellhom ras iebsa u ma

jaqtgħu qalbhom minn xejn. Flimkien ma’ Muċċu, ilMuċċaċos l-oħrajn kienu Jason u t-tewmin Betta u Rosie. Jason ma tantx kien jara, Betta kellha nuqqas ta’ smigħ u Rosie kienet iddum daqsxejn biex titgħallem xi ħaġa. Imma l-erbgħa li huma kienu jħobbu jilagħbu flimkien u jivvintaw l-avventuri, speċjalment meta ma kellhomx il-ġenituri u ħuthom il-kbar ilħin kollu jiġru warajhom u jgħajtu magħhom, “Ejja, ’l hawn, għax se tweġġa’!” Darba waħda, wara nofstanhar ta’ logħob ma’ sħabu, Muċċu mar lura lejn daru - ħofra kennija taħt siġra kbira f’nofs il-bosk. Kif wasal id-dar ommu qaltlu: “Qabel ma tiekol mur aħsel idejk u wiċċek u tinsiex taħsel wara widnejk! Fejn hi oħtok? Jaqaw erġajt ħrabtilha?” Muċċu ħasel wiċċu u jdejh, imma fuq oħtu għamel tabirruħu li ma sema’ xejn. Ajma, x’ġuħ kellu. Minnufih beda jgerrem ilħaxix frisk li kienu għadhom kif ġabru ommu u missieru. Wara li kiel kemm felaħ, xorob l-ilma frisk, marret għajnu bih u raqad. Meta qam induna li kien għadda ħafna ħin u Layla baqgħet ma dehritx. Issa anki Muċċu beda jinkwieta. X’seta’ ġara minn Layla? Fl-aħħar, il-Papà Bertu qallu: “Oqgħod hawn. Jien u ommok ħerġin infittxu lil oħtok!” Mela Muċċu kien jaf x’jiġifieri “Oqgħod hawn”? Ftit wara li ħarġu ommu u missieru, Muċċu wkoll lebbet ’il barra jfittex lil

sħabu: Jason, Rosie u Betta. Anki lil dawn qalulhom jibqgħu d-dar. “Iss ħej, mela għax għandna diżabbiltà...” bdiet tgħid Betta, bil-Lingwa tas-Sinjali tal-Fniek, “jaħsbu li m’aħna kapaċi nagħmlu xejn!” spiċċat Rosie tkemmex xufftejha. “Lili jgħiduli li nweġġa’ jekk noħroġ waħdi, għax kważi ma nara xejn,” qal Jason bid-daħka waqt li beda jxejjer il-bastun l-abjad. “Ejja nfittxu lil Layla aħna!” qal Muċċu. “Ejja, Betta, int b’għajnejk tinnota kollox, ma jaħrablek xejn. Ara ssibx xi sinjal ta’ Layla fil-bosk. Nibdew minn fejn l-aħħar li konna flimkien jien u Layla. Tlaqna ħbieb!” U telqu kollha flimkien ifittxu filbosk. Bdew bit-tajjeb. Betta bdiet issib sinjal wara ieħor: ħaxix mgħaffeġ, fjura miksura, ġebla maqluba ta’ taħt fuq, ħajta mil-libsa ta’ Layla... Imma wara ftit, Betta tilfet ittraċċi ta’ Layla u ż-żrameġ infixlu u waqfu ħdejn il-mogħdija. “Stenna. Jekk b’għajnejn Betta m’għamilna xejn, forsi mmorru aħjar bis-smigħ ta’ Jason,” qal Muċċu. “Jason, ejja ’l hawn u ara tismax xi ħoss!” Jason qalilhom joqogħdu kwieti u beda jċaqlaq widnejh ’l hawn u ’l hinn. Wara ftit, dar u qalilhom: “Naħseb qed nisma’ xi ħaġa! Qisu xi ħadd jigref, u donnu qed nisma’ ħoss ta’ biki ġej mill-bogħod. Ġej minn hemmhekk,” u Jason beda jipponta bil-bastun abjad tiegħu. Il-ħsejjes kienu ġejjin minn fejn il-bosk kien l-iktar mudlam u talbiża’. “Owkej, tlaqna!” għajjat Muċċu. Għax il-Muċċaċos ma tantx kienu jaħsbuha darbtejn fejn kienu jxommu xi avventura. F’nofs is-siġar raw nassa tattiben, xkora u ħabel. Maqbuda minn sieq waħda kien hemm Layla: imbikkma u tirtogħod bilbiża’. Vanni l-Volpi kien qabadha f’waħda min-nases tiegħu! “Iskot, Layla. Arana ġejjin!” qalilha Muċċu minn taħt l-ilsien. “Iskot, qabel ma jismagħna Vanni l-Volpi u jiġi għalina! Ejja, Rosie. Issa jmiss lilek tagħmel ilparti tiegħek. Int għandek l-aktar snien b’saħħithom minna lerbgħa. Gerrem il-ħabel u iġbed kemm tiflaħ!” U Rosie hekk għamlet. Gerrem u iġbed. Iġbed u gerrem u wara ftit tal-ħin il-ħabel ċeda. “Ħurra!” għajtu l-erbat iħbieb flimkien. Imm’issa kien beda jidlam sew u għalhekk, biex żgur ma jsibhomx Vanni l-Volpi u jitfagħhom ġo xi xkora, malajr qabdu t-triq lura lejn id-dar. Malli waslu lura fil-parti tal-

www.maltarightnow.com

FEATURE

bosk fejn kienu jgħixu l-fniek, sabu lill-missirijiet, l-ommijiet u ħuthom il-kbar kwieti u ħosbiena għax kienu tilfu t-traċċi ta’ Layla u issa anki l-erba’ żrameġ b’diżabbiltà, li tant kienu jħobbu, sparixxew. “Min jaf kif spiċċaw dawk il-povri Layla u lMuċċaċos tagħna!” bdew jistaqsu bejniethom il-fniek il-kbar. Meta kulħadd kien għoddu qata’ qalbu għalkollox li jaraw lil uliedhom qawwijin u sħaħ, dlonk jaraw il-ħames żrameġ resqin lejhom, jidħku u jiċċaċraw bħassoltu. Ħadd ma seta’ jemmen lil għajnejh! Dik il-lejla ġiet dikjarata festa għall-fniek kollha. “Imma, kif jista’ jkun sibtu lil Layla intom meta ma stajniex insibuha aħna l-kbar?” staqsew Connie u Bertu f’daqqa. “Iva pa,” qallu Muċċu bil-paċenzja kollha, “kemm ħa ndum ngħidilkom li wasal iżżmien li tħalluna nagħmlu laffarijiet waħedna, jew flimkien mal-ħbieb? Ħalluna niżviluppaw il-ħiliet tagħna u nitgħallmu anki mill-iżbalji tagħna, jekk hemm bżonn. Wara kollox, intom il-kbar mhux hekk tgħallimtu? Ftakar, pa: il-futur tiegħi, id-deċiżjoni tiegħi. Jekk iżżommuna dejjem id-dar qatt m’aħna se nitgħallmu xejn ... u nispiċċaw f’xi borma stuffat ta’ Vanni lVolpi!” Ommu tkexkxet. “Ara iskot, Muċċu! Qed nara li għandek raġun. Kieku inti, Rosie, Betta u Jason ma tlaqtux għal raskom u żviluppajtu kapaċitajiet differenti, ma kontux issibu lil Layla u teħilsuha minn ħalq Vanni l-Volpi.” “Tassew,” kompla l-Papà Bertu, waqt li reġa’ rrombla lmustaċċi twal li tant kien kburi bihom. “Mela issa qed nifhem li anki jekk għandkom diżabbiltà, għandkom ukoll l-abbiltajiet differenti tagħkom. Intom m’intomx aktar ‘babies’ u għalhekk tridu ssibu postkom fil-ħajja. Wasal iż-żmien biex inti u sħabek tibdew tkunu aktar indipendenti. Mela, mil-lum ’il quddiem tista’ toħroġ tilgħab ma’ sħabek, il-Muċċaċos. Kunu mberkin ... ja mberkin!” spiċċa lpa b’nofs tbissima. “Imma, Muċċ ...” qalet ommu, “xorta oqogħdu attenti li ma tidħlux f’periklu bla bżonn. Fhimt? Wegħidni!” wissitu bilkelma t-tajba. “U iva, ma, inwiegħdek.” qalilha Muċċu, u kien pront dar lejn oħtu Layla, u għemiżha, b’daħka mqarba fuq wiċċu, bħallikieku ried jgħid: ‘Jien ‘tifel bravu’ dejjem. Jupp!’


www.maltarightnow.com

21

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

STORJA

Siti ta’ wirt storiku mmaniġġjati minn Din l-Art Ħelwa

Il-Kappella tal-Lunzjata f’Ħal Millieri minn Stanley Randon

Farrugia

Il-Kappella tal-Lunzjata tinstab fil-villaġġ l-antik ta’ Casal Millieri. Il-viżitatur jista’ jasal għaliha miż-Żurrieq billi jidħol mill-ewwel trejqa fuq il-lemin wara li jaqbeż ir-roundabout li fiha l-funtana, jew mill-Imqabba. L-ewwel dokument li jeżisti fejn jissemma dan il-villaġġ imur lura għas-sena 1419 meta kien hemm biss 14-il raġel biex iservu fil-milizzja, minn popolazzjoni ta’ 60. Dan il-post ilu jeżisti minn żmien ir-Rumani u x’aktarx minn ħafna qabel. Ir-razzett ta’ żmien ir-Rumani, li kien instab waqt riċerka arkeoloġika, x’aktarx li baqa' jeżisti sa meta ġew ilMisilmin f’pajjiżna fit-870WK. Jingħad li l-kelma Millieri ġejja minn Milliar li jfisser mil Ruman, jew mill-frażi Mille Rei li jfisser elf eżiljat. Fis-seklu 16 il-villaġġi żgħar ta’ Ħal Millieri u Ħal Armanin kellhom bejniethom uffiċjal lokali li kien jirrappreżentahom fil-Kunsill talUniversità. Din il-persuna kienet tissejjaħ comestabulis. Fl-ewwel snin tas-seklu 16, ilpopolazzjoni ta’ Ħal Millieri kienet fl-aqwa tagħha, iżda wara bdiet tonqos ħafna. Il-villaġġ ma kienx joffri servizzi tajbin għal min kien joqgħod hemm. Ma kienx hemm tobba jew qassisin. Villaġġi oħra kienu joffru aktar kenn u kienu mibnija madwar ilknisja parrokkjali tagħhom. L-

Il-Kappella tal-Lunzjata ġiet ikkonsagrata madwar l-1480 fuq il-pedamenti ta’ knisja oħra li kienet inbniet fis-seklu 13

aħħar trabi li twieldu f’Ħal Millieri twieldu fl-1711. Madankollu, il-bdiewa baqgħu jużaw l-għelieqi tal-villaġġ biex ikabbru l-ħxejjex. Minħabba li l-popolazzjoni ta’ Casal Millieri naqset ħafna, ilkappelli bdew jiġu abbandunati u fl-1667 il-kappella li kienet tmiss ma’ dik tal-Lunzjata, li kienet iddedikata lill-Viżitazzjoni, twaqqgħet.

Il-Kappella tal-Lunzjata ġiet ikkonsagrata madwar l-1480 fuq il-pedamenti ta’ knisja oħra li kienet inbniet fis-seklu 13. Larkitettura hija ta’ stil Medjevali. Kif jgħaddi mill-bieb ta’ barra, ilviżitatur irid jinżel tliet tarġiet. Il-perit ried li l-bini jkollu parti minnu taħt l-art biex hekk jissaħħaħ il-pedament. Il-kappella wiesgħa 5.2 metri u twila 7.3 metri. Hi maqsuma

Il-pitturi tal-kappella huma affreski. Il-pittur kien ipinġi fuq it-tikħil meta jkun għadu frisk. Għalhekk, meta t-tikħil jinxef, il-kulur jagħqad u jinxef ġewwa fih

f’ħames partijiet permezz ta’ arkati bil-ponta. Għad hemm ilbank tal-ġebel (dukkiena) filkappella fejn in-nies kienu jpoġġu waqt il-quddiesa. Bħal ħafna knejjes Medjevali oħra f’Malta, il-ħitan ta’ ġewwa kienu mibnija b’ġebel mhux maħdum bħal dak tal-ħajt tas-sejjieħ. Il-pitturi tal-kappella huma affreski. Il-pittur kien ipinġi fuq it-tikħil meta jkun għadu frisk. Għalhekk, meta t-tikħil jinxef, il-kulur jagħqad u jinxef ġewwa fih. Qabel ma jibda jpinġi, il-pittur kien jagħmel kisja ta’ ġibs u fuqu kien jippjana l-kompożizzjoni b’kulur ċar, u wara bilkulur aħmar tas-sinopia. Issa lpittur kien jerġa’ jiksi kollox bilġibs lixx u kien jibda jpinġi f’aktar dettall. Il-pittur kellu jispiċċa l-opra tiegħu qabel ma jinxef il-ġibs. Il-kuluri li kienu jintużaw kienu tipi differenti ta’ trab tal-art li setgħu jinħallu mal-ġir mitfi. Oħrajn kienu jsiru minn tip ta’ ġebel u fossili. Il-qaddisin f’dawn l-affreski qegħdin kollha fl-istess qagħda, iżommu l-Bibbja fl-id ix-xellugija u jżommu l-leminija mtellgħa. Dan huwa stil li kien jintuża fin-nofs tas-seklu 15. Littri li jiffurmaw l-ismijiet talqaddisin għandhom stil Gotikuangulari. Meta ż-żgħażagħ ta’ Din l-Art Ħelwa bdew inaddfu l-kappella fl-1 ta’ Frar 1968, sabu ħafna żibel ġewwa u madwar il-bini. Inġabru 13-il trakk ta’ ħaxix

ħażin u biċċiet tal-ġebel. Sar inventarju ta’ biċċiet tal-fuħħar, tal-ħadid, ġebel bil-lavur u muniti li nstabu waqt it-tindif. L-artal iżżarma u l-ixkaffi tal-injam wara l-artal u l-gwarniċ indurat li kien jitqiegħed quddiem l-artal, ittieħdu fil-knisja parrokkjali tażŻurrieq. Il-kappella kienet inżebgħet ħafna drabi u l-affreski u xi graffiti kienu mgħottija. Minbarra lpittura, instabu graffiti forma ta’ ċirku, figuri ta’ San Ġorġ jiġġieled kontra d-dragun, stilel b’ħames ponot, l-istilla ta’ David u figuri ta’ ħut. Biex jinkixfu l-pitturi, il-ġir, l-imluħa u ż-żebgħa kellhom jitneħħew. Kellhom jerġgħu jitwaħħlu biċċiet ta’ affreski li bdew jinqalgħu minn mal-ħajt bl-użu ta’ ġir maħlul li ġie injettat warajhom. Kien hemm postijiet fejn il-ħajt wara l-affresk kien qiegħed jittiekel. In-naħa t’isfel tal-affreski ntilfet għalkollox iżda baqgħet tidher xi ftit sinopia u xi graffiti. Il-pittura tnaddfet mill-ġir u karbunat tal-kalċju. Ingħata lġibs fejn kien nieqes u ngħataw kuluri adattati biex jaqblu malbqija tal-pittura. Ta' spiss Din l-Art Ħelwa tikkummissjona lil xi esperti biex jirrevedu l-kundizzjoni tal-pittura. Il-kappella ta' Ħal Millieri tinfetaħ għall-pubbliku fl-ewwel Ħadd tax-xahar bejn l-10a.m. u 12 a.m. u ssir quddiesa viċin ilfesta tal-Lunzjata.


www.maltarightnow.com

22

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

06:02 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 19:20 20:00

TV/RADJU

Radio 101 breakfast club Obituaries/angelus Radio 101 breakfast club (cont) News update Magazine 101 News update Magazine 101 (cont) Editorjal Club 101 Obituaries/angelus News bulletin The big show Hitsteria News update Hitsteria (cont) News update Hitsteria (cont) Newsdesk Obituaries News bulletin Lura d-dar News update

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Win, Lose or Draw 06:30 Good Luck Charlie 06:55 - Good Luck Charlie 07:20 - Sonny With a Chance 07:45 - Sonny With a Chance 08:10 - The Suite Life on Deck 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 - That’s So Raven 09:25 - That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 - A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 Jessie 11:55 – Jessie 12:20 - Austin & Ally 12:45 - Mickey Mouse 12:55 Mako Mermaids: An H2O Adventure 13:20 - I Didn’t Do It 13:45 - Liv & Maddie 14:10 - Violetta 15:00 - Liv & Maddie 15:25 - Jessie 15:50 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 16:15 Dog With a Blog 16:40 - Win, Lose or Draw 17:05 - I Didn’t Do It 17:30 Violetta 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 - Spooksville 19:10 – Wolfblood 19:35 - Gravity Falls 20:00 - The Suite Life on Deck 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 – Wolfblood 21:35 – Wolfblood 22:00 – Violetta 22:45 The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 - Jungle Junction Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 - SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 - Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 – iCarly 12:55 – Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 SpongeBob SquarePants 19:40 Victorious 20:05 - iCarly 20:30 SpongeBob SquarePants 20:55 Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar

22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 - iCarly 23:25 – iCarly 23:50 Victorious

Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do 06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 - Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 – Jarmies 08:00 – Kipper 08:10 – Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 - Snapatoonies 09:00 Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 Igloo-Gloo 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 – Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 – Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 – Noksu 19:20 - Shapes 19:30 - Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea?

Klinika – NET TV

Illum se nitkellmu fuq wieħed mill-aktar interventi komuni, dak tat-tkabbir tas-sider. Fl-Istati Uniti biss fis sena 2013 saru 290,000 operazzjoni simili. Iżda mhux dejjm ikun il-kas li sider ikun irid jitkabbar, ikun hemm drabi fejn dan ikollu bżonn jiċċekken, anki minħabba ra;uni ta’ saħħa. Se naraw u nitkellmu dwar it-tipi differenti ta’ implants u għalxiex jintużaw. Il-programm tal-llum se jkollu repetizzjoni għada l-Erbgħa fit-8:30am. TVM 05:30 – Secret Show 05:45 – Deadly Art 06:00 – Me and my monsters 06:30 – Ħbieb u Għedewwa 07:00 – TVAM 08:30 – Analiżi Budget 2015 09:45 – Luxdesign 11:00 – Pellikola 11:30 – Teleshopping 12:00 – News 12:10 – TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u Għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:30 – Secret Show 16:45 – Deadly Art 17:00 – Secret Show 17:15 – Me and my monsters 17:50 – Nisga Maltija 18:00 – News 18:15 – Crosscraft Teleshopping 18:45 – Times Talk 20:00 – News 20:50 – Iċ-Ċaqqufa 21:50 – Headline news 21:55 – Venere 22:30 – Għawdex illum 23:00 – News 23:20 – Ħbieb u Għedewwa.

TVM2 06:00 – Euronews 07:00 – News Loop 08:30 – TVAM (r) 10:00 – Marine Machines 11:00 – Valletta 11:30 – Madwarna 12:00 – House Hunt 12:30 – It-triq/Twelid 12:45 – Lux Design 14:00 – Marine Machines 15:00 – It-triq/ Twelid 15:10 – TVPM 18:00 – Paq paq Lifestyles 18:30 – Tiġrijiet biss 19:00 – MEA 19:30 – Marine Machines 20:30 – News for the hearing impaired 20:40 – Kurrenti 21:40 – Kurrenti 21:40 – Headline news 21:45 – Il-Gwerra lKbira 22:15 – Mixage 22:45 – Sports News 23:00 – Financial News 23:00 – News in English 23:10 – BOV Premier Match.

ONE 06:30 – ONE news 07:00 – ONE Breakfast 09:00 – Siegħa Żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 – Better Living 12:05 Ieqaf 20 minuta 12:30 – ONE news 12:40 – Kalamita 16:15 – Ħilithom 16:55 – Telebejgħ 17:30 – ONE news 17:40 – Telebejgħ 18:00 – Dak li jgħodd 19:05 – Samsara 19:10 – Identità 19:30 – ONE News 20:20 – News.Mt 20:45 – LOskur 21:30 – One Night Stand 23:30 – ONE news. Smash 07:00 – News 07:40 – Erġa’ lura

08:40 – News 09:00 – Ħabbejtek 10:00 – Kċina ma’ Farah 10:50 – TSN Teleshopping 13:00 – A to Z Teleshopping 14:20 – Ma’ majsi 16:10 – Kċina ma’ Farah 17:10 – Erġa lura 17:50 – Foreing News 18:15 Bingo 75 18:40 – TV Shop 19:00 – News 19:30 – Nursery Stars 20:30 – Drama 21:30 – Malta u lUnjoni Ewropea 22:00 – News 22:30 – Poker

Raiuno 06:45 – Unomattina (Jinkludi t-Tg 1 fis-7am, fit-8am, fid-9am, fid-9:30am, fl-10am, fil-11am) 10:00 - |Storie vere 11:10 – A Conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 – Tg 1 economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 –Torto o ragione? il-verdeotto finale 16.00 – La vita in diretta 18:50 – L’eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:15 Qualunque cose succeda – Giorgio Ambrosoli 23:20 – Porta a porta 00:55 – TG1 01:30 – Sottovoce 02:00 – Rai Cultura terza pagina. Raidue 07:10 – Army Wives 08:20 – Il tocco di un angelo 10:00 – Tg 2 insieme 11:00 – I fatti vostri 13:00 - TG2 Giorno 13:50 – Medicina 33 14:00 – Detto fatto 16:15 Castle (TF) 17:00 – Supermax tv 17:45 – TG Parlamento18:00 – Tg sport / Tg 2 18:50 – NCIS Los angeles 19:40 – NCIS Unita anticrimine 20:30 – Tg 2 21:00 – Impazienti 21:10 – Il pui grande pasticcere 23:15 – 2 next economia e futuro 00:20 – TG2 notizie 00:30 – Quanto manca 01:45 – La piovra.

Raitre 06:00 – Rai news morning 08:00 – Agora 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai cultura - il tempo e la storia 14:00 – Tg regione / Meteo / Tg 3 /Meteo 3 14:50 – Tgr Leonardo 15:10 – Terra nostra 2 15:55 – Lazio – Varese coppa Italia 18:00 – Geo 19:00 – TG3 19:30 – TG Regione 20:00 – Blob 20.15 – Trre mogli per un papà 20:35 Un poste al sole

21:05 – Ballero 23:50 – Il candidato zucca persidente 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 01:45 – Fuori orario.

Canale 5 06:00 – Prima pagina / Traffico 07:50 – Borse e monete / Meteo.It / Tg 5 08:45 –Mattino cinque 11:00 - Forum 13:00 – Tg 5 / Meteo.It 13:40 – Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il segreto 17:00 – Pomeriggio Cinque 18:45 –Avanti un altro! 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Stricia la notizia 21:10 – Sharm el Sheikh – Un’estate indimenticabile. Film 2010 23:15 – All’ultima spiaggia. Film 2012 01:15 – Tg5 notte 01:55 – Striscia la notizia 02:30 – Uomini e donne. Rete 4 06:50 – Zorro 07:10 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'Italiana 12:00 – Un dectective in corsia (tf) 13:00 - La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 – Hamburg distretto 21 16:35 – Ieri e oggi in tvc speciale 17:00 – Passaggio di notte. Film 1957 18:55 – Tg 4 / Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:30 – Tempesta d’amore 21:15 – The bourne legacy. Film 2005 00:05 – Jarhead. Film 2005 02:30 – Modamania 03:00 – Sontornate a fiorire le rose. Film 1975. Italia 1 06:15 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych (TF) 10:05 – The closer 12:05 – Cotto e mangiato – il menu del giorno 12:25 – Studio aperto / Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:35 – Futurama 15:00 – Big bang theory 15:50 – E Alla fine arriva mamma! 16:45 – White Collar 18:30 Studio aperto / Meteo.It 19:20 - C.S.I. NY 21:10 – CSI: Scenas del crimine (TF) 23:00 – The following (TF) 00:50 – Do no harm (TF) 02:30 – Sport Mediaset 02:55 – Studio Aperto 03:25 – Trasformat 04:20 – Dr. Roberto Succo. Film 2000.


www.maltarightnow.com

23

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

TV/RADJU

Go Stars 06:45 - Hunt for Red October 08:55 – Philadelphia 11:00 - The Office 11:25 – Serenity 13:20 - Pete's Christmas 14:50 - Think Like a Man 16:50 - Despicable Me 2 18:25 - Iron Man 3 20:30 - Two and a Half Men 21:00 – Noah 23:15 - The Hunt 01:10 - Pain & Gain 03:15 - Think Like a Man 05:15 – Serenity 07:05 - CLOSE Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 – Dallas 12:00 - Hit The Floor 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - The Mentalist 17:15 – Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 – Perception 19:45 - Dallas 20:30 – Suits 21:15 - Chicago Fire 22:00 Spartacus 23:00 - Boardwalk Empire 00:00 - Person Of Interest 00:45 – Perception 01:30 - Rude Tube 02:00 30 Rock Mediaset Italia 06:05 - Il falco e la colomba 08:00 Avanti un altro! 08:50 - Sarabanda 09:35 - Pomeriggio cinque 11:01 Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 - Avanti un altro! 15:25 Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 - Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 - Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro! BBC Entertainment

06:05 - Me Too! 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 – Teletubbies 07:15 - Me Too! 07:35 - Mr Bloom’s Nursery 07:55 – Teletubbies 08:15 The Weakest Link 09:00 - The Café 09:25 - Moone Boy 09:50 - EastEnders 10:20 - Doctors 10:50 - Last Woman Standing 11:40 - The Paradise 12:35 The Café 12:55 - Moone Boy 13:20 The Omid Djalili Show 13:50 – EastEnders 14:20 – Doctors 14:50 Last Woman Standing 15:40 - The Paradise 16:30 - The Café 16:55 Moone Boy 17:20 - The Weakest Link 18:05 – EastEnders 18:35 – Doctors 19:05 - Last Woman Standing 19:55 One Foot in the Grave 20:30 - Last of the Summer Wine 21:00 - Lorna Doone 21:50 - Luther 22:45 - Getting On 23:15 - Southcliffe TCM 06:20 - The Band Wagon 08:10 Ziegfeld Follies 10:00 - Anchors Aweigh 12:20 - Light in the Piazza 14:00 - Mogambo 15:55 - Please Don’t Eat the Daisies 17:45 - Thirty Seconds Over Tokyo 20:00 - Our Mother’s House 21:45 - Destination Tokyo MGM Channel 06:30 - F.I.S.T. 08:40 - The House on Carroll Street 10:20 - An American Rhapsody 12:10 - The 7th Dawn 14:10 - A Shot in the Dark 15:50 - Out Cold 17:20 - Article 99 19:00 - Game of Arms 20:00 - Wreckers 21:30 Ulee’s Gold 23:20 - Soda Cracker Diva Universal 06:00 - Kojak 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Poirot 09:42 – Essorage 09:50 - Kommissar Rex

The Client, NET Television

10:50 - Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Poirot 13:45 – SMS 13:50 - Kommissar Rex 14:50 Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:45 - La Prova 18:50 - Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 - Midsomer Murders 22:50 - Il Passo Della Lumaca 23:00 - Jane Doe: ’Til Death Do Us Part Discovery Channel 06:00 - How It’s Made: Liquor Jugs; Deli Meats; NASCAR Engines 06:25 Auction Kings: Dino Poo; Ancient Head Pipe 06:50 - Salvage Hunters 07:15 - Mega Builders: Sheikh Zayed Bridge 08:10 - Born Survivor: Bear Grylls: Sahara 09:05 - Flying Wild Alaska: Goodbye Sun 09:55 - Gold Divers: Fire and Icebergs 10:50 - Dual Survival: Road to Nowhere 11:40 Wheeler Dealers: Morgan Plus 4 12:35 - Siberian Cut: Age Old Enemies 13:30 - Ice Cold Gold: The Beast Within 14:25 - Born Survivor: Bear Grylls: Arizona Sky Islands 15:20 - Born Survivor: Bear Grylls: Borneo Jungle 16:15 - Born Survivor: Bear Grylls: Malaysian Archipelago 17:10 - The Liquidator: A Hand Up 17:40 - Storage Hunters: Surfs Up in Canyon Country 18:05 - Auction Hunters 18:35 Auction Kings: Antique Doctor’s Buggy; Cleopatra Folio 19:00 - How It’s Made 19:30 - How Do They Do It?: Bowling Balls; Tower Bridge; Gummy Bears 20:00 - Destination North Pole 21:00 - Hardcore Heroes: Warriors on the Frontlines 22:00 Wheeler Dealers: Trading Up: Italy 23:00 - Wheeler Dealers: Lincoln Continental

Claudia Calleja u t-tim ta' The Client se narawhom jagħmlu x-xogħol kollu biex jkun qed jinħadem riklam għall- kumpanija tal-assikurazzjoni tas-saħħa. B'differenza li l-programm tal-lum, ix-xogħol kollu meħtieġ se jkun qed isir fi sptar privat. X'idejat se jkunu qed joħolqu biex ir-reklam jiġi effettiv? X'tip ta' mudelli se jkunu qed jintużaw?

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 16:45 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:40 21:45 22:30 23:00

Net News Klinika Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Telebejgħ NET News Big Time Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika Newsfeed NET News Newsfeed Meander Arti u Kultura NET News The Client What’s for dinner NET News

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - Barclays Premier League Week 16 Burnley v Aston Villa 09:00 - Ligue 1 - Round 15 - Paris Saint-Germain v OGC Nice 11:00 - Autumn Internationals - Wales v South Africa 13:00 - Barclays Premier League - Week 16 – Manchester Utd v Hull City 15:00 - Serie A - Round 13 - Juventus v Torino 17:00 - Barclays Premier League – Week 16 - Liverpool v Stoke City 19:00 - Ligue 1 - Round 15 – Highlights 20:00 - FIFA Futbol Mundial #498 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Manchester Utd v Stoke City 22:45 - Netbusters - Week 16 23:15 - Vincennes Horseracing 02:00 - 2014 PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 2 GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 09:30 - Serie A - Round 13 Sassuolo v Hellas Verona 11:30 - Football's Greatest 12:00 Ligue 1 - Round 15 - Stade Rennais v AS Monaco 14:00 - 2014 PGA European Tour - DP World Tour Championship, Dubai - Day 2 19:00 - Premier League Sunday Review - Week 16 20:00 Netbusters - Week 16 20:30 Premier League Legends - Gary Neville LIVE 21:00 - Ligue 1 Round 16 - AS Monaco v RC Lens 23:30 - Ligue 1 - Round 15 – Highlights 00:30 - Serie A Round 13 - Cesena v Genoa 02:30 - Barclays Premier League Week 16 - Swansea City v Crystal Palace 04:30 - FIFA Futbol Mundial #498 05:00 - Ligue 1

- Round 15 - Olympique de Marseille v Nantes

GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 11:30 - Serie A - Round 13 - Sassuolo v Hellas Verona 13:30 - Football's Greatest 14:00 - Ligue 1 - Round 15 - Stade Rennais v AS Monaco 16:00 - 2014 PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 2 21:00 - Premier League Sunday Review - Week 16 22:00 - Netbusters - Week 16 22:30 Trans World Sport /1439 23:30 Aviva Premiership - Round 9 - Bath Rugby v Harlequins 01:30 - Ligue 1 - Round 15 – Highlights 02:30 - Serie A - Round 13 - Cesena v Genoa 04:30 - Barclays Premier League - Week 16 - Swansea City v Crystal Palace 06:30 - FIFA Futbol Mundial /498 07:00 Ligue 1 - Round 15 - Olympique de Marseille v Nantes GO sports 2 LIVE 19:00 - Ligue 1 - Round 16 - Lorient v Olympique de Marseille LIVE 21:00 - Barclays Premier League - Week 16 - Crystal Palace v Aston Villa 23:00 - Milan Channel GO sports 3 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Burnley v Newcastle Utd 22:45 - Inter Channel GO sports 4 LIVE 20:45 - Barclays Premier League - Week 16 - Swansea City v Queens Park Rangers 22:45 - Juve Channel


www.maltarightnow.com

24

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

2

IT-TEMP Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBBILTÀ Ġeneralment tajba IR-RIĦ Moderat għal ftit qawwi mil-Lbiċ BAĦAR Qawwi IMBATT Baxx mix-Xlokk li jsir mill-Punent TEMPERATURA L-ogħla 21˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 0. 1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 150.5mm IX-XEMX titla’ fis-06.53 u tinżel fil-16.48

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IT-TLIETA L-ogħla 21˚C L-inqas 16˚C

2

UV

L-ERBGĦA L-ogħla 20˚C L-inqas 15˚C

2

UV

IL-ĦAMIS L-ogħla 20˚C L-inqas 15˚C

3

UV

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 20˚C L-inqas 16˚C

2

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:5. Ħabrieki (5) 6. Iżjed viċin (5) 7. Dgħajsa ħafifa (5) 10. Din għall-żvinturat, ngħidu (5) 11. Parti minn Marsaskala? (5) 12. Mhux maħmuġ (5) 14. Lewn (5) 16. Riħa tfuħ ta’ ikel (5) 17. Frotta għall-aħwa? (5) 18. Ċajt li ma jdaħħakx (5)

Weqfin:1. Meħud f’salt (6) 2. Warrab minn post biex imur f’ieħor (6) 3. Għafas ’il ġewwa (6) 4. Affilja, inkiteb għall-ġurnal ta’ kuljum (6) 8. Imbroljar (5) 9. Miġja (5) 12. Ma nħallihx magħluq (6) 13. Ħasel idejh biex ineħħi ttrab? (6) 14. Li jqanqal id-daħk (6) 15. Wiċċu mixgħul (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ

Mimdudin: 5. Tross; 6. Rebus; 7. Ċorma; 10. Salpa; 11. Tokka; 12. u 14. Fastidjużi; 16. Moral; 17. Nifed; 18. Dulur. Weqfin: 1. Qtates; 2. Issoda; 3. Kremat; 4. Qsamna; 8. Ilbsu; 9. Skrun: 12. Foxxna; 13. Iroddu; 14. Dwardu; 15. Intern.

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta. Soluzzjoni Sudoku

IS-SIBT L-ogħla 19˚C L-inqas 14˚C

2

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet Malta 22˚C ftit imsaħħab, Alġeri 13˚C xita, Amsterdam 2˚C imċajpar, Ateni 20˚C ftit imsaħħab, Liżbona 16˚C xemxi, Berlin 3˚ imsaħħab, Brussell 3˚C imċajpar, il-Kajr 24˚C xemxi, Dublin 8˚C imsaħħab, Kopenħagen 2˚C imsaħħab, Frankfurt 3˚C imsaħħab, Milan 14˚C imsaħħab, Istanbul 10˚C imsaħħab, Londra 8˚C imsaħħab, Madrid 16˚C imsaħħab, Moska -5˚C xita, Pariġi 4˚C imsaħħab, Barċellona 17˚C imsaħħab, Ruma 20˚C imsaħħab, Tel Aviv 23˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 21˚C imsaħħab, Vjenna 2˚C xita, Zurich 4˚C imċajpar, Munich 2˚C imsaħħab, St. Petersburg 0˚C borra

Tagħrif

Bazaar tal-Milied mill-voluntieri ta' Din l-Art Ħelwa Nhar is-Sibt 6 ta' Diċembru filĠnien taċ-Ċimiterju tal-Mistrieħ fl-Imsida, l-voluntiera ta' Din lArt Ħelwa li jmexxu dan iċċimiterju se jorganizzaw il-bazaar popolari tal-Milied. Dan iċ-ċimiterju kien ivvutat mill-Magazine National Geographic bħala wieħed millisbaħ ċimiterji fl-Ewropa. IlPresident Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa irringrazzjat lil voluntiera Andy Walsh, Mary Aldred, Albert Calleja u Joe Azzopardi għaxxogħol tagħhom. Il-membri ta' Din l-Art Ħelwa u ħbieb oħra huma mitlubin biex jagħtu kotba, pjanti, jams, preserves u affarijiet oħra biex jinbiegħu f'dan il-bazaar tal-Milied biex il-flus li jinġabru jmorru għal manutenzjoni ta' dan il-ġnien prezzjuż. L-affarijiet għandhom jitwasslu fil-Ġnien taċ-Ċimiterju tal-Imsida, kull nhar ta' Tlieta, nhar ta' Ħamis jew is-Sibt 30 ta' dan ix-xahar filgħodu. Il-bazaar ikun bejn id-9.30 a.m u s-1.00 p.m. Serata Letterarja Fl-okkażjoni tal-Bookfest, ilĠimgħa 12 ta’ Diċembru fis-7pm se ssir Serata Letterarja filLibrerija ta’ Triq Vajrinġa, irRabat Għawdex

Is-serata letterarja se tkun imżewqa fejn minbarra programm mill-isbaħ se jkun hemm ukoll issehem ta’ xi studenti mill-iSchool of Music li nsibu f’Ta’ Sannat, flokkażjoni tal-Bookfest organizzata mid-direzzjoni tal-Libreriji f’Għawdex, bl-inizjattiva tal-Kav Joe M Attard. Sa jieħdu sehem għadd ta’ Kittieba Għawdxin flimkien ma’ xi qarrejja mistiedna. Il-pubbliku huwa mistieden biex jiggosta xi ftit mill-benna talLetteratura li ħarġet mill-pinna ta’ xi wħud mill-kittieba tagħna matul is-snin. Kif tistgħu tinnotaw uħud mill-kittieba ħallewna iżda xogħlijiethom għadhom magħna għax kif jgħid il-qawl Latin: Scripta manent, verba volant! Timbru Speċjali – Milied f’ Għawdex Għall-okkażjoni tal-ftuħ talattivitajiet relatati mal-Milied f’Għawdex, MaltaPost p.l.c. tinforma li timbru speċjali se jintuża nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Diċembru 2014 fil-Fergħa Postali tar-Rabat Għawdex. Dan it-timbru speċjali jista jiġi ordnat mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001, jew online fuq maltaphilately.com Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com


www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

25

AVVIŻI PN

SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757.

SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt. ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI

CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning illum it-Tlieta, 2 ta’ Diċembru fil-Każin tal-PN fis-Siġġiewi. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643 jew 99579389. Prezz 6 ewro. KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning għada lErbgħa, 3 ta’ Diċembru firRazzett l-Antik, Ħal Qormi fit8:30am. Prezz 6 ewro bittrasport inkluż. Għall-biljetti ċemplu 99473932 jew 99993707, jew ibagħtu email fuq info@kristydebono.com . Ilqligħ kollu minn din l-attività jmur b’risq il-Maratona talPartit Nazzjonalista.

ROBERT ARRIGO. IlĦbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw BIG 60 Buffet Dinner f’għeluq snin Robert nhar ilĦamis, 4 ta’ Diċembru fillukanda Dolmen, il-Qawra fit8pm. Prezz 22 ewro għall-adulti u 12-il ewro għat-tfal. Trasport jibda fis-7pm. Għall-bookings ċemplu 23285000.

IL-MARSA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Marsa se jorganizza Riċeviment tal-Milied, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru

fil-Każin tal-Partit mis-7pm ’l quddiem. Tattendi t-tmexxija tal-Partit. Prezz 10 ewro għalladulti u 5 ewro għat-tfal. Għallbiljetti ċemplu 99476371 jew 99402128 jew mill-membri talKumitat.

CHARLO BONNICI. IlĦbieb ta’ Charlo Bonnici se jorganizzaw Christmas Buffet nhar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru filLukanda Cavallieri, San Ġiljan mit-8pm ’l quddiem. Biljetti 23 ewro għall-kbar u 11.50 ewro għat-tfal bit-trasport inkluż. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 79796667.

ANTOINE BORG. Il-Ħbieb ta’ Antoine Borg se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru filLukanda Soreda, il-Qawra fit8pm. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal sa 12-il sena jħallsu 12-il ewro. Għall-biljetti ċemplu 79092845 jew mingħand ilhelpers tas-soltu.

TONIO FENECH. Il-Ħbieb ta’ Tonio Fenech se jorganizzaw Ikla tal-Milied nhar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru fil-lukanda The Palace, Tas-Sliema. Prezz 25 u l-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu jew ċemplu 79927302. Trasport mill-postijiet tas-soltu.

BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza riċeviment għall-attivisti talPartit, fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Immakulata, nhar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru fis-7pm. Mistiedna wkoll l-amministrazzjoni talPartit, eks-Kapijiet u MEPs. SANTA VENERA. IlKumitat Sezzjonali PN Santa Venera se jorganizza Tea Time to Talk – Meet the Professionals, nhar l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru fil-Każin Dar ilĦaddiem, Triq Fleur de Lys fid9:30am. Ikun hemm te, ikel, tombla u taħdita qasira bit-tema ‘Kul tajjeb biex tgħix aħjar’ minn speċjalista fuq l-ikel bilkortesija ta’ Chemimart. Biljetti għall-prezz ta’ 3 ewro (trasport mhux inkluż). Għall-booking ċemplu 99845132 jew ibagħtu email fuq pnsantavenera@pn.org.mt.

CARM MIFSUD BONNICI. Il-Ħbieb ta’ Carm Mifsud Bonnici se jorganizzaw Coffee Morning nhar il-Ħamis, 11 ta’ Diċembru fir-Razzett l-Antik, Ħal Qormi fid-9am. Prezz 6 ewro. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99900434 jew 79691359. ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Tarxien se jorganizza riċeviment tal-Milied fis-sala tal-Każin tal-Partit, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru fis7pm. Mistiedna l-amministrazzjoni tal-Partit, Deputati u Kandidati tad-distrett. Prezz 12il ewro għall-kbar u 5 ewro għat-tfal taħt l-10 snin. Għallbiljetti ċemplu 99409549 jew 77771529.

CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner Dance nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru filLukanda Santana, il-Qawra. Prezz 20 ewro għall-adulti u 10 ewro għat-tfal. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643. STEPHEN SPITERI. IlĦbieb ta’ Stephen Spiteri se jorganizzaw attività nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru f’Villa Blanche, Ħal Far nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru fit-8pm. Prezz 10 ewro u tfal b’xejn. Għall-biljetti tistgħu ċċemplu 99424827 jew 99886394. Trasport jiġi provdut bi ħlas.

IŻ-ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza ikla nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru fis-7:15pm f’Viva Restaurant, Marsaxlokk. Prezz 20 ewro. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79293902.

JASON AZZOPARDI. IlĦbieb ta’ Jason Azzopardi se jorganizzaw Ikla buffet talMilied, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fil-Lukanda Maritim Antonin, il-Mellieħa fin12:30pm. Prezz 20 ewro. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21666736 jew 99841333.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Buffet tal-Milied nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fir-Razzett l-

Antik, Ħal Qormi f’nofsinhar. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal nofs prezz. Trasport provdut minn Ħal Luqa, Ħal Qormi u sSiġġiewi. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21461002. BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Ġenerali filKażin tal-Partit, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fl-10:30am. Niddiskutu l-baġit. Il-kelliema se jkunu Alessia Psaila Zammit, Stephen Spiteri u Tonio Fenech.

ĦAL LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Lija se jorganizza Christmas Special in Gozo nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Niltaqgħu fid-9:30am fit-terminal taċ-Ċirkewwa biex naqbdu lvapur tal-9:45am jew niltaqgħu fid-8:45am Ħal Lija. Inżuru diversi postijiet ta’ interess, ikollna ħin biex nixtru u lunch f’Marsalforn. Nirritornaw Malta mal-vapur tas-7:15pm. Prezz 18-il ewro. Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Stephanie Zammit fuq 99461892. IN-NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Naxxar se jorganizza żjara f’Betlehem f’Għajnsielem, nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Tluq fil-11am minn quddiem il-każin talPartit. Prezz 12-il ewro u jinkludi t-trasport minn quddiem ilkażin saċ-Ċirkewwa u lura kif ukoll pizza f’restorant fl-Imġarr, Għawdex.

L-UFFIĊĊJU TAD-9 U L10 DISTRETT. L-Uffiċċji distrettwali tad-9 u l-10 distrett se jorganizzaw ġurnata fi Sqallija kemm bil-katamaran kif ukoll bl-ajruplan, nhar is-Sibt, 20 ta’ Diċembru bħala Fund Raising fuq bażi distrettwali. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99337322.

Ħ’ATTARD. Il-Kumitat Sezzjonali PN Attard se jorganizza Christmas Cup għal dawk kollha dilettanti tas-Subbuteo nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru f’FX Dingli Club, Main Street, Ħ’Attard fis-6:30pm. Wara, fit8:30pm ikun hemm Christmas Get Together għall-prezz ta’ 10 ewro.

AVVIŻI OĦRA ĦAL BALZAN. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed jilqa’ tesseri ġodda kif ukoll tiġdid ta’ tesseri ta’ kuljum fil-Każin PN Ħal Balzan bejn il-5pm u t-8pm. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99848644.

L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-bar talUffiċċju PN qed jitmexxa minn management ġdid. Qed ikun miftuħ kuljum sa tard filgħaxija, u s-Sibt u l-Ħadd jiftaħ fid-9 a.m. Qed ikunu servuti wkoll lappetizers.

SANTA VENERA. IlKumitat Sezzjonali PN javża li qed isir tqassim tat-tesseri fiddjar. Għal min ma jkunx id-dar meta jiġu r-rappreżentanti talPartit, l-uffiċjali tal-kumitat se jkunu fil-Każin biex iġeddu ttesseri kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u 12pm fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys u nhar ta’ Ħamis filgħaxija bejn is-7:15pm u t-8:30pm flUffiċċju Enrico Mizzi, Triq Reġjonali. Tistgħu ċċemplu 99845132 jew tibagħtu email fuq pnsantavenera@pn.org.mt biex isir appuntament u niġu ddar.

L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Senglea javża li qed jilqa’ offerti għat-tmexxija tal-bar tal-Każin PN Senglea. Ilkumitat javża li dawk kollha interessati għandhom jibagħtu lofferta tagħhom bid-dettalji kollha lis-Segretarju Kumitat PN Senglea, 32/34 Triq San Pietru u San Pawl, l-Isla mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru fis-7pm. Il-kumitat jirriserva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwe offerta anke dik laktar vantaġġuża. TA’ XBIEX. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-bar talUffiċċju PN tal-lokalità qed jitmexxa minn management ġdid u b’esperjenza. Bħalissa qed ikun miftuħ kuljum bejn il-5 p.m. u l10 p.m. mit-Tnejn sas-Sibt u lĦadd bejn id-9 a.m. u t-3 p.m. Qed jitqassmu wkoll l-appetizers. Min jixtieq jorganizza xi fenkata jew ikla, jista’ jċempel 79813505.


www.maltarightnow.com

26

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bilbitħa, dawl, ilma u toilet. Bilpermess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour.

Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Xogħlijiet GĦAL kull xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, alterazzjonijiet ta’ bini, ftuħ ta’ ħitan bi travi tal-ħadid, ftuħ ta’ bibien, twieqi, ħnejjiet, bdil ta’ soqfa tal-konkos, xorok, nirranġaw, induru fejn ikun hemm ħsara fis-soqfa, gallarijiet, travi u xibka b’materjal apposta, qlugħ ta’ madum, kmamar tal-banju, tibjid, kisi, żebgħa, tikħil. Xogħol b’esperjenza kbira u xogħol filpront. Ċemplu 99602436. GĦALL-BEJGĦ

Pasturi TAT-tafal tradizzjonali, sett ta’ 20 pastur, €10. Offerta – presepji kull daqs, naħdimhom b’delizzju. Prezz tal-materjal biss. Ċemplu 21495253.


www.maltarightnow.com

27

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Tyron Borg (xellug) jolqot b’daqqa bix-xellug lil Nando Calzetta fil-kategorijja 80 kg (ritratti: Martin Agius)

Daniel Zahra f’kick akrobatika kontra Samuel Hazima fil-kategorija 80 kg

Wirjiet impressjonanti minn Zahra u Borg BOXING U KICKBOXING

Id-disa’ edizzjoni talGladiators Night li saret fillukanda Dolmen is-Sibt li għadda reġgħet kienet suċċess kbir bil-lokal ippakkjat għal 16-il ġlieda fuq livell semi-professjonali u professjonali, b’Tim Malta jiltaqa’ kontra grupp millItalja fid-dixxiplini talKickboxing, K1 u Boxing. Ilkompetizzjoni saret taħt lawspiċi tal-World Kickboxing Network (WKN) filwaqt li lBoxing kien taħt lAssoċjazzjoni Maltija talBoxing (MBA). Team Malta kien magħmul minn atleti tal-klabbs ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing, Art of Fighting, Basement Kickboxing, Wu Shu Ky, Brown Boxing u Fight Factory. L-aktar żewġ bouts mistennija

kienu wkoll l-aħħar tnejn tasserata fil-klassi professjonali. Fil-Boxing Tyron El Terribile Borg li għandu 35 sena (Fight Factory) għeleb bil-punti lillavversarju Taljan ta’ 28 sena Nando Calzetta fil-kategorija 80 kg waqt li fil-ġlieda tal-K1 Daniel The Jet Zahra (Ying Yang Team Noel) għeleb lisSlovakk ħames snin iżgħar minnu, Samuel Hazima bilpunti wkoll fil-kategorija tal-65 kg. Il-konfront għat-titlu internazzjonali tal-Gladiators fil-K1 filkategorija 74 kg intrebaħ bilpunti wkoll miż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Brandon Bogon Borg (The Art of Fighting) kontra Omar De Domenico. Ġlieda oħra għat-titlu internazzjonali tal-Kickboxing

kienet dik mirbuħa minn Keith Azzopardi (The Art of Fighting) kontra Andrea Palazzetti fil-kategorija 64 kg waqt li t-titlu talK1 fil-kategorija 78 kg intrebaħ mit-Taljan Fabjon Skenderaj bilpunti kontra Brandon Spiteri (Ying Yang Team Noel). Fil-konfronti l-oħra tal-boxing Richard Vipro Vella (Fight Factory) rebaħ b’KO fit-tieni round lil Ciccio Saporito fis-76 kg u Garth The Problem Galea (Fight Factory) rebaħ b’knockout fit-tielet round lil Alessandro Felipe fil-klassi tat68 kg. Rebħa oħra b’knockout għal Tim Malta kienet dik miksuba minn Melek Alzanat (Brown Boxing Malta) kontra Carmelo Santostefano fil-klassi 77 kg. Fil-konfronti l-oħra tal-K1 it-

tfajjel ta’ 12-il sena Courtney The Bullet Vella (Ying Yang Team Noel) rebaħ b’knock-out fit-tieni round minn tlieta lil Luca Guerrieri sentejn ikbar minnu fil-klassi tal-50 kg; Fabio Puce fil-klassi 74 kg għeleb lil Keith Micallef (The Basement KB) bil-punti u Riccardo Ciminata rebaħ b’KO kontra Christian Coqqos Schembri (Wu Shu Ky/Fight) fil-klassi 78 kg. Il-ġlieda l-oħra mill-K1 kienet dik ta’ erba’ rounds fil-klassi 76 kg fejn Armando Cunsolo għeleb bil-punti lil Rueben The Wolf Azzopardi (Ying Yang Team Noel) Intant l-ewwel erba’ konfronti tas-serata kienu bejn atleti Maltin, tlieta fil-Kickboxing fuq tliet rounds ta’ żewġ minuti lwieħed b’waħda minnhom għat-

titlu nazzjonali u oħra fil-K1. Theon Camilleri ta’ 16-il sena (The New Kickboxing) għeleb lil Miguel Grima ta’ 15-il sena (Shiro Tora Karate) bil-punti. Christian Caruana (The Art of Fighting) tilef kontra Shaun Sciarrino (Ying Yang Team Noel) b’Knock-Out tekniku flewwel round, waqt li Melvin Fenech (Ying Yang Team Noel) rebaħ it-titlu nazzjonali talGladiators fil-kategorjja 68 kg bil-punti meta għeleb lil Darren Scerri (Basement KB Club) f’dik li kienet rematch. Fil-kumbattiment tal-K1 Shaun Falzon ta’ 19-il sena (The Art of Fighting Team Spartans) rebaħ b’knock-out tekniku fit-tieni round lil Matthew Palacararv fil-kategorija 72 kg.


www.maltarightnow.com

28

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Tmiem il-ġimgħa ta’ futbol Malti

Simon Farrugia

Analiżi u kummenti dwar il-partiti tal-Kampjonat Premier BOV

Logħob li jmiss

Kif jinsabu

Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru Victor Tedesco Stadium 2.00pm Żebbuġ R. v Mosta 4.15pm Pieta’ H. v Tarxien R.

Hibernians Valletta Birkirkara Mosta Balzan Floriana Qormi Sliema W. Naxxar L. Tarxien R. Pieta` H. Żebbuġ R.

Is-Sibt 6 ta’ Diċembru Stadium Nazzjonali 2.00pm Sliema W. v Hibernians 4.00pm Valletta v Floriana

Hibs Stadium 2.00pm Naxxar L. v B’Kara 4.00pm Balzan v Qormi

SPORT

L RD T 13 12 1 0 13 8 1 4 13 8 0 5 13 6 1 6 13 4 5 4 13 4 5 4 13 4 4 5 13 4 4 5 13 3 5 5 13 2 6 5 13 3 3 7 13 0 5 8

F 43 30 24 14 17 19 14 13 17 14 12 14

It-tim tal-ġimgħa

Innutajna…

Qabel il-logħba kontra Floriana, l-captain ta’ Sliema Michael Mifsud u l-Presidnet Keith Perry ippreżentaw il-flokk il-ġdid lil Godfrey Pace f’għeluq it-78 sena tiegħu

LI waqt il-logħba bejn Mosta u Pietà H. beda jsir il-warm up mill-players tat-timijiet li kienu ser jilagħbu fit-tieni partita, dik bejn Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-fatt innutajt li lwarm up sar fil-ġenb tal-pitch, jiġifieri fil-post li kien isir filpassat. Nieħu pjaċir aktar li dawn il-paġni qed ikunu segwiti sew u ħafna drabi tittieħed azzjoni. Hekk ġara f’dan il-każ wara li fl-aħħar jiem ktibt dwar dan. U kien hemm każi oħra li uffiċjal tal-MFA għamel kuntatt miegħi għal kjarifika sabiex jirranġaw dak li jkunu kritikati dwaru. Wara kollox dan huwa liskop tagħna. Kritika kostruttiva u nieħu pjaċir li l-MFA, klabbs u plejers jaċċettaw dan, għax jafu li l-iskop tagħna huwa wieħed ġenwin u għall-ġid tal-futbol Malti.

LI waqt li bħalissa għaddejja kontroversja dwar ir-regolamen-

ti l-ġodda li fost oħrajn qed jissemma li l-klabbs jista’ jkollhom tmien barranin fl-ewwel ħdax, fil-logħba bejn Floriana u Sliema kien hemm diversi plejers ta’ età żgħira, l-aktar fit-tim tal-Greens u spikkaw Conor Borg - li skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Kampjonat Premier-, Neil Spiteri u l-gowlkiper Tyrone Borg li wkoll żamm illasta ntatta għal disgħin minuta. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm ukoll plejer ta’ 16-il sena Aiden Friggieri. Plejers li ħafna minnhom rajnihom filKampjonati tal-Ewropa talUEFA ta’ taħt is-17-il sena li saru fis-sajf li għadda f’pajjiżna. LI donnu li l-esperiment li lkompetizzjoni tal-FA Trophy tinvolvi lit-timijiet kollha nkluż dawk Għawdxin qed jirnexxi. Fil-fatt fi tmiem il-ġimgħa spikkaw fost oħrajn ir-rebħiet

Eminike ta’ Naxxar jiskorja kontra Balzan

sorprendenti ta’ Żabbar St Patrick fuq Msida SJ 2-1, Nadur fuq Għargħur 4-1 u Sirens li għelbu lil Lija A. bl-iskor ta’ 1-0. Sorpriżi li jagħmlu din il-kompetizzjoni aktar interessanti.

LI Sliema Wanderers taw rikonoxximent lill-uffiċjal veteran Godrey Pace meta qabel ilpartita kontra Floriana ippreżentawlu l-flokk il-ġdid bilfirma tal-plejers kollha fliskwadra f’għeluq it-78 sena tiegħu. Pace hu bandiera Slimiża li jiddedika ħajtu għall-klabb li tant iħobb u fejn jidħol l-isem ta’ Sliema kollox jiġi l-ewwel għalih, anke l-klabb tal-Waterpolo. Hu kien daħal l-ewwel darba filkumitat ta’ Sliema fl-1962 u u wara li kien għamel perjodu sospiż fuq inċident kurjuż filbidu tas-snin 70, issa ilu mill2001 elett kull sena fil-kumitat Slimiż.

F. Morales J. Caruana P. Doffo R. Camilleri C. Failla R. Grech R. Briffa K. Magro A.Nafti Jorginho T. Vella

(Żebbuġ R.) (Valletta) (Naxxar L.) (Valletta) (Hibernians) (Mosta) (Valletta) (Mosta) (Valletta) (Hibernians) (Naxxar L.)

Dos Santos jibqa’ jiskorja L-AQWA SKORERS

E. Luis Dos Santos (Hibernians) E. Morais Costa (B’Kara) J. Da Silva Pereira (Hibernians) C. Failla (Hibernians) V. Plut (Floriana) G. Piccioni ( Balzan) R. Ledesma (B’Kara) M. Britto ( Żebbuġ R.) B. Kaljevic (Mosta) L. Elford-Alliyu (Valletta) A. Rodrigues Silva (Tarxien R.) C. Monti (Żebbuġ R.) H. Barry (Valletta) A. Effiong (Qormi) G. Da Silva Ribeiro (Naxxar L.) A. Samb ( Floriana) A. Nafti (Valletta)

14 11 10 8 7 7 6 6 6 5 5 5 4 4 4 4 4

K Pt 6 37 8 25 14 24 26 19 20 17 25 17 20 16 15 16 19 14 22 12 23 12 32 5


www.maltarightnow.com

29

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

SPORT

Il-futur ta’ Hibernians huwa sabiħ INTERVISTI

“Ninsab kuntent bit-tim kollu. Mhux li għandi nifraħ lid-difensuri, lill-midfielders jew l-attakkanti għax kulħadd qed ikun attent u jaħdem għat-tim. Għandna tim b’saħħtu li qed jiffunzjona tajjeb. Imma ovvjament irridu nibqgħu konċentrati.” Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Hibernians Branco Nisevic wara rebħa oħra kbira li lPawlisti kisbu din id-darba kontra Qormi bl-iskor ta’ 6-0. Nisevic kompla, “Aħna ninsabu fil-kampjonat mhux biex ma’ nitilfux logħba imma biex nirbħu lkampjonat. Dik hija l-isfida minkejja li huwa sabiħ li wara 13-il logħba għadna bla megħluba. It-timijiet kollha jagħtuk sfida u għadna lanqas biss ninsabu f’nofs il-kampjonat imma ninsab kuntent ħafna kif sejrin l-affarijiet. “Meta tqis li anki llum daħħalt lil Joseph Mbong u tlett gowls missitta waslu minn assists tiegħu, juri li l-futur ta’ Hibernians huwa wieħed sabiħ,” ikkonkluda l-kowċ tal-liders.

Għaddejna minn ġimgħat diffiċli - Paul Zammit (kowċ B’Kara)

Ftit għamilna żbalji - Clyde Borg (Floriana FC) “Illum konna aħjar bil-ballun mill-avversarji tagħna. Kellna ideat aħjar.” Hekk ikkummenta ma’ dan il-ġurnal il-plejer ta’ Floriana Clyde Borg fi tmiem irrebħa li l-Greens kisbu fuq Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-0. “Wara li ftaħna tajjeb fl-ewwel taqsima u ħadna l-vantaġġ, konna

kawti aktar fit-tieni taqsima fejn qgħadna attenti li ma’ naqilgħux gowl. Kienet logħba li ftit għamilna żbalji. Għandna tim mibni fuq diversi plejers żgħar u dawn huma l-futur tal-klabb.” Mistoqsi dwar li għada stess iridu jerġgħu jilagħbu kontra Sliema fit-tielet round tal-FA Trophy Borg temm, “Il-logħba talkampjonat issa għaddiet. Irridu nieħdu t-tajjeb minnha u naraw fejn konna ħażin biex nirranġaw. Illogħba tal-Erbgħa hija storja oħra. Logħba differenti għal kollox.”

“Meta morna gowl minn taħt bdejna nħossu l-pressjoni. Imma t-tim wera reazzjoni u finalment ksibna tlett punti tant importanti u mistennija.” Kliem Paul Zammit, il-kowċ ta’ Birkirkara wara r-rebħa kontra Żebbuġ

15 ta’ JANNAR, 2005 PIETA H….............………1 MSIDA SJ…….............….1 Qabel dan il-konfront punt biss kien jissepara liż-żewġ timijiet u rebħa kienet kruċjali fittentattiv li jinkiseb post fiċChampionship Pool. Kienu Msida l-aktar viċin li jagħmlu dan u kellhom vantaġġ ta’ gowl li iżda tilfu kollox fil-ħin mogħti żejjed hekk kif Pietà ngħataw penalty li minnu lHotspurs kisbu d-draw. Deċiżjoni li qajmet pandemonju sħiħ. Wara r-rebħa fuq Lija fil-logħba ta’ qabel is-Saints daħlu għal din il-partita b’sens ta’ ottimiżmu u kellhom ukoll ir-ritorn ta’ Dino Cachia kif ukoll bdew b’Johan Zammit fl-attakk. Laħħar akkwist tagħhom Paul Fenech sab post fuq il-bank. Mill-banda l-oħra t-tluq ta’ Ivan Woods ma’ Sliema matul il-

ġimgħa ġiegħel lill-kowċ Deanov sabiex jibda bi Claudio Calleja fl-attakk. Kellhom ukoll lil Ortas u Farrugia neqsin minħabba sospensjoni. L-ewwel mumenti kienu kollha talHotspurs u wara biss ħames minuti free kick ta’ Repuh għadda barra u mumenti biss wara Debono sab lil Calleja bix-xutt tiegħu jfalli l-mira għal ftit. L-ewwel taqsima kienet prattikament iddominata minn Pietà. Fortunatament il-livell tjieb fittieni taqsima l-aktar minħabba li Msida addottaw futbol aktar aggressiv u avventuruż. F’temp ta’ ħames minuti ħolqu tlett ċansijiet ta’ skor. Darmanin ħareġ fil-ħin sabiex imblokka fuq Zammit. Sammut sab lil Porceddu iżda dam jaħsiba sabiex tilef opportunità ta’ skor; u ftit wara free kick insidjuż ta’ Boni ġie mdawwar f’corner minn Darmanin. Msida wettqu

sostituzzjoni doppja li jidher li ħalliet il-frott. Nwoko u Cauchi daħlu flok Zammit u Giua. Iżda kienu l-Hotspurs li fid-69 minuta resqu viċin meta Frendo tefa’ cross baxx b’Zahra u Nisevic ifallu l-appuntament mal-ballun minn quddiem il-lasta. Fit-78 minuta Porceddu qassam lejn DANIEL NWOKE li wara li kkontrolla għeleb lil Darmanin b’xutt fil-baxx. Bi Msida resqin lejn rebħa importanti Boni deher jirfes fuq Camenzuli li kien mal-art filkaxxa bir-referee jordna free kick minn tarf il-kaxxa. Iżda fuq senjalazzjoni tal-assistent referee Debattista r-referee Pisani bidel id-deċiżjoni, ordna penalty u keċċa lill-plejer Misidjan. Il-protesti kien kbar u finalment CLEAVON FRENDO ikkonverta biex għamel l-iskor finali 1-1. Mat-tisfira finali ttensjoni kompliet tikber hekk

LOGĦBIET MEMORABBLI

- Branco Nisevic (kowċ Hibs)

Jorginho ta’ Hibs li skorja hat-trick kontra l-eks tim tiegħu Qormi (ritratt: Alex Degabriele)

Rangers bl-iskor ta’ 3-1. Zammit tkellem ukoll dwar ilprotesta li għamlulhom il-partitarji matul il-ġimgħa, “Kienu affarijiet pożittivi. Aħna klabb tan-nies u li ssir protesta paċifika huwa punt pożittiv. Jien ukoll

Draw li kien intemm f’pandemonju

kellimt lis-supporters. Kulħadd jinsab diżappuntat li l-affarijiet mhux sejrin kif suppost. Għaddejna minn ġimgħat u mhux minn ġimgħa diffiċli. Nispera li l-affarijiet jibdew jitjiebu.”

Il-mument li fih l-uffiċjal ta’ Msida Charles Chircop jidher ħiereġ għall-assistant referee

kif il-membru tal-Kumitat Charles Chircop ipprova jħebb għall-assitent referee. Inċident li sewa lil Chircop sospensjoni ta’ ħames snin mill-MFA. MSIDA SJ - O. Borg, J. Mifsud, D. Theuma, P. Guia (D. Nwoke), C. Micallef, R. Bajada (K. Sammut), M. Boni, D.

Cachia, J. Zammit (F. Cauchi), M. Porceddu, A. Farrugia. PIETA H. - S. Darmanin, P. Aquilina, B. Nisevic, C. Okoh (D. Camenzuli), A. Spiteri, G. Sciberras, S. Repuh, S. Ciscaldi, A. Debono (S. Zahra), C. Calleja (C. Sammut), C. Frendo. REFEREE - C. Pisani


www.maltarightnow.com

30

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

Tal-Premier m’għandhomx ifallu FA TROPHY

Ċans għal Sliema li jpattuha lil Floriana

Bejn illum u għada jkunu magħrufa s-16-il tim fir-raba’ round tal-FA Trophy u wara s-sorpriżi li kien hemm fl-ewwel partiti minn dan ir-round matul ilġimgħa, it-timijiet tal-Premier flazzjoni mhux mistennija jfallu kontra avversarji minn diviżjoni nferjuri u mument opportun li naraw aktr plejers fl-azzjoni li ftit isibu spazju fil-kampjonat. Dan bl-eċċezzjoni ta’ Sliema u Floriana li se jkunu qed jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin tliet ijiem biss wara li l-Greens kisbu rebħa importanti fil-kampjonat Premier u qabżu lill-istess Sliema fil-klassifika. Il-logħob se jkun mifrux fi tliet stadia differenti, kollha fuq art artifiċjali bl-ewwel partiti jibdew fis-6 p.m. u ta’ warajhom fit-8.15 p.m. Dan dejjem jekk ma jkunx hemm bżonn il-ħin barrani.

L-aktar konfront mistenni hu dak ta’ għada bejn Sliema Wanderers, finalisti telliefa listaġun li għadda u Floriana. Dan hu l-mument opportun biex it-tim immexxi minn Stephen Azzopardi, ipatti għad-disfatta talĦadd kontra Floriana. Il-Greens taw wirja mill-aqwa u meritatament ħadu t-tliet punti minkejja li qed jilagħbu b’tim mimli żgħażagħ. Mill-konfronti tal-lum il-liders Hibernians m’għandhomx ifallu kontra dak li jista’ jitqies bħala ttieni tim tagħhom St. George’s, fejn hemm mislufa bosta plejers ta’ Hibs. Anke jekk Nisevic mistenni jagħti spazju lill-plejers oħra żgħażagħ, il-Bormliżi għandhom jagħtu sfida denja bil-għan li dawn il-plejers mislufin jattiraw l-attenzjoni tal-kowċ għal staġun ieħor.

Michael Carrick jemmen li Manchester United se jmorru għall-konfront tal-lum kontra Stoke City lesti li jżommu lmomentum pożittiv hekk kif ittim ta’ Louis van Gaal irid iżomm postu fost l-ewwel erbgħa wara rrebħa fuq Hull City s-Sibt. Din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva għall-manager Olandiż li faħħar il-wirja tat-tim u sejħilha bħala l-aktar waħda konvinċenti dan l-istaġun. Carrick esprima l-istess fehma u jħoss li l-manager beda jħaddem ir-ritmu tiegħu anke jekk Angel Di Maria jidher li se jitlef il-logħba war li ħareġ izappap kontra Hull. “Kienet wirja tajba u prestazzjoni sabiħa. Ikkontrollajna millbidu u lgħabna futbol tajjeb. Nittama li għada jkun l-istess,” qal Carrick. Stoke iridu jippruvaw jirkupraw minn żewġ telfiet konsekuttivi kontra Burnley u Liverpool għalkemm Mark Hughes għandu jħossu sodisfatt almenu bil-wirja ta’ Bojan Krkic f’Anfield.

Premiership u kien hemm min saħansitra talab għat-tneħħija ta’ Rodgers. Imma l-gowl ta’ Glen Johnson aċċerta rebħa sofferta u temm is-serje negattiva ta’ Liverpool fejn il-captain Steven Gerrard b’sorpriża tħalla fuq ilbank fis-16-il anniversarju middebutt tiegħu ma’ Liverpool. Rodgers iżda għandu dubji dwar il-kundizzjoni ta’ Balotelli, Sakho u Suso, imma jaf li rebħa fil-King Power Stadium tista’ tpoġġihom lura b’ċans għal post fl-Ewropa u ttaffilu l-pressjoni. Leicester taħt Nigel Pearson, ukoll kellhom xahar ta’ Novembru diżastruż u ħadu biss punt minn massimu ta’ 12. Sa mir-rebħa 5-3 fuq Manchester United f’Settembru, ħadu biss żewġ punti. Huma se jkollhom nieqes lil Dean Hummond waqt li Matt Upson għadu mhux match fit wara problemi fl-għaksa. West Brom ajktarx ikunu mingħajr Sebastien Pocognoli meta jilqgħu lil West Ham wara li l-internazzjonali Belġjan weġġa’ rasu fit-telfa kontra Arsenal imma l-kowċ Alan Irvine qed jittama li jirritorna l-midfielder James Morrison biex jgħin lit-tim itemm serje ta’ tliet partiti mingħajr gowl u mingħajr punti. WBA għandhom sospiż lillmidfielder Claudio Yacob u jinsabu f’żona perikoluża waqt li West Ham għandhom moral ferm aħjar wara rebħa 1-0 fuq Newcastle u li permezz tagħha telgħu fil-ħames post wara li tem-

Warajhom Pietà Hotspurs jibdew favoriti li jgħaddu mal-aħħar 16 meta jiltaqgħu kontra Pembroke. Valletta wkoll mistennija jagħtu ċans plejers li ma tantx lagħbu dan l-istaġun meta jiltaqgħu kontra laħħar tim fl-Ewwel Diviżjoni B’Bugia waqt li Melita għandhom joffru oppożizzjoni denja lil Naxxar Lions. Għada wkoll B’Kara jiltaqgħu kontra l-liders tat-Tieni Diviżjoni Ħamrun Spartans f’logħba li sa ftit snin ilu kienet tattira numru kbir ta’ spettaturi imma issa d-differenza bejn it-tnejn hi kbira wisq. Warajhom Mosta għandhom ikomplu bir-rebħ kontra Senglea Athletic. Qormi għandhom konfront ferm faċli kontra Qrendi u jridu jinsew malajr it-telfa kbira kontra Hibs

SPORT

Il-programm FA Cup III Rd Illum Centenary Stadium St. George’s v Hibs Pembroke v Pietà H. Sirens Stadium Siġġiewi v Żurrieq Balzan v Kirkop Utd V. Tedesco Stadium B’Buġia v Valletta Naxxar L. v Melita waqt li Victoria Hotspurs jippruvaw jingħaqdu mal-ġirien Għawdxin ta’ Nadur Youngsters mal-aħħar 16 meta jilagħbu kontra l-aħħar tim fil-Premier, Żebbuġ Rangers. Mal-aħħar 16 s’issa għaddew Nadur Y., Żabbar St. Patrick, Sirens u Gżira Utd.

Għada Centenary Stadium Mosta v Senglea B’Kara v Ħamrun S. Sirens Stadium Żebbuġ v Victoria H. Qrendi v Qormi V. Tedesco Stadium Tarxien v Gudja Utd Floriana v Sliema W.

Man Utd u Liverpool iridu jżommu l-momentum FUTBOL INGLIŻ

Taħt pressjoni Brendan Rodgers ukoll irid li Liverpool ikomplu jibnu fuq irrebħa tas-Sibt meta jmorru għand it-tim fil-bżonn tal-punti ta’ Leicester City. Wara bidu diffiċli, Liverpool dehru destinati li se jtemmu Novembru mingħajr rebħa wara tliet telfiet konsekuttivi fil-

Liverpool huma ħerqana li jżommu r-ritmu mew tliet partiti mingħajr rebħa. Barra dan il-Hammers kellhom lura lil Stewart Downing u Cheikhou Kouyate għalkemm laqwa skorer Diafra Sakho, lattakkant Enner Valencia u l-midfielder Alex Song kollha kienu barra bl-aħħar tnejn lagħbu laħħar fid-draw 0-0 kontra Aston Villa fit-8 ta’ Novembru.

Attakkanti fil-forma Swansea City jilqgħu lil QPR f’konfront bejn żewġ timijiet li għandhom attakkanti fil-forma. Wilfried Bony ta’ Swansea hu laqwa skorer fil-Premier din issena bi 18-il gowl, sitta minnhom dan l-istaġun waqt li Charlie Austin ta’ QPR sejjer tajjeb filPremiership fejn skorja f’seba’ partiti. It-tim ta’ Harry Redknapp tilef is-sitt partiti li lagħab barra minn dahru dan l-istaġun fejn ġarrab 15-il gowl u skorja biss tnejn. QPR se jkollhom lura lil

Richard Dunne wara li skonta sospensjoni għalkemm Yun Sukyoung hu dubjuż. Swansea aktarx li jkollhom lura lil Nathan Dyer li s-Sibt tħalla barra mill-iskwadra f’għeluq is-27 sena tiegħu waqt li Federico Fernandez hu dubjuż. Crystal Palace jistgħu jkunu mingħajr l-attakkant Dwight Gayle għall-isfida diretta kontra Aston Villa wara li weġġa’ kontra Swansea. James McArthur li ħadlu postu kellu wirja pożittiva u l-manager Neil Warnock issa jrid jiddeċiedi jekk iżommx l-istess formazzjoni kontra Villa li ilhom disa’ partiti mingħajr rebħa. Problema oħra għal Warnock hi d-difiża ċentrali fejn Brede Hangeland ħa post Damien Delaney kontra Swansea. Id-difiża ta’ Palace trid tiffaċċja l-attakk ta’ Villa li kien imsaħħaħ bir-ritorn ta’ Joe Cole li fl-ewwel logħba li beda dan listaġun skorja fid-draw 1-1 kontra Burnley.

Villa kienu ferm fjakki fl-attak u l-manager Paul Lambert qed jittama li Cole jgħinhom isibu lkreattività u jtejbu l-attakk fejn flimkien ma’ Weimann u Agbonlahor huma l-uniċi plejers li skorjaw għal Villa fil-kampjonat dan l-istaġun. Iż-żewġ timijiet jinsabu fit-13-il post u Lambert għadu milqut minn lista twila ta’ injuries li tinkludi lil Nathan Baker, Ron Vlaar, Philippe Senderos u Fabian Delph. L-aħħar darba li ltaqgħu f’Selhurst Park f’April li għadda, Palace kienu rebħu 1-0 b’gowl ta’ Jason Puncheon. Fil-partiti l-oħra li jintlagħbu għada jispikka d-derby ta’ Londra bejn il-liders Chelsea u Tottenham waqt li Arsenal jilqgħu lit-tim sorpriża dan listaġun, Southampton u ċChampions Manchester City jmorru għand Sunderland.

Il-programm Premier League Illum Burnley v Newcastle Leicester C v Liverpool Man Utd v Stoke C Swansea C v QPR Crystal P v A Villa West Brom v West Ham

Għada Arsenal v Southampton Chelsea v Tottenham Everton v Hull C. Sunderland v Man City


www.maltarightnow.com

32

It-Tlieta, 2 ta’ Diċembru, 2014

LOKALI

AKTAR GRADWATI JIĊĊELEBRAW. Hekk kif f’dawn il-jiem qed ikomplu ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni ta’ diversi studenti f’oqsma differenti fl-Università ta’ Malta, aktar gradwati qed ikomplu bit-tradizzjoni tal-buscade fit-toroq Maltin, b’destinazzjonijiet komuni jkunu l-bini taż-żewġ partiti politiċi ewlenin, anki peress li dawn jinsabu biss ftit metri bogħod minn xulxin. F’dan ir-ritratt partikolari jidhru l-istudenti li għadhom kemm iggradwaw fl-Accounts, li meta waslu quddiem id-Dar Ċentrali niżlu mit-trakk li kienu fuqu u riedu jiltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li min-naħa tiegħu kkuntentahom b’dan ir-ritratt sabiħ ta’ tifkira.

Il-każ tal-lifeboat imkissra fuq vapur tal-Gozo Channel

Joe Mizzi u Anton Refalo jħawdu Joe Mikallef

Il-Ministri Joe Mizzi u Anton Refalo għandhom verżjonijiet għalkollox kontrastanti għal ta’ xulxin dwar il-famuża lifeboat tal-MV Gaudos li kienet involuta f’inċident fil-Port ta’ Sa Maison u sofriet ħsarat estensivi. Dan l-inċident seħħ ftit jiem ilu proprju fl-istess jum li l-istess vapur MV Gaudos żviluppawlu ħsarat waqt li kien dieħel fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, u b’riżultat ta’ dan baqa’ dieħel mal-moll u nkalja u minħabba f’hekk sofra ħsarat fil-qiegħ tiegħu. Dwar din il-lifeboat id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea għamel Mistoqsija Parlamentari kemm lil Joe Mizzi, il-Ministru tat-Trasport, kif ukoll lil Anton Refalo, ilMinistru għal Għawdex. It-tweġibiet separati tagħhom huma differenti ħafna minn ta’ xulxin u jwasslu lil dak li jkun biex jikkonkludi li

xi ħadd minnhom qiegħed iħawwad... fi ftit kliem mhux qiegħed jgħid il-verità. Il-Mistoqsija Parlamentari ta’ Ċensu Galea lil Joe Mizzi kienet biex jagħti tagħrif dwar jekk ilMinisteru jew xi awtorità li taqa’ taħtu ntalbitx biex toħroġ eżenzjoni għal dak li jikkonċerna lużu ta’ lifeboats fuq il-vapuri talGozo Channel. Staqsa wkoll li jekk iva, x’talba saret u minn min saret. Ċensu Galea żied jistaqsi x’kienet ir-reazzjoni ta’ Transport Malta għal din it-talba u jekk intlaqgħet, għal kemm żmien ġiet milqugħa l-istess talba li saret u x’kundizzjonijiet kienu imposti. Min-naħa tiegħu l-Ministru Joe Mizzi wieġeb li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal eżenzjoni rigward l-użu ta’ lifeboats fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.

L-MV Gaudos – b’żewġ ministri f’baħar ta’ taħwid

L-istess suġġett Ċensu Galea qajmu mal-Ministru Anton Refalo li kien mistoqsi jistax jagħti tagħrif dwar jekk il-Gozo Channel talbitx għal xi eżenzjoni mir-regolamenti li jikkontrollaw il-lifeboats fuq il-vapuri tagħhom lil Transport Malta jew lil xi awtorità oħra. Staqsa wkoll li kemm-il darba t-tweġiba hi iva, allura x’kienet l-eżenzjoni jew rikjesta oħra li saret, meta saret u

x‘kienet ir-reazzjoni tal-Awtorità kif ukoll għal kemm żmien ingħatat l-eżenzjoni li ntalbet. Għal dawn id-domandi, dejjem fil-Parlament, il-Ministru Anton Refalo wieħeb li hu infurmat li ntalbet eżenzjoni fuq waħda mirrescue boats għal perjodu ta’ ftit ġimgħat sakemm tissewwa lħsara li ġarrbet. Hu żied iwieġeb li l-Gozo Channel ħadet passi oħra biex is-

saħħa u s-sigurtà tal-passiġġieri ma tkunx kompromessa. Fi ftit kliem aħna nistaqsu: Saret jew ma saritx talba għal xi eżenzjoni mir-regolamenti li jikkontrollaw il-lifeboats fuq ilvapuri tal-Gozo Channel? Min qed jgħid il-verità – Joe Mizzi li qed jgħid li ma ntalbet lebda eżenzjoni, jew Anton Refalo li qed jgħid li saret talba għall-eżenzjoni? Verament każ li l-id il-leminija ta’ dan il-Gvern ma tafx x’inhi tagħmel l-id ix-xellugija! Jekk hux tad-daħk jew talbiki... jiddeċiedu l-qarrejja.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.