In-Nazzjon 28 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,912

Il-Ġimgħa, 28 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Sussidju ta’ €23 miljun huwa biss il-bidu

Ara paġna 6

Ritratt esklussiv li juri kif il-ħaddiema Asjatiċi tal-Leisure Clothing ilbieraħ kienu mġiegħla jilqgħu lura fil-fabbrika lil min għaddej proċeduri fil-Qorti akkużat bl-isfruttament tagħhom

Ġimgħa wara li d-Diretturi tal-Leisure Clothing ġew akkużati bi traffikar uman u sfruttament tal-ħaddiema

L-Asjatiċi mġiegħla jagħtuhom merħba lura fil-fabbrika Joe Mikallef

Bin Han u Liu Jia, id-Direttur Maniġerjali u d-Direttur talMarketing rispettivament tal-fabbrika Leisure Clothing (factory) Limited fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel, ilbieraħ filgħodu ngħataw merħba minn numru ta’ ħaddiema Maltin u anki Asjatiċi tal-fabbrika li kienu mġiegħla joħorġu barra l-bini u jċapċpu lil dawn iż-żewġ persuni li lġimgħa l-oħra kienu akkużati fil-

Qorti bi traffikar uman ta’ Asjatiċi għal skop ta’ sfruttament fil-kamp tax-xogħol. Bin Han u Liu Jia kienu qed jirritornaw fil-fabbrika wara jiem maqfulin fil-Ħabs ta’ Kordin wara li l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras oriġinarjament ma kinitx laqgħet talba tadDifiża għal-libertà proviżorja tagħhom, mhux biss minħabba sserjetà u l-gravità tar-reat li huma akkużati bih, imma anki għaliex l-istess Bin Han, minn tfittxija li

kienet saritlu mill-Pulizija, kien irriżulta li kellu l-bagalji ppakkjati u biljetti tal-ajru lesti biex jaħrab minn Malta. Kien Maġistrat differenti, Carol Peralta, li nhar il-Ġimgħa li għadda ta l-libertà proviżorja lil dawn iż-żewġ Diretturi talLeisure Clothing fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €25,000 liema deċiżjoni, kif irrapportajna fil-jiem li għaddew, ħasdet, fost l-oħrajn, lill-istess investigaturi li ħassewhom sor-

priżi b’ħaġa bħal din. Ix-xenarju surreali tal-bieraħ filgħodu fil-fabbrika Leisure Clothing kien wieħed tassew taddaħk jew tal-biki, b’impjegati tal-kumpanija – l-aktar Maltin – iħeġġu u jġiegħlu lis-suppost kollegi ħaddiema tagħhom Asjatiċi joħorġu barra fil-brejk tad-9am biex iċapċpu u jxejru lil Bin Han u Liu Jia appena jaslu fil-fabbrika.

Titressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Manwel Mallia Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco sostna li l-Oppożizzjoni ma kellha l-ebda triq oħra ħlief li tippreżenta din il-mozzjoni wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat naqas milli jneħħi lill-Ministru Manwel Mallia. Dan wara li fl-istqarrija inizjali dwar il-każ, il-Ministeru ta’ Mallia ddeskriva l-inċident bħala sempliċi “hit and run” u qal li ttiri sparati kienu tiri ta’ twissija,

biex imbagħad, l-għada, ilMinistru ammetta li ma kienu tiri ta’ twissija xejn, meta sar magħruf li l-vettura tas-sewwieq Ingliż intlaqtet f’partijiet differenti, u allura kienet f’periklu ċar il-ħajja tas-sewwieq l-ieħor u anke ta’ oħrajn li kienu għaddejjin mill-akkwati. B’hekk ħareġ ċar li l-istqarrija maħruġa minnufih wara l-inċident ma kienet xejn ħlief tentattiv ta’ cover-up permezz ta’ gidba.

Ara paġna 15

għal paġna 2

L-Oppożizzjoni tinsisti li għandha tkun diskussa immedjatament

Kif ħabbar il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil nhar it-Tlieta li għadda, ilbieraħ waranofsinhar, l-Oppożizzjoni ressqet quddiem il-Parlament mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia wara li x-xufier tiegħu – li issa tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil – spara fid-direzzjoni ta’ persuna oħra fil-Gżira. F’kummenti lill-ġurnalisti wara li ppreżenta l-mozzjoni lill-

Renju ta’ terrur mill-estremisti f’Derna, fil-lvant tal-Libja

Mario de Marco qal li l-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Mallia qed titressaq anke biex lOppożizzjoni tkun qed tirrappreżenta l-għajta tal-poplu Malti u Għawdxi li qed jistenna li lMinistru Mallia jerfà r-responsabbiltà politika. Minkejja li l-probabbiltà hi li lmozzjoni ma tgħaddix, Mario de Marco stieden lid-Deputati Laburisti biex jivvutaw skont ilkuxjenza. għal paġna 3

Plejer Awstraljan tal-cricket imut jumejn wara li ntlaqat minn ballun Ara paġna 30


www.maltarightnow.com

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

2

LOKALI

Bħal-lum ġimgħa ngħataw il-libertà proviżorja minn paġna 1

Sorsi li lbieraħ filgħaxija tkellmu ma’ ‘In-Nazzjon’ fissru lgħafsa ta’ qalb tagħhom kif din is-sitwazzjoni tat-tħassib qed tissokta għaddejja fil-fabbrika Leisure Clothing minkejja li suppost li l-awtoritajiet huma konxji minn dak li qiegħed jiġri, fosthom mhux biss il-Pulizija iżda anke d-Dipartiment talImpjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali li proprju meta Bin Han u Liu Jia tressqu l-Qorti kien rappreżentat minn waħda mill-impjegati tiegħu. Fil-Qorti, il-ġimgħa l-oħra Bin Han, ta’ 46 sena u residenti San Ġwann, u Liu Jia, ta’ 32 sena u residenti Birżebbuga, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi li ttraffikaw persuni għal skop ta’ xogħol, li rċevew ħlasijiet minn fuq ħaddiema permezz ta’ theddid, li dawru profitt illeċtu minn fuq ħaddieħor, li bħala Diretturi naqsu milli jħallsu paga diċenti u li ma ħallsux ħlasijiet skont ilLiġi. Huma nżammu taħt arrest preventiv wara li t-talba għallibertà proviżorja kienet miċħuda. Iż-żewġ Ċiniżi tressqu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, bil-Prosekuzzjoni

opponiet bil-qawwa kollha lħelsien mill-arrest tagħhom minħabba li m’għandhomx rabtiet ma’ Malta. Min-naħa l-oħra, id-Difiża qalet li Bin Han għandu ċĊittadinanza Maltija. Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja minħabba l-gravità tal-każ u għax jistgħu jaħarbu minn Malta. Deċiżjoni li mbagħad inbidlet jumejn wara. Fil-fatt, investigazzjoni li saret fid-djar tal-akkużati wasslet biex instabu bagalji lesti, allegatament biex dawn jaħarbu minn pajjiżna minħabba l-istorja żvelata fl-aħħar ġimgħat. Il-Prosekuzzjoni kienet talbet l-iffriżar tal-assi tal-akkużati minħabba li l-assi tagħhom ġew minn attività kriminali. Talbet ukoll li jsiru rapport u inventarju tal-assi ta’ Bin Han, bil-Qorti taċċetta li jsir l-inventarju fuq lassi tal-akkużati. Il-Prosekuzzjoni kienet tmexxiet mis-Supretendent Daniel Theuma u l-Ispetturi Silvana Briffa u Joseph Busutil. Preżenti wkoll fl-Awla kien hemm Elizabeth Borg midDipartiment tal-Impjiegi u rRelazzjonijiet Industrijali. Deher għaċ-Ċiniżi l-Avukat Pio Valletta.

Ir-raġel tal-President ta’ Malta, Edgar Preca, kompla biż-żjarat fl-iskejjel f’Malta u f’Għawdex, bil-għan li jiltaqa’ ma’ diversi studenti u jwassal il-messaġġ dwar il-Malta Community Chest Fund u l-bżonn li jinġabru l-fondi għal min hu fil-bżonn. Bħala parti mill-BOV Piggy Bank Campaign, Preca żar l-iskola primarja tal-Qala f’Għawdex u l-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex. Hu spjega kif kull erba’ ġimgħat il-MCCF toħroġ madwar €230,000 li €200,000 minnhom imorru għal persuni, fosthom tfal, li sfortunatament ikunu għaddejjin minn sitwazzjoni ta’ mard diffiċli. Hu ħeġġeġ lit-tfal biex dejjem jiftakru f’persuni li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. (Ritratt: DOI)

Proġett minn żgħażagħ Mostin

Il-grupp “Forever Young”, li jagħmel parti mill-Mosta Youth Empowerment Centre, ħareġ blidea li jidħol għal proġett jismu ‘‘Unearthing Our Ancestors’’ li ġie kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-kappa tal-programm Youth in Action. L-għan ta’ dan il-proġett kien li jħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jinkludu ruħhom fis-soċjetà sabiex jifhmu iktar il-kultura antika tallokalità tagħhom. Sbatax-il parteċipant u parteċipanta ddedikaw ħinhom biex jaħdmu f’tim biex jagħtu ħajja lil dan il-proġett, li sar fuq

medda ta’ tliet mitt gurnata, ekwivalenti għal madwar għaxar xhur. Fost l-attivitajiet li għamlu kien hemm dokumentarju fuq siti storiċi, voxpop biex jaraw kemm in-nies tal-lokal jafu dwar il-wirt li ħallewlna missijietna, treasure hunt fejn il-ħjiel kienu jwasslu għal siti storiċi, reċta bbażata fuq il-leġġenda popolari tal-Għarusa tal-Mosta u live-in fejn kien hemm ħafna pjanijiet dwar xogħol li kellu jsir. L-aktar ħaġa li ħaditilhom xogħol u kienet l-aktar effettiva, kienet ir-reċta. Kellhom hafna

preparamenti fejn qattgħu ħafna sigħat twal fil-kumpanija ta’ xulxin. Avolja kien hemm ħafna mumenti fejn ħassew li mhumiex jagħmlu biżżejjed jew li fadlilhom ħafna xogħol, ir-riżultat finali kien wieħed eċċellenti u kulħadd ħareġ sodisfatt. Minn dan il-proġett, iżżgħażagħ ħadu ħafna. Tgħallmu jaħdmu aktar f’tim. Xi wħud minnhom ħarġu talenti ġodda waqt li oħrajn saħħew dawk ittalenti li diġà kellhom, infurmaw aktar lill-pubbliku dwar wirt missirijietna u bnew kunfidenza fihom infushom.

Bħala parti mill-impenn soċjali tal-Bank, grupp ta’ impjegati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta pparteċipa f’inizjattiva ta’ karità f’Dar Għabex. L-inizjattiva ta’ xogħol volontarju f’din id-dar ta’ kenn għan-nisa, kienet ikkoordinata mis-Social Committee tal-Bank Ċentrali ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ, li hi responsabbli għal din id-dar. Għaxar impjegati ngħaqdu flimkien biex jagħmlu xogħol fuq il-bini li primarjament kien jikkonsisti f’tikħil u tibjid tal-kuritur prinċipali. Il-materjali u aċċessorji oħra relatati użati f’din l-inizjattiva kienu mogħtija mill-Bank. Barra minn hekk, ġiet ippreżentata donazzjoni ta’ flus lil Dar Għabex, li kienet inġabret mill-impjegati waqt attività soċjali oħra. (Ritratt: Bank Ċentrali ta’ Malta)


www.maltarightnow.com

LOKALI

Id-deputati laburisti mistiedna jivvutaw skont il-kuxjenza minn paġna 1

Hija sitwazzjoni redikola, qal Mario de Marco, li lOppożizzjoni kellha tasal biex tressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja, minflok ma kien il-Prim Ministru li ħa d-deċiżjoni. Il-mozzjoni hija ffirmata mill-Viċi Kap tal-PN għallAffarijiet tal-Parlament Mario de Marco u mill-Kelliem għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi. L-Oppożizzjoni qed tinsisti li din il-mozzjoni tiġi diskussa fil-Kamra tadt-Deputati immedjatament, u fi kliem Mario de Marco mhumiex aċċettabbli l-kummenti tal-

Prim Ministru Muscat li ddibattitu jsir wara li tintemm linkjesta li appunta, għax dawn juru biss li Muscat qed ikompli jipprova jfarfar ir-responsabbiltà tiegħu li jneħħi lil Manwel Mallia fuq ilġudikatura. “Hemm bżonn li f’dan il-każ tintrefa’ r-responsabbiltà politika, u l-ebda inkjesta minn eks Imħallfin ma tista’ tissostwixxi dan. Minflok isib skuża blinkjesti biex jevita li jġiegħel lil Mallia jirriżenja, il-PM għandu jagħmel xogħolu u jżomm lill-Ministru Mallia responsabbli politikament ta’ dak li ġara”, sostna Mario de Marco.

Mario de Marco, akkumpanjat minn Jason Azzopardi u David Agius, jippreżenta l-mozzjoni lill-Ispeaker (Ritratt: Martin Agius)

Il-Kelliem tal-Prim Ministru ma jiċħadx li kien hu li ħareġ l-istqarrija Kurt Farrugia, il-Kelliem tal-Prim Ministru, ma ċaħadx li kien hu li ħareġ l-istqarrija ftit biss wara li x-xufier talMinistru Manwel Mallia spara fuq vettura misjuqa minn Ingliż. Stqarrija li fiha kien ingħad li ġew sparati tiri ta’ twissija, imma l-għada lMinistru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali nqabad f ’gidba u kellu jikkoreġiha. Ilbieraħ filgħodu Kurt Farrugia kien qed jakkumpanja lill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt recording ta’ dibattitu malKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fl-istudios talWhere’s Everybody f ’Ħal Qormi. Kru ta’ NET TV mar jistenna barra l-istudios biex jis-

Kurt Farrugia, il-Kelliem uffiċjali tal-PM Muscat (Ritratt: Martin Agius)

taqsi lil Kurt Farrugia min ħareġ din il-famuża stqarrija li l-Ministru Mallia fl-aħħar jiem ammetta li hu ma rahiex

3

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

qabel inħarġet mid-DOI. Madwar għoxrin minuta wara li l-ġurnalisti tagħna waslu fil-post biex jagħmlu l-

mistoqsijiet lil Kurt Farrugia, wasal ukoll kru tal-media Laburista. Jidher li dawk li kienu qed jakkumpanjaw lil Muscat ħasbu li l-ġurnalisti tagħna kienu fil-post biex jagħmlu ddomandi lill-Prim Ministru, u fl-ebda ħin ma ssuspettaw li konna hemm biex nagħmlu ddomandi lil Kurt Farrugia. Tant hu hekk li l-ġurnalisti tas-Super One dehru li ġew imsejħa fil-post biex min-naħa tagħhom ikunu lesti biex jippruvaw jagħmlu domandi lillKap tal-Oppożizzjoni, li filfatt, malli ħareġ mir-recording, sabhom jistennewh. Malli Kurt Farrugia ħareġ, u induna li l-ġurnalisti tagħna kienu lesti biex jagħmlu ddomandi lilu, ipprova jerġa’

jidħol lura fl-istudios. Imma finalment wieġeb il-mistoqsijiet tagħna, u mistoqsi jiċħadx li kien hu li dakinhar ħareġ listqarrija inizjali dwar lisparatura li kienet għadha kif seħħet fil-Gżira, ma ċaħadx. Qal biss li kollox għandu jkun ċar mill-inkjesta li għaddejja dwar dan il-każ. Dan il-ġurnal hu nfurmat li Kurt Farrugia kien jaf bil-kontenut tal-istqarrija qabel ma nħarget, u l-istqarrija ħarġet bl-approvazzjoni tiegħu. Fil-ħin li seħħ il-każ, ilMinistru Manwel Mallia kien qed jattendi attività fid-Depot tal-Pulizija mal-Aġent Kummissarju, waqt li lUffiċjal tal-Komunikazzjoni tiegħu kienet impenjata f’attività oħra.


www.maltarightnow.com

4

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Helena Dalli tinqabad f’paniku

Minbarra l-paniku tal-Gvern dwar il-każ tax-xufier ta’ Manwel Mallia, anke l-Ministru Helena Dalli tinsab f’paniku, f’dan il-każ dwar ix-xogħol illegali li qed isir f’farmhouse tagħha li tinsab f’zona ODZ, u li għandha avviż ta’ infurzar fuqha. Dan deher evidenti meta lbieraħ filgħodu, wara konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru Helena Dalli indirizzat fi spiżerija fil-Fgura, il-ġurnalisti preżenti għamlulha diversi mistoqsijiet li ma ħaditx gost bihom, tant li ħarġet millispiżerija rrabjata ferm. Qabel ma l-Ministru daħlet

Patrick Dalli, ir-raġel tal-Ministru Helena Dalli, f’ritratt miġbud ftit tal-jiem ilu waqt il-laqgħa tal-Environment and Planning Commission tal-MEPA (Ritratt: Martin Agius)

fil-karozza biex titlaq, il-ġurnalisti ta’ ‘In-Nazzjon’ staqsewha dwar il-kwistjoni tax-xogħol illegali li qed isir fuq il-proprjetà tagħha fiż-Żejtun, li tinsab fuq konvenju. Staqsejniha kif din il-ġimgħa, quddiem l-Environment and Planning Commission talMEPA, jakkumpanja lill-perit li qed jirrappreżentaha, kien hemm ir-raġel tagħha Patrick Dalli. Dan meta ma’ dan il-ġurnal stess, aktar kmieni Helena Dalli kienet qalet li jekk qed isir xi xogħol, qed isir mix-xerrej ilġdid, u mhux mir-raġel tagħha, li lanqas biss kien jaf bixxogħlijiet, minkejja li l-farmhouse tinsab ftit passi bogħod mid-dar tal-familja Dalli. Iżda l-Ministru Dalli wieġbet billi qaltilna li l-mistoqsija rridu nagħmluha lix-xerrej tal-farmhouse u mhux lilha. F’kummenti lill-ġurnalisti loħrajn, il-Ministru Helena Dalli qalet li hi qatt ma kellha interessi kummerċjali fil-kumpanija PADA Builders li gaffa tagħha kienet f’din il-proprjetà fejn qed isir ix-xogħol illegali. Qalet ukoll li dwar din il-kwistjoni spjegat kollox nhar l-Erbgħa filParlament, fejn qalet li niżżlet il-kumpanija fid-dikjarazzjoni tal-assi minħabba l-komunjoni tal-akkwisti.

Il-Ministru Helena Dalli lbieraħ, twieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti (Ritratt: Martin Agius)

Minkejja li fid-dikjarazzjoni tal-assi tidher imniżżla, ilMinistru Dalli tenniet li hi m’għandhiex reponsabbiltà jew drittijiet fil-kumpanija PADA Builders. Fil-jiem li għaddew anke lPrim Ministru Joseph Muscat ddefenda lill-Ministru Dallli meta qal li l-gaffa tal-kumpanija tagħha u ta’ żewġha li kienet filproprjetà, kienet sempliċiment

mitluqa fil-post. Sadanittant, wara li l-Ministru Dalli lbieraħ filgħodu baqgħet ma weġbitx hux se tippubblika l-ftehim tal-bejgħ ta’ din ilfarmhouse, aktar tard wara nofsinhar il-ftehim tpoġġa fuq ilmejda tal-Parlament mill-Gvern. Id-dokument bid-data ta’ Jannar 2012 jirreferi għal qbil li l-post jgħaddi għand ix-xerrej mingħand Patrick Dalli, f’isem

PADA Builders Limited. Imma bl-ebda mod ma juri li l-proprjetà issa hi tas-sid il-ġdid, li jfisser li għadha proprjetà talkumpanija ta’ Patrick Dalli. Filfatt, anke l-applikazzjoni li għandha quddiemha l-MEPA biex l-illegalitajiet jiġu sanzjonati, u li ġiet diskussa aktar kmieni dil-ġimgħa filpreżenza ta’ Patrick Dalli, tgħajjat lir-raġel tal-Ministru.

Għal darba oħra l-Prim Ministru Joseph Muscat inqabad jikkontradixxi lilu nnifsu. Din iddarba dwar l-onorarja tadDeputati. Waqt id-diskors tiegħu fil-Parlament b’reazzjoni għarrisposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Baġit 2015 nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jinjora l-kritika talOppożizzjoni li d-Deputati Laburisti qed jiffangaw f’karigi u fondi pubbliċi, u minflok għażel li jattakka lid-Deputati tal-Oppożizzjoni biż-żieda talonorarja, fejn qal li Deputati Nazzjonalisti mil-leġiżlatura li għaddiet, għadhom ma rritornawx iż-żieda fl-onorarja. Iżda l-attakk tal-Prim Ministru Joseph Muscat fuq id-Deputati tal-PN jikkontradixxi għal kollox dak li qal l-istess Muscat, meta kien tkellem fuq il-programm “Dissett”. Dakinhar kien ammetta li d-Deputati Nazzjonalisti kienu rritornaw l-onorarja kollha. Muscat kien qed jitkellem filprogramm tal-PBS ftit wara rrebħa elettorali laburista, wara

kampanja sħiħa kontra ż-żieda flonorarja. Mistoqsi mill-preżentatur talprogramm Reno Bugeja, Joseph Muscat kien qal li talab biex jara jekk kienx hemm xi pendenzi, u min kien fadal biex jirritorna lura ż-żieda fl-onorarja, u kien irriżulta li l-pendenzi kienu tħallsu kollha. Fl-aħħar xhur kompliet tiżdied ir-rabja għall-fatt li numru ta’ Deputati tal-Gvern qed jingħataw karigi bl-addoċċ, tant li hemm Deputati Laburisti li qed jieklu minn aktar minn ħalq wieħed, u llum spiċċaw jaqilgħu aktar mill-Prim Ministru stess. Fi stqarrija dwar dan, il-Partit Nazzjonalista qal li issa Joseph Muscat qed igiddeb lil Joseph Muscat. Il-PN fakkar li sfortunatament, din mhix l-ewwel darba li Joseph Muscat inqabad jigdeb, u aktar ma jgħaddi żżmien, aktar il-poplu Malti u Għawdxi mhuwiex jemmnu. L-ewwel fil-Parlament, u imbagħad fi stqarrija, Joseph Muscat gideb meta qal li l-mem-

bri tal-Kabinett preċedenti ma tawx lura ż-żieda fuq l-onorarja li kienu ngħataw bejn l-2008 u l2011. Il-PN spjega kif fis-6 ta’ Jannar 2012, il-Prim Ministru ta’ dak iżżmien kien ħabbar li l-membri tal-Kabinett ma kinux se jibqgħu jingħataw l-onorarja talParlament u kienu se jagħtu lura ż-żieda fl-onorarja tas-snin ta’ qabel. Din iż-żieda fuq l-onorarja kienet ingħatat kollha lura. Il-Prim Ministru, tkompli listqarrija tal-PN, qabel jagħmel dikjarazzjonijiet għall-gallarija, għandu jiftakar xi jkun qal hu stess qabel fuq l-istess suġġett. Mal-istqarrija l-Partit Nazzjonalista ċċirkola wkoll ilfilmat li juri kif Joseph Muscat, wara li nħatar Prim Ministru, kien ammetta hu stess li l-membri tal-Kabinett preċedenti kienu ħallsu dak li kellhom jagħtu lura lill-Gvern skont dak imwiegħed fis-6 ta’ Jannar 2012. Din iddarba, Joseph Muscat spiċċa jgiddeb lil Joseph Muscat, ittemm tgħid l-istqarrija.

Muscat jinsa x’kien qal hu stess dwar jekk id-deputati tal-PN irritornawx l-onorarja


www.maltarightnow.com

LOKALI

Kritika lill-Gvern talli qed jonqos milli jipproteġi lit-tfal

5

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

Malta qed tiffaċċja proċeduri ta’ ksur talli naqset milli ddaħħal il-leġislazzjoni fiż-żmien stipulat F’diskors li għamlet filParlament Ewropew, l-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola kkundannat lill-Gvern Malti talli naqas milli jdaħħal fil-liġijiet Maltin Direttiva talUjnoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u lisfruttament sesswali tat-tfal. Bil-konsegwenza li Malta qed tiffaċċja proċeduri ta’ ksur talli naqset milli ddaħħal din illeġislazzjoni fiż-żmien stipulat. “Hija tal-mistħija li dan ilGvern naqas milli jdaħħal leġislazzjoni Ewropea tant fundamentali li l-uniku għan tagħha hu li tipproteġi lit-tfal millabbuż,” saħqet Roberta Metsola. Metsola kienet qed tagħmel intervent bħala waħda mill-

Membri tal-Parlament Ewropew li instigaw riżoluzzjoni konġunta fuq id-Drittijiet tat-Tfal fil-Parlament Ewropew, 25 sena wara li ġiet iffirmata lKonvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal fi New York. L-għan ewlieni tar-riżoluzzjoni hu li tindirizza dawn ilkwistjonijiet u titlob lillKummissjoni Ewropea biex tippreżenta Strateġija għadDrittijiet tat-Tfal, inkluż Pjan ta’ Azzjoni konkret għall-ħames snin li ġejjin. Fid-diskors tagħha filParlament Ewropew, Metsola qalet li għalkemm ilKonvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal ġiet ratifikata minn 194 stat,

inklużi l-istati membri tal-UE, xorta għandna ħafna sfidi li rridu niffaċċjaw għaliex id-drittijiet tat-tfal qed ikomplu jinkisru f’ħafna partijiet taddinja, inkluż f’pajjiżi talUnjoni. Waqt l-istess dibattitu tkellmet ukoll il-MEP l-oħra talPartit Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li qalet li ttfal huma l-futur u l-preżent tagħna – individwi li għandhom dinjità. L-investiment fit-tfal ifisser investiment f’infrastruttura li tassigura l-iżvilupp intelletwali, psikoloġiku u emozzjonali tagħhom. Dan, qalet Comodini Cachia, jirrikjedi politika u strateġija komprensiva. L-investimtent f’infrastruttura soċjali għandu

F’dibattitu ieħor fil-Parlament Ewropew, din id-darba dwar suq wieħed diġitali fl-Ewropa, lewroparlamentari Nazzjonalista u tal-PPE Roberta Metsola appellat lill-Unjoni Ewropea biex ma tmurx lura mill-pjani tagħha li sa tmiem is-sena ddieħla jkunu tneħħew għal kollox it-tariffi tar-roaming għat-telefonija ċellulari madwar lEwropa. Ilbieraħ, il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni fuq id-“Digital Single Market” u fi stqarrija li ħarġet wara li ntemm dan id-dibattitu, Roberta Metsola fakkret li ilha mill-2013,

minn meta ġiet eletta mill-ġdid fil-Parlament Ewropew, issejjaħ biex jispiċċaw darba għal dejjem ir-roaming charges madwar lUE. “M’hemm assolutament l-ebda ġustifikazzjoni biex il-konsuma-

turi tal-mobile fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea jkomplu jiffaċċjaw kontijiet esaġerati, sempliċiment għax jagħmlu użu millmobile waqt li jkunu qed jivvjaġġaw b’mod ħieles minn stat għal ieħor”, qalet Metsola. Waqt li kompliet tgħid li t-tmiem tattariffi tar-roaming għandu jkun il-qofol ta’ suq diġitali komuni veru fl-Ewropa. “Bħala membru tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar isSuq Intern u l-Ħarsien talKonsumatur, se nkompli naħdem biex it-tariffi tar-roaming jispiċċaw, fl-interess taċ-ċittadini kollha Ewropej”, qalet Metsola. Ir-riżoluzzjoni approvata millMEPs appuntu ssejjaħ lillKunsill tal-UE biex jibda negozjati mal-Parlament Ewropew fuq l-hekk imsejjaħ “Connected Continent package”, li għandu jwassal biex sa tmiem l-2015 irroaming charges madwar l-UE kollha jkunu tneħħew. Aktar kmieni din is-sena, il-Parlament Ewropew approva wkoll rapport li jsejjaħ biex dawn it-tariffi jitneħħew kompletament.

L-UE għandha żżomm mal-pjan biex jitneħħew it-tariffi tar-roaming

jiżgura sistema ta’ twissija bikrija fl-Ewropa li tidentifika lit-tfal li jinsabu f’riskju ta’ ħsara, u tipprovdilhom isservizzi neċessarji. Filwaqt li ngħaqdet ma’ Roberta Metsola fis-sejħa għad-dħul tal-istrumenti leġislattivi kollha li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni taddrittijiet tat-tfal, Therese Comodini Cachia sejħet ukoll għal kollaborazzjoni bejn limsieħba kollha f’dan il-qasam, inkluż uffiċjali tal-assistenza soċjali, il-pulizija, leġiżlaturi, membri tal-ġudikatura, u edukaturi, biex jaħdmu fuq viżjoni li fiha t-tfal huma individwi bi drittijiet, anki filparteċipazzjoni tagħhom filfamilja.

Hi qalet li l-Unjoni Ewropea għandha tkun katalist biex iġġib din il-bidla. F’xi stati membri dan jirrikjedi bidliet leġislattivi u soċjali, u l-UE għandha tibqa’ l-promotur prinċipali biex isseħħu dawn il-bidliet, qalet Comodini Cachia. Anke Therese Comodini Cachia sejħet biex il-Gvern Malti juri impenn veru u reali fir-rigward tat-tfal billi jgħaddi liġi li tirrikonoxxi u tipproteġi d-drittijiet tagħhom, jipprovdi fondi suffiċjenti lill-istituzzjonijiet tal-welfare soċjali li joffru kenn lil tfal f’periklu, jiffaċilita aktar family-based care, u jassigura li tfal b’diffikultajiet ta’ saħħa mentali jingħataw laħjar kura f’ambjent li jirrispetta d-dinjità tagħhom.


www.maltarightnow.com

7

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

KUNSILLI LOKALI

Il-Kunsilli Lokali jibqgħu mwarrba KUMMENT

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fir-replika tiegħu għall-baġit għażel li mill-ġdid jelenka bosta aspetti tal-baġit kif imressaq mill-Ministru Edward Scicluna. Tkellem dwar bosta temi li dwarhom kien hemm xi forma ta’ sentenza fil-baġit; anke jekk ammont kbir minn dak li ntqal ma kinux miżuri ta’ baġit iżda

kliem li fis-sustanza ma joffri xejn. Il-Kunsilli Lokali, iżda, bl-ebda mod ma qanqlu l-interess tal-PM li għażel li jwarrab is-suġġett tal-Kunsilli Lokali fil-ġenb għal kollox. F’diskors ta’ ftit aktar minn sagħtejn, Muscat ma sabx lanqas minuta għall-Kunsilli Lokali. Fiha nfisha hija azzjoni li turi l-attitudni tal-gvern lejn

il-Kunsilli Lokali. Attitudni li ġejja mill-għola siġġu talgvern Malti, il-Prim Ministru stess. Wieħed kien jistenna li l-PM f’xi ħin jindirizza l-isfidi li qegħdin jiffaċjaw il-Kunsilli Lokali jew li jitkellem fuq kif il-gvern immexxi minnu se jsaħħaħ l-istess Kunsilli Lokali. Minflok, spikkaw is-silenzju u

Spiteri Hammett ftit li xejn tara xi ħaġa ħażina f’dan kollu. Anzi fuq Facebook f’kitba li ppublikat fl-20 ta’ Novembru qalet bl-aktar mod ċar li hi temmen li l-unika raġuni għalfejn il-Partit Nazzjonalista qiegħed jikkritika lill-Ministru Mallia huwa sforz kemm l-istess Mallia huwa kapaċi. Ftit jiem wara l-istess Spiteri Hammett iddefendiet Ministru ieħor li kien fil-mira ta’ kritika. Din id-darba Spiteri Hammett iddefendiet lill-Ministru Joe

Mizzi u saħansitra qalet li Simon Busuttil messu jistħi għaliex tkellem dwar l-iskandlu ta’ kif qariba tal-istess Ministru Mizzi ngħatat impjieg mal-gvern f’mossa ċara ta’ nepotiżmu. Fl-istess ġurnata Spiteri Hammett nfexxet f’attakk fuq idDeputat Nazzjonalista George Pullicino u kitbet, “Tih ħobża biż-żejt ħa jsodd ħalqu”. Spiteri Hammett, apparti li hija Kunsilliera Laburista, hija wkoll preżentatriċi fuq l-istazzjon tarradju tal-Partit Laburista.

Il-Ministri ta’ talent kbir

Il-Ministru tal-Intern u sSigurtà Nazzjonali Manwel Mallia dan l-aħħar ġibed l-attenzjoni tal-media għal raġunijiet negattivi ferm. Ministru li flaħħar jiem attira l-kritika mhux biss tal-Partit Nazzjonalista iżda wkoll ta’ bosta opinjonisti, editorjali ta’ media indipendenti, inkluż media li fil-passat riċenti kienet kritika ħafna tal-Partit Nazzjonalista, u tal-pubbliku in ġenerali. Jidher iżda li l-Kunsilliera Laburista f’Bormla Noyah

s-skiet. Diskors li kompla ħalla f’limbu assolut lill-Kunsilli Lokali. Diskors li kompla juri kif għal dan il-gvern il-Kunsilli Lokali kważi kważi huma żejda u bla valur ġaladarba issa m’għandux bżonn il-Kunsilli Lokali bħala vettura politika. Jekk il-Prim Ministru lanqas biss kien lest jagħti minuta mid-diskors tiegħu lill-Kunsilli

Lokali wieħed jista’ jistaqsi kemm hu lest joffri riżorsi konkreti u ħin prezzjuż sabiex jittieħdu miżuri li jsaħħu lKunsilli Lokali. X’differenza mill-Partit Nazzjonalista li filgvern u fl-oppożizzjoni baqa’ b’mod mill-aktar konsistenti jitfa’ t-tisħiħ tal-Kunsilli Lokali fuq quddiem nett tal-politika tiegħu.

Il-Kunsill Lokali mmexxi mill-PN fin-Nadur, nhar il-Ħadd 7 ta’ Diċembru se jkun qed jorganizza Special Open Market fi Pjazza San Pietru u San Pawl mit-8am ‘il quddiem. Suq miftuħ li mistenni jieħu bixra tal-festi hekk kif se jieħu l-forma ta’ Christmas Market. Attività li bla dubju ta’ xejn se toffri xi ħaġa għal kulħadd.

Kick with the Cops

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kompla jattira l-attenzjoni għal raġunijiet negattivi. Għal darba oħra, numru ta’ residenti lmentaw dwar il-ħmieġ u t-telqa li qegħda tiddomina fil-lokalità, kif jidher minn dan ir-ritratt li resident saħansitra ppublika fuq Facebook. Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar bħalissa għandu maġġoranza Laburista.

Għaddej ġmielu x-xogħol ta’ pavimentar fiż-żona tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi, jew kif inhu magħruf ma’ wħud, il-Laferla Cross. Xogħol li qiegħed issir mill-Kunsill Lokali Nazzjonalista tas-Siġġiewi b’fondi tal-Unjoni Ewropea li kiseb l-istess Kunsill bil-ħidma tiegħu.

Fit-8 ta’ Diċembru fil-grawnd tal-football ta’ The MIDI Sliema Wanderers fil-kumpless sportiv f’Tigne’ Point bejn l10am u l-4pm se tkun qegħda ssir attività sportiva bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Tas-Sliema, il-Gżira, Ta’ Xbiex

u l-Imsida u l-pulizija ta’ dawn il-komunitajiet. Attività tal-futbol miftuħa għall-parteċipanti bejn id-9 u t-12-il sena. Dawk imħajjrin jipparteċipaw huma mħeġġa jiksbu aktar informazzjoni mill-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

L-anzjani prominenti fil-politika tal-Gvern

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li l-anzjani huma prominenti fil-Baġit talGvern għas-sena d-dieħla u lgvern qiegħed jaħdem biex dan issettur ikompli jitjieb u jitħalla aħjar milli hu. Meta tkellmet dwar il-vot filBaġit għas-sena d-dieħla dwar lanzjani u l-persuni b’diżabbiltà, fissret ukoll li l-Gvern beda jimplimenta l-istrateġija dwar l-anzjanità attiva b’diversi inizjattivi li qed jittieħdu. Fissret li ċ-ċentri ta’ matul il-jum qed jiġu trasfomati f’ċentri ta’ taħriġ u edukazzjoni li jinkludu wkoll eżerċizzji fiżiċi. Fissret ukoll li f’Ħal Balzan kien hemm diffikultà biex jinstab post għal ċentru ta’ matul il-jum, u dak ippjanat fil-Birgu l-bini se jiġi trasformat f’ċentru b’diversi servizzi għall-anzjani. Semmiet ukoll li se tinfetaħ ukoll Università għat-Tielet Età oħra, u se jkun hemm akar kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali biex isiru aktar night shelters. Hemm ukoll voti akbar għall-Meals on Wheels. Il-Gvern ukoll qed jaħseb biex iżid is-sodod u hemm allokat baġit ta’ €1.5 miljun u hemm swali u proġetti ta’ immodernizzar li kollha qed jiddaħħlu l-miżuri favur ilpazjenti bid-dimensja. Dwar il-kċina f’San Vincenz de Paul fissret li l-kuntratt il-ġdid qed joffri l-istess menu li kien tfassal qabel, u d-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-problemi ta’ saħħa li kien hemm. Fissret li hemm pjani għal bini ta’ kċina ġdida, kif ukoll pjani biex il-kumpless jiġi residenza ta’ eċċellenza. Dwar l-istrateġija għad-dimensja, qalet li kien hemm aktar żviluppi f’din is-settur mediku u

qed tiġi riveduta u ppubblikata lpolitika nazzjonali dwar id-dimensja. Se jsir ukoll proġett ta’ manutenzjoni fid-djar tal-anzjani, fejn se jkunu wkoll qed jinqatgħu l-abbużi u l-ħela. Tkellmet ukoll dwar il-qasam tal-persuni b’diżabbiltà u fissret li dan il-qasam qed jingħata l-importanza li jixraqlu u hu fuq quddiem tal-aġenda tal-Gvern. Fissret li l-Gvern se jkun qed iniedi politika nazzjonali dwar ilpersuni b’diżabbiltà li se tagħti direzzjoni ċara ta’ fejn irid imur pajjiżna dwar l-inizjattivi f’dan ilqasam. Se jkun qed jippreżenta l-ewwel state report ta’ pajjiżna u jkun ippreżentat fil-Ġnus Magħquda. Dwar il-qasam leġiżlattiva sar titjib fil-liġi ta’ Trusts uli se jkunu koperti b’leġiżlazzjoni u b’regolamentazzjoni b’pakkett ta’ inċentivi fiskali b’eżenzjoni tat-taxxa fuq ilwirt li jitħalla għal dan il-għan. Dwar l-istandards tad-djar residenzjali qal li x-xogħol li sar se jkun qed jiġi implimentat u infurzat u se jkun hemm żmien biex id-djar jiġu konformi ma’ dawn l-istandards. Sar xogħol ukoll fuq id-data talpersuni b’diżabbiltà u dan biex issir ħidma biex ikun hemm attenzjoni fuq il-bżonnijiet ta’ dawn ilpersuni li se tirrifletti wkoll loqsma li fuqhom jaħdem fuqhom il-Gvern biex jissaħħu s-servizzi lill-persuni b’diżabbiltà. Fissret ukoll li d-djar residenzjali għall-persuni b’diżabbiltà huma ta’ prijorità għall-Gvern u f’dan il-Baġit hemm proġett ambizzjuż għal għaxart idjar u li diġà għaddej ix-xogħol fuq dar fisSiġġiewi.

Il-Gvern mhux se jdaħħal it-tieni pilastru fir-riforma tal-pensjonijiet Il-Gvern mhux se jdaħħal ittieni pilastru tar-riforma filqasam tar-riforma tal-pensjonijiet u wara li daħħal it-tielet pilastru, qiegħed jikkonkludi l-aħħar fażijiet tar-riforma fil-pensjonijiet. Dan qalu l-Ministru Michael Farrugia, responsabbli għallFamilja u s-Solidarjetà Soċjali, meta fil-Parlament tkellem dwar il-voti tal-baġit għall-ministeru tiegħu. Semma wkoll li l-Gvern lesta r-rapport dwar il-green paper għall-istrateġija ta’ politika nazzjonali dwar it-tnaqqis tal-faqar u li se jkun qed jiġi ppubblikat dalwaqt. B’rapport ieħor li l-Gvern qed jikkonkludi biex il-pensjoni titla’ għal-livell ta’ 60% tal-paga medja, il-Gvern se jkun ħareġ bejn 40,000 u 50,000 mir-riskju tal-faqar. Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-istatistika trid tħares lejha mil-lenti tal-individwu biex ilpolitika titfassal skont il-bżonnijiet tal-individwu. Il-Gvern qed jaħdem biex jaċċerta li l-problemi soċjali talpajjiż ikunu qed jiġu indirizzati, bħalma huma dawk marbuta mal-faqar u dawk f’riskju talfaqar. Fisser li l-benefiċċji soċjali nħolqu biex jipprovdu xibka għal min ikun f’riskju ta’ faqar. IlGvern jemmen f’benefiċċji li jgħinu biex il-persuna ma taqax ‘l isfel u bil-miżuri li ttieħdu f’dan il-baġit iżda jrid li jinqatgħu l-abbużi. Fisser, iżda li mhux se jittollera lil min jabbuża u qal li tliet kwart tal-ispezzjonijiet li saru fuq rapporti ta’ abbużi, irriżulta li kien hemm abbużi fil-benefiċċji soċjali. Fil-baġit il-Gvern qiegħed jagħti prijorità lix-xogħol u lillopportunitajiet biex aktar jidħlu f’impjieg biex tikber ukoll l-

attività ekonomika ta’ pajjiżna li trid tkun b’saħħitha biex jiżdiedu s-servizzi soċjali għal min għandu bżonn. Semma wkoll li l-Aworità tadDjar se tkompli tibni aktar postijiet residenzjali għall-akkomodazzjoni soċjali u se toħroġ għall-bejgħ ukoll, appartamenti ġebel u saqaf, bi prezz issussidjat. Se jkun hemm ukoll ftehim mal-Bank Ewropew għallInvestiment għal self dwar bini soċjali. Dwa il-każ ta’ tliet blokki ta’ bini fl-Imtarfa, qal li kien hemm diversi rapporti tul is-snin dwar perikli u li dwarhom kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-periti. Esperti mqabbda mill-Gvern sostnew li hemm problemi strutturali u kien hemm talba biex issir azzjoni biex jissaħħu partijiet perikolużi fil-binjiet. Minn għada s-Sibt, se jibdew testijiet fuq kampjuni fuq dawn il-binjiet li se jintbagħtu barra għall-investigazzjonijiet meħtieġa dwar il-kwalità talmaterjal, u li dan għandu jwassal

sa Jannar li ġej. Se titwaqqaf ukoll Aġenzija għall-Fostering u l-Addozzoni għax qal li hemm ħafna abbużi f’dan is-settur. Tkellem ukoll id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis li qal li l-bażi ta’ dan il-baġit hu li dan hu Gvern tal-familja u talpoplu kollu. Il-Gvern jemmen fil-ħila tal-familji u tal-individwi. Il-messaġġ tal-Gvern għal kulħadd hu li dan hu Gvern li jimpurtah u ppreżenta Baġit tajjeb ibbażat ukoll fuq ix-xogħol u l-opportunitajiet. Fisser li l-messaġġ ta’ Malta Tagħna Lkoll hu l-pedament talpolitika ta’ dan il-Gvern li jemmen li fis-soċjetà hawn spazju għal kulħadd. Dan hu gvern li jrid jimxi b’ġustizzja soċjali għal min ukoll jaqa’ lura fis-soċjetà. Għalhekk, fisser, li dan hu gvern Soċjalista. Hu baġit li qal joffri wkoll soluzzjoni liż-żgħaħagħ biex jiġu murija t-triq it-tajba u li gġandhom bżonn.


www.maltarightnow.com

9

Il-Ġimgħa, 28 ta’Novembru, 2014

PARLAMENT

Il-pjan soċjali off track – Clyde Puli Il-kċina “kundannata” f’San Vinċenz tispiċċa l-ħabs – Mario Galea

Hu ċar li l-pjan soċjali ta’ dan il-Gvern qiegħed off track. Ilpolitika soċjali qed topera bla boxxla u m’għandhix nisġa li tipprovdi direzzjoni. Gvern li fi tliet baġits ħabbar direzzjonijiet soċjali bla ma lesta l-istrateġija effettiva. Miżuri li mhux jagħtu serħan il-moħħ għal min irid ukol iħares lejn l-aspettattivi li għamel il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni. Dan fissru d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli filParlament meta fid-diskussjoni tal-baġit dwar il-Mnisteru talFamilja u s-Solidarjetà Soċjali, qal li l-Baġit introduċa diversi inizjattivi ġodda u li lOppożizzjoni wkoll taqbel dwarhom, iżda hemm min qed jintlaqat xorta ħażin. L-istrateġija għall-pensjonijiet adegwata, il-politika nazzjonali għat-tfal, il-liġi tat-tfal u l-housing soċjali huma off track u l-living wage ma tidhirx. Sadattant, il-faqar mhux naqas iżda żdied u l-lower middle class iridu jerfgħu l-piżijiet ġodda li żied il-Gvern u jgħixu biż-żieda ta’ 58ċ. Mill-2012 sal-lum, ilbasket ta’ xirja ta’ affarijiet essenzjali għall-anzjani żdied b’€31. Dwar il-politika nazzjonali għat-tfal, qal li diġà kienet imfassla u llum dan il-Gvern reġa’ beda jiddiskuti, u l-ġdida tal-fostering baqgħet fuq l-ixkaffa u dawk li jersqu għal dan ilpass qed jonqsu flok jiżdiedu. Fis-settur tal-anzjani qegġdin ukoll off track u l-waiting list f’SVDP żdiedet b’600. Dwar il-faqar u l-inugwaljanzi fis-soċjetà, Clyde Puli qal li flewwel sena ta’ gvern Laburista l-faqar tela’ għal 99,000 – kwart tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar jew imċaħħda mill-affarijiet essenzjali. Meta tara li l-foqra

komplew jiftaqru hu ta’ tħassib. Dawk li kienu fil-kategorija ta’ materjalment imċaħħda u waqgħu fil-kategorija ta’ severement materjalment imċaħħda, żdiedu b’elfejn. Dan jirriżulta mis-Social Income and Living Survey. Il-Partit Laburista li wiegħed li l-faqar jeqirdu mill-għeruq, għadu bla pjan serju kontra lfaqar, minkejja li l-abbozz għal din l-istrateġija diġà l-Gvern ipprova jnediha erba’ darbiet. Semma li l-programm elettorali jispeċifika li sal-aħħar sena ta’ gvern Nazzjonalista kien hemm 88,000 persuna fil-faqar, iżda l-aħħar statistika turi 99,000. Clyde Puli qal li l-Gvern qiegħed jaqta’ qalbu li jwettaq din il-wiegħda u minflok, qed idur għal għoti ta’ flus diretti bħalma beda jagħmel f’dan ilbaġit. Fisser li l-ħidma tal-Gvern kontra l-abbuż kontra l-frodi filbenefiċċji soċjali hi tajba, iżda naqas li juri kif se jsaħħaħ dan linfurzar.

Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri tkellem dwar ilqasam tal-persuni b’diżabbiltà u filwaqt li qal li saru ħafna żviluppi u jirrikonoxxi dak kollu li qed isir b’direzzjoni tajba, fadal ħafna xi jsir meta hi realtà li d-diżabbiltà hi assoċajta wkoll mal-faxxa f’riskju ta’ faqar. Meta tkellem dwar is-settur tad-diżabbiltà fid-diskussjoni fil-Parlament dwar il-Baġit, Stephen Spiteri semma li familji li għandhom persuni b’diżabbiltà wkoll qed jiffaċċjaw ilfaqar u l-Gvern għandu wkoll jindirizza dan bi dħul finanzjarju adegwat.

Fakkar fil-wegħda tal-Gvern li l-pensjonanti jingħataw 60% talpaga medja, u appella lill-Gvern biex il-pensjoni tad-diżabbiltà tiżdied bl-istess mod. Fisser li l-qasam qed joffri sfidi kbar kemm għall-individwi kif ukoll għall-familjari tal-persuni b’diżabbiltà. Staqsa jekk persuna b’diżabbiltà hiex verament inkluża fid-dinja taxxogħol u fl-indipendenza finanzjarja biex tlaħħaq ukoll malbżonnijiet tagħha. Appella għal struttura effettiva ta’ appoġġ u opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għal persuni b’diżabbiltà biex inħarsu aktar lejn l-abbiltà milli d-diżabbiltà.

Dwar l-awtorità morali biex iwaqqaf dan l-abbuż, Clyde Puli qal kif jista’ dan il-Gvern jittieħed bis-serjtà meta għannaq u ddefenda persuna li nstabet ħatja fil-Qorti u kkundannat. Appella biex ma nħalltux iddipendenza tal-benefiċċji malabbuż, u saħaq li l-aktar importanti hu li ninċentivaw inizjattivi li joħolqu x-xogħol, li dan ilBaġit ma jindirizzax Staqsa x’se jiġri fuq tfal ta’ single parents li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol minħabba ċ-ċirkustanzi tat-tfal u każijiet oħrajn ġenwini. Kif se jkun determina il-kejl ta’ min jingħata l-benefiċċji bejn min jista’ jabbuża u min jinsab f’ċirkustanzi partikolari. Dwar il-pensjonijiet, Clyde Puli qal li 25,000 pensjonanti qegħdin ukoll f’riskju ta’ faqar – kwart tal-pensjonanti. B’rabta mat-third pillar pension, qal li mhux kuladd jista’ jħallas għal dan u għalhekk l-Oppożizzjoni nsitiet l-ewwel fuq it-twettiq tattieni pass fir-riforma tal-pensjonijiet.

Il-kċina li kienet tintuża f’San Vincenz de Paul u li kienet kundannata u mfissra bħala perikoluża u li se tisplodi, tant li l-Gvern daħħal kuntrattur ġdid, illum tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, kelliem għallAnzjani, staqsa kif dan l-apparat kundannat, il-Gvern issa bagħtu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u sostna li bl-argument talGvern, l-apparat kellu jintrema mhux imur il-ħabs. Meta tkellem fil-Parlament dwar il-baġit tal-Gvern għallanzjani, Mario Galea qal ukoll li bil-kuntrattur il-ġdid minflok ilkċina li żżarmat f’San Vincenz de Paul, ikla llum qed tiswa €10.30 meta qabel kienet tiswa €4. Fisser ukoll li l-kuntratt għal madwar 2,800 ikla kuljum ingħatat b’direct order. Irrimarka li jaqbel li kien hemm bżonn ta’ aktar investiment u titjib fil-kċina f’din ir-residenza, kif sar anke minn dan il-Gvern meta leks-Segretarju Parlamentari ta’ dan il-Gvern, Franco Mercieca, kien nefaq ukoll €7,000 biex għamel menu ġdid ta’ ikel filkċina tar-residenza. Irrifera wkoll għas-servizz talMeals on Wheels u qal li hu infurmat li se jibda jsir minn kuntrattur wieħed, u jekk hux veru li l-ikel se jintbagħat kiesaħ u jrid jissaħħan f‘microwave, li mhux kull anzjan għandu. L-ikla issa se tiġi tiswa minn €2.21 għal €5.57. Staqsa wkoll x’se jiġri mill-ħaddiema ta’ din l-NGO. Mario Galea qal li fis-settur tal-anzjani hemm konfużjoni tort il-kompromessi tal-Prim Ministru. Inbidlu żewġ ministri u

żewġ Segretarji Parlamentari u tliet Direttur tal-Elderly f’21 xahar. Dan jirrifletti li s-settur miexi bl-iskossi u pjani jinbidlu. Baġit li ma fih xejn ġdid għallanzjani, u għat-tieni darba dwar id-dimensja u l-anzjanità attiva ma ssemma xejn. Mario Galea qal li bil-flus ivvutati għad-day centres, sar biss xi xogħol f’day centre filGżira u nbiddillu ismu u reġa’ nfetaħ bil-Kunsill jibqa’ jħallas hu l-kera tiegħu. Dwar id-day centres ippjanati fil-baġit ta’ sena ilu f’Ħal Balzan u fil-Birgu, ma sar xejn. Dwar il-pjani għal day centre fil-Birgu, Mario Galea qal li ma jaqbilx li d-day centre għandu jsir fil-Berġa tal-Ingilterra li qal li hu infurmat li biex anzjan jitla’ fuq irid isir stair lift. Appella lillgvern jirrevedi din id-deċiżjoni. F’sentejn ukoll il-Gvern għadu ma qalx jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar night shelters. Filleġiżlatura li għaddiet infetħu tlieta. Ikkritika wkoll il-baġit li ma jsemmi xejn fuq is-servizzi u lkura għad-dimensja, li lOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa qed tirreferi għaliha bħala l-epidemija siekta. Ikkrtika li ma ttieħdet ebda miżura dwar għat-tisħiħ tal-kura tad-dimensja hekk kif fakkar li Gvern Nazzjonalista kien waqqaf Memory Clinic u Activity Centre. Ikkundanna wkoll it-ttransfers li saru lil kull Nazzjonalist fl-Activity Centre li mbagħad kienu mwaqqfa. Irrifera lill-Gvern isegwi x’isir fl-Isterling University dwar ilqasam tad-dimensja.

Dwar id-djar għall-persuni b’diżabbiltà, Stephen Spiteri qal li l-Gvern qed ikompli bil-politika li jibni aktar djar favur ilkunċett ta’ ħajja indipendenti u ħajja reali. Appella wkoll għal direzzjoni fejn għandhom isiru d-djar u dan biex familji b’persuni b’diżabbiltà jingħataw isserħan tal-moħħ dwar il-kura ta’ wliedhom. Semma l-Fond li kien twaqqaf mill-Gvern preċedenti għal Independent Living, b’fond ta’ €380,000, biex persuna tiġi megħjuna biex tinstab residenza, u qal li jkun ħasra jekk il-gvern ma jkomplix jinvesti f’dan. Semma wkoll dwar is-servizz

tar-respite u qal li dan hu servizz importanti iżda appella li dan isservizz mhux biss jiżdied, iżda wkoll li jkun ta’ kwalità fisservizz li joffri. Faħħar l-idea ta’ Trusts għal dawk il-persuni bi problemi ta’ diżabbiltà mentali u qal li jemmen li dawn għandhom ikunu msaħħin u wżati kif jixraq. Appella għal aktar għajnuna lill-NGO’s fl-applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropea u jakkwistaw fondi meħtieġa. Dwar il-Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà, Stephen Spiteri qal li hu importanti li lKummissjoni tkun aktar awtonoma, trasparenti u tiffunzjona

aktar bħala regolatur u twettaq aktar ix-xogħol b’effiċjenza. Issuġġerixxa wkoll għal job coaching permezz tal-ETC kemm lil min qed ifittex ixxogħol iżda wkoll lil min iħaddem biex dawn jimpjegaw persuni b’diżabbiltà. Tkellem ukoll dwar fondi Ewropew li nistgħu ngawdu minnhom biex aktar persuni jkunu lesti biex jintegraw f’impjieg, anke fil-belt jew villaġġ tagħhom bi skemi speċifiċi. Dwar l-Aġenzija Support, appella biex tingħata aktar għajnuna biex tlaħħaq mal-waiting list li hemm ta’ servizzi li jridu jingħataw.

Sar ħafna iżda fadal aktar xi jsir

– Stephen Spiteri


www.maltarightnow.com

10

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

Kunsens nazzjonali dwar il-politika barranija li toffri wkoll kontinwità – il-Ministru George Vella

Il-Ministru George Vella appella biex tkompli l-ħidma ta’ kunsens nazzjonali biex jitwassal il-messaġġ li għandna politika barranija komuni li tara l-interess ta’ pajjiżna, politika konxja wkoll mis-sitwazzjoni diffiċli ta’ madwarna filwaqt li ngħinu biex il-problemi ta’ madwarna fir-reġjun intaffuhom xi ftit. Meta tkellem dwar il-vot filBaġit għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru George Vella tkellem dwar fiex qed jaħdem ilministeru u x’inhu x-xogħol talMinisteru u appella lillOppożizzjoni biex tkompli r-relazzjoni ta’ kunsens u djalogu ta’ politika li toffri kontinwità fil-politika barranija li pajjiżna jrid jibqa’ filwiċċ fil-mewġ li jinsab madwarna. Il-Ministru George Vella qal li lMinisteru tal-Affarijiet Baranin għandu impatt qawwi fuq id-diversi oqsma tal-Gvern u li hu wkoll ilvetrina ta’ pajjiżna fid-dinja kollha. Fisser li x-xogħol fil-Ministeru jsir mill-korp kollu ddedikat filMinisteru. Semma li ħass li fl-interess talpajjiż għandu jżomm kuntatt malOppożizzjoni u għalhekk introduċa d-drawwa li jiltaqa’ regolarment mal-kelliem talOppożizzjoni u għalhekk hemm sens ta’ kollaborazzjoni u paċi flinteress tal-pajjiż. Fisser iżda, li fi Frar tas-sena loħra kien hemm 380 impjeagt u llum hemm 298. Fir-rigward tannefqa fis-safar, semma kif iċ-ċifra li ssemmiet tirrifletti l-laqgħat kollha li attendew għalihom l-uffiċjali tal-Gvern kollha u mhux minnu biss. Il-Ministru George Vella qal li llinja medjana u l-kwistjoni taċ-ċittadinanza mhumiex fir-responsab-

Dwar ir-relazzjoni ta’ Malta mal-Libja, George Vella qal li kellu joħroġ l-aħħar żewġ Ambaxxaturi li kellna fil-Libja minħabba s-sigurtà tal-ħajja taddiplomatiċi Maltin riżultat ta’ pressjonijiet li kienu qed isiru. L-ambaxxata Maltija fi Tripli kienet taħt kontroll ta’ Parlament li l-Gvern Malti ma kienx qed jirrikonoxxi, u kien għalhekk, u għaqli wkoll, li għalkemm lAmbaxxata għadha miftuħa, lAmbaxxatur ġie rilokat lura f’Malta. Dan hu wkoll ta’ theddida għan-negozju ta’ Malta filLibja u semma li l-fatt li lAmbaxxata għadha miftuħa, hi sinjal li pajjiżna jrid ikompli birrelazzjonijiet fil-Libja.

Dwar il-Lvant Nofsani, qal li tul is-snin ma nbidel xejn u rrimarka li żar dan ir-reġjun tliet darbiet, bil-ferita tibqa’ ma tfiqx u kull darba toħroġ minn hemm b’diżappunt għax hemm nuqqas ta’ fiduċja u rispett bejn il-partijiet, b’Gaża tibqa’ problema kbira. Dwar il-kwisjtoni tal-Ukrajna, qal li s-sitwazzjoni mhi sabiħa xejn u li din għandha effett ukoll kbir fuq l-Ewropa, b’kull pajjiż jagħmel il-kalkoli tiegħu fuq limpatt li se jkollhom deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Unjoni Ewropea. Semma kif 50% tal-kummerċ tal-Ġermanja hi mar-Russja. U hemm min jimpurtah għax hu mwerwer għax hu fil-fruntiera. u min qed ikun affettwat minn relazzjonijeit oħra ta’ kummerċ. Dwar l-OSCE u s-sanzjonijiet fuq ir-Rusjja, Malta tintlaqat biss b’madwar 2%. Il-Ministru George Vella qal li dawn huma problemi li qed jiffaċċja pajjiżna fil-qasam talAffarijiet Barranin u qal li bilKummissarju Ewropew preżenti l-Unjoni Ewropea qed tħares li tagħti aktar importanza lillMediterran. Semma wkoll il-laqgħat li kellu fil-Golf Għarbi u qal li dawn huma pajjiżi li jridu jagħmlu kuntatt ma’ pajjiżna u semma li ġejja delegazzjoni għolja mill-Oman għax iridu jinvestu f’pajjiżna.

Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil tkellem fil-Parlament dwar in-newtralità ta’ Malta u qal li din in-newtralità llum qed titlef is-saħħa tagħha u jemmen ukoll li wasal iż-żmien li anke fejn tidħol in-Nato għandna nipparteċipaw aktar fiha. Fisser li jemmen li ukoll s-sitwazzjoni tad-dinja nbidlet u rridu nibdew inħarsu lejn in-Nato b’mod differenti. Luciano Busuttil esprima din il-pożizzjoni personali fid-dibattitu dwar il-vot allokat fil-baġit għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u qal li pajjiżna hu ffaċċjat minn theddida b’dak li qed iseħħ fil-Libja. Appella wkoll biex pajjiżna jkompli jagħmel pressjoni flUnjoni Ewropea biex il-Libja tingħata aktar attenzjoni u jkun hemm ir-riżultati mixtieqa. Fisser li kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni fil-pajjiż ġar tagħna, ilgwerra l-bierda reġgħet magħna. Fakkar li din is-sena kienet fost

l-aktar attiva fil-qasam tal-affarijiet barranin u għamel riferenza għal trattati important fosthom mas-Somalja fuq il-kwistjoni talimmigrazzoni, u bil-ftehim dwar il-kummerċ mal-Indja fejn lekonomija qed tikber b’rata għolja wara ċ-Ċina. Appella lill-Oppożizzjoni tiġbed ħabel wieħed mal-Gvern, biex jinġieb l-investiment barrani lejn pajjiżna. Irrimarka li ma jifhimx il-kritika li qed issir millOppożizzjoni dwar l-investiment miċ-Ċina. Dwar il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej li hu jmexxi, qal li lKumitat għandu llum tliet rresearch analists li qed jagħmlu xogħol importanti. Ikkritika wkoll li għandu jkun hemm sforz akbar biex meta l-Kumitat jiskrutinja d-dokumenti, il-Gvern jieħu pożizzjoni dwarhom. Jaqbel ukoll mal-proposta talOppożizzjoni li l-għażla talAmbaxxaturi ssir ukoll mill-

Il-Ministru George Vella fisser fil-Parlament li kellu joħroġ l-aħħar żewġ Ambaxxaturi li kellna fil-Libja minħabba s-sigurtà tad-diplomatiċi Maltin riżultat ta’ pressjonijiet li kienu qed isiru

biltà tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biss, u fir-rigward tallinja medjana hemm taħditiet dwar joint exploration mal-Italja wkoll. Dwar il-kbntratti taż-żejt malLibja u l-ftehim maċ-Ċina, li lGvern għadu ma ppubblikax, George Vella qal li hemm affarijiet delikati u ta’ natura wkoll kummerċjali. Dwar l-Ambaxxatur tal-Libja, qal li l-ispecial envoy tal-Libja hu mibgħut għall-kwistjoni li hemm fil-preżent mal-Libja, bi rwol differenti mill-Ambaxxatur. Dwar ix-xogħol talAmbaxxaturi u l-Konsli, qal li dan jimmerita dibattitu interessanti wkoll u fisser kif kollha qed jagħmlu xogħol importanti għalkemm hemm min hu aħjar min ieħor, u min hu aktar ixxurtjat minn ieħor. Il-Ministru George Vella esprima r-rispett li għandu lejn il-kelliem tal-Oppożizzjoni Carm Mifsud Bonnici, u qal li jifhem ukoll il-preokkupazzjonijiet li

esprima fuq kwistjonijiet u sitwazzjonijiet partikolari. Dwar is-sitwazzjoni filMediterran, George Vella qal li hemm biss tieqa biss miftuħa, li tirrigwarda dak li qed iseħħ fitTuneżija u awgura li jkun hemm investiment li jagħtu drittijiet u lħolqin tax-xogħol bl-edukazzjoni li kienu l-għajta tar-revoluzzjoni fit-Tuneżija. Semma wkoll is-sitwazzjoni flAlġerija u qal li l-Gvern iħoss li hemm lok li f’dan il-pajjiż ikun preżenti minħabba l-potenzjal ta’ dan il-pajjiż. Fl-Eġittu qal li hemm stabbilità u l-kwiet, u hu pajjiż ukoll li għandu relazzjoni mal-Iżrael. Dwar is-sitwazzjoni fil-Libja, qal li 80% tal-poplu hu kwiet iżda hemm problemi kbar li qed jifnu lLibja, fosthom dawk il-forzi li għandhom l-armi u interessi wkoll minn barra dan il-pajjiż. Spjega li l-Gvern għamel diversi tenttattivi biex anke f’pajjiżna jiltaqgħu lforzi differenti, iżda l-affarijiet illum għadhom dawk li huma.

Malta għandha tipparteċipa aktar fin-NATO


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Lejn stabbiltà fil-politika barranija mibnija fuq il-kunsens – Carm Mifsud Bonnici L-Oppożizzjoni temmen li stabbiltà fil-politika barranija tagħna mibnija fuq il-kunsens sostanzjali mhux biss f’dan ilParlament iżda wkoll fl-opinjoni pubblika, hi ta’ ġid mhux biss għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi ħbieb fl-Ewropa, fil-Mediterran, u fil-Commonwealth, iżda wkoll fil-politika ekonomika, għaliex b’hekk l-investiment barrani jkollu garanzija kontra skossi u imprevisti. Carmelo Mifsud Bonnici, Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar lAffarijiet Barranin, qal dan meta tkellem fil-Parlament fuq il-vot tal-baġit tal-Ministeru talAffarijiet Barranin Id-Deputat Nazzjonalista qal li din is-sena kienet xhieda ta’ kunflitti militari u instabbilità. FlUkrajna komplew il-kumplikazzjonijiet; fil-Libja żviluppaw ukoll xenarji ta’ konflitti interni f’pajjiż li sejjer aktar għal gwerra ċivili; fis-Sirja u fl-Iraq ilgrupp terroristiki tal-ISIS firex is-saħħa tiegħu; u fil-Lvant Nofsani bil-kunflitt jispikka bejn il-Palestina u Iżrael. Kunflitti li huma marbuta wkoll malEwropa, il-Mediterran u ma’ pajjiżna wkoll. Id-dinja kollha rat ukoll passi ‘l quddiem dwar dak li seħħ fitTuneżija, fir-relazzjonijiet bejn lIstati Uniti u ċ-Ċina; it-tibdil talpolitika ambjentali u wkoll fliżviluppi li seħħew fl-Eġittu. Iddikjara li rajna pożizzjonijiet ġodda u hemm skambju ta’ ideat bejn Gvern u Oppożizzjoni biex il-politika barranija jkollha lkunsns ta’ kulħadd. Dan hu pass

11

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

pożittiv. L-Oppożizzjoni tifhem li dan ma jistax isir fuq kollox, iżda l-pass li ttieħed għandu jiġi reġistrat bħala wieħed fid-direzzjoni t-tajba. Appella biex jinstabu okkażjonijiet li bi qbil, ilParlament jiddibatti suġġetti li jimmeritaw attenzjoni minġħajr il-ħtieġa ta’ vot. Fakkar li kien bl-Indipendenza li twieled ilMinisteru tal-Affarijiet Barranin li sar determinanti u li permezz tal-Indipendenza affermajna lvuċi tagħna li hi ħafna akbar mid-daqs tiegħu. Appella lillGvern, biex dan ikun apprezzat f’seduta partikolari biex jikkommemora l-50 anniversarju ta’ dan l-iżvilupp. Irrimarka wkoll li ż-żjara li saret fil-Lvant Nofsani millMinistru tal-Affarijiet Barranin kienet ukoll apprezzata millOppożizzjoni. Fisser dan bħala pass importanti u pożittiv fiddiplomazija ta’ pajjiżna. Esprima l-preokkupazzjoni talOppożizzjoni dwar sitwazzjonijiet partikolari fid-dinja, filwaqt li esprima l-appoġġ għal deċiżjoni-

jiet u pożizzjonijiet li ttieħdu minn pajjiżna. Dwar il-Libja, Carm Mifsud Bonnici fisser li l-Oppożizzjoni taqbel mad-deċiżjoni li tingħalaq l-Ambaxxata fi Tripli, u irrifera wkoll għall-mozzjoni li ppreżentat l-Oppożizzjoni f’Lulju li għadda biex il-Parlament jiddiksuti dak li kien qed iseħħ filLibja u fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżna fid-dawl ta’ nuqqas ta’ informazzjoni li kienet ġejja mill-uffiċċju tal-Prim Ministru u mhux mill-Ministeru talAffarijiet Barranin. Dwar il-Lvant Nofsani, Carm Mifsud Bonnici qal li lOppożizzjoni taqbel mal-pożizzjoni tal-Gvern Malti li lPalestinjani u l-Iżraeljani, u esprima l-preokkupazzjoni wkoll għall-inkwiet fl-Ukrajna u għal dak li qed iseħħ fis-Sirja u fl-

Iraq, u dwar it-theddida tal-Istat Iżlamiku. Tkellem ukoll dwar il-kapitlu tan-newtralità, li fil-kunċett u flispirtu l-Oppożizzjoni taqbel u lesta li tiddiskuti l-kwistjoni tannewtralità. Appella li dan ilkunċett, li għandna ndaħħlu filKostituzzjoni, m’għandux jiġi mqiegħed f’post ieħor jekk mhux fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Irreġistra wkoll il-pass pożittiv li seħħ fit-Tuneżija li minn dan il-pajjiż beda ir-rivoluzzjoni Għarbija, u fisser li t-triq li miexi fiha dan il-pajjiż hu ta’ sodisfazzjon ukoll għalina. Appella għal ħidma u appoġġ tal-Gvern Malti għal aktar tisħiħ tar-relazzjonijiet mat-Tuneżija. Semma wkoll is-summit talCommowealth tas-sena d-dieħla, il-Konvenzjoni tal-Maltin li

jgħixu barra, il-preparazzjonijiet għall-Presidenza Ewropea, u ttwaqqif tal-Istitut Kulturali Malti li l-Oppożizzjoni temmen li post dan l-Istitut għandu jkun fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għax jagħmel aktar faċli t-tħaddim tiegħu. B’rabta mal-presidenza talUE, qal li l-Gvern għandu jaħdem biex jiġi reġistrat il-progress u nassiguraw punti fuq l-aġenda li ma jisparixxux hekk kif ilpresidenza tgħaddi. F’Shangai embarka biex jixtri proprjetà li tiswa $4 miljun għal konsolat ta’ Malta u dwar dan nitlob lill-Gvern jispjega dwar dan. Dwar il-ħatriet ta’ numru ta’ ambaxxaturi, Carm Mifsud Bonnici qal li wara sena minn diversi ħatriet, nistgħu nanalizzaw jekk hux qed iwettqu ħidma effettiva. Sar ħafna diskors fuq diversi ħatriet, u rridu naraw x’riżultati kien hemm u saħaq li ftit qed tidher ħidma l-aktar bejn dawk li huma b’karriera u dawk li mhumiex. L-Oppożizzjoni hi determinata li meta tkun fil-Gvern, min jiġi nominat bħala ambaxxatur għandu l-ewwel jidher quddiem ilKumitat Permanenti dwar lAffarijiet Barranin u Ewropej talParlament, kif isir f’pajjiżi oħra. Dwar l-immigrazzjoni irregolari, irimarka li naqas it-ton negattiv, u rajna wkoll li numru żgħir ta’ immigranti, f’ħafna okkażjonijiet kellu jkun ilMinisteru tal-Affarijiet u mhux il-Ministeru tal-Intern li ħa rriedni f’idejh u aġixxa.

stat matul is-snin fil-qasam talpolitika barranija, iżda fissret li dan il-pajjiż qatt ma ħolom li min imexxih ibigħ ukoll iċ-ċittadinanzi ta’ pajjiżna biex ma joħloqx sistemi biex isaħħaħ ilfinanzi tiegħu. Staqsiet lillGvern jgħid lil min, u kemm tqassmu passaporti matul din issena. Marthese Portelli rrimarkat li hi sfortuna li f’dan il-Ministeru bqajna naraw numru ta’ transfers, u sfortuna akbar li rajna wkoll erba’ Segretarji Permanenti f’anqas minn sentejn. Fissret li ambaxxaturi li mhux ġejjin mill-kamp diplomatiku, qed iħallu effett negattiv. Aċċennat ukoll dwar l-impor-

tanza li kull ftehim iffirmat minn pajjiżna għandu jitqiegħed fuq il-websajt tal-Ministeru, u saħqet li hemm ftehim nieqsa li jinkludi dak dwar l-Enemalta u dak dwar ix-xiri taż-żejt malLibja. Osservazzjoni oħra li għamlet id-Deputat Nazzjonalista kienet dwar iż-żieda li qed jipproġetta l-Gvern fid-dħul mill-permessi u ċ-ċertifikati, u staqsiet jekk dan ifissirx żieda fil-miżati u fuq liema servizzi se jkun hemm żidiet. Dwar il-pagi tal-Ministeru talAffarijeit Barranin, Marthese Portelli qalet li se jkun hemm żieda ta’ 22%, u jekk dan hux kawża ta’ żieda ta’ ambaxxaturi

u konsulati, jew hux impjiegi li saru fil-Ministeru. Semmiet ukoll iż-żieda filbaġit għall-Overseas Development Aide li se tiżdied b’nofs miljun ewro, u qalet li dan hu żvilupp importanti li għandu jintuża bl-aħjar mod. Inizjattiva oħra tajba hi lKonvenzjoni tal-Maltin ta’ Barra u awgurat li tkun suċċess bħalma kienet l-ewwel waħda ftit tassnin ilu. Tkellmet ukoll dwar iż-żjarat tal-Ministru u qalet li kien tajjeb li saru żjarat importanti fosthom f’Gaża u fil-Ġordan. Irrimarkat ukoll li ma kienx hemm tweġiba dwar żjarat li saru f’pajjiżna minn Ministri Barranin.

Dwar il-prezenza ta’ Malta flIstati Uniti talbet biex ilMinistru jagħti rendikont ta’ dak li sar f’dan il-qasam meta fakkret li s-sieħba tal-mara talPrim Ministru fl-Istati Uniti għandha salarju qawwi. Talbet ukoll informazzjoni dwar ilħidma li wettqu l-Ambaxxaturi Joe Grima u Alex Sceberras Trigona. Irreferiet għall-intervista talMinistru Vella fejn iddikjara li jekk tħallas bil-karawett iġġib ix-xadini, b’rabta mal-ħatra ta‘ Sai Mizzi, u staqsiet lillMinistru jekk hux kuntent bixxogħol u l-kordinazzjoni li qed tagħmel il-mara tal-Minsitru Konrad Mizzi.

L-Oppożizzjoni tilqa’ l-passi pożittivi li qed iseħħu fit-Tuneżija u t-triq li miexi fiha dan il-pajjiż

Min jiġi nominat bħala ambaxxatur għandu jidher quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament

Il-Gvern għandu jgħid kemm ikkonvinċa pajjiżi biex jieħdu l-immigranti minn pajjiżna – Marthese Portelli

Id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli appellat lillGvern jgħid dak li wkoll qed jistaqsi l-poplu, dwar kemm irnexxielu jikkonvinċi pajjiżi biex jieħdu immigranti minn pajjiżna. Dwar l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari, Marthese Portelli qalet meta tkellmet filParlament fid-diskussjoni dwar il-baġit, li smajna ftit li xejn x’qed isir mill-gvern f’dan irrigward u liema huma l-pajjiżi li qed jieħdu immigranti minn pajjiżna. Fissret li l-impressjoni hi li pajjiżna qata’ qalbu minn din l-isfida. Marthese Portelli qalet li Malta hi kburija b’dak li akkwi-


www.maltarightnow.com

12

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Il-U-turns tal-Labour Il-Partit Laburista magħruf għall-U-turns. Ried l-integration u wara dar għal xi ħaġa diametrikament opposta: l-

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, irregalalna litwal diskors tal-budget li qatt smajna: erba’ sigħat ta’ ftaħir bl-istatistika, dik l-istess statistika li meta ma togħġbux igħid li hi fażulla; proġetti u inizjattivi li bdew taħt il-gvern preċedenti u issa għamilhom tiegħu; sensiela ta’ taxxi li geżwer sewwa biex dak li jkun ma jindunax bihom; żieda ta’ ftit ċenteżmi li għal ħafna tkompli tonqos billi jħallsu t-taxxa fuqha; u fuq kollox aktar U-turns. Il-ftaħir ma naqasx. In-numru ta’ nies jaħdmu żdied. Għax ma qalilniex kemm minnhom fissettur pubbliku! It-turisti żdiedu. Li kieku l-gvern Nazzjonalista sema’ minnhom u ma daħħalx f’Malta l-low cost airlines kieku flok żdiedu naqsu, għaliex dawn waħdehom jġorru 40 fil-mija tal-passiġġieri li jiġu Malta. L-iżbilanċ talgvern naqas. Kif naqas is-sena ta’ qabel rebħu l-elezzjoni lLabour. U kif ma naqasx fissena li telgħu l-Labour għaliex ma ġabrux għexiren ta’ miljuni f’sisa li kellha tħallas lEnemalta. L-inflazzjoni naqset għal 0.6 fil-mija. Joqgħod attent dan il-gvern li ma jiġrilniex bħal ħafna pajjiżi oħrajn li daħlu f’diflazzjoni. Din agħar minn inflazzjoni kontrollata. Biss mas-sabiħ hemm l-ikrah. L-indiċi tal-produzzjoni indusrjali niżel b’9.3 fil-mija. L-iżbilanċ viżibbli fil-kummerċ kiber b’€128.9 miljun fl-ewwel tmien xhur tas-sena. Id-dħul tal-gvern mit-taxxi din is-sena żdied iktar milli kien stmat. Kien stmat li jiżdied b’€204 miljun u minflok żdied bi €360 miljun. U ser jerġa’ jiżdied is-sena d-dieħla b’€101 miljun. Tajjeb infakkarkom mill-ġdid li taħt dan il-gvern il-piż tat-taxxi tela’ minn 32.2 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross fl-2012 għal 34.8 fil-mija din is-sena u hu mistenni li jkompli tiela’ għal 35.3 fil-mija is-sena d-dieħla. Li jfisser li l-piż tat-taxxi taħt dan il-gvern fi tliet snin ser ikun żdied b’bi 3.1 fil-mija, jew 9.6 fil-mija fuq dak li kien fl-2012. Hawnhekk niġi għal waħda mill-U-turns klassiċi ta’ dan ilgvern. Dan qed igħid li jrid jaqleb il-ġbir tat-taxxi minn dawk diretti għal dawk indiretti. Mur ara x’kien igħid Duminku Mintoff kieku kien għadu ħaj? M’għandix dubbju, li kien

Indipendenza. Kien kontra r-residenti permanenti u issa għandu skema biex ibiegħ iċ-ċittadinanza Maltija li magħha hemm

marbuta r-residenza. Kien favur t-taxxi diretti, bħall-income tax. Issa jrid jaqleb għat-taxxi indiretti. Kien kontra s-sħubija fl-

Unjoni Ewropea, issa bilkemm ma tismagħhomx jitkellmu u taħseb li sieħbuna huma. Kien jitkellem kontra li tingħata żieda

baxxa għall-għoli tal-ħajja u flaħħar budget tħabbret l-inqas żieda li qatt ingħatat. Lista li ma tispiċċa qatt.

Ma rridx ninsa. Il-gvern Laburista ser jerġa’ jnaqqsilna l-prezz ta’ petrol b’2ċ il-litru minn Jannar. X’għandna nagħmlu nċapċpulu? Messu naqqas il-prezzijiet ħafna iktar għaliex iż-żejt fl-aħħar xhur niżel b’iktar minn 40 fil-mija u mhux b’din il-miżerja ta’ 2ċ

jiskomunikahom! Biss anke hawn jidher li din wiegħda fażulla għaliex miċ-ċifri ppreżentati fl-Estimi għall-2015 jirriżulta li miż-żieda fid-dħul tat-taxxi ser ikun hemm €125 miljun iktar minn taxxi diretti u €24 miljun inqas ta’ dħul min taxxi indiretti. U-turn ieħor hi l-Individual (International) Investor Programme, jew il-bejgħ taċċittadinanza Maltija lil persuni li mhumiex ċittadini ta’ xi pajjiż fl-UE. Fi żmien gvern Nazzjonalista ta’ wara lIndipendenza pajjiżna kellu skema li kienet tattira lejn pajjiżna residenti permanenti barranin mingħajr ma nagtħuhom iċ-ċittadinznza. Dawn kienu ħallew f’pajjiżna ġid kbir. Biżżejjed insemmi li fl-1970 dawn ir-residenti, li kienu ftit iktar minn elf, ħallew fl-ekonomija Maltija iktar flus mit-turisti kollha li kienu żaru pajjiżna dik is-sena. Lil dawn Mintoff ma ridhomx. Kien irraġuna li ma riedx li l-Maltin iseftru lill-barranin u għamel minn kollox biex idejjaqhom u jġiegħlhom jitilqu, kif fil-fatt ħafna għamlu. Mur ara x’kien

U-turn oħra kbira hi dik dwar il-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Il-miżerja ta’ 58ċ fil-ġimgħa. Mur ara kieku kumpens bħal dan tah gvern Nazzjonalista

Joe M. Zahra

joe.zahra@live.co.uk igħid illum meta mhux biss lil dawn il-barranin irriduhom fostna u jridu mill-inqas jagħmlu sena jgħixu hawn qabel nagħtuhom iċ-ċittadinanza, iżda lser nagħtuhom l-aktar ħaġa għażiża għalina: iċ-ċittadinanza Maltija. Mhux ser nitkellem dwar issħubija fl-Unjoni Ewropea li tant ħadmu kontriha lLaburisti. Iżda ma nistax infakkar li dan il-U-turn ieħor tal-Laburisti fl-aħħar sentejn ħallilhom €360 miljun f’għotjiet u li s-sena d-dieħla qed jistmaw li ser iħallihom €263 miljun oħra. Dawn huma flus li kieku kien għalihom ma kon-

niex noħduhom. Flus li ħadmu għalihom gvernijiet Nazzjonalisti u li ser nibqgħu ngawdu minnhom għal seba’ snin oħra. Mur ara kemm taxxi konna nibilgħu li kieku ma kenux għal dawn il-mijiet ta’ miljuni! U-turn oħra kbira hi dik dwar il-kumpens għall-għoli talħajja. Il-miżerja ta’ 58ċ filġimgħa. Mur ara kieku kumpens bħal dan tah gvern Nazzjonalista. Ara kemm dimostrazzjonijiet u forsi anke azzjonijiet industrjali. Biss illum kollox jgħaddi. Il-gvern b’id waħda ħadilna, b’sensiela ta’ dazji fuq tant prodotti fosthom fuq servizzi ta’ telefonija mobbli; żidilna il-bolla fuq lassigurazzjoni ta’ kollox, barra l-assigurazzjoni fuq il-ħajja; żidilna l-liċenzji; żidilna affarijiet oħrajn u ser jagħtina 58ċ

fil-ġimgħa li għal ħafna jridu jaqtgħu minnhom t-taxxa. Ma rridx ninsa. Il-gvern Laburista ser jerġa’ jnaqqsilna l-prezz ta’ petrol b’2ċ il-litru minn Jannar. X’għandna nagħmlu nċapċpulu? Messu naqqas il-prezzijiet ħafna iktar għaliex iż-żejt fl-aħħar xhur niżel b’iktar minn 40 fil-mija u mhux b’din il-miżerja ta’ 2ċ. Ara meta fi żmien il-gvern ta’ Mintoff iż-żejt għola minħabba l-gwerra bejn il-Lhud u lGħarab, dan ma qagħdx jaħsibha biex għollielna l-petrol b’aktar minn erba’ darbiet li kien! Illum li ż-żejt niżel minn $110 il-barmil għal taħt il-€75 ilbarmil dan il-gvern tana loqma. U bilkemm ma jridniex nirringrazzjawh! Meta tgħaddi mill-ftaħir għas-sustanza, dan il-gvern ftit għandu x’juri.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Il-bżonn ta’ politika onesta quddiem Gvern li ddeġenera f’anqas minn sentejn

Illum il-Partit Nazzjonalista jibda jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tiegħu b’tema qasira imma ta’importanza kbira: Politika Onesta; tema li tindirizza l-akbar nuqqas tal-Gvern Laburista li f’21 xahar iddeġenera f’gideb l-ewwel nett tal-Prim Ministru stess, abbuż ta’ poter u politika li tippremja l-bażużli li hemm imdawrin ma’ Joseph Muscat. Meħtieġ stil ġdid ta’ politika ġenwina Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għandu mozzjoni quddiemu li tagħmel dikjarazzjoni ta’ politika għall-pajjiż kollu; pajjiż li jeħtieġ stil ġdid ta’ politika ġenwina li tkun għan-nies, mhux għallbażużli; li fiha kulħadd jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu, u mhux jara kif se jaħrabhom; u li tħares tassew il-ġid li għandna ngawduh flimkien, imsejjaħ il-ġid ‘komuni’ għax hu tagħna flimkien.

Għal min qegħdin fil-politika? Hekk tistaqsi b’mod fundamentali l-mozzjoni quddiem il-Partit Nazzjonalista: għal min qegħdin il-politiċi fil-politika? U twieġeb bilmod l-aktar ovvju imma li qed jinkiser bil-mod l-aktar qawwi millGvern bħalissa: il-politika qiegħda biex isservi lin-nies, mhux biex iħaxxnu bwiethom il-qraba, il-ħbieb u l-imseħbin fin-negozju tadDeputati Laburisti, tal-Ministri u saħansitra tal-Prim Ministru Muscat u ta’ martu.

Difiża tal-istituzzjonijiet awtonomi li jħarsu drittijietna Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddiskuti kif bħalissa qed isir ħtif sistematiku tal-istituzzjonijiet li suppost huma awtonomi mill-Gvern biex jiddefendu lilna u jżommu lill-Gvern milli jagħmel li jrid. Imma l-Gvern ta’ Muscat qaleb kollox ta’ taħt fuq u qed jara kif l-istituzzjonijiet indipendenti jaħtafhom biex jiddefendu labbuż tal-poter tiegħu. Prim fost dawn l-istituzzjonijiet hu l-Korp talPulizija li spiċċa jeħles lil min messu tressaq il-Qorti u jressaq il-Qorti lill-innoċenti. Bżonn ta’ politika ġenwina ta’ verità Jekk hawn timbru għall-Prim Ministru Muscat u għall-Gvern tiegħu hu l-gideb: gideb oxxen, gideb fil-wiċċ. U l-mozzjoni li se jkun qed jiddiskuti l-Partit Nazzjonalista tiddikjara b’mod ċar li min jivvota ma jistax jibqa’ bejn ħaltejn jistaqsi jekk dak li jgħidu l-politiċi hux il-verità. Żgur m’għandux ikun it-tort tal-votant jekk ikun emmen lill-politiku; it-tort għandu jkun tal-politiku jekk dan ikun gideb, bħalma għamel il-Prim Ministru Muscat qabel u wara l-elezzjoni b’mod laktar ċar u qawwi u fil-wiċċ.

Stil ta’ ġdid ta’ politika li jegħleb it-tinwir tax-’xejn mhu xejn’ Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiddiskuti kif f’21 xahar dalGvern iddeġenera fl-ideoloġija tal-poter, fl-ideoloġija tal-ħtif ta’ flus il-poplu, il-politika tax-‘xejn mhu xejn’ li tfittex xi difett tal-passat mhux biex tirranġah imma biex tużah bħala skuża ħalli tagħmel sagrileġġ. Se tiddiskuti l-mod kif dal-Gvern iddeġenera fi kwistjonijiet li spiċċaw fil-Qrati f’kawżi minn fejn ħierġa tinten xamma ta’ ħmieġ.

Politika onesta Hu importanti li l-ħajja pubblika tiddiskuti l-politika onesta, bilpoter imxerred f’idejn in-nies u f’istituzzjonijiet awtonomi li jikkontrollaw l-abbuż tal-Gvern, mhux jiddefenduh. Politika ġenwina mhux dik tax-’xejn mhu xejn’. Politika li tħares il-ġid komuni, mhux tipprivatizzah ħalli xi ħadd iħaxxen butu askapitu tal-bqija. Dan hu l-bażi għal politika onesta li trid tkun il-programm tal-politiċi u tal-pajjiż.

13

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

Grand Operatic Concert 2014

Ikolli nistqarr li kienet serata tassew pjaċevoli dik li saret flAurora Opera House tal-Belt Victoria, nhar is-Sibt 8 ta’ Novembru 2014. Għal darba oħra l-Classique Foundation, ħolma taż-żagħżugħ Mro Joseph Debrincat li saret realtà fl-2009, tatna kunċert mill-aqwa ta’ mużika klassika u operistika bissehem tas-solisti Taljani ta’ fama internazzjonali, is-Sopran mwielda f’Cuneo Norma Fantini u t-tenur Luciano Ganci li twieled f’Ruma. B’ħeffa u ħila kbira Mro Joseph Debrincat deher qed jidderieġi lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, komposta minn sittin element, uħud minnhom ġejjin minn ħdax-il pajjiż differenti, kollha professjonali fil-qasam tagħhom. Ilkantanti solisti kienu fi klassi għalihom u waqt li serqu lapplawsi tal-pubbliku għal bosta drabi, b’ħeffa u ħlewwa liema bħalhom interpretaw arias operistiċi ta’ kompożituri magħrufa fosthom Puccini (il-favorit talMaestro), Verdi, Donizetti, Bizet,

Rossini u oħrajn. Il-kunċert kien imżewwaq ukoll bl-overture ‘La Forza del Destino’ kif ukoll bil-ballet music ‘Samson et Dalila’ ta’ Camille Saint-Saens. Ma nixtieqx inħalli barra mumenti fejn is-solisti ingħaqdu flimkien u b’sengħa u ġentilezza liema bħalhom interpretaw xi numri flimkien. Tassew Prosit lill-Classique Foundation għal din l-inizjattiva li niżlet ferm tajjeb fost dawk kollha li attendew fosthom ilPresident ta’ Malta u diversi mistednin distinti oħra. Kav Joe M Attard Victoria Għawdex

Twieġeb l-ETC

Nagħmel referenza għall-ittra ‘Korsijiet tal-ETC’ tas-Sur Daren Decelis, li dehret fil-ġurnal ‘InNazzjon’ ta’ nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Novembru 2014. Is-Sur Decelis qed jagħti limpressjoni li l-korsijiet tal-ETC jispiċċaw fit-tard, f’ħinijiet skomdi għall-klijenti tagħna. Nixtieq ninfurmak li l-korsijiet tal-ETC jingħataw matul il-ġurnata kollha biex kemm jista’ jkun naqdu l-ħtiġijiet tal-firxa wies-

25 sena ilu f'In-Nazzjon

għa ta’ klijenti tagħna, kemm filgħodu, kif ukoll filgħaxija. Normalment persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol jattendu għall-korsijiet filgħodu, filwaqt li persuni li jaħdmu matul il-ġurnata jattendu għall-korsijiet ta’ filgħaxija. Għall-kuntrarju talimpressjoni li pprova jagħti s-Sur Decelis, il-korsijiet tagħna ma jittardjawx aktar mid-8.45pm biex jispiċċaw. Nemmnu li dan huwa ħin raġonevoli. Fil-fatt ilkors qed jirreferi għalih is-Sur Decelis jispiċċa f’dan il-ħin. Is-Sur Decelis qed jistaqsi jekk tistax tinstab soluzzjoni għal dan u jekk hux possibbli li l-korsijiet isiru filgħodu. Ninfurmak ukoll li l-ETC diġà għamlet kuntatt mas-Sur Decelis u offrietlu biex jekk irid, ikompli l-kors li qed jagħmel matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Is-Sur Decelis għażel li ma jattendix għall-istess kors filgħodu minħabba raġunijiet personali. Jonathan Brimmer Senior Executive ETC, Ħal Far L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Il-Parlament ċaħad talba tal-Kap talOppożizzjoni Karmenu Mifsud Bonnici biex jaġġorna ħalli jiddiskuti dik li skont hu kienet kwistjoni urġenti, jiġifieri l-preżenza fil-port ta’ Marsaxlokk, tal-bastiment Amerikan Belknap. Dan għaliex ma ntqalx jekk fuqu hemmx jew le, armamenti nukleari. F’indirizz lill-Kamra, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami ddeskriva bħala redikolu u irresponsabbli min f’dawn iż-żminijiet jipprova joħloq polemika bla sens bħal din. Filwaqt li aċċerta lill-poplu Malti li la l-bastiment Amerikan u lanqas dak Sovjetiku li kienu se jilqgħu lil Bush u Gorbachev għas-Summit storiku f’Malta ma kienu qed iġorru l-armi nukleari, il-PM qal li f’dawk il-jiem Malta kienet fuq quddiem għall-paċi fid-dinja u fil-Mediterran. Fenech Adami wissa li jekk kien se jkun hemm min jittanta jaqla’ l-inkwiet f’dik l-okkażjoni unika għal Malta, ibatu l-poplu u l-pajjiż, waqt li wiegħed li l-Gvern kien se jwieġeb bis-saħħa kollha.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

14

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Ewropa Nanna

Li l-Papa Franġisku għandu mħabba partikolari għan-nanniet nafuha, b’mod speċjali għal nanna minn tiegħu li kellha sehem importanti fl-istorja ta’ fidi u vokazzjonali tiegħu. Spiss ifakkar lis-semmiegħa tiegħu biex jgħożżu lin-nanniet (u lillanzjani b’mod ġenerali) għallgħerf u l-imħabba li dawn jistgħu joffru lill-ġenerazzjonijiet li telgħin. L-istess meta jxebbaħ lillpredeċessur tiegħu, il-Papa Emeritu Benedittu XVI, ma’ nannu għażiż u għaref li jsostni ‘l-familja bil-preżenza tiegħu. Iżda meta l-Papa Franġisku xebbaħ lill-Ewropa ma’ nanna ma kienx qed jgħidha b’kumpliment. Dan għamlu waqt żjara qasira iżda intensiva lill-organi tal-Unjoni Ewropeja fi Strasburgu iktar kmieni din ilġimgħa. Hu u jindirizza lillParlament Ewropew qal dan ilkliem: “F’ħafna oqsma nieħdu impressjoni ġenerali ta’ għejja u xjuħija, ta’ Ewropa li issa saret ‘nanna’, u m’għadhiex fertili u dinamika. B’riżultat ta’ dan, lidejat il-kbar li darba ispiraw lillEwropa donnhom tilfu l-ġibda tagħhom, u sempliċiment ġew mibdula mat-teknikalitajiet burokratiċi tal-istituzzjonijiet tagħha.” Fi kliem iktar sempliċi l-Papa donnu kien qed jilmenta ttelfa ta’ Ewropa li xi darba kienet fuq quddiem fil-filosofija, fl-arti, f’kulma hu uman u sabiħ, u li parrtet dan kollu ma’ istituzzjonijiet u programmi li l-pern tagħhom huwa biss l-interessi ekonomiċi u politiċi. Kien diskors profetiku li ntlaqa’ tajjeb ħafna, ħlief għal dawk il-ftit vuċijiet tas-soltu li diġa qabel semgħu dak li kellu x’jgħid ipprotestaw kontra żżjara ta’ Franġisku għax rawha bħala theddida għas-sekolariżmu tal-Ewropa. Iżda l-osservaturi kollha raw dan id-diskors bħala wieħed f’kontinwità sħiħa ma’ diskorsi li għamlu f’okkażjonijiet simili il-papiet San Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI. Franġisku talab lill-Ewropa biex terġa’ tpoġġi d-dinjità talbniedem fl-ewwel post fil-ħidma tagħha: li ma tirriduċix lill-bniedem għal sempliċi ingranaġġ filmakkinarju ekonomiku. Meta nibdew nqisu l-valur tal-bniedem biss skont ma jista’ joffri fuq livell finanzjarju inkunu mhux biss qed inneżżgħuh mid-dinjità għolja li biha żejnu l-Ħallieq, iżda wkoll nibdew niskużaw dik limġieba li tneżżgħu saħansitra mill-ħajja. F’dan ir-rigward kien qawwi ħafna d-diskors ta’ Franġisku: minkejja li kellu quddiemu udjenza mimlija fehmiet differenti dwar kwistjonijiet ta’

Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com

Franġisku sa mill-bidu tal-pontifikat tiegħu wera qrubija partikolari lejn il-foqra, u b’mod partikolari lejn dawk affettwati mill-pjaga tal-immigrazzjoni ħajja u etika, xejn ma ddejjaq jitkellem kontra l-abort, lewtanażja, l-isperimentazzjoni fuq l-embrijuni u l-abbandun talanzjani sempliċiment għax m’għadhomx iktar ‘utli’ għassoċjetà. Din il-“kultura tar-rimi” li lPapa spiss jikkritika wasslitu sabiex iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew jiffoka wkoll dejjem iktar fuq it-tkattir tax-xogħol u fuq il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li għandhom ikunu rispettati u mħarsa. Tkellem ukoll dwar iċ-ċentralità tal-familja li għandha tiġi mgħejjuna u msaħħa b’kull mezz. L-istess japplika għallmigranti. Franġisku sa mill-bidu tal-pontifikat tiegħu wera qrubija partikolari lejn il-foqra, u b’mod partikolari lejn dawk affettwati mill-fenomenu tal-immigrazzjoni, kemm dawk li jagħmlu lvjaġġ terribbli biex ifittxu ħajja ġdida, u kif ukoll dawk li jkollhom jilqgħuhom. F’appell imqanqal lill-Parlamentari Ewropej il-Papa talabhom ma jħallux il-Mediterran ikompli jsir ċimiterju enormi. Ħeġġeġ għal risposta unita u magħquda sabiex il-pajjiżi differenti ma jiġux sfurzati joħolqu soluzzjonijiet partikolari frott il-paniku jew ilbiża’ quddiem dan il-fenomenu. Dan kollu ma jfissirx li l-Papa tkellem biss fuq kwistjonijiet li

Franġisku talab lill-Ewropa biex terġa’ tpoġġi d-dinjità tal-bniedem fl-ewwel post fil-ħidma tagħha: li ma tirriduċix lill-bniedem għal sempliċi ingranaġġ fil-makkinarju ekonomiku

huma tradizzjonalment għal qalb il-Kattoliċi. F’ġest li lkoll għandhom japprezzaw iddefenda wkoll l-ambjent u rrifletta l-fatt li tteoloġija Nisranija tara lill-bniedem imqiegħed mhux biex ikun sid tal-ħolqien (fis-sens li jisfruttah), iżda ħarries (bl-ingliż “steward”). Bir-raġun allura lPapa kkundanna l-ħela ta’ ikel u riżorsi u fakkar li l-bniedem mhuwiex biss suġġett ta’ drittijiet, iżda wkoll ta’ dmirijiet li

jmorru id f’id magħhom. Għalkemm id-diskors tal-Papa ma kienx wieħed reliġjuż wisq (wara kollox dan kien indirizz lil istituzzjoni lajka, mhux priedka) ma setax ma jistedinx lil dawk preżenti biex jippermettu lillEwropa tkun iktar miftuħa għattraxxendenti (jiġifieri għal dak li hu lilhinn mill-bniedem: iddivin). Huwa ppreżenta dan ilftuħ bħala duwa kontra l-fundamentaliżmu u għaldaqstant talab

lill-Ewropa ma tinsiex l-għeruq reliġjużi tagħha. Fl-aħħar il-Papa sejjaħ għal restawr tal-Ewropa għal dak li kienet għal tant snin: kapaċi tħares ‘il fuq (lejn l-idejali għoljin, u fuq kollox lejn Alla) filwaqt li tħares ukoll ‘l isfel: lejn kull bniedem li jistħoqqlu kull ħarsien u rispett. Hekk biss, qal, tkun tista’ timxi l-quddiem b’fiduċja u kuraġġ fuq il-mewġ tal-istorja.


www.maltarightnow.com

15

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Renju ta’ terrur mill-estremisti f’Derna IL-LIBJA

Il-gruppi tal-milizzji armati li jikkontrollaw il-belt ta’ Derna, lejn il-Lvant tal-Libja, qed jitterrorizzaw lir-residenti li, illum, spiċċaw suġġetti għall-esekuzzjonijiet, minbarra swat fil-pubbliku u tipi oħra ta’ abbuż vjolenti. L-atroċitajiet qed isiru flassenza tal-awtoritajiet tal-Istat u l-amministrazzjoni tal-liġi, bilgruppi tal-milizzji jinkludu estremisti meqjusa bħala ‘fergħa’ tal-moviment Stat Iżlamiku (ISIS) li qed iwettaq il-massakri fl-artijiet li jikkontrolla fl-Iraq u fis-Sirja. Il-Human Rights Watch iddokumenta talanqas tliet każi fejn in-nies inqatlu kiesaħ u

biered, bi stil ta’ esekuzzjoni, f’Derna. Dawn il-każi, minbarra, każi oħra fejn ir-residenti sfaw imsawwtin bil-frosta quddiem ilpubbliku, saru fuq l-inizjattiva tal-Kunsill taż-Żgħażagħ Iżlamiċi ta’ Shura – entita estremista li għadha kemm ħalfet lealta lill-ISIS. Iddokumentati wkoll hemm ilkażi fejn tliet residenti ta’ Derna spiċċaw b’rashom maqtugħa u li qed jitqiesu bħala delitti talgwerra. Ma dan, wieħed iżid numru sostanzjali ta’ każi fejn inqatlu l-uffiċjali pubbliċi, limħallfin, il-membri tal-qawwiet tas-sigurta u oħrajn, inklużi nnisa, b’dawn id-delitti jidhru li għandhom aspett politiku.

Sarah Leah Whitson, idDirettur ta’ Human Rights Watch għal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, ikkonfermat li ‘l-milizzji estremisti li qed jikkontrollaw Derna fl-assenza tal-awtoritajiet stabbiliti qed imexxu programmi ta’ terrur kontra r-residenti’. Hi wissiet li l-kmandanti tal-milizzji jridu jifhmu li jistgħu jkunu proċessati fuq livell domestiku jew internazzjonali, minħabba labbużi gravi tad-drittijiet umani mill-qawwiet tagħhom. Minbarra l-Kunsill ta’ Shura, hemm aktar milizzji estremisti f’Derna u l-madwar, li jinkludu ġellieda tal-gruppi Ansar alSharia u l-’Brigata tal-Martri’, Abu Saleem.

IR-RENJU UNIT: Ritratt maħruġ mil-London Metropolitan Police li juri l-iskeda tat-taħriġ f’kamp tal-ISIS f’Latakia, fis-Sirja. Dan b’rabta mal-każ ta’ żewġt aħwa Ingliżi minn Stratford, fil-Lvant ta’ Londra, li ntbagħtu l-ħabs. L-aħwa kienu rritornaw lura fir-Renju Unit wara li marru s-Sirja biex jitħarrġu mal-ISIS. Mohommod Hassin Nawaz, ta’ 31 sena, kien ikkundannat għal erba’ snin u nofs ħabs u Hamza Nawaz, ta’ 22 sena, kien ikkundannat għal 3 snin ħabs. Huma kienu l-ewwel ċittadini Ingliżi li ttieħdu passi kontrihom meta rritornaw misSirja wara li kienu marru hemm biex jissieħbu mal-ISIS. (Ritratt:EPA)

Ikompli jonqos il-prezz taż-żejt L-OPEC

IL-GREĊJA: Uffiċjal tas-sigurta’ Grieg isellem lil-lanċa tal-Gwardja tal-Kosta hekk kif tidħol f’Ierapetra fi Kreta. Abbord il-lanċa kien hemm xi wħud mis-700 immigrant li kienu abbord il-vapur ‘Baris’ li kien qed jinġarr mill-kurrenti madwar 70 kilometru minn Kreta wara li żviluppat ħsara fil-makni. (Ritratt: EPA)

Inkwiet dwar l-aspett militari tar-Russja IN-NATO

L-Ogħla Kmandant militari tan-NATO, il-Ġeneral Philip Breedlove, wissa li l-impenji militari tar-Russja fil-Penisola tal-Krimea jistgħu jintużaw bliskop li Moska tikkontrolla rreġjun kollu tal-Baħar l-Iswed. Meta tkellem fi Kiev, Breedlove – li kien għaddej bittaħditiet fuq livell għoli malMexxejja tal-Ukrajna — qal li l’assi militari’ li r-Russi qed jistallaw fil-Krimea għandhom ikollhom effett ‘fuq il-Baħar lIswed kollu’.

Ir-Russja, f’Marzu, kienet ħatfet il-Penisola tal-Krimea lillUkrajna u għaqqditha mat-territorju tagħha, Intant, il-Ministeru tad-Difiża Russu qal, din ilġimgħa, li qed jibgħat 14 il-jet lejn il-Krimea bħala parti minn skwadra ta’ 30 ajruplan militari li għandha tkun stazzjonati filpenisola. In-NATO taf ukoll li numru kbir ta’ truppi Russi huma attivi fl-Ukrajna fejn qed iħarrġu lirribelli separatisti li jridu l-għaqda ma’ Moska.

Il-prezz taż-żejt naqas millġdid anki waqt li l-pajjiżiprodutturi kienu qed iħejju għallaqgħa tal-OPEC, ilbieraħ, fi Vjenna, fl-Awstrija. Dan ukoll meta d-data uriet li l-ħażniet tażżejt mhux raffinat żdiedu matul il-ġimgħa li għaddiet. Skont l-istatistika tal-US Energy Information Administration, il-ħażniet tażżejt mhux raffinat ( kummerċjali) tal-Istati Uniti żdiedu b’1.9 miljun barmil fuq tal-ġimgħa

preċedenti. Sadanittant, ladarba ħarġet din id-data, il-prezz taż-żejt mhux raffinat (Brent crude) naqas bi 58 ċenteżmu għal $77.75 il-barmil. It-tnaqqis fil-prezz seħħ ukoll meta l-Arabja Sawdija indikat li m’għandhiex tinsisti għal tnaqqis fil-produzzjoni taż-żejt, bħala miżura li tgħin għal prezzijiet aktar għoljin. Il-Veneżwela u lIraq huma fost il-membri talOPEC li sejħu għall-qtugħ filproduzzjoni.


www.maltarightnow.com

16

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Imkisser grupp li kien responsabbli għal 90 % tal-ewro foloz fid-dinja L-ITALJA

IR-RUSSJA: L-attur Amerikan Mickey Rourke jistriħ waqt taħriġ tal-boxing f’Moska. Rourke, li għandu 62 sena, illum se jiġġieled kontra Amerikan ieħor, Elliot Seymour, fil-kapitali Russa. Rourke snin ilu kien spiċċa minn attur biex imur jaħdem bħala boxer. (Ritratt: EPA)

Ħatra importanti għal oħt Kim IL-KOREA TA’ FUQ

Kim Jong-un, id-ditattur talKorea ta’ Fuq, ħatar lil oħtu żżgħira bħala Viċi-Direttur talKumitat Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq – kariga fost l-aktar importanti fit-tmexxija tal-pajjiż. Ftit hu magħruf dwar Kim Yo-jong, li jingħad għandha ftit aktar minn 20 sena.

Mifhum li l-ewwel darba li hi dehret fil-pubbliku kienet waqt il-funeral ta’ missierha, Kim Jong-il, fl-2011. Imbagħad, Kim Yo-jong bdiet tidher takkumpanja lil ħuha waqt xi attivitajiet iżda mingħajr ma ngħatat id-deskrizzjoni ta’ kariga potenzjali. Osservaturi

qalu li, b’din il-ħatra, Kim Yojong se jkollha rwol importanti ta’ appoġġ għat-tmexxija ta’ Kim Jong-un. Id-dittatur, Kim Jong-un, u oħtu mifhumha li huma qrib ħafna ta’ xulxin u kienu intbagħtu anki lejn l-istess skola fl-Iżvizzera.

Il-Pulizija Taljana rnexxielha tkisser grupp kriminali li kien responsabbli għal 90 fil-mija talewros foloz li qed jiċċirkolaw fid-dinja. B’rabta mal-dan il-każ, il-Pulizija ħarġu 56 mandat ta’ arrest. Il-grupp kien meqjus bħala lakbar għadu tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-grupp, imlaqqam ‘il-Grupp ta’ Napli’, kien magħmul minn 11-il grupp kriminali u kull wieħed kellu parti fil-falżifikazzjoni ta’ flus. L-awtoritajiet Taljani qalu li l-grupp tant kien sfaċċat li saħansitra kien ħareġ karta tal-flus ta’ 300 euro – denominazzjoni li ma teżistix – u ċċirkulawha fil-Ġermanja. Il-Pulizija Taljana qalet li lgrupp kien ibbażat f’Napli iżda

kellu rabtiet ma’ gruppi kriminali madwar l-Ewropa u fitTramuntana tal-Afrika. Il-grupp mhux biss kien jipproduċi l-karti tal-ewros foloz iżda daqstant ieħor muniti tal-ewro u ż-żewġ ewro, kif ukoll bollol foloz u biljetti tal-lotterija. Tul sentejn ta’ investigazzjoni, il-Pulizija sekwestraw 5,500 ewro foloz għall-valur ta’ miljun ewro. L-investigazzjoni sabet impjant għall-istampar tal-flus tal-karta f’Arzano, subborg ta’ Napli, u zekka għall-muniti f’Gallicano, qrib ta’ Ruma. L-investigaturi qalu li l-Grupp ta’ Napli kien irnexxielu jikseb il-kontroll sħiħ tas-suq internazzjonali tal-ewro foloz peress li kien jifqa’ lis-suq bihom.

L-AFGANISTAN: Ix-xena ta’ attack suwiċida li sar ilbieraħ kontra vettura tal-Ambaxxata Ingliza f’Kabul. Fl-attakk ħames persuni nqatlu fosthom Ingliż. (Ritratt: EPA)

Riżenja ta’ Ministru SPANJA

Ana Mato, il-Ministru tasSaħħa, irriżenjat mill-kariga wara li kienet implikata fi skandlu ta’ korruzzjoni. Dan wara li l-eksraġel tagħha, Jesus Sepulveda, kien implikat f’każ kbir ta’ korruzzjoni. IlQorti qalet li Mato ma għamlet ebda qliegħ personali milliskandlu li fih hu implikat l-

eksraġel, iżda minkejja dan hi se jkollha tattendi għas-smiegħ filqorti bħala parti interessata filkaż. Mato qalet li hi ma wettqet ebda reat iżda kienet qed tirriżenja għall-ġid tal-Gvern. Il-każ hu marbut ma’ skandlu ta’ finanzjament illegali tal-Partit Popolari Spanjol li jinsab fil-Gvern.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jemmnu li għadhom intatti l-magni ta’ ajruplan li għeb IL-MALASJA

Il-magni tal-Boeing 777 talMalaysian Airlines li, f’Marzu, sparixxa waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn iċ-Ċina, x’aktarx li għadhom intatti filqiegħ tal-oċean u għad jistgħu jkunu ‘strumentali’ fis-sejba tal-ajruplan traġiku li ilu nieqes minn dak iż-żmien. Dan qaluh uffiċjali flAwstralja, meta tliet vapuri bit-tagħmir speċjalizzat ġabru data dwar zona, f ’qiegħ loċean, ‘li fiha daqs l-Istat (Amerikan) ta’ Florida’. Ilħidma, madankollu, ma pprovdietx ir-riżultati konkreti, bl-awtoritajiet għadhom qed jistennew għall-iċken

L-AWSTRALJA: Siġra tal-Milied magħmula mil-Lego tidher għall-wiri f’Pitt Mall Street f’Sydney. Biex saret din is-siġra ntużaw nofs miljun biċċa Lego minn ħames persuni li damu 1,200 siegħa biex bnewha. Is-siġra hi għolja għaxar metri. (Ritratt: EPA)

Iwaqqfu rappurtaġġ dwar l-investigazzjoni ta’ eks Ministri IT-TURKIJA

Qorti fit-Turkija ipprojbiet lillistampa lokali milli tirrapporta dwar investigazzjoni parlamentari dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni kontra erba’ eks Ministri – bl-Oppożizzjoni ssostni li dan il-pass jammonta għal miżura intiża biex ‘tipproteġi lill-ħallelin’. Min-naħa tiegħu, il-President u eks Prim Ministru tat-Turkija, Tayyip Erdogan, fisser l-iskandlu tal-korruzzjoni bħala kumplott biex hu jitwarrab mill-poter. Flistess ħin, il-qrati fit-Turkija qegħdin iwaqqgħu numru ta’ każi, inklużi dawk imressqa kontra l-ulied ta’ tliet Ministri u negozjanti li huma qrib ta’ Erdogan. Issa, id-digriet li jipprojbixxi lill-istampa milli tindaga dwar linvestigazzjoni rigward l-eks Ministri jinsisti li l-miżura taħseb ‘biex id-drittijiet personali talindividwi inkwistjoni ma jkunux mittiefsa’. Dan fil-każ tal-eks-Ministri Torok li kienu responsabbli,

rispettivament, mill-Intern, lEkonomija, l-Ambjent u lAffarijiet konnessi mal-Unjoni Ewropea. F’Mejju li għadda, kienet twaqqfet kummissjoni parlamentari biex tanalizza l-files tal-prosekuturi li jallegaw l-imġieba ħażina tal-Ministri – li min-naħa tagħhom jiċħdu l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Din il-kummissjoni ltaqgħet għall-ewwel darba f’Lulju u għandha tikkonkludi lħidma tagħha sas-27 ta’ Diċembru. Sadanittant, l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Torok fissret iddigriet li jwaqqaf lill-istampa milli jirrapporta dwar l-investigazzjoni tal-eks Ministri bħala ‘forma ta’ ċensura’. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Torka, Kemal Kilicdaroglu, akkuża lilliSpeaker tal-Parlament, Cemil Cicek, talli ‘ħa l-inizjattiva’ għal din il-miżura u staqsa, waqt laqgħa f’Istanbul, ‘sa minn meta l-Parlament Tork assuma rwol intiż biex jipproteġi lill-ħallelin‘.

17

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

traċċi tal-ajruplan inkwistjoni. L-investigaturi, issa, qed jużaw l-aktar tagħmir li jaħsbu li jikkorrispondi għat-tfittxija speċifika, b’Peter Foley, li qed jikkoordina l-impenn talAustralian Transport Safety Bureau, ifisser li meta huma stipulaw il-ħteġiet għal din ittfittxija, l-awtoritajiet involuti kkunsidraw l-iċken oġġetti li jridu jkunu indikati. Foley, li kien qed ikellem lill-istampa f’Canberra, sostna li huma jafu li l-magni u llanding gear tal-ajruplan Malasjan kellhom jibqgħu relattivament intatti – bilmagni turbofan tal-Boeing 777

ikunu l-akbar li jista’ jġorr kwalunkwe ajruplan kummerċjali. Hemm ukoll il-possibbilta li l-Boeing għadu ‘relattivament intatt’ u Foley jgħid li jekk dan hu l-każ, l-esperti ‘jkunu jistgħu jaraw xi ħaġa aktar kompluta fejn tidħol l-istruttura tal-ajruplan’. Din it-teorija tibbaża fuq ilkaż tal-ajruplan, Airbus A330, tal-Air France li l-fdalijiet tiegħu kienu nstabu sentejn wara li kien iġġarraf fl-Oċean Atlantiku, f ’Novembru tal2009. Il-magni ta’ dan l-Airbus kienu ta’ daqs simili għal talBoeing 777.



www.maltarightnow.com

19

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

MALTCO

Iċ-ċokon ta’ pajjiżna ndawruh favur l-operat tagħna

Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna

Messaġġ pożittiv permezz tal-Fun Run 2014 b'risq il-Malta Community Chest Fund

Nhar il-Ħadd li għadda aktar minn 16,000 persuna minn kull strada tas-soċjetà Maltija u Għawdxija ngħaqdu flimkien f'dik li llum il-ġurnata saret ilFun Run annwali organizzata mill-Malta Community Chest Fund – attività li ssir biex mhux biss tintwera solidarjetà ma' persuni bi bżonnijiet speċjali, imma wkoll biex jinġabru fondi importanti ħalli jintużaw għal kawżi ġusti. Din il-Fun Run b'risq il-Malta Community Chest Fund saret appuntament ta' kull sena fiss filkalendarju tal-attivitajiet organizzati f'dawn iż-żminijiet tassena meta kulħadd, xi ftit jew wisq, iwarrab it-temi tas-soltu u jiffoka xi ftit aktar fuq l-importanza tas-solidarjetà, tal-volontarjat u tal-impenn b'risq persuni bi bżonnijiet speċjali. Fost l-organizzazzjonijiet li nhar il-Ħadd li għadda ħadu sehem f'din il-Fun Run kien hemm grupp sabiħ ta' impjegati mill-kumpanija Maltco Lotteries li ngħaqdu flimkien u ġrew id-

distanza biex huma wkoll iwasslu vuċi pożittiva favur kawżi ta' persuni fil-bżonn. Kien ġest altruwistiku millaqwa u mill-isbaħ li ħaddiema jingħaqdu flimkien u flimkien ma' eluf ta' persuni oħra minn kumpaniji u soċjetajiet oħra jagħmlu din il-ġirja simbolika li għandha effett pożittiv qawwi fuq is-soċjetà Maltija b'mod inġenerali. Jalla dan l-appuntament ta' Maltco Lotteries f'din lattività annwali jkun wieħed li jibqa'. Fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu ta' kuljum hu faċli ħafna li ninqabdu f'rutina ta' xogħol, ċifri, miri, servizzi, produzzjoni... u ninsew il-bażi ta' kollox. U lbażi ta' kollox hi l-għeruq tassoċjetà li tassigura li tgħin lil dak u lil dik biex huma wkoll jimxu 'l quddiem u ma jaqgħux lura. Dan hu periklu kostanti ħafna u għalhekk hu ġest sabiħ u ammirevoli li kumpaniji bħal Maltco Lotteries jagħtu s-sehem tagħhom biex ħadd ma jaqa' lura.

L-istorja ta' suċċess li Maltco Lotteries kitbet fil-gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar għaxar snin hi waħda li tagħmel isem sabiħ mhux biss lill-istess kumpanija u lill-impjegati u lillaġenti tagħha mxerrda ma' Malta u Għawdex, imma tagħmel unur u ġieħ ukoll lil pajjiżna li fix-xena internazzjonali, minkejja ċ-ċokon tagħna, jibqa' jaċċella u jiżboq u jkun minn ta' quddiem. Tajjeb li nkomplu nkunu xprun għal kumpaniji kbar li jħarsu lejna b'ammirazzjoni u jikkupjaw ittajjeb tagħna. Dan għalina hu ta' unur kbir u fl-istess ħin hu wkoll ta' motivazzjoni kbira biex nissoktaw naħdmu u nġibu aktar riżultati pożittivi u dinamiċi. Hi din it-taħlita ta' ħidma professjonali matul is-sena u ta' parteċipazzjoni f'inizjattivi bħal dawn li tkompli tgħolli l-isem tagħna u ta' kumpaniji oħrajn serji li ma jfittxux biss l-operat strett tagħhom, imma anki li jinfetħu u jkunu disponibbli għassoċjetà kollha.

L-ekonomija ta’ pajjiżna hi relattivament waħda ċkejkna meta mqabbla ma’ dak li jiġġeneraw pajjiżi ferm akbar minna. Iċ-ċifri li nitkellmu dwarhom f’Malta meta niġu biex nitkellmu dwar Baġit, dħul u ħruġ huma relattivament żgħar meta paragunati mat-turnovers ta’ pajjiżi akbar minna kemm flEwropa kif ukoll lil hinn millkontinent li ngħixu fih aħna. Madankollu ċ-ċokon f’dan irrigward m’għandux jittieħed bħala żvantaġġ jew xi ħaġa li għandu jikkundizzjona l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna. Mhux biss għax irridu nagħmlu l-paraguni fuq livell ta’ ras għal ras, imma anki għax minkejja ċċokon tagħna rridu napprezzaw li għandna potenzjal qawwi ħafna u li finalment il-prodott Malti jħabbatha tajjeb ħafna ma’ dak li pajjiżi ferm akbar minna kapaċi jipproduċu. Dak li qed jiġri fl-industrija tal-gaming jwassal messaġġi ċari ħafna li tajjeb li jinqraw bilgħaqal u bl-aktar mod oġġettiv. Sa ftit tas-snin ilu għal pajjiżna lindustrija tal-gaming kienet tikkonsisti biss f’Dipartiment tal-Lottu Pubbliku u casino wieħed. Grazzi għall-investimenti li saru matul is-snin, minn industrija li kienet timpjega ftit għexieren ta’ persuni u li kienet tiġġenera biss ftit miljuni ta’ flus, illum għandna sitwazzjoni fejn fl-industrija tal-gaming hawn impjegati eluf ta’ persuni u tturnover jammonta għal miljuni kbar ta’ ewro. U dan kollu minkejja li pajjiżna hu ċkejken. Iżda l-potenzjal ta’ Malta f’dan is-settur hu wieħed qawwi ħafna tant li ċ-ċokon tagħna qed jirnexxielna ndawruh favur tagħna tant li l-vantaġġi li nistgħu nieħdu, qed nisfruttawhom tajjeb ħafna għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Kontribut mill-aktar importanti f’dan is-settur hu dak mogħti mill-kumpanija Maltco Lotteries

li tul is-snin għarfet taqra s-sinjali taż-żminijiet u tibdel favur tagħha l-isfidi li ltaqgħet magħhom. Aħna f’Maltco Lotteries inħobbu ngħidu li matul is-snin konna kapaċi nbiddlu favur tagħna l-isfidi li ffaċċjajna u minn sfidi kkonvertejnihom f’opportunitajiet li llum qed ikomplu jissarrfu f’ġid mhux biss għalina, imma anki għal tant u tant familji li direttament jew indirettament jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz ta’ Maltco, imma anki għall-ekonomija talpajjiż. It-triq ’il quddiem hi waħda eċċitanti ħafna. Naturalment lisfidi ma jonqsux u qegħdin hemm biex ikomplu jixprunawna nissoktaw naqdfu fid-direzzjoni li tkompli tagħti aktar riżultati. Għalina hu ta’ sodisfazzjon li jiġu Malta protagonisti flindustrija tal-gaming f’pajjiżi ferm akbar minna – kif kellna dan l-aħħar proprju minn Taiwan – u dawn jgħidulna li mhux biss jissaħħru bl-operat tagħna, imma anki li għandhom ħafna x’jitgħallmu minna. Lill-ħbieb tagħna minn Taiwan kellna l-opportunità li ndawruhom mhux biss malkumpanija fejn iltaqgħu wkoll mal-impjegati, imma anki ttieħdu jżuru wħud mill-points of sale li għandna f’Malta u meta raw is-servizzi li qed noffru kif ukoll il-mod kif qed inwasslu l-prodotti tagħna, ir-reazzjoni tagħhom kienet waħda ta’ ammirazzjoni u ta’ kongratulazzjoni. Qabel ħallew Malta dawn ilkollegi tagħna f’Taiwan fissru mhux biss is-sodisfazzjon tagħhom għal din iż-żjara, imma anki li lesti jmorru lura pajjiżhom b’ħafna affarijiet sbieħ u pożittivi li tgħallmu millesperjenza tagħhom hawn Malta waqt din iż-żjara li żgur li xprunathom iniedu servizzi, prodotti u viżjoni mġedda f’pajjiżhom ukoll fl-industrija talgaming.


www.maltarightnow.com

20

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

PERSONALITAJIET

ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (42)

Fis-snin Tletin kien inkwetat dwar in-Naziżmu u ried li l-Ingilterra tibni qawwa tal-ajru b’saħħitha Winston Leonard Spencer Churchill twieled f’familja aristokratika fit-30 ta’ Novembru, 1874, f’Blenheim Palace f’Oxfordshire, l-Ingilterra. Kien ilkbir fost iż-żewġ ulied subien li kellhom Lord Randolph Churchill u Lady Churchill, li kienet Amerikana. Meta Winston beda jmur l-iskola, ma tantx kien jimpressjona. Beda juri wkoll li kien rasu iebsa. Il-ġenituri tiegħu ftit li xejn kien ikollhom ħin għalih. Meta kellu sitt snin, twieled ħuh John. Iżda ddifferenza bejniethom fl-età ftit li xejn għenet biex ikunu tassew kumpanni ta’ xulxin. Meta kellu 12-il sena, Winston daħal l-Iskola Harrow, li kienet skola indipendenti ewlenija. Fejn l-istrudenti kienu jgħixu fil-kumpless tal-iskola stess. Tul il-karriera skolastika tiegħu, kien ikun dejjem fost tal-aħħar fir-riżultati li jiksbu l-istudenti fil-klassi tiegħu. Madankollu, f’Harrow huwa beda jissaħħaħ fl-għożża tal-ilsien Ingliż. Meta kiber qal li hemmhekk daħlet f’għadmu listruttura essenzjali tas-sentenza ordinarja tal-Ingliż. Fl-1893, fl-età ta’ 18-il sena, Winston daħal il-Kulleġġ Militari Rjali, f’Sandhurst. Mill-eżami taddħul irnexxielu jgħaddi t-tielet darba li pprova jagħmel dan; fiddarbtejn ta’ qabel ma għaddiex. F’Sandhurst, ma damx ma beda jkun fuq quddiem fl-iktar żewg suġġetti importanti: it-tattika u lfortifikazzjonijiet. Fil-gradwazzjoni ġie minn ta’ quddiem. Fl-1895, meta Churchill kellu 21 sena, seħħew żewġ ġrajjiet importanti f’ħajtu: miet missieru u Winston inħatar logutenent tattieni klassi fil-4th Hussars, li kien riġment tal-kavallerija msemmi.

Esperjenzi militari Il-Logutenent Churchill kien ħerqan ħafna li jkollu esperjenza ta’ xi taqbida. Dak iż-żmien, ilpoplu ta’ Kuba kien qed jirvella kontra l-ħakkiema tiegħu Spanjoli. Meta kien bil-frank, Churchill uża l-influwenza tal-familja tiegħu biex irranġa ħalli jmur Kuba bħala osservatur mal-Ispanjoli. Meta kien hemm, kiteb numru ta’ artikli dwar l-inkwiet li kien qed iseħħ, għal gazzetta ta’ Londra. Minn Kuba reġa’ lura Londra b’ġibda speċjali għas-sigarri Kubani, ġibda li baqgħet miegħu tul ħajtu kollha. Fl-1896, ir-riġment ta’ Churchill intbagħat Bangalore, fin-naħa t’isfel tal-Indja. Hemmhekk Winston

Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt

kellu ħin biżżejjed biex jibda jaqra ħafna mill-kotba li kien tahom lġenb meta kien għadu jistudja. Biss fl-1897, huwa twebbel li jmur fiz-zona ta’ inkwiet li kien feġġ bejn qawwiet Brittaniċi u ġellieda Pushtun. Kiseb il-frank mir-riġment tiegħu u rranġa ma’ żewġ gazzetti biex jinkarigawh jirrapporta għalihom. Fil-post tal-ġlied, ingħaqad mal-Malakand Field Force u ħa sehem f’xi taqbid. Meta reġa’ lura Bangalore, kiteb lewwel ktieb tiegħu: The story of the Malakand Field Force. Meta kien qed jikteb il-ktieb, flEġittu kienet qed tinbena qawwa Brittanika biex tinvadi s-Sudan.

Winston Leonard Spencer Churchill twieled f’familja aristokratika fit-30 ta’ Novembru, 1874, f’Blenheim Palace f’Oxfordshire, l-Ingilterra

Fl-Afrika t’Isfel, il-Boeri assaltaw it-tren li Churchill kien qed jivvjaġġa fuqu. Churchill inqabad u ġie maqful, iżda rnexxielu jaħrab. Darba fil-beraħ, beda jgħaddi minn tren tal-merkanzija għal ieħor sakemm rnexxielu jaqsam 480 kilometru ta’ territorju li kien f’idejn l-għadu biex wasal fejn kienu l-Brittaniċi. L-Ingliżi bdew iqisuh eroj

Churchill ra kif għamel biex ittrasferewh għal din il-qawwa u għal darba oħra rranġa ma’ gazzetta biex jirrapporta għaliha minn fuq il-post. Huwa ħa sehem fil-Battalja ta’ Omdurman u meta mar lura l-Ingilterra, fl-1898, kiteb il-ktieb The River War. Churchill kien għadu qed jikteb it-tieni ktieb tiegħu meta rriżenja mill-armata u kkontesta l-elezzjoni għall-Parlament bħala kandidat tal-Partit Konservattiv f’Oldhan, belt f’Lancashire. Madankollu, leletturi ta’ Oldham, li bosta minnhom kienu ħaddiema b’ġibda lejn il-Partit Liberali, ma tellgħuhx.

Meta, fl-1899, bdiet il-Gwerra tal-Boeri, konflitt bejn il-Brittaniċi u nies ta’ oriġini Olandiż, gazzetta Ingliża nkarigat lil Churchill biex jirrapporta għaliha minn fuq il-post tal-ġlied fl-Afrika t’Isfel. Ftit wara li Churchill wasal l-Afrika t’Isfel, il-Boeri assaltaw it-tren bl-armi li huwa kien qed jivvjaġġa fuqu. Churchill inqabad u ġie maqful, iżda rnexxielu jaħrab billi żgiċċa lill-għassiesa u xxabbat mal-ħajt tal-ħabs. Darba fil-beraħ, huwa beda jgħaddi minn tren talmerkanzija għal ieħor sakemm rnexxielu jaqsam 480 kilometru ta’ territorju li kien f’idejn l-għadu biex wasal fejn kienu l-Brittaniċi.

L-Ingliżi bdew iqisuh eroj.

Rankatura politika Churchill reġa’ lura l-Ingilterra fl-1900. Hemmhekk, reġa’ taha għall-politika. Din id-darba, f’għajnejn il-votanti ta’ OIdham huwa kien bniedem qalbieni li kien jistħoqqlu jirrappreżentahom filParlament. Ġie elett. F’Jannar 1901, qagħad bilqiegħda għallewwel darba fil-House of Commons. Ġara li ċerti għażliet tal-Partit Konservattiv, li Churchill kien jagħmel parti minnu, ma bdewx jogħgbuh u beda joħroġ bil-kbir kontrihom. Fl-1904, kisirha għal kollox mal-Konservattivi u telaq mill-bankijiet tagħhom biex mar jingħaqad mal-Liberali. Fl-elezzjoni ta’ wara, li saret fl-1906, huwa ħareġ kandidat mal-Liberali u tela’. Għal ftit snin, ta servizz bħala Sotto-Segretarju tal-Istat għall-Kolonji, President tal-Bord tal-Kummerċ – l-ewwel kariga talkabinet li kellu, u Segretarju talIntern. Fit-12 ta’Settembru, 1908, Churchill iżżewweġ lil Clementine Hozier – żwieġ li nissel ħames ulied, li waħda minnhom mietet żgħira. Fl-1911, il-Prim Ministru

Herbert H. Asquith ħatar lil Churchill first lord tal-ammiraljat. Għażel lilu għaliex ħass li kellu bżonn mexxej sod quddiem ittisħiħ dejjem aktar tal-militar u lqawwiet navali tal-Ġermanja, u Churchill kien fost il-ftit nies flIngilterra li kienu jaħsbu li kien probabbli li jkun hemm gwerra mal-Ġermanja. Fl-1914, meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, ilflotta Brittanika kienet imħejjija. Fl-1915, Churchill ħeġġeġ attakk fuq id-Dardanelli u lPenisula ta’ Gallipoli, li t-tnejn kienu kontrollati mit-Torok. Ilkampanja falliet u t-tort waqa’ fuqu. Huwa rriżenja mill-ammiraljat izda żamm is-siġġu Parlamentari. Imbagħad ingħaqad mal-armata Brittanika fi Franza. F’Diċembru 1916, sar Prim Ministru Lloyd George li, f’Lulju 1917, ħatar lil Churchill Ministru tal-Munizzjon. L-impenji ta’ Churchill kienu jinkludu produzzjoni fuq skala kbira ta’ tank talgwerra li huwa kien ħeġġeġ li jiġi żviluppat meta kien fl-ammiraljat. L-Ewwel Gwerra Dinjija ntemmet f’Novembru 1918. F’Jannar ta’ wara Churchill inħatar Segretarju tal-Istat għall-Gwerra. Ftit qabel l-elezzjoni tal-1922, meta fil-Partit Liberali kienu


www.maltarightnow.com

21

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

PERSONALITAJIET

Il-kotra ħasset li l-akbar fattur fir-rebħa fuq in-Nazisti kienet it-tmexxija ta’ ħila tiegħu

Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, Churchill kien eroj għall-poplu Brittaniku. Il-kotra kienet tħoss li l-akbar fattur fir-rebħa fuq Adolf Hitler u l-qawwiet Nazisti kienet it-tmexxija ta’ ħila tiegħu

feġġew ċerti xquq, Churchill għadda minn operazzjoni fejn tneħħietlu appendiks akuta. Waqa’ lura fl-impenji tiegħu u l-kampanja li għamel f’dak il-perijodu ma kinitx biżżejjed biex jirnexxilu jżomm issiġġu tiegħu fil-Parlament. Fiż-żmien li kien barra lParlament, Churchill reġa’ beda jinklina lejn il-Partit Konservattiv u reġa’ ngħaqad miegħu. Fl-elezzjoni tal-1924, irritorna filParlament f’isem il-Partit Konservattiv. Il-Prim Ministru Stanley Baldwin ħatru Chancellor of the Exchequer, iżda fl-1929 ilKonservattivi tilfu l-elezzjoni. Kien biss fl-1939 li Churchill reġa’ kellu post fil-Kabinet Ingliż. It-Tieni Gwerra Dinjija Fis-snin ta’ wara l-1932, Churchill kien beda jitkellem u jikteb bi tħassib dwar il-firxa tanNaziżmu fil-Ġermanja. Il-bini talforzi armati Ġermaniżi kien jinkwetah qatigħ u beda jisħaq fuq il-bżonn li l-Ingilterra jkollha qawwa tal-ajru b’saħħitha. Madankollu, bdew jgħidulu li kien moħħu fil-gwerer. Il-Ġermanja Nazista kompliet tarma ruħha u sal-1938 kienet qed tikkontrolla l-pajjiżi ġirien tagħha. Churchill kien jikkritika b’saħħa l-

linja li kien miexi biha l-Prim Ministru Neville Chamberlain dwar in-Nazi. Kien jaraha linja dgħajfa. Nhar it-3 ta’ Settembru, 1939, iljum li fih l-Ingilterra u Franza ddikjaraw gwerra kontra lĠermanja, Chamberlain ħatar lil Churchill First Lord talAmmiraljat u membru tal-Kabinet tal-Gwerra. Sa April, 1940, Churchill sar Chairman talKumitat għall-Koordinament talMilitar. Fl-istess xahar, ilĠermanja attakkat id-Danimarka u n-Norveġja. L-Ingilterra kienet pronta tibgħat truppi tagħha fin-Norveġja, iżda dawn kellhom jerġgħu lura għax ma kellhomx appoġġ biżżejjed mill-ajru. Id-dibattitu parlamentari li sar dwar din il-ġrajja wassal għal vot ta’ sfiduċja filGvern ta’ Chamberlain, li kellu jirriżenja. Fl-10 ta’ Mejju, ir-Re Ġorġ VI inkariga lil Churchill biex jifforma gvern ġdid. Fl-istess jum, ilĠermanja invadiet il-Belġju, ilLussemburgu u l-Olanda, waqt li jumejn wara l-qawwiet Ġermaniżi daħlu wkoll fi Franza. Churchill kellu 66 sena meta sar Prim Ministru tal-Ingilterra. Pajjiżu kien spiċċa waħdu quddiem il-qawwa Ġermaniża. Kienet

Apparti l-ħidma bla heda li wettaq fl-Ingilterra stess, fejn fit-tħabrik tiegħu kien ifeġġ kullimkien ukoll meta fuq il-pajjiż kienu neżlin il-bombi Ġermaniżi, Churchill ħa ħsieb biex tinżamm ħajja r-reżistenza kontra d-dominanza Nazista. Huwa fassal is-sisien għal alleanza bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika

siegħa tqila u iebsa ħafna. Churchill qal: “M’għandi xejn x’noffri iżda demm, xogħol, dmugħ u għaraq.” Churchill ifforma kabinet b’mexxejja mill-Partit Laburista, dak Liberali u dak Konservattiv. Għall-karigi kruċjali għażel nies intelliġenti u kapaċi. Nhar it-18 ta’ Ġunju, 1940, wissa li kienet qorbot “Il-Battalja tal-Brittanja”. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel dmiru sabiex mal-milja taż-żmien in-nies ikunu jistgħu jgħidu: “Din kienet l-iktar siegħa sabiħa tagħna.” Apparti l-ħidma bla heda li wettaq fl-Ingilterra stess, fejn fittħabrik tiegħu kien ifeġġ kullimkien ukoll meta fuq il-pajjiż

kienu neżlin il-bombi Ġermaniżi, Churchill ħa ħsieb biex tinżamm ħajja r-reżistenza kontra d-dominanza Nazista. Huwa fassal issisien għal alleanza bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika. Qalbu qawwija li dan kien se jgħin sew biex il-gwerra tintrebaħ millAlleati, kif ġara fil-fatt, Churchill ħadem mill-qrib mal-President Franklin Roosevelt tal-Amerika u l-mexxej Sovjetiku Joseph Stalin. Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, Churchill kien eroj għallpoplu Brittaniku. Il-kotra kienet tħoss li l-akbar fattur fir-rebħa fuq Adolf Hitler u l-qawwiet Nazisti kienet it-tmexxija ta’ ħila tiegħu.

L-aħħar esperjenzi

Wara l-gwerra, Churchill ippropona għadd ta’ riformi soċjali flIngilterra, iżda ma rnexxilux jikkonvinċi l-poplu dwar dan ilprogramm tiegħu. Xi storiċi jgħidu li jista’ jkun li n-nies kienu jarawh tajjeb l-iżjed biex imexxi fi żmien ta’ gwerra. Meta waslet l-elezzjoni ta’ Lulju 1945, Churchill tilef. Fissitt snin ta’ wara kien il-Mexxej tal-Oppożizzjoni. F’Marzu 1946, waqt li kien qed iżur l-Istati Uniti, huwa għamel diskors li fih tkellem dwar “IlPurtiera tal-Ħadid” min-naħa talUnjoni Sovjetika u wissa dwar iddominazzjoni dejjem akbar tagħha fl-Ewropa tal-Lvant. Kien ukoll favur li l-Ingilterra żżomm l-indipendenza tagħha u ma tidħolx f’koalizzjonijiet Ewropej. L-elezzjoni ġenerali tal-1951 irritornat lil Churchill fil-gvern. F’Ottubru ta’ dik is-sena sar Prim Ministru. Fl-1953, ir-Reġina Eliżabetta II tagħtu t-titlu ta’ Sir. Huwa dam Prim Ministru sal1955. Dak iż-żmien, saħħet Churchill bdiet tmur lura. Fl-1964, temm ilpreżenza tiegħu fil-Parlament. Huwa miet fl-24 ta’ Jannar, 1965. Kellu 90 sena. Il-funeral statali tiegħu kien wieħed massiv.


www.maltarightnow.com

22

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

06:00 06:00 07:55 08:00 09:00 09:02 10:00 10:02 11:00 11:03 11:55 12:00 12:15 14:30 15:00 15:02 16:00 16:02 17:00 17:55 18:00 18:30 19:00 20:00 20:02 20:30 21:30 22:30 22:40 22:45

TV/RADJU

News Update Radio 101 Breakfast Club Obituaries/Angelus Radio 101 Breakfast Club (ikompli) News Update Magazine 101 News Update Magazine 101 (ikompli) Editorjal Club 101 Obituaries/Angelus News Bulletin The Big Show Hitsteria News Update Hitsteria (ikompli) News Update Hitsteria (ikompli) Newsdesk Obituaries News Bulletin Muzajk Rockna News Update Rockna (ikompli) Mill-Parlament Talktime Ghada Fl-Istampa Editorjal Lounge Friday

Għat-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:05 - Win, Lose or Draw 06:30 Good Luck Charlie 06:55 - Good Luck Charlie 07:20 - Sonny With a Chance 07:45 - Sonny With a Chance 08:10 The Suite Life on Deck 08:35 - The Suite Life on Deck 09:00 - That’s So Raven 09:25 -That’s So Raven 09:50 - A.N.T. Farm 10:15 - A.N.T. Farm 10:40 - Good Luck Charlie 11:05 - Good Luck Charlie 11:30 – Jessie 11:55 – Jessie 12:20 Austin & Ally 12:45 - Mickey Mouse 12:55 - Gravity Falls 13:20 - My Babysitter’s a Vampire 13:45 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 14:10 – Violetta 15:00 - Camp Rock 16:40 Win, Lose or Draw 17:05 - Liv & Maddie 17:30 - Violetta 18:20 - Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:45 – Spooksville 19:10 – Wolfblood 19:35 The Suite Life on Deck 20:00 - Good Luck Charlie 20:25 - A.N.T. Farm 20:50 - Shake It Up! 21:10 – Wolfblood 21:35 – Wolfblood 22:00 – Violetta 22:40 The Hive 22:50 - Art Attack 23:15 - Art Attack 23:40 - Jungle Junction 23:50 Jungle Junction

Nickelodeon 06:15 - The Penguins of Madagascar 06:40 - SpongeBob SquarePants 07:05 SpongeBob SquarePants 07:30 - The Fairly OddParents 07:55 - The Fairly OddParents 08:20 - Dora the Explorer 08:45 - Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 - PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 Olive the Ostrich 10:50 - Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 Totally Spies! 12:05 - Totally Spies! 12:30 - iCarly 12:55 – Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 - Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 – iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 – Victorious 20:05 – iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 Big - Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 - The Penguins of Madagascar 22:35 - The Penguins of Madagascar 23:00 – iCarly 23:25 – iCarly 23:50 - Victorious Jim Jam 06:05 - Monkey See, Monkey Do

06:15 - Barney and Friends 06:45 Angelina Ballerina 07:00 - Nouky & Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 – Noksu 07:45 - Jarmies 08:00 - Kipper 08:10 - Shapes 08:20 What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 – Gazoon 08:35 – Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 - Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 Woody Buddies 11:30 - Monkey See, Monkey Do 11:40 - Barney and Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 – Noksu 12:25 – Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 - Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 – Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 – Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 - Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney and Friends 16:25 Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 – Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 - Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 - Hip Hip Hurra 18:50 What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 - Shapes 19:30 Monkey See, Monkey Do 19:40 - Barney and Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 - Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 - Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 - Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 - Connie the Cow 23:05 – Kipper 23:15 - My Animal Family 23:30 - Woody Buddies 23:35 Woody Buddies 23:40 - What’s The Big Idea? 23:45 - What’s The Big Idea? 23:50 - Barney and Friends

Klinika – NET Television, 18.30

Fil-programm tal-lum Marika Mizzi l-preżentatriċi tal-programm Klinika se titkellem ma' persuni li għandhom esperjenza b'xi kundizzjoni minn dawk li ġew diskussi matul il-programm ta' din il-ġimgħa biex huma jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mat-telespettaturi. Matul il-programm se niltaqgħu ma' Daniela Allen li għandha tifla li għandha li kundizzjoi taċ-Celiac u se tgħidilna kif tagħmel biex tgħix ħajja bl-aktar mod normali kemm jista jkun. Se jkolna ukoll il-forum tant interessanti fejn isiru mistoqsijet dwar is-suġett tal-ġimgħa. TVM 07:00 - TVAM 08:30- Dissett 09:30 Kurrenti 10:30 – MEA 11:00 – Venere 11:30 - Teleshopping 12:00 - News 12:10 - TVPM 15:00 – News 15:05 – Ħbieb u Għedewwa 15:45 – Teleshopping 16:15 – Sandokan 16:45 – MP4 Force 17:15 – Absolute genius 17:45 – Twelid tal-kelma 18:00 - News 18:15 – Crosscraft teleshopping 18:45 – Gourmet 19:45 – Grand Lottery 20:00 News 20:50 – Xarabank 21:50 - News 21:55 – Ikompli Xarabank 23:15 – News 23:20 – Ħbieb u Għedewwa.

TVM 2 06:00 - Euronews 07:00 – News loop 08:30 – TVAM 10:00 – Ancient Discoveries 11:00 – Il-gwerra l-kbira 11:30 – Għawdex illum 12:00 – L-Irkant 13:00 – Dissett 14:00 Ancient Discoveries 15:10 - TVPM 18:00 PaqPaq on test 18:15 – Sports panorama 19:45 – Nisga Maltija 20:00 - News for the hearing impaired 20:40 – Malta u lilhinn minnha 22:15 – Sports panorama 23:30 - Sports News 23:45 – Financial News 23:50 – News in English.

One 07:30 - One news 07:00 – One Breakfast 09:00 – Siegħa Żmien 10:00 – Telebejgħ 11:00 Aroma Mattina 12:30 – One News 12:40 – Kalamita16:15 – Popcorn 16:55 – Telebejgħ 17:30 – One News 17:40 – Telebejgħ 18:00 – In D House 19:00 Samara 19:05 Snajja’ Maltija 19:30 – One News 20:20 – Ieqaf 20 minuta 20:45 – Midinbin 21:45 – Sejjaħtli mill-pjazza 22:50 – Bin 61 23:30 – One News Smash 07:00 – News 07:40 – Erġa’ lura 08:40 – News 09:00 – Ħabbejtek 10:00 – Kċina ma’ Farah 10:50 – TSN Teleshopping 13:00 – A to Z teleshop-

ping 14:20 – Ma’ majsi 16:10 – Kċina ma’ Farah 17:10 – Erġa’ lura 17:50 – Foreign news 18:15 – Bingo 75 18:40 – TV Shop 19:30 – Ħabbejtek 20:30 – Grand Lottery 20:40 – Qegħdin sew! 21:30 – Malta u l-EU 22:00 – News 22:30 – Poker

Raiuno 06:45 - Unomattina (Jinkludi t-Tg 1 u r-rapport tat-temp) 10:00 – Storie vere 11:10 – A conti fatti 12:00 – La prova del cuoco 13:30 – Telegiornale 14:00 TG1 Economia 14:05 – Dolci dopo il tiggi 14:40 – Torto o ragione? 16:00 – La vita in diretta 16:30 - TG 1 17:00 – 57 Zecchino d’oro 18:50 - L'eredità 20:00 – Telegiornale 20:30 – Affari tuoi 21:10 – Carosello reloaded 00:10 – TV7 01:15 - Tg1 notte 02:40 Sottovoce.

Raidue 07:05 – Army wives 08:30 – Il tocco di un angelo 10:00 - Tg2 Insieme 11:05 – I fatti vostri 13:30 - TG2 Giorno 14:00 – Detto fatto 16:15 – Castle (TF) 17:00 – Supermax TV 17:45 – TG Parlamento 18:05- TG Sport 18:50 – NCIS Los Angeles 19:40 – NCIS Unita anticrimine 20:30 - TG2 20.30 21:00 – Impazenti 22:45 – The good wife 23:45 – Troppo giusti 00:15 – Killer Joe. Film 2011 02:00 – Hawaii five - o 04:05 - Videocomic. Raitre 07:00 – Buongiorno Italia 08:00 – Agora 10:00 – Mi manda raitre 11:00 – Elisir 12:00 – TG3 12:45 – Pane quotidiano 13:10 – Rai Cultura 14:00 – TG Regione 14:50 – TGR Leonardo 15:15 – Terra nostra 2 16:00 – Aspettando geo 16:40 - Geo 19:00 – TG3 19:30 - TG Regione 19:53 - TG Regione Meteo 20:00 – Blob 20:15 – Sconosciuti 20:35 – Un posto al sole 21:05 –

Questioni di famiglia 23:10 Hotel 6 stelle 24:00 - TG3 Linea notte estate 01:05 – Rai Parlamento 01:15 – Rai Cultura 01:50 – Fuori orario Canale 5 06:00 – Prima Pagina 08:45 – |Mattina cinque 11:00 – Forum 13:00 – Tg 5 / Meteo.It 13:40 - Beautiful 14:15 – Centrovetrine 14:45 – Uomini e donne 16:15 – Il segreto 17:00 – Pomeriggio cinque 18:45 – Avanti un altro 20:00 – Tg 5 / Meteo.It 20:40 – Striscia la notizia 21:10 – Il segreto 23:30 – I cerchi nell’acqua 01:20 - Tg 5/ Rassegna / Meteo.It 02:00 – Striscia la notizia 05:00 – Mediashopping

Italia 1 06:10 – I maghi di waverly 06:50 – Tutto in famiglia 07:15 – Mike & Molly 08:10 – Psych 10:05 – The closer 12:05 – Cotto e mangiato 12:25 – Studio aperto / Meteo.It 13:00 – Sport mediaset 14:05 – I Simpson 14:35 – Futurama 15:00 – Big bang theory 15:50 – E alla fine arriva mamma! 16:45 – White collar 18:30 – Studio aperto / Meteo.It 19:20 – CSI: NY 21:10 – Contraband. Film 2011 23:30 – Le iene 01:10 Sport mediaset 01:35 - Studio Aperto – La Giornata 01:50 – Trasformat. Rete 4 06:50 – Zorro 07:20 – Hunter 08:05 – Cuore ribelle 2 09:30 – Carabinieri 7 10:45 – Ricette all'italiana 12:00 – Un detective in corsia (TF) 13:00 – La signora in giallo 14:00 – Lo sportello di forum 15:30 –Ieri e oggi in tv 16:00 – PT 109, posto di combattimento. Film 1963 18:55 – Tg 4 / Meteo.It 19:35 – Il segreto 20:30 – Tempesta d'amore 21:15 – Quarto grado 00:20 – Colpevole d’omicidio. Film 2002 02:20 –... e vennero in quattro per uccidere Sartana. Film1969.


www.maltarightnow.com

23

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

TV/RADJU

GO Stars 07:20 - In the Loop 09:05 - The Internship 11:00 - The Office 11:25 Samsara 13:10 - Rising Star 14:30 The Armstrong Lie 16:30 - The Lone Ranger 19:00 - The Full Monty 20:30 - The Middle 21:00 - The Book Thief 23:10 - Philadelphia 01:15 - Hysteria 03:00 - The Middle 03:25 - In the Loop 05:15 - The Full Monty 06:50 - CLOSE

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey's Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - Supernatural 12:00 - Person Of Interest 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Rude Tube 14:15 - Grey's Anatomy 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 Suits 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 - Devious Maids 19:45 Psych 20:30 - Hit The Floor 21:15 Glee 22:00 - Maid In Manhattan 23:45 Guinness World Records Gone Wild Series 00:45 - Suits 01:30 - Rude Tube 02:00 - Criminal Minds Mediaset Italia 06:35 - Avanti un altro! 07:25 – Sarabanda 08:10 - Pomeriggio cinque 09:35 – Forum 11:01 – Centovetrine 11:25 - Mattino cinque 13:05 - Uomini e donne 14:10 - Vivere IV 14:35 Avanti un altro! 15:25 - Sarabanda 16:15 - Due Per Tre I 16:40 – Forum 18:05 – Centovetrine 18:30 - A cuccia di cuori 19:00 - TG5 19:35 - Sai cosa mangi? 19:45 – Carabinieri 20:30 Mattino cinque 22:10 - Uomini e donne 23:15 - Avanti un altro!

BBC Entertainment 06:00 - Charlie and Lola 06:15 Woolly & Tig 06:20 - Mr Bloom’s Nursery 06:40 – Teletubbies 07:05 Garth and Bev 07:15 - Charlie and Lola 07:30 - Woolly & Tig 07:35 - Mr

Bloom’s Nursery 07:55 – Teletubbies 08:15 - The Weakest Link 09:00 Only Fools and Horses... 09:30 Absolutely Fabulous 10:00 – EastEnders 10:30 – Doctors 11:00 Last Woman Standing 11:50 - Our Queen 12:40 – Hebburn 13:10 - Only Fools and Horses... 13:40 - Absolutely Fabulous 14:10 – EastEnders 14:40 Doctors 15:10 - Last Woman Standing 16:05 - Our Queen 16:55 - Only Fools and Horses... 17:25 - The Weakest Link 18:10 - My Family 18:40 – Doctors 19:10 – Casualty 20:00 Friday Night Dinner 20:30 – Hebburn 21:00 - King Edward VII: King of Pleasure 21:50 - The Impressions Show With Culshaw and Stephenson 22:20 - Michael McIntyre’s Comedy Roadshow 23:05 - Alan Carr: Chatty Man 23:50 - Ideal TCM 06:00 - Father of the Bride 07:35 The Trouble With Girls 09:15 - Murder Ahoy! 10:45 - Challenge to Lassie 12:05 The Outriders 13:40 - Texas Carnival 15:00 - Jailhouse Rock 16:40 - Rebel Without a Cause 18:30 - Kismet 20:25 - TCM Presents Under the Influence 21:00 - The Haunting 22:50 - Mildred Pierce

MGM Channel 07:05 - Nobody’s Fool 08:50 – Molly 10:20 – Khartoum 12:25 - The Aviator 14:00 - Company Business 15:35 - North of Chiang Mai 17:10 - In the Heat of the Night 19:00 - Blow Out 20:45 - MGM’s Big Screen 21:00 Cohen and Tate 22:25 - Hickey & Boggs Diva Universal 06:00 - Kojak 06:55 - Wolff’s Turf 07:50 - Agatha Christie’s Marple 09:30 - Great Women 09:50 - Kojak 10:50 -

Malta Llejla, NET Television 19.00

Agatha Christie’s Poirot 11:50 - Agatha Christie’s Marple 13:32 - Great Women 13:50 - Law & Order 14:50 - Quincy, M.E. 15:50 - Agatha Christie’s Poirot 16:50 - Agatha Christie’s Poirot 18:50 Quincy, M.E. 19:50 - Agatha Christie’s Poirot 20:50 - Great Women 21:00 Jane Doe: ’Til Death Do Us Part 22:35 - The Phone Call 23:00 - McBride: Dogged

Discovery Channel 06:00 - How It’s Made: Audio Tubes, Shredders, Model Aircraft, Snare Drums 06:25 - Auction Kings: Antique Doctor’s Buggy; Cleopatra Folio 06:50 - Storage Hunters: Fasten Your Seatbelts 07:15 - Mega Builders: The Big Rig 08:10 - Ultimate Survival: Iceland 09:05 - Flying Wild Alaska: Bush Brawl 09:55 - Gold Divers: Mr. Gold and the New Kid 10:50 - Dual Survival: Hippo Island 11:40 - Wheeler Dealers: Bel Air 12:35 - Wheeler Dealers: Top 5: Top 5: ’80s Icons 13:30 - Philly Throttle: Under New Management 14:25 - Magic of Science: Bigger Destruction 14:55 Magic of Science: Disused Institution 15:20 - Magic of Science: Unfairground 15:50 - Magic of Science: Waterworks 16:15 - Magic of Science: Cold War Facility 16:45 - Magic of Science: Old Fort 17:10 - The Liquidator: Man in the Middle 17:40 - Storage Hunters: Score of the Century 18:05 - Auction Hunters: To Pawn or Not To Pawn 18:35 Auction Kings: Eric Clapton Replica Guitar; 1952 Andy Pafko Baseball Card 19:00 - How It’s Made: Dream Cars: Bentley Continental GT speed 19:30 How It’s Made 20:00 - What Happened Next? 20:30 - What Happened Next? 21:00 - Mighty Ships: Akamalik 22:00 - Magic of Science: Instant Cupcakes 22:30 - Magic of Science 23:00 - The Unexplained Files: Alien Rain; Beach Boom; Voynich Manuscript

Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa, ma Stephanie Spiteri jingħaqdu Noelene Miggiani u Marisa Grima – ilFashion Gagas – għal siegħa u nofs ta’ diskussjoni dwar moda u ħafna suġġetti nteressanti ohra. Fost il-mistednin tal-programm tal-lum, naraw l-istilista tax-xagħar Gordon Mayo, u l-espert tal-ġojjelerija Mark Vassallo. Logħob mat-telespettaturi permezz tat-telefon u Facebook, ħafna premjijiet x’jintrebħu u diversi affarijiet oħra fuq Malta Llejla, bi produzzjoni ta’ FMJ

07:00 08:30 09:00 09:30 12:00 12:45 14:00 14:05 15:45 16:00 16:05 17:00 18:00 18:05 18:30 19:00 19:30 19:50 20:40 21:10 22:15 22:20 23:30

News feed (r) Klinika (r) Telebejgħ Eli & I Telebejgħ Xift NET News Xift Jekk Jogħġobkom NET News Jekk Jogħġobkom Malta Llejla NET News Malta Llejla Klinika News feed NET News News feed Flusek Bla Kondixin NET News Bla Kondixin NET News

Sport fuq il-Cable

GO sports 1 07:00 - Serie A - Round 12 Milan v Inter 09:00 - Barclays Premier League - Week 15 Arsenal v Manchester Utd 11:00 Premier League Match Pack - Week 16 11:30 - PGA European Tour DP World Tour Championship, Dubai - Day 4 16:30 - The Ligue 1 Show - Round 15 17:00 - Autumn Internationals - Ireland v Australia 19:00 - UEFA Champions League Magazine Programme 13 19:30 FIA Formula E - Putrajaya - Round 2 – Highlights 20:45 - Aviva Premiership – Round 9 - Bath Rugby v Harlequins 22:45 Premier League Preview - Week 16 23:15 Vincennes Horseracing 02:15 - ATP World Tour Finals, London – Final 05:00 - Barclays Premier League -Week 15 - Chelsea v West Brom Albion

GO sports 7 07:00 - Vincennes Horseracing 10:00 - Autumn Internationals Wales v New Zealand 12:00 Trans World Sport #1439 13:00 Barclays Premier League - Week 15 - Crystal Palace v Liverpool 15:00 - Ligue 1 - Round 14 Olympique de Marseille v Girondins de Bordeaux 17:00 Netbusters - Week 15 17:30 Serie A - Round 12 - Lazio v Juventus 19:30 - Premier League Preview - Week 16 20:00 - ATP World Tour Finals, London – Highlights 21:00 - Barclays Premier League - Week 15 - Aston Villa v Southampton 23:00 -

Autumn Internationals - England v Samoa 01:00 - Serie A - Round 12 - Atalanta v Roma 03:00 - Ligue 1 - Round 15 - Olympique de Marseille v Nantes 05:00 Barclays Premier League - Week 15 - Hull City v Tottenham H GO sports 8 09:00 - Vincennes Horseracing 12:00 - Autumn Internationals Wales v New Zealand 14:00 Trans World Sport #1439 15:00 Barclays Premier League - Week 15 - Crystal Palace v Liverpool 17:00 - Ligue 1 - Round 14 - Olympique de Marseille v Girondins de Bordeaux 19:00 - Netbusters Week 15 19:30 - Serie A - Round 12 - Lazio v Juventus 21:30 Premier League Preview - Week 16 22:00 - ATP World Tour Finals, London – Highlights 23:00 Barclays Premier League - Week 15 - Aston Villa v Southampton 01:00 - Autumn Internationals - England v Samoa 03:00 - Serie A - Round 12 - Atalanta v Roma 05:00 - Ligue 1 - Round 15 - Olympique de Marseille v Nantes 07:00 Barclays Premier League - Week 15 - Hull City v Tottenham H GO sports 2 20:30 - Ligue 1 - Round 15 Olympique de Marseille v Nantes 22:30 - Milan Channel GO sports 3 20:35 - Guinness Pro12 - Round 9 - Munster v Ulster 22:35 - Inter Channel


www.maltarightnow.com

24

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

M’SCALA. Il-Kumitat Sezzjonali PN M’Scala se jorganizza Pasta Night nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru fis-7:30pm filViva Restaurant, M’Xlokk (ex Xlukkajr). Prezz għall-kbar 10 ewro u t-tfal taħt it-tnax-il sena 5 ewro. Għall-biljetti ċemplu 77637959 jew 79425259.

SANTA VENERA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Santa Venera se jorganizza Ikla għand Wistin lMġarr, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru fi-8pm. Prezz 23 ewro għall-kbar u tfal taħt it-12-il sena 10 ewro. Għall-bookings ċemplu 99845132 jew ibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt . FRANCIS ZAMMIT DIMECH. Il-Ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech se jorganizzaw Buffet Dinner fl-okkazjoni ta’ għeluq sninu, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana fit-8:30pm. Prezz 25 ewro. Għall-biljetti ċemplu 99337322.

TONI BEZZINA. Il-Ħbieb ta’ Toni Bezzin se jorganizzaw Buffet Dinner nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru fil-lukanda Soreda, Qawra fit-8:30pm. Prezz 15-il ewro għall-kbar u 7.50 ewro għattfal. Trasport provdut. VALLETTA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Valletta se jorganizza Buffet Dinner nhar is-Sibt, 29 ta’ Novembru fil-Lukanda Imperial, tas-Sliema fis-7:30pm. Prezz 20 ewro. Trasport fis-7pm mill-postijiet tas-soltu. Għall-biljetti ċemplu 21247049, 21239045 jew 99248694. EDWIN VASSALLO. IlĦbieb ta’ Edwin Vassallo se jorganizzaw Ikla tal-Milied, Buffet, nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru fillukanda Cavalieri Art fit-8:30pm. Prezz għall-kbar 23 ewro u għattfal (minn 6 sa 10 snin) 11-il ewro. Għal aktar informazzjoni jew dwar it-trasport ċemplu 21433869.

JOE CASSAR. Il-Ħbieb ta’ Joe Cassar se jorganizzaw ikla buffet fix-Xara Lodge, limiti tarRabat, nhar il-Ħadd, 30 ta’ Novembru fl-12:30pm. Prezz 20 ewro bit-trasport inkluż. Għallbookings ċemplu fuq 99955359.

AVVIŻI PN

BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla, wara li jattendi għall-Kunsill Ġenerali talĦadd, 30 ta’ Novembru fid-Dar Ċentrali, se jorganizza ikla filEuro Club, il-Qawra. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79914618 jew ikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat.

CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Coffee Morning nhar it-Tlieta, 2 ta’ Diċembru fil-Każin tal-PN fisSiġġiewi. Biljetti mingħand ilhelpers jew ċemplu 21490643 jew 99579389. Prezz 6 ewro. KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning nhar il-Erbgħa, 3 ta’ Diċembru fir-Razzett l-Antik, Ħal-Qormi fit-8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Għallbiljetti ċemple 99473932 jew 99993707 jew permezz tal-e-mail fuq info@kristydebono.com . Ilqliegħ kollu minn din l-attivita’ se jmur b’risq il-Maratona tal-Partit Nazzjonalista.

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw BIG 60 Buffet Dinner f’għeluq snin Robert nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru fil-lukanda Dolmen, Qawra fit-8pm. Prezz 22 ewro għall-adulti u 12-il ewro għat-tfal. Trasport jibda fis-7pm. Għallbookings ċemplu 23285000.

MARSA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Marsa se jorganizza Riċeviment tal-Milied, nhar ilĠimgħa, 5 ta’ Diċembru fil-Każin tal-Partit mis-7pm ‘il quddiem. Tattendi t-tmexxija tal-Partit. Prezz 10 ewro għall-adulti u 5 ewro għat-tfal. Għall-biljetti ċemplu fuq 99476371 jew 99402128 jew mill-membri tal-Kumitat.

CHARLO BONNICI. IlĦbieb ta’ Charlo Bonnici se jorganizzaw Christmas Buffet nhar isSibt, 6 ta’ Diċembru fil-Lukanda Cavallieri, San Ġiljan mit-8pm ‘il quddiem. Biljetti 23 ewro għallkbar u 11.50 ewro għaż-żgħar bittrasport inkluż. Biljetti mingħand il-helpers jew ċempel 79796667.

ANTOINE BORG. Il-Ħbieb ta’ Antoine Borg se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner nhar isSibt, 6 ta’ Diċembru fil-Lukanda

Soreda, il-Qawra fit-8pm. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal sa 12il sena jħalsu 12-il ewro. Għallbiljetti ċemplu 79092845 jew mingħand il-helpers tas-soltu.

TONIO FENECH. Il-Ħbieb ta’ Tonio Fenech se jorganizzaw Ikla tal-Milied nhar is-Sibt, 6 ta’ Diċembru fil-Lukanda The Palace, tas-Sliema. Prezz 25 u lbiljetti jistgħu jinkisbu mingħabd il-helpers tas-soltu jew ċempel 79927302. Trasport mill-postijiet tas-soltu. SANTA VENERA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Santa Venera se jorganizza Tea Time to Talk – Meet the Professionals, nhar ilErbgħa 10 ta’ Diċembru fil-Każin Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys fid-9:30am. Ikun hemm te, ikel, tombla u taħdita qasira bit-tema ‘Kul tajjeb biex tgħix aħjar’ minn speċjalista fuq l-ikel bil-kortesija ta’ Chemimart. Biljetti għallprezz ta’ 3 ewro (trasport mhux inkluż). Għall-booking ċemplu 99845132 jew ibgħatu e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt . TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Tarxien se jorganizza riċeviment tal-Milied fissala tal-Każin tal-Partit, nhar ilĠimgħa 12 ta’ Diċembru fis-7pm. Mistiedna l-amministrazzjoni talPartit, Deputati u Kandidati taddistrett. Prezz 12-il ewro għallkbar u 5 ewro għat-tfal taħt l-10 snin. Għall-biljetti ċemplu 99409549 jew 77771529.

CLYDE PULI. Il-Ħbieb ta’ Clyde Puli se jorganizzaw Christmas Buffet Dinner Dance nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru filLukanda Santana, il-Qawra. Prezz 20 ewro għall-adulti u 10 ewro għat-tfal. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21490643.

STEPHEN SPITERI. IlĦbieb ta’ Stephen Spiteri se jorganizzaw attivita’ nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru f’Villa Blanche, ĦalFar nhar is-Sibt, 13 ta’ Diċembru fit-8pm. Prezz 10 ewro u tfal b’xejn. Għall-biljetti tistgħu ċċemplu fuq 99424827 hew 99886394. Trasport jiġi provdut bi ħlas. ŻURRIEQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Żurrieq se jorganizza ikla nhar is-Sibt, 13 ta’

Diċembru fis-7:15pm f’Viva Restaurant, M’Xlokk. Prezz 20 ewro. Għal aktar informazzjoni ċempel 79293902. JASON AZZOPARDI. IlĦbieb ta’ Jason Azzopardi se jorganizzaw Ikla buffet tal-Milied, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru filLukanda Maritim Antonin, Mellieħa fin-12:30pm. Prezz 20 ewro. Biljetti mingħand il-helpers jew ċemplu 21666736 jew 99841333.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Buffet tal-Milied nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fir-Razzett l-Antik, Ħal-Qormi f’nofs in-nhar. Prezz 20 ewro għall-kbar u t-tfal nofs prezz. Trasport provdut minn Luqa, Qormi u s-Siġġiewi. Għal aktar informazzjoni ċempel 99804142 jew 21461002.

BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Konferenza Ġenerali filKażin tal-Partit, nhar il-Ħadd, 14 ta’ Diċembru fl-10:30am. Niddiskutu l-baġit. Il-kelliema se jkunu Alessia Psaila Zammit, Stephen Spiteri u Tonio Fenech. LIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Lija se jorganizza Christmas Special in Gozo nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Niltaqgħu fid9:30am fit-terminal taċĊirkewwa biex naqbdu l-vapur tal-9:45pm jew niltaqgħu fid8:45pm Ħal-Lija. Inżuru diversi postijiet ta’ interess, ħin biex nixtru u lunch f’Marsalforn. Nirritornaw Malta mal-vapur tas7:15pm. Prezz 18-il ewro. Għal aktar informazzjoni ċemplu lil Stephanie Zammit fuq 99461892.

NAXXAR. Il-Kumitat Sezzjonali PN Naxxar se jorganizza żjara f’Betlehem f’Għajnsielem, nhar il-Ħadd 14 ta’ Diċembru. Tluq fil-11am minn quddiem il-każin tal-partit. Prezz 12-il ewro u jinkludi ttrasport minn quddiem il-każin sa Ċirkewwa u lura kif ukoll pizza ġewwa ristorant fl-Imġarr, Għawdex. L-UFFIĊĊJU TAD-9 U L-10 DISTRETT. L-Uffiċċji distrettwali tad-9 u l-10 distrett se

jorganizzaw ġurnata f’Sqallija kemm bil-katamaran kif ukoll blajruplan, nhar is-Sibt, 20 ta’ Diċembru bħala Fund Raising fuq bażi distrettwali. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99337322. ATTARD. Il-Kumitat Sezzjonali PN Attard se jorganizza Christmas Cup għal dawk kollha dilettanti tas-Subbuteo nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru f’FX Dingli Club, Main Street, H’Attard fis-6:30pm. Wara, fit8:30pm jkun hemm Christmas Get Together għall-prezz ta’ 10 ewro. AVVIŻI OĦRA

BALZAN. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed jilqa’ tesseri ġodda kif ukoll tiġdid ta’ tesseri ta’ kuljum fil-Każin PN Ħal-Balzan bejn il-5pm u t-8pm. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 99848644. L-ISLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-Bar tal-Uffiċċju PN qed jitmexxa minn Management ġdid. Qed ikun miftuħ kuljum sa tard filgħaxija, u s-Sibt u l-Ħadd jiftaħ fid-9 a.m. Qed ikunu servuti wkoll appetizers.

SANTA VENERA. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li qed isir tqassim tat-tesseri fid-djar. Għal min ma jkunx id-dar meta jiġu rrappreżentanti tal-Partit, l-uffiċjali tal-kumitat se jkunu fil-Każin biex iġeddu t-tesseri kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u 12pm flUffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys u nhar ta’ Ħamis filgħaxija bejn is-7:15pm u t8:30pm fl-Uffiċċju Enrico Mizzi, Triq Reġjonali. Tistaw iċċemplu ukoll fuq 99845132 jew e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt biex isir appuntament u niġu ddar. TA’ XBIEX. Il-Kumitat Sezzjonali PN javża li l-Bar talUffiċċju PN tal-lokalità qed jitmexxa minn Management ġdid u b’esperjenza. Bħalissa qed ikun miftuħ kuljum bejn il-5 p.m. u l10 p.m. mit-Tnejn sas-Sibt u lĦadd bejn id-9 a.m. u t-3 p.m. Qed jitqassmu wkoll appetizers. Min jixtieq jorganizza xi fenkata jew ikla, jista’ jċempel 79813505.


www.maltarightnow.com

25

Il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru, 2014

TAĦBIL IL-MOĦĦ U TAGĦRIF

TISLIBA

Rapport tat-temp

UV INDEX

3

IT-TEMP Xemxi VIŻIBBILTÀ Tajba IR-RIĦ Ftit qawwi minn Nofsinhar ix-Xlokk li jsir moderat minn Nofsinhar BAĦAR Qawwi IMBATT Baxx mix-Xlokk li jsir baxx għal moderat TEMPERATURA L-ogħla 22˚C XITA F’dawn l-aħħar 24 siegħa 1,4mm Xita mill-1 ta’ Settembru 150.4mm IX-XEMX titla’ fis-06.50 u tinżel fil-16.49

Il-ħamest ijiem li ġejjin

IL-ĠIMGĦA L-ogħla 20˚C L-inqas 18˚C

3

UV

IS-SIBT L-ogħla 24˚C L-inqas 18˚C

3

UV

IL-ĦADD L-ogħla 24˚C L-inqas 17˚C

3

UV

IT-TNEJN L-ogħla 20˚C L-inqas 17˚C

3

UV

Temperaturi fi bliet barranin

Mimdudin:-

5. u 6. Tax-xitan, tal-infern (10) 6. Ara 5 7. Reżistenza, rażna (5) 10. Espressjoni ta’ sogħba (5) 11. Imbarazz (5) 12. Wieħed minn Peking (5) 14. Kreatura tal-baħar f’xaqq ta’ blata (5) 16. Il-ponta tan-nofs (5) 17. Bidlet id-direzzjoni (5) 18. Sponta minn ġot-tiben? (5)

Weqfin:-

1. Imniddi, imxarrab (6) 2. Ħabta (6) 3. Taqbeż, tiskossja għax xi ħadd ikun nigżek (6) 4. Miġbud miż-żewġt itruf (6) 8. Ħuta b’laħam bnin (5) 9. Fih jitniżżel it-tebut (5) 12. Għamlu telefonata (6) 13. Żdinga (6) 14. Kmajra fuq vapur (6) 15. Ċanfira (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-bieraħ Mimdudin:- 5. Jarda; 6. Bewsa; 7. Abjad; 10. u 11. Irreżistew; 12 u 14. Ikkaċċjajt; 16. Lvent; 17. Stokk; 18. Kwiet. Weqfin:- 1. Bjondi; 2. Maqbuż; 3. Abbati; 4. Tassew; 8. Brakk; 9. Itlaq; 12. Inġust; 13. Ċiviku; 14. Ċiniku; 15. Tlesti.

Sudoku

Qiegħed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru lkbir. Kull numru għandu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru żgħir ta’ tliet kaxxi bi tlieta.

Soluzzjoni Sudoku

IT-TLIETA L-ogħla 18˚C L-inqas 15˚C

3

UV

It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar ħin ta’ Malta) lbieraħ kienet: Malta 21˚C xemxi, Alġeri 23˚C xemxi, Amsterdam 9˚C imsaħħab, Ateni 22˚C ftit imsaħħab, Liżbona 14˚C xita, Berlin 4˚ imsaħħab, Brussell 8˚C imsaħħab, il-Kajr 24˚C imsaħħab, Dublin 11˚C imsaħħab, Kopenħagen 6˚C imsaħħab, Frankfurt 11˚C imsaħħab, Milan 12˚C xemxi, Istanbul 19˚C imsaħħab, Londra 11˚C xemxi, Madrid 14˚C xemxi, Moska -4˚C xemxi, Pariġi 7˚C imsaħħab, Barċellona 19˚C xemxi, Ruma 20˚C ftit imsaħħab, Tel Aviv 27˚C ftit imsaħħab, Tripli NA, Tuneż 24˚C xemxi, Vjenna 10˚C imsaħħab, Zurich 10˚C imsaħħab, Munich 6˚C xita, St. Petersburg –2 ˚C imsaħħab

Tagħrif

Mission Fund

Il-Mission Fund (VO/0015) se jorganizza Tea Tombola b’risq missjunarji Maltin li qegħdin jaħdmu fil-pajjiżi tatTielet Dinja nhar il-Ħadd 30 ta' Novembru 2014 fil-lukanda Imperial, Triq Rudolf, TasSliema fit-3.30pm. Il-biljetti, €5 (bla trasport) u €7 (bittrasport), jistgħu jinkisbu millMission Fund 500 ‘Eureka Court’, Blk A / Flt 6, Triq ilKbira, il-Mosta (tistgħu ċċemplu 21413664) jew mingħand Speranza Xuereb (79/21410860). Festa tal-Kunċizzjoni fl-Imqabba

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Diċembru 2014, jum il-festa talImmakulata Kunċizzjoni flImqabba fid-9:15am, isSoċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se torganizza ċerimonja li fiha, ilmembri tad-diversi kummissjonijiet fi ħdanha se jpoġġu kuruni tal-ward f’riġlejn ilmonument tal-Madonna talĠilju li jinsab fil-bypass talImqabba. Ikun hemm ukoll mumenti ta’ talb immexxijin minn Dun John Curmi, ilKappillan tal-Parroċċa. Wara, l-istess fergħat jieħdu sehem

waqt il-quddiesa tal-10am filKnisja Parrokkjali talImqabba bħala ringrazzjament lil Alla u lil Marija ta’ din issena ta’ ħidma. Immedjatament wara, issir ċerimonja simbolika filKumpless tan-Nar Madonna tal-Ġilju fl-okkażjoni talgħeluq taċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-50 anniversarju millinawgurazzjoni u t-tberik talistess kumpless li jinsab f’Ta’ Kandja, limiti tal-Imqabba. Fil-5pm toħroġ il-purċissjoni solenni bl-istatwa talMadonna tal-Ġilju. Aktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com. Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa

L-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuga se ttella’ attività nhar it-3 ta’ Diċembru fl-9.45 a.m. biex jiġi ikkommemorat il-25 anniversarju mit-tmiem tal-Gwerra l-Bierda li kien ġie miftiehem fil-Port talMarsaxlokk fit-3 ta’ Diċembru 1989. Dan l-attività se sseħħ biswit il-Monument li hemm f’Birżebbuġa li jfakkar din ilġrajja.


www.maltarightnow.com

26

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

NIKRI Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għall-perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285,

79884497 jew Servizz fil-pront.

99472570.

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Bonello jirbaħ it-tieni rawnd tat-trials ASMK

Nhar il-Ħadd l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bil-programm millistaġun ASMK Pasta Poiatti 2014-15. Fil-Kumpless Sportiv f’Ta’Qali se ssir it-tielet attività bis-sezzjoni Autocross u jibda wkoll il-kampjonat tal-Muturi Motocross. Il-Programm jibda fil-11.00am Intant fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret it-tieni attività bil-muturi Trials fil-Barriera tal-Ballut Blocks Ltd f’San Pawl tat-Tarġa Limiti tanNaxxar. Fi Klassi A iddomina għattieni darba Damon Bonello fuq Gas Gas li temm il-ġurnata

b’rekord ta’ żewġ punti biss ta’ penalità. Huwa kien segwit millveteran Robert Caruana fuq Gas Gas b’19-il punt ta’ penalità. Ittielet post fi Klassi A mar għand Rowen Bonello fuq Beta li spiċċa b’25 punt ta’ penalià. Fi Klassi B kien hemm sfida bejn Joseph Scicluna u Manuel Camilleri it-tnejn fuq Gas Gas. Scicluna minn kmieni mar u diversi sezzjonijiet għamilhom ‘Clean’ filwaqt li Camilleri kellu bidu ħażin imma rkupra fit-tieni u fit-tielet sezzjonijiet. Minkejja dan Camilleri kellu jikkuntenta bit-tieni post meta Scicluna rebaħ bi 15-il punt ta’ penalità segwit min Camilleri

b’27 punt ta’ penalità. Fit-tielet post temm iż-żagħżugħ Bernard Sammut fuq Beta li għalaq ilġurnata bi 32 punt penalità. Attività oħra bit-Trials issa issir f’Jannar. Intant matul ilġimgħa d-dieħla l-ASMK se tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet għad-Demolition Derby b’risq il-Malta Community Chest Fund. L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir fl-21 ta’ Diċembru. Sadanittant tħabbar tibdil filprogram tal-Ħadd 7 ta’ Diċembru li issa se jsir l-għada t-Tnejn 8 ta’ Diċembru u jibda f’nofsinhar. Iktar informazzjoni fuq is-sit elektroniku tal-għaqda www.asmk.org.mt

Il-veteran Robert Caruana fuq Gas Gas li temm it-tieni fi Klassi A

Premier. Dist – 2640m. Win – Nova Kebell. Place – Vejby Boom, Gently Di Poggio. IX Tiġrija. Heat Kampjonat

Jum ir-Repubblika. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Laval. Place – Purple Hall, Quicker Magoda.

Aktar heats u semifinali minn diversi kampjonati TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Kenneth Vella Il-41 laqgħa tas-sena li ssir illejla fil-korsa tal-Marsa se tikkonsisti minn għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott. Tmienja minn dawn se jkunu heats minn diversi kompetizzjonijiet organizzati fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum ir-Repubblika filwaqt li ż-żewġ tiġrijiet l-oħra jkunu semifinali mill-kampjonat Prix De Cagnes Sur Mer riservat għal żwiemel tal-klassi Bronze. Dawn it-tiġrijiet se jsiru kollha fuq distanza twila ta’ 2640m blaktar waħda importanti tkun heat riservata għal żwiemel tal-klassi Premier. Il-heat Premier se tkun ittmien waħda u tibda fid-9.20pm. Wara l-karozza tat-tluq se nsibu lil Made In Hoff, żewġ debuttanti li huma l-Iżvediż B.W.L. Champion u l-Finlandiż Ranch Get On, Schwerin Boko, Tap Dance, Arnie Sensation, Vejby Boom, Goblin Grif, Princess View, Zalgado Transs R, Gently Di Poggio, Yanantin Boko, Shakira Trot, żiemel ġdid Żvediż Global Knight u Nova Kebell. Misjuqa minn Redent Magro, id-debba Nova Kebell tibda laktar kwotata li tieħu t-tielet rebħa konsekuttiva minn daqstant dehriet f’Malta quddiem Schwerin Boko (Charles Magro), Gently Di Poggio (Brian Hili) u Vejby Boom (Charles Camilleri). Minn din ilheat, sitt żwiemel iridu jgħaddu għall-finali. Miż-żewġ semifinali millklassi Bronze 12-il żiemel iridu jgħaddu għall-finali. Hawnhekk attenzjoni speċjali se tingħata lil Polytain (Noel Baldacchino),

Notre Joyeaux (Charles Camilleri), Queops De Retz (Cleavon Fenech), Rower (Charles Camilleri) u Ogor (Anton Cassar) li ġejjin minn suċċessi fil-heats. L-ewwel tiġrija, li tkun heat Bronze u tibda fis-6.30pm.

Tbassir

I Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Adream Wish. Place – Absolutely Meadow, Solo D’Occagnes. II Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Silver B. Dist – 2640m. Win – Rayon Du Soleil. Place – Record Du Stade, Meadow Dancer. III Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Miskos Abies. Place – Quad De Beauregard, Maiden Flash. IV Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Silver A. Dist – 2640m. Win – New Style. Place – Starfirefinnfemfel, Means Nothing. V Tiġrija. Semi Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Polytain. Place – Notre Joyeaux, Ostheo d’Havetot. VI Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Gold. Dist – 2640m. Win – Nico Oland. Place – Count Of Life, Rocky Composite. VII Tiġrija. Semi Finali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. Win – Rower. Place – Ogor, Queops De Retz. VIII Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi

X Tiġrija. Heat Kampjonat Jum ir-Repubblika. Klassi Silver B. Dist – 2640m. Win – Eject. Place – Pema, Sandrone.


www.maltarightnow.com

28

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Nhar il-Ħadd li għadda Lewis Hamilton tal-Mercedes rebaħ it-titlu mondjali għat-tieni darba fil-karriera tiegħu

Hamilton irid iżomm l-istess numru tal-karozza FORMULA 1 – JIEM WARA L-AĦĦAR GP TAL-ISTAĠUN

Is-sewwieq u champion il-ġdid tal-Mercedes Lewis Hamilton irid iżomm in-numru 44 fuq ilkarozza tiegħu għall-istaġun li ġej. Ġeneralment, iċ-champion jingħata n-numru 1 imma bidla li saret kmieni din is-sena tat ilpremess lis-sewwieqa biex isuqu b’numru bejn it-2 u d-99. Dan listaġun l-eks champion tar-Red Bull Sebastian Vettel kien qed isuq bin-numru 1 imma issa la darba dan ċeda x-xettru lil Hamilton, is-sewwieq Ġermaniż, staġun ieħor se jkun qed isuq bin-numru 5 mal-Ferrari. Madankollu f’kummenti li ta Hamilton diġa’ żvela li se jibqa’ jżommm in-numru 44, numru tant għal qalbu tant li għandu wkoll tpenġija tiegħu wara widintu x-xelugija. “Meta irbaħt l-ewwel titlu filkarting kont soqt bin-numru 44 u se nitlob biex fl-istaġun li ġej nibqa’ nżomm dan in-numru,” qal l-eks sewwieq tal-McLaren. Intant, rapporti fil-midja Ingliża qed isostnu li Hamilton se jiġi offrut kuntratt ġdid millMercedes b’salarju ta’ madwar 30 miljun dollaru fis-sena u li jorbtu mat-tim sal-2020. Attwalment Hamilton għandu kuntratt li jiskadi sal-2015. F’kummenti li ta l-istess Hamilton qal li ma tantx qed jaħseb fuq il-kuntratt il-ġdid għax hu biss ‘formalita’ u hi xi ħaġa ‘naturali’ li dan se jibqa’ mat-tim li miegħu rebaħ it-tieni titlu mondjali fil-karriera tiegħu. Bla dubju s-suċċess ta’ Hamilton mal-Mercedes isikket kemmxejn

dawk li fl-2013 kienu xettiċi dwar il-pass li kien għamel hu meta ħalla l-McLaren u ingħaqad mal-Mercedes. Kienu ħafna dawk li qalu li Hamilton kien se ‘jagħmel pass lura’ fil-karriera tiegħu la darba ingħaqad malMercedes imma ż-żmien ta raġun lis-sewwieq Ingliż. Jiem wara l-aħħar GP ta’ Abu Dhabi Hamilton tkellem ukoll dwar ir-relazzjoni li għandu ma’ sieħbu tal-Mercedes Nico Rosberg. Hamilton ġie inkurunat champion nhar il-Ħadd li għadda meta rebaħ l-aħħar GP f’Abu Dhabi wara staġun mimli sfidi ma’ Rosberg fejn anke kien hemm mumenti fejn it-tensjoni bejn dawn it-tnejn eskalat mhux ftit. Bla dubju l-aktar episodju li jibqa’ jissemma hu meta waqt ilGP tal-Belġju Rosberg baqà dieħl minn wara f’Hamilton u dan tal-aħħar spiċċa irtira filwaqt li s-sewwieq Ġermaniż spiċċa ttieni. Hamilton kien frustrat minħabba l-fatt li kemm l-FIA kif ukoll it-tim stess ma ippenalizzawx lil Rosberg. Hamilton issa se jkun qed jmmira biex jirbaħ it-tielet titlu fil-karriera tiegħu. Jekk jagħmel dan Hamilton jilħaq lis-sewwieq leġġendarju Aryton Senna u anke lil Niki Lauda. “Minn dejjem xtaqt nikseb dak li kiseb Senna. F’ħajti kont iffortunat li esperjenzajt ir-rebħ ta’ titlu mondjali fl-2008 u din iddarba reġa’ kelli l-opportunità li nerġa’ nħoss dak is-sodisfazzjon. Minn ġimgħa oħra se nerġa’ nkun fil-garaxx flimkien mat-tim

biex immedjatament nibdew naħdmu fuq l-istaġun li ġej,” qal Hamilton.

Rosberg se jwettaq reazzjoni L-eks sewwieq leġġendarju Niki Lauda jemmen li Nico Rosberg se jagħmel kollox biex fl-istaġun li ġej iwettaq reazzjoni u jirbaħ it-titlu mondjali għallewwel darba fil-karriera tiegħu. Fl-istaġun li għadu kemm intemm Rosberg kellu wirjiet pożittivi u rebaħ ħames Grand Prix. Hu kien fil-fatt l-uniku sewwieq li sfida lil Hamilton proprju sal-aħħar tellieqa imma f’Abu Dhabi l-affarijiet ma marrux kif xtaq hu għax minkejja li beda mil-pole position kellu problemi fil-karozza u spiċċa fl14-il post filwaqt li Hamilton rebaħ il-11-il GP tiegħu biex aċċerta mir-rebħ tat-titlu. Madankollu l-istess Rosberg kien strumentali biex ilMercedes rebħu t-titlu talkostrutturi għall-ewwel darba wara erba’ snin ta’ dominju minn naħa tar-Red Bull. “Rosberg għandu l-potenzjal kollu biex jitgħallem mill-iżbalji u jwettaq reazzjoni. Nemmen li fl-istaġun li ġej l-isfida se terġa’ tkun bejnu u bejn Hamilton,” qal Luda. Dan tal-aħħar żvela wkoll li hu kien wieħed millpresuni li ikkonvinċa lil Hamilton biex jitlaq lillMcLaren u jingħaqad malMercedes. “Kont tajt parir lil Hamilton biex jitlaq lilMcLaren. Hu kien kemmxejn xettiku dwar kemm il-Mercedes

setgħu jkunu kompetittivi imma jien kont tajtu kelma li fi żmien qasir hu kien se jirbaħ it-titlu u sentejn wara hekk ġara,” qal leks sewwieq mill-Awstrija.

Il-Mercedes se jkomplu jiddominaw Il-Kap tar-Red Bull Christian Horner qal li jemmen li lMercedes se jkomplu jiddominaw anke matul l-istaġun li ġej. Fl-2014 il-Mercedes rebħu 16 minn 19-il Grand Prix (l-uniku sewwieq li rebaħ it-tlieta l-oħra kien Daniel Ricciardo tar-Red Bull) u barra minn hekk kellhom medja ta’ distakk ta’ 1.5 sekonda fuq l-avversarji tagħhom. “Sena oħra xejn m’hu se jinbidel u nemmen li t-timijiet aktar se jkunu qed jaħdmu biex inaqqsu d-distakk fl-2016 mili fl-2015. Minn dak li qed nisimgħu jidher li sena oħra l-karozza talMercedes se tkun aqwa minn ta’ din is-sena,” qal Horner. Jidher li l-Ferrari, minkejja rrivoluzzjoni li għamlu xorta waħda se jkunu ferm ‘il bogħod mill-Mercedes. Wieħed irid jara kif se jkunu l-prestazjonijiet talMcLaren li mis-sena li ġejja se jkolhom magna Honda. Bla dubju l-akbar sorpriża dan l-istaġun kien Daniel Ricciardo. Meta dan ħa post Mark Webber li irtira mill-F1 kulħadd stenna li kien se jkun l-’istudent’ ta’ Vettel imma fil-fatt kien hu laktar li impressjona mill-koppja tar-Red Bull. Ta min jiftakar li minbarra li rebaħ tliet tlielaq kien anke spiċa fuq il-podju fl-

ewwel Grand Prix fl-Awstralja imma kien skwalifikat minħabba ksur ta’ regoli. Issa la darba Vettel ħalla lir-Red Bull u ingħaqad mal-Ferrari l-pressjoni fuq Ricciardo se tkun akbar għax se jkun is-sewwieq prinċipali tat-tim u ħafna se jkunu qed jistennew li jkompli jibni fuq dak li kiseb fl-2014. F’kummenti li ta l-istess Ricciardo qal li jifhem il-mossa ta’ sieħbu Vettel li ingħaqad mal-Ferrari. “Vettel rebaħ erba’ titli mondjali mar-Red Bull u nemmen li għalih ikun ta’ sodisfazzjon akbar li jirbaħ il-ħames wieħed ma’ tim ġdid milli malistess tim. Jien naf kemm Vettel għandu għal qalbu t-tim talFerrari u lil Michael Schumacher. Xi darba jew oħra kien se jispiċċa jsuq magħhom,” qal Ricciardo. Ta min jiftakar li sena oħra mal-Ferrari mhux se jkun hemm Fernando Alonso, Stefano Domenicali, Luca di Montezemolo u anke Marco Mattiacci li tkeċċa mill-kariga wara l-aħħar GP tal-istaġun. Wieħed jista’ jgħid li parti kbira mid-diżappunt tal-Ferrari kien is-sewwieq Kimi Raikkonen. Qabel ma beda listaġun ħafna kienu tal-fehma li l-koppja Alonso-Raikkonen kien kapaċi jisfidaw lil kwalunwke tim imma mhux talli dawn ma sifdawx għar-rebħ tat-titlu imma anke ma kinux kapaċi jwasslu littim tagħhom mal-ewwel tlieta f’dik li hi klassifika tal-kostrutturi.


www.maltarightnow.com

29

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

SPORT

TRASFERIMENTI

Bent ma’ Brighton b’self

L-eks attakkant internazzjonali Ingliż Darren Bent ingħaqad b’self ma’ Brighton mingħand Aston Villa. Bent kien ingħaqad ma’ Villa fl-2011 għas-somma ta’ 18-il miljun lira sterlina u dan se jkun misluf lit-tim ta’The Championship sad-29 ta’ Diċembru. Minn meta ingħaqad ma’Villa Bent naqas milli jikseb post regolari mal-ewwel 11. Dan l-istaġun Bent beda biss darba

mal-ewwel 11 filwaqt li s-seba’darbiet l-oħra li lagħab fil-Premier dejjem daħal bħala sostitut. Fl-istaġun li għadda Bent kien misluf lil Fulham. Minn naħa tagħhom Brighton jittamaw li Bent ikun utli biex dawn jirkupraw mill-mument diffiċli li għaddejin minnu. Bħalissa Brighton qegħdin fl-20 post filklassifika.

Illum tibda fl-24 edizzjoni tal-Malta Marathon Challenge

Ribery (fin-nofs) jemmen li Neuer (xellug) jew Robben (lemin) għandhom jirbħu l-Ballun tad-Deheb

Neuer jew Robben għandhom - Ribery jirbħu l-Ballun tad-Deheb

Illum tibda l-24 edizzjoni talMalta Marathon Challenge, u rraba’ waħda konsekuttiva li qed tkun sponsorjata mill-kumpanija Nestle fejn fiha se jkunu qed jieħdu sehem madwar 150 parteċipant. Dawn il-parteċipanti se jkunu ġejjin minn madwar 13-il pajjiż fosthom il-Bulgarija, ilFinlandja, l-Ingilterra, ilĠermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, ir-Russja, l-

Iskozja, Spanja, l-Iżvezja, Wales u ovvjament Malta. L-edizzjoni ta’ din is-sena tintemm il-Ħadd 30 ta’ Novembru. Din is-sena, novità fil-maratona se tkun li minbarra l-attività prinċipali se ssir ukoll relay. L-ewwel stadju se jibda millġonna tal-Mdina u jintemm irRabat. It-tieni stadju se jsir f’Birżebbuġa u fl-aħħar stadju l-atleti se jtellqu minn San Pawl il-Baħar sal-Belt Valletta.

Il-winger ta’ Bayern Munich Franck Ribery jemmen li lgowlkiper Ġermaniż Manuel Neuer jew l-Olandiż ta’ Bayern Arjen Robben għandhom jirbħu l-Ballun tad-Deheb. Ribery ma kienx inkluż fil-lista’ ta’ 23 plejer nominati għar-rebħ ta’ dan l-unur u f’kummenti li ta dan qal, “Neuer rebaħ kollox kemm ma’ Bayern kif ukoll mal-Ġermanja. Barra minn hekk m’huwiex plejer arroganti. Robben kien

importanti għal Bayern u malOlanda kellu wirjiet mill-aqwa fit-Tazza tad-Dinja. Madankollu nibża’ li se jerġa’ jiġri bħas-sena l-oħra u jirbaħha xi ħadd li ma ħaqqux,” qal Ribery. Dan tal-aħħar kien qed jirreferi għal meta sena ilu Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid rebaħ lunur meta għeleb l-isfida tal-istess Ribery (li kien rebaħ it‘Treble’ ma’ Bayern) u ta’ Lionel Messi.

“Il-Ballun tad-Deheb hu biss politika. Sena ilu kif wasalt fi Zurich għas-serata finali rajt lil Ronaldo mal-familja kollha tiegħu u mal-ewwel indunajt li ma kontx se nirbaħ. Rajt lil Blatter (President tal-FIFA) jgħannaq lil Ronaldo u intbaħt li kollox kien miftihem minn qabel. M’inix se ngħir għal min jirbaħ unur li llum-il ġurnata m’għadux relatat ma’ futbol għax nippreferi l-unuri li irbaħt ma’ Bayern.”

Southampton, il-klabb tasSouth Coast li, b’sorpriża, jinsab it-tieni fil-Premiership wara Chelsea, qed jagħti l-aqwa tweġiba lill-kritiċi li qalu li s-Saints kellhom jiffaċċjaw staġun ‘mimli bi problemi’ wara li biegħu ħafna plejers importanti matul is-sajf. Fil-fatt, Southampton kellhom l-aqwa bidu ta’ staġun kemm ilhom jikkompetu fl-ogħla Diviżjoni Ingliża u bin-nukleju tal-plejers ġodda qed jagħtu kontribut siewi bħala elementi ta’ tim żagħżugħ u kumpatt li qed jissorprendi minn logħba għall-oħra. Qabel il-bidu tal-istaġun 201415, il-bookmakers qablu li Southampton kellhom jitqiesu fost il-favoriti għar-relegation, speċjalment ladarba telquhom plejers importanti bħall-captain, Adam Lallana, Dejan Lovren u Rickie Lambert (li lkoll ingħaqdu ma’ Liverpool) flimkien maddifensur internazzjonali Ingliż, Luke Shaw, li ffirma ma’ Manchester United għas-somma ta’ 27 miljun Sterlina. Iżda s-Saints, taħt it-tmexxija tal-manager Olandiż, Ronald Koeman, issorprendew lil kulħadd b’sensiela ta’ rebħiet impressjonanti, fejn spikka lmassakru ta’ Sunderland, 8-0, f’St Mary’s Stadium, li kienet ukoll l-akbar rebħa ta’

Southampton fil-Premiership. Din il-ġimgħa, Koeman ikkritika bl-aħrax lill-amministrazzjoni tal-Premier League Ingliż minħabba ‘programm tal-logħob li ma jagħmilx sens’, bl-Olandiż jemmen li ‘l-valanga ta’ impenji fi żmien relattivament qasir ‘ tista’ ttellef l-aspirazzjonijiet ta’

minħabba programm tal-league li ma jaħfirx u li jinkludi ħdax ilkonfront diffiċli fi żmien 42 jum. L-ewwel minn dawn il-konfronti kien dak ta’ nhar it-Tnejn kontra Aston Villa, fejn is-Saints spiċċaw 1-1, b’Nathaniel Clyne iwieġeb għall-vantaġġ bikri skurjat mill-attakkant tal-Villains,

kbar tal-Premiership’. L-Olandiż, fuq kollox, jilmenta talli, waqt ilprogramm tal-Milied, flIngilterra, jeżistu sitwazzjonijiet fejn il-plejers ikollhom 24 siegħa biss biex jirkupraw bejn logħba u oħra u li għalih hi ‘ġennata kbira’. Iżda Nathaniel Clyne, id-difen-

(fit-30 ta’ Novembru), Arsenal (fit-3 ta’ Diċembru) u Manchester United (fit-8 ta’ Diċembru). Clyne jemmen li s-Saints se jkomplu juru li m’humiex jissieltu għall-kampjonat b’kumbinazzjoni u li t-tim għandu l-materjal biex ikompli b’dawn ir-riżultati tajbin. Filwaqt li jibqa’ fiduċjuż filkonsistenza tat-tim, Clyne jemmen fil-ħtieġa li l-plejers ikunu ‘mentalment ippreparati’ għallimpenji diffiċli li jmiss. Intant, u waqt li jibqgħu ‘underdogs’, Southampton huma determinati li juru lil kulħadd li l-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika mhix falza. Il-kuntratt ta’ Clyne ma’ Southampton jiskadi fis-sajf tal2016, iżda għalkemm id-difensur qed jinteressa klabbs kbar bħal Manchester United, hu minnu li lplejer u d-diriġenti tas-Saints qed jiddiskutu diġà l-estensjoni talkuntratt bi ftit snin oħra. Min-naħa tiegħu, Ronald Koeman qal li l-klabb hu determinat li jimxi ‘l quddiem filwaqt li jżomm il-plejers stabbiliti u żgħażagħ promettenti – fosthom Clyne, Victor Wanyama, Morgan Schneiderlin, Dusan Tadic, Ryan Bertrand, Jack Cork u Graziano Pelle - li tant impressjonaw u li lkoll saru mira tal-ġganti filPremiership.

FUTBOL FL-INGILTERRA

Southampton ħerqana biex jikkonfrontaw lill-ġganti

Southampton, taħt it-tmexxija tal-manager Olandiż, Ronald Koeman (xellug), issorprendew lil kulħadd filPremiership Ingliż dan l-istaġun

Southampton li jilagħbu fiċChampions League, fl-istaġun li ġej. Koeman jinkwieta li, minkejja l-bidu sensazzjonali tas-Saints, it-tim għandu jsib ‘l-intoppi’

Gabriel Agbonlahor.

24 siegħa mistrieħ Koeman jemmen li l-programm, minn issa sal-bidu tal2015, ‘jiffavorixxi lill-klabbs

sur tas-Saints li impressjona ferm għall-Ingilterra fil-logħba ta’ ħbiberija mal-Iskozja, fi Glasgow, jinsisti li Southampton huma ‘ħerqana se jtiru’ għall-konfronti mistennija ma’ Manchester City


www.maltarightnow.com

30

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

CHAMPIONS LEAGUE – KUMMENTI WARA L-PARTITI

SPORT

Rodgers xorta kuntent b’Liverpool

Hughes imut jumejn wara li intlaqat b’ballun tal-cricket Phillip Hughes intilef minn sensih hekk kif intlaqat minn ballun tal-cricket

Id-dinja tal-cricket tinsab f’luttu. Dan wara li fl-Awstralja, Phillip Hughes, żagħżugħ ta’ 25 sena, miet kmieni l-Ħamis filgħodu, jumjen wara li kien intlaqat minn ballun tal-cricket waqt illogħba mill-kampjonat domestiku bejn South Australia u New South Wales. Hughes, intlaqat fuq għon-

qu u mill-ewwel intilef minn sensih. Minkejja li xorta waħda kien liebes helmet, id-daqqa tant kienet b’saħħitha li arterja li kellu f’rasu infaqgħet u infirex ammont kbir ta’ demm f’moħħu. It-tabib tat-tim Peter Brunkner iddeskriva dan l-inċident bħala wieħed ‘skerz’ u f’kemm ilu jis-

tudja iltaqà biss darba ma’ każ ieħor bħal dan. Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott kien fost l-ewwel li bgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Hughes. L-Assoċjazzjoni Cricket Australia esprimiet is-sogħba tagħha mal-ġenituri ta’ Hughes f’dan il-mument ta’ dieqa kbira.

Il-manager ta’ Liverpool Brendan Rodgers qal li xorta waħda kien sodisfatt wara li rReds ġew draw 2-2 barra minn darhom kontra Ludogortes talBulgarija. Liverpool kienu minuti ‘l bogħod milli jiksbu rebħa ta’ 2-1 imma gowl ta’ Terziev fl-aħħar minuta ta punt liż-żewħ timijiet. Dan ifisser li issa biex jikwalifikaw għallfażi li jmiss Liverpool iridu bilfors jirbħu f’Anfield kontra Basel filwaqt li draw ikun biżżejjed għal Basel biex jikkwalifikaw. “Wieħed ma jridx jinsa li konna 1-0 minn taħt u meta tkun minn taħt f’din il-kompetizzjoni trid tim mimli bi plejers ta’ kuraġġ biex mhux biss

iġġib id-draw imma ddawwar ir-riżultat kif għamilna aħna. Hu ovvju li aħna kollha diżappuntati bil-gowl li qlajna lejn laħħar imma hu inutli noqgħodu naħsbu fih,” qal Rodgers.

Jattakka lir-referee Il-kowċ ta’ Malmo, Age Hareide qal li l-kontroll tar-referee fil-logħba mitlufa 2-0 kontra Juventus kien wieħed skandaluż’’. Juventus skurjaw żewġ gowls fit-tieni taqsima biex komplew resqin lejn il-fażi li jmiss. Hareide kien irrabjat minħabba li skont hu, fl-azzjoni tat-tieni gowl, Morata iffawlja lil Johansson qabel ma eventwalment skurja Tevez. Minn naħa tiegħu l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri kien diżappuntat għall-ħafna ċansijiet li tilfu l-plejers u wissa lit-tim biex fl-aħħar logħba kontra Atletico ma jilgħabx għad-draw. Juventus issa jridu minn talanqas draw f’Turin kontra Atletico, li diġa’ għaddew millgrupp, biex jikkwalifikaw. “Nistgħu mhux biss nikkwalifikaw imma anke nirbħu lgrupp. Mhux se tkun logħba faċli u l-importanti hu li ma nilagħbux għad-draw. Ikun ideali li nirbħu l-grupp għax filfażi li jmiss hemm ċans kbir li jekk ma nirbħux il-grupp niltaqgħu ma avversarju ferm diffiċli,” temm jgħid l-eks kowċ ta’ Milan.

Inkwetat dwar Arteta Minkejja r-rebħa ta’ 2-0 kontra Borussia Dortmund, il-manager ta’ Arsenal Arsene Wenger qal li hu inkwetat dwar l-injury ta’ Mikel Arteta li kellu jkun mibdul fit-tieni taqsima. S’issa għadu mhux magħruf kemm se jdum barra l-eks plejer ta’ Everton imma dan se jkompli jżid mal-lista twila ta’ injuries li għandhom il-Gunners. “L-injury tidher waħda emmxejn serja u din hi aħbar ħażina għax qegħdin f’mument fejn għandna ħafna plejers li m’humiex disponibbli,” qal Wenger. Intant, il-problemi għal Arsenal komplew hekk kif ilbieraħ ħarġet l-aħbar li l-midfielder Jack Wilshere se jdum tliet xhur barra wara li kien operat fl-għaksa li weġġa’ fi tmiem il-ġimgħa kontra Man Utd.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

BEJN IL-PERITI U N-NUTARA. Fl-aħħar jiem komplew il-buscades tal-gradwati l-ġodda li qed jiċċelebraw din il-fażi importanti f’ħajjithom billi jduru mat-toroq tal-gżejjer Maltin. Fost l-oħrajn, nhar l-Erbgħa żaru d-Dar Ċentrali l-istudenti Universitarji li għadhom kif iggradwaw bħala nutara. Fuq ix-xarabank li kienu fuqha spikka messaġġ ta’ inkejja għall-istudenti sħabhom li ggradwaw fi professjoni oħra – dik ta’ perit, kif juri dan ir-ritratt miġbud quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN wara li n-nutara l-ġodda daħlu ġewwa u ltaqgħu mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. (Ritratt: Martin Agius)

Pitkala jilmentaw minn kompetizzjoni mhux ġusta Jappellaw lil min imexxi l-Pitkalija biex is-sorveljanza tkun kontinwa u effettiva Joe Mikallef

Ir-rapport pubblikat ilbieraħ f’dan il-ġurnal wassal biex żewġ pitkala jikkuntattjawna u jgħidulna li huma ilhom mis-sajf, talinqas, jinnutaw prattiċi irregolari fil-Pitkalija fejn prodotti Sqallin – inkluż frott, apparti l-ħaxix – qed jitpoġġew f’kaxex ħodor talPitkalija u jinbiegħu lill-vendituri daqs li kieku huma prodotti agrikoli mkabbra mill-bdiewa Maltin. Dawn iż-żewġ pitkala qalu lil ‘In-Nazzjon’ li din il-prattika skorretta qed toħloq kompetiz-

zjoni mhux ġusta bejniethom, “għax aħna nżommu mar-regoli u naċċettaw prodotti Maltin biss, iżda hawn min qiegħed jirċievi prodotti ta’ barra, jibdlilhom ilkaxxa għal dik ħadra tal-Pitkalija u joħorġuhom xorta waħda.” Huma żiedu jikkonfermaw li lprodotti importati u mibjugħa mill-Pitkalija qajla wieħed jagħrafhom, b’mod partikulari lmara tad-dar għax tassew huma bnini wkoll, għandhom dehra sabiħa u finalment ikunu qed jitwasslu lilha f’kaxxi ħodor bħallprodotti Maltin. Fil-verità matul l-aħħar snin il-

bidwi Malti, wara li jkun għaraq lgħaraq ta’ xbinu biex kabbar ilprodotti tiegħu u daħħalhom għallbejgħ fil-Pitkalija, tgħallem ukoll jippreżentahom, għax l-ewwel li tiekol l-għajn. Iżda f’dan ir-rigward il-prodotti importati minn Sqallija qed joffru sfida qawwija għax id-dehra tagħhom hi tassew sabiħa u li tiġbed l-għajn. Huma qalu li bħala eżempju jistgħu jieħdu l-preżentazzjoni tat-tadam li fil-kaxxi jitpoġġew għenieqed, għenieqed u għalhekk il-mara tad-dar għajnejha mill-ewwel imorru fuq ilprodott.

Iż-żewġ pitkala temmew iħeġġu lit-tmexxija tal-Pitkalija biex is-sorveljanza tagħhom tkun aktar viġilanti u effettiva biex dawn l-abbużi, li huma jemmnu li għadhom fil-bidu tagħhom, jitrażżnu biex il-klima li dejjem irrenjat fil-Pitkalija tul is-snin ma tiddeġenerax issa. Sadanittant, ilbieraħ tkellem magħna wkoll bidwi li kull nhar ta’ Tlieta u kull nhar ta’ Sibt jarma fis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali u filwaqt li qal li jista’ jkun hemm xi kollegi tiegħu li jbiegħu prodotti importati minn Sqallija, fosthom ukoll pastard u

qarabagħli, meta jarma s-suq ikun hemm dejjem uffiċjal midDipartiment li suppost jassigura li ma jsirux abbużi bħal dawn għal diversi raġunijiet, mhux biss ta’ kompetizzjoni imma anki ta’ prezzijiet. Dan il-bidwi temm li fl-aħħar mill-aħħar xi drabi jkun diffiċli biex tidentifika dawk il-prodotti importati minn dawk lokali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.