In-Nazzjon 27 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,911

Il-Ħamis, 27 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Ħtieġa kbira ta’ Politika Onesta Għada u l-Ħadd jiltaqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-PN

Ix-xufier tal-Ministru Mallia mixli b’attentat ta’ qtil Ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, il-Kuntistabbli Paul Sheehan (fin-nofs), li lbieraħ tressaq quddiem il-Qorti (Ritratt: Martin Agius)

Paul Sheehan jitressaq il-Qorti. Iwieġeb mhux ħati għall-akkuża tal-attentat ta’ qtil tal-Ingliż Stephen Smith u għal numru ta’ akkużi oħra. Il-verżjoni li ta lill-pulizija ma taqbilx ma’ dak li ħareġ mill-investigazzjonijiet. Miċħuda talba għal-libertà proviżorja, u jintbagħat il-ħabs Joe Mikallef

Il-Kuntistabbli Paul Sheehan, ix-xufier tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia, ilbieraħ tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil volontarju, proprju f’għeluq il-ġimgħa

mill-każ ta’ nhar l-Erbgħa talġimgħa l-oħra meta fetaħ in-nar fuq vettura ta’ Ingliż fil-Gżira. Paul Sheehan kien diġà ġie arrestat u interrogat fl-Għassa tal-Imsida dakinhar li seħħ ilkaż, imma kien inħeles ftit wara. Numru ta’ sigħat wara kien reġa’

ssejjaħ mill-Pulizija fejn ta wkoll stqarrija dettaljata lill-Pulizija. Paul Sheehan reġa’ kien arrestat kmieni lbieraħ filgħodu, x’aktarx mid-dar ta’ ommu filGżira, u minn aktar investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija, fosthom meta kkonfrontat l-

istqarrija tiegħu mat-telefonata li għamel lill-Control Room talPulizija dakinhar tal-isparatura, irriżultaw diskrepanzi li wasslu lill-investigaturi biex jakkużawh b’attentat ta’ omiċidju volontarju.

Xiżma fl-Ambaxxata Libjana

għal paġna 3

Żewġ fazzjonijiet – waħda leali lejn il-Gvern rikonoxxut internazzjonalment ta’ Tobruk u l-oħra lejn il-Gvern ta’ Tripli – ifittxu li jieħdu r-riedni tal-Ambaxxata Libjana f’Malta. Qasma li qed tippreokkupa lir-residenti Libjani li jsostnu li pajjiżhom ma jistax jieħu r-ruħ Joe Mikallef

Il-komunità Libjana f’Malta għaddejja minn żminijiet inkwetanti, l-aktar l-Ambaxxata Libjana f’Ħ’Attard, fejn hemm qasma – li dawk qrib lAmbaxxata qed jiddeskrivuha bħala “xiżma” bejn dawk leali lejn il-Gvern leġittimu u rikonoxxut internazzjonalment, li hu bbażat f’Tobruk, u dawk leali lejn il-Gvern illeġittimu bbażat fi Tripli. Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Al-Thinni, li kien f’Malta ftit tal-ġimgħat ilu u li laqqa’ wkoll il-Kabinett tiegħu f’Malta, apparti li kellu taħditiet uffiċjali mal-Gvern Malti, bħalissa qiegħed jffaċċja għadd ġmielu

ta’ diffikultajiet biex ikun jista’ jmexxi lil-Libja. Mhux biss minħabba li t-tmexxija tiegħu mhux qed issir minn parti ċentrali fil-Libja, iżda anke għax ilpożizzjoni tiegħu fil-Punent talpajjiż u ferm ’il bogħod millqalba tal-pajjiż, qed tkompli tikkumplikalu l-affarijiet. Madankollu, fl-aħħar ġimgħat il-Gvern ta’ Al-Thinni – li hu rikonoxxut kemm minNazzjonijiet Uniti u anki millUnjoni Ewropea – kompla jikseb aktar appoġġ u sostenn minn pajjiżi tal-Punent li ma jridux li fil-Libja tikber il-preżenza talmilitanti u ta’ dawk li huma fundamentalisti u estremisti. Min-naħa l-oħra, iżda, anke lGvern illeġittimu fi Tripli

qiegħed ikompli jikseb appoġġ minn aktar gruppi, kemm filLibja u anki f’pajjiżi lil hinn minnha, li huma fundamentalisti u estremisti. Fil-fatt, qiegħed jattira lejh popolarità dejjem tikber fost dawk li jaqgħu taħt il-kappa tal-Milizzja. Kulma jmur, il-konfront bejniethom – għalkemm għalissa b’mod sottili – qiegħed ikompli jikber u dak li qed isir bħalissa hu li ż-żewġ naħat qed jippressaw biex ikabbru l-appoġġ internazzjonali li għandhom. Fost l-oħrajn it-tnejn qed jagħmlu pressjoni fuq lAmbaxxati ta’ pajjiżi barranin li kienu stabbiliti fi Tripli. Il-Gvern leġittimu ta’ Tobruk irid li lpajjiżi li qed jagħrfuh ikomplu

jagħtuh l-appoġġ tagħhom, anki, jekk hemm bżonn, billi r-rappreżentanza diplomatika tagħhom tkun trasferita għal Tobruk jew fil-viċinanzi. Min-naħa l-oħra, il-Gvern illeġittimu fi Tripli kien qiegħed isus wara rappreżentanti ta’ pajjiżi barranin biex jagħtuh irrikonoxximent u l-appoġġ tagħhom. Fost l-oħrajn din il-pressjoni miż-żewġ naħat kienet qed issir ukoll fuq l-Ambaxxata Maltija u dan kien qed isir mhux biss permezz ta’ messaġġi, noti verbali u telefonati, iżda wkoll b’ċerti manuvri oħra li allura ma ħallewx l-operat tad-diplomatiċi Maltin fi Tripli wieħed trankwill. għal paġna 5

Hemm ħtieġa kbira ta’ politika ġenwina li tkun għan-nies, u li ħadd ma jaħrab mir-responsabbiltà politika. Politika għan-nies li fiha l-politiċi jżommu quddiem għajnejhom li qegħdin hemm biex iservu u mhux biex jisservew. Stqarr dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ biex jitnieda l-Kunsill Ġenerali talPN li se jiltaqa’ fi tmiem din il-ġimgħa bit-tema ‘Politika Onesta’. Chris Said kompla li politika onesta teħtieġ istituzzjonijiet ħielsa u li jiffunzjonaw sew. B’ċerti ħatriet li saru, dawn l-istituzzjonijiet tnawru. Hu semma fost oħrajn lawtonomija tal-Korp talPulizija, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja – li minkejja lpariri li tat, il-Gvern qagħad jistenna u ħalla lill-Imħallef Lino Farrugia Sacco jirtira flok neħħieh – u lOmbudsman li qed isib xkiel mill-Gvern fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu. Chris Said tenna l-impenn tal-PN li bħalma kien hu li waqqaf u saħħaħ dawn listituzzjonijiet, daqstant ieħor jaħdem biex l-indipendenza tagħhom tissaħħaħ. Fuq kollox, kompla Chris Said, politika onesta tfisser li l-politiċi jgħidu l-verità u mhux il-gideb. Semma diversi eżempji ta’ sitwazzjonijiet fejn il-Ministri u Deputati tal-Gvern qed jinqabdu jigdbu b’mod sfaċċat. L-iktar eżempju reċenti hu tal-Prim Ministru Joseph Muscat li fid-diskors tiegħu fil-Parlament allega li lAssistenti Parlamentari tħallsu €2 miljun bejniethom fi tliet snin. għal paġna 3


www.maltarightnow.com

LOKALI

Manwel Mallia jibqa’ ma jweġibx minn paġna 1

Sat-Tlieta filgħodu Sheehan kien l-isptar wara li l-lejl ta’ qabel iddaħħal jilmenta minn uġigħ f’sidru, wara li allegatament kien involut f’argument meta uffiċjali tal-Inkjesta Maġisterjali marru firresidenza ta’ ommu biex ikomplu bl-istħarriġ. Fil-Qorti lbieraħ hu kien akkużat b’disa’ kapi ta’ akkuża, fosthom b’attentat ta’ qtil volontarju, bi vjolenza fuq Stephen Smith, bi ħsara volontarja fil-vettura tiegħu, li ġarr arma mingħajr skop leġittimu, li spara f’post pubbliku, li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u li bħala Pulizija wettaq reat li kien fid-dmir tiegħu li jara li ma jsirx. Għal dawn l-akkużi kollha Paul Sheehan, difiż mill-Avukat Edward Gatt, wieġeb mhux ħati. Eventwalment id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest u hawnhekk il-Prosekuzzjoni – isSupretendent Alexandra Mamo u l-Ispetturi Jesmond Micallef u Saviour Baldacchino – oġġezzjonaw minħabba kontaminazzjoni ta’ provi u xhieda. Bejn il-Prosekuzzjoni u d-Difiża nqalgħu argumenti kontra u favur il-ħelsien mill-arrest bil-

Prosekuzzjoni tinqabad inċerta, skomda u inkonsistenti fix-xhieda tagħha tant li l-Maġistrat talGħassa kellu jisma’ fuq il-pedana mhux biss lill-Ispettur Saviour Baldacchino li deher mhux infurmat biżżejjed dwar il-każ, imma saħansitra lis-Supretendent Mamo. Finalment il-Maġistrat Giovanni Grixti, f’dan l-istadju, ma laqax ittalba tad-Difiża anki għaliex lakkuża hi serja u gravi. Fi tmiem is-seduta u meta l-ġurnalisti ħarġu ‘l barra mill-Awla, Pual Sheehan deher imkisser u mar f’waħda mill-irkejjen u nfaqa’ jibki...konsolat biss minn omm il-mara tiegħu li kienet preżenti fl-Awla. Finalment ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia ttieħed lejn il-Ħabs ta’ Kordin permezz ta’ vettura talPulizija. Wara l-inċident ta’ nhar lErbgħa tal-ġimgħa l-oħra li fih spara numru ta’ tiri fuq il-karozza ta’ Smith – li aktar kmieni kien ħabat mal-karozza Ministerjali misjuqa minn Sheehan – l-istess Sheehan ġie sospiż minn xufier tal-Ministru Mallia, u anke millKorp tal-Pulizija. Għall-bidu l-Gvern fi stqarrija li ħareġ mill-ewwel, kien iddikjara li t-tiri sparati minn Sheehan kienu tiri ta’ twissija, imma l-għada l-

Ħamis f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Mallia kkoreġa lverżjoni u qal li dawn ma kienu tiri ta’ twissija xejn. S’issa la l-Prim Ministru u lanqas il-Ministru Mallia ma wieġbu għas-sejħa biex tintrefa’ r-responsabbiltà politika f’dan il-każ, tant li l-Oppożizzjoni ħabbret li se tressaq fil-Parlament mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Mallia. Ilbieraħ filgħodu, sadanittant, ilMinistru Mallia ma riedx jgħid min kiteb u ħareġ l-istqarrija tadDipartiment tal-Informazzjoni ftit sigħat biss wara li seħħ il-każ. Dan wara li aktar kmieni fil-jiem li għaddew, Mallia ammetta li ma kienx ra din l-istqarrija qabel ġiet pubblikata. Meta kien qed iwieġeb diversi mistoqsijiet parlamentari li għamillu Jason Azzopardi, f’mument minnhom Mallia pponta subgħajh lejn l-istess deputat tal-PN u b’vuċi għolja qal li ħadd mhu se jtelliflu l-kredibbiltà tiegħu, u li ma jinteressahx x’jemmen Azzopardi. Il-Ministru Mallia kien mitlub lewwel jispjega kinux il-membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU) li taw l-ordni biex il-karozza li ntlaqtet b’tiri sparati mix-xufier tiegħu tittella’ fuq il-low loader u

tiċċaqlaq biex tittieħed minn fuq ilpost tal-inċident qabel l-inkjesta Maġisterjali. Dan il-ġurnal kien żvela li l-ordni ngħatat minn fuq. Imma l-Ministru Mallia ma weġibx din il-mistoqsija, għax qal li hemm mozzjoni mressqa millOppożizzjoni dwar dan l-inċident, u għaddejja wkoll inkjesta dwar dan, u għalhekk l-ispjegazzjonijiet jingħataw fil-ħin opportun. Jason Azzopardi staqsa wkoll jistax il-Ministru jgħid min kiteb listqarrija dwar l-inċident li fih kien involut ix-xufier tiegħu, u li ħarġet mid-DOI, la skont l-istess Minstru ma kitibhiex hu u lanqas ikkordinaha hu; u li lanqas ma nħarġet mill-Uffiċjal responsabbli millKomunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu minħabba li din, dak il-ħin, kienet qed tippreżenta programm fuq it-televiżjoni. Il-Ministru Mallia qal li dak li jista’ jgħid hu li la ra l-istqarrija u lanqas kien jaf il-kontenut tagħha, u li dik hi l-verità, filwaqt li baqa’ ma tax informazzjoni dwar min kien responsabbli minn dik listqarrija li ħarġet dakinhar stess tal-inċident tard filgħaxija. Dwar dan ilbieraħ ikkummenta wkoll is-Segretarju Ġenerali talPN Chris Said li qal li l-fatt li kell-

Laburista espert tal-gideb u l-PN li qed ifittex politika mibnija fuq l-onestà u l-verità. Hi sostniet li l-aħħar żviluppi politiċi, kif ukoll id-differenza ċara bejn il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil u lPrim Ministru Joseph Muscat, ġibdet numru ta’ nies lejn ilPartit Nazzjonalista, grazzi għall-viżjoni u l-onestà politika tal-Oppożizzjoni. Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se jibda jiltaqa’ għada l-Ġimgħa u jiġi fi tmiemu l-Ħadd bl-indirizz tal-Kap tal-

Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Matulu, il-kelliema qed jiġu mistiedna jitkellmu dwar l-aħħar ġrajjiet politiċi fil-pajjiż, kif ukoll dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista f’dak li għandu x’jaqsam ma’ politika onesta. Waqt il-Kunsill Ġenerali, se jitressaq ukoll dokument politiku li jagħti qafas politiku biex iddiversi strutturi tal-Partit, b’mod speċjali l-Policy Fora, fix-xhur u s-snin li ġejjin ikunu jistgħu joħorġu bi proposti konkreti msejsa fuq politika onesta.

Chris Said u Paula Mifsud Bonnici jniedu l-Kunsill Ġenerali tal-PN ilbieraħ (Ritratt: Martin Agius)

Diskussa l-viżjoni tal-PN minn paġna 1

Dan meta r-realtà hi li tħallsu €86,000, li hu ferm inqas. Min-naħa tagħha, il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN Paula Mifsud Bonnici fissret li dan hu Kunsill Ġenerali politiku skont listatut li jsegwi l-Kunsill Ġenerali Amministrattiv li sar fil-ġimgħat li għaddew. Hi rrimarkat kif fl-aħħar jiem, kemm fil-preżentazzjoni talBaġit, kif ukoll fil-każi reċenti li involvew diversi Ministri talGvern, ħarġet id-differenza bejn iż-żewġ partiti. Bil-Gvern

3

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

ha tgħaddi ġimgħa mill-isparatura fil-Gżira biex ix-xufier ta’ Mallia jitressaq il-Qorti diġà hu skandaluż minnu nnifsu u materja ta’ riżenja u responsabbiltà politika fiha nfisha. Mistoqsi jekk bir-riżenja ta’ uffiċjal għoli tal-Ministeru tkunx intrefgħet ir-responsabbiltà politika, Chris Said wieġeb li din ma tintrefax minn impjegat talMinisteru jew membru tasSegretarjat privat tal-Ministru, jiġifieri minn scapegoat, iżda mill-politiku. Said staqsa min se jerfa’ rresponsabbiltà tal-istqarrija maħruġa mill-Ministeru li għattiet il-fatti meta diġà kien magħruf min spara u lejn liema direzzjoni kienu sparati t-tiri. Staqsa wkoll min ta l-ordni biex il-karozza milquta titgħabba fuq low-loader u titneħħa qabel l-inkjesta talMaġistrat. Chris Said kompla li lImħallfin imqabbdin biex imexxu l-inkjesta żgur mhux se jiddeċiedu dwar min għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika ta’ dak li ġara. Dan jista’ jagħmlu biss il-Prim Ministru Joseph Muscat, iżda jidher li Muscat hu ostaġġ talMinistru Mallia, temm jgħid Chris Said.


www.maltarightnow.com

4

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT EWROPEW

Il-vjolenza kontra n-nisa hi kwistjoni Ewropea li tirrikjedi bidla fil-kultura – Therese Comodini Cachia “Unjoni mwaqqfa fuq iddemokrazija u r-rispett lejn iddinjità umana ma tistax tkompli tevita milli titfa’ ħarsitha fuq labbuż peristenti, li spiss ma jkunx rappurtat, ta’ vjolenza kontra n-nisa. Wara kull każ hemm persuna li qed tiġi vittimizzata. L-Unjoni Ewropea għanda tinvolvi l-partijiet interessati kollha sabiex tikkumbatti din il-kriminalità, tipprovdi aċċess aktar faċilitat għall-ġustizzja u sapport aktar effiċjenti għall-vittmi”.

Dan qalitu lEwroparlamentari Nazzjonalista Therese Comodini Cachia matul sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu li ddiskutiet ir-rwol tal-UE filġlieda kontra l-vjolenza kkaġunata fuq in-nisa fl-Ewropa. L-iskala allarmanti tal-problema fl-UE hija evidenzjata minn figuri ppubblikati millAġenzija favur id-drittijiet fundamentali permezz ta’ stħarriġ pubbliku. Hemm stima ta’ 13-il miljun

Therese Comodini Cachia

Bżonn ta’ bidla fil-problema tal-immigrazzjoni - Roberta Metsola

“Hemm bżonn ningħaqdu u ninsistu fuq bidla konkreta. Kwalunkwe ħaġa inqas minn hekk tkun tfisser li nkunu qed nevitaw ir-responsabbiltà”. Hekk sostniet b’referenza għall-problema tal-immigrazzjoni l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola meta nhar it-Tlieta indirizzat ilParlament Ewropew ftit wara li lPapa Franġisku indirizza lillMEPs aktar kmieni fil-ġurnata, u għamel sejħa biex l-UE ma tħallix lill-Mediterran jinbidel aktar f’ċimiterju. “Sena ilu, kollha kemm aħna konna hawnhekk, u wegħidna li din kienet se tkun l-aħħar darba, li l-Mediterran qatt mhu se jerġa’ jsir ċimiterju ta’ persuni miksurin u ħolm miksur. Imma sena wara, erġajna qegħdin hawnhekk wara li kważi 500 ruħ sfaw maqtula mit-traffikanti, huma u jaqsmu lMediterran. Hemm bżonn li nagħmlu aktar, ħafna aktar,” qalet Roberta Metsola. F’diskors f’għeluq is-sena minn meta l-Parlament Ewropew ftiehem

Roberta Metsola

fuq riżoluzzjoni dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran, Roberta Metsola kompliet tgħid li ċ-ċittadini tal-Ewropa qegħdin jistennew aktar minn dak l-istess kliem li jxerred l-istess wegħdi miksura. Ir-riżoluzzjoni li vvutaw fuqha l-Ewroparlamentari s-sena li għaddiet ġiet wara t-traġedja qrib il-gżira ta’ Lampedusa, meta aktar minn 350 persuna tilfu ħajjithom hekk kif kienu qed jippruvaw jaslu l-Italja. Roberta Metsola nnutat li rriżoluzzjoni kellha sservi bħala

‘roadmap’ biex il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri tal-UE finalment jieħdu azzjoni, jipprovdu politika ħolistika flimmigrazzjoni, u jmorru wara ttraffikanti, imma l-gvernijiet ma ħadux azzjoni biżżejjed. Hija għamlet enfasi dwar ilbżonn li r-riżoluzzjoni ġdida li lMEPs se jkunu qed jivvutaw fuqha x-xahar li ġej tisħaq fuq issolidarjetà bejn l-istati membri, tiżgura approċċ ħolistiku lejn limmigrazzjoni u tindirizza s-sistema Ewropea dwar l-ażil. “Kull min jaħseb li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni tista’ tissolva mingħajr approċċ ħolistiku u komprensiv mill-UE, mhux qiegħed japprezza l-isfida li qed niffaċċjaw,” żiedet tgħid Roberta Metsola. Hi appellat lil kulħadd biex iwarrab l-objettivi partiġjani u jinsisti fuq azzjoni konkreta. “Inkella, se nkunu hawnhekk minn hawn u sena oħra, nitkellmu dwar id-dispjaċir tagħna wara li aktar persuni jkunu għerqu fl-ibħra tagħna.”

mara fl-UE li esperjenzaw abbuż fiżiku u 3.7 miljun mara fl-UE li esperjenzaw abbuż sesswali tul it-tnax-il xahar qabel il-pubblikazzjoni tal-istess stħarriġ. Din hija indikazzjoni ċara li lvjolenza kontra n-nisa fl-UE hija problema, ferita fis-soċjetà Ewropea li tesponi ruħha f’forom differenti. L-UE għaldaqstant, qalet Comodini Cachia, għandha taġixxi malajr biex tassigura li prattiki bħal dawn kontra n-nisa fl-istati

membri tagħha, bħal pereżempju vjolenza domestika, traffikar ta’ nisa, stupru, u forom oħra ta’ abbuż psikoloġiku, emozzjonali u fiżiku, ma jibqgħux tollerati aktar u min jikkaġunahom jiġi ġustizzjat. “Stati membri u partijiet interessati jeħtieġ li jingħaqdu u jaġixxu fuq din il-vjolenza kontra n-nisa li madankollu mhix kwistjoni biss tan-nisa, iżda problema soċjali li m’għandhiex tkun tollerata aktar,” temmet tgħid Therese Comodini Cachia.

Ix-xogħol prekarju hu abbuż min-nies vulnerabbli - David Casa

Wieħed mill-aktar żviluppi inkwetanti fil-pajjiżi membri talUnjoni Ewropea hu ż-żieda filprekarjat. Għaldaqstant hu kruċjali li dan l-abbuż minn persuni vulnerabbli jiġi indirizzat. Dan qalu l-Kap tadDelegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa waqt li filParlament Ewropew ta’ Strasburgu kien qed jindirizza dibattitu dwar l-impjiegi bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020. David Casa qal li l-prekarjat jhedded il-futur tal-Ewropa għax inaqqar mid-drittijiet tal-persuni, filwaqt li jżid ir-riskji tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Hu kkwota ċifri li juru kif minkejja rapporti mill-UE li juru titjib fil-ħolqien tal-impjiegi, hu stmat li numru sinifikanti tal-impjiegi maħluqa qed iwasslu għall-prekarjat. L-MEP Nazzjonalista qal ukoll li l-livell tal-qgħad issa laħaq liv-

David Casa

elli inaċċettabbli, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Hu ċanfar ilmod kif l-UE qed tipprova tittratta dan is-settur, b’ħidma li ftit li xejn qed issolvi l-problemi. Għaldaqstant, David Casa appella lill-istati membri biex ikunu aktar viġilanti ħalli jattakkaw l-abbużi fuq il-vulnerabbli fis-soċjetà billi jkunu proattivi u ambizzjużi fid-deċiżjonijiet politiċi favur ix-xogħol.


www.maltarightnow.com

5

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Il-Gvern Malti rtira d-diplomatiċi Maltin minn Tripli Is-sitwazzjoni kompliet titgħarraq wara li l-gazzetta ‘ilmument’ u l-ġurnal ‘In-Nazzjon’ fil-jiem li għaddew żvelaw laqgħat separati li l-Ambaxxatur ta’ Malta għal-Libja Mannie Galea kellu mhux biss masSindku ta’ Tripli Mahdi ElHarati, imma anki ma’ wħud mill-ogħla uffiċjali tal-Gvern illeġittimu fil-kapitali Libjana. Sorsi qrib il-Ministeru talAffarijiet Barranin Malti qalu li ladarba ħarġu fil-beraħ dawn irrapporti esklussivi, allura s-sitwazzjoni tad-diplomatiċi Maltin fil-Libja kienet saret waħda millaktar delikati. Dan minħabba lfatt li filwaqt li uffiċjalment ilGvern Malti kien, u sal-lum għadu, jirrikonoxxi lill-Gvern leġittimu tal-Prim Ministru AlThinni, l-Ambaxxatur Malti – minn wara dahar kulħadd – kellu tal-inqas żewġ laqgħat ma’ dawk involuti fil-Gvern illeġittimu ta’ Tripli. L-ewwel laqgħa kienet dik mas-Sindku l-ġdid ta’ Tripli Mahdi El-Harati li hu mfittex internazzjonalment dwar każi ta’ terroriżmu, u t-tieni kienet illaqgħa li hu kellu ma’ wħud millogħla awtoritajiet tal-Gvern li mhux rikonoxxut la minNazzjonijiet Uniti u lanqas millUnjoni Ewropea. Dawn il-ġesti tal-Ambaxxatur Galea urtaw bis-sħiħ lill-Gvern

Malti, b’mod partikulari lillMinisteru tal-Affarijiet Barranin, li fix-xena internazzjonali ma jridx jibgħat messaġġi li għandu sieq waħda fuq naħa u s-sieq loħra fuq in-naħa l-oħra. Min-naħa l-oħra – anki kif spjega tajjeb nhar it-Tnejn li għadda l-Ministru George Vella – il-Gvern Malti ma jridx li jidħol fl-affarijiet interni tal-Libja, aktar u aktar bejn żewġ gruppi rivali kbar li wieħed jawgura li jsolvu l-problemi bejniethom madwar il-mejda tad-diskussjoni u mhux billi jirrikorru għall-ġlied u l-gwerer ċivili. Madankollu, dak li qed jiġri fil-Libja f’dawn il-ġimgħat qiegħed ikollu effett fuq ilkomunità Libjana f’Malta wkoll fejn qed tinħass sew il-qasma bejn dawk favur il-Gvern ta’ AlThinni u dawk li huma leali lejn it-tmexxija l-oħra. Lil hinn minn dan, hi ta’ tħassib kbir is-sitwazzjoni tbaqbaq fl-Ambaxxata Libjana fejn linformazzjoni disponibbli hi skarsa ħafna. Madankollu, Libjani li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru li fl-aħħar jiem jidher li ddgħajfet ħafna ttmexxija tal-Ambaxxatur Hussein Ghon li ilu fit-tmexxija – għalkemm mhux b’mod uffiċjali – għal ftit aktar minn sena. Dan minħabba li rapporti mhux konfermati jindikaw li ttmexxija tal-Ambaxxata Libjana f’Malta issa għaddiet

Fid-diskors tal-Bagit 2015, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jkun qed iniedi konsultazzjoni fuq White Paper dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel biex tibda tiġi indirizzata l-problema tattraffiku. Waħda mis-soluzzjonijiet talGvern fil-Baġit, għal din il-

problema, hi li jagħti tax credit ta’ €150 lill-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel talKnisja jew indipendenti, għotja li titnaqqas mid-dħul taxxabbli tagħhom. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed issostni li din is-soluzzjoni mhix biżżejjed biex il-ġenituri jiddeċiedu li jibagħtu lit-tfal

minn paġna 1

L-Ambaxxata Libjana f’Malta li tinsab f’Ħ’Attard (Ritratt: Martin Agius)

f’idejn Hussein Al-Musrati u Tahar Dahmani, li huma leali lejn il-Gvern ta’ Tripli. Is-sorsi li tkellmu magħna fissrulna li hemm sitwazzjoni taħraq ħafna bejn iż-żewġ gruppi fi ħdan l-Ambaxxata, anki għax iż-żewġ partijiet jafu tajjeb li l-Ambaxxata Libjana f’Malta għandha rwol differenti minn tal-Ambaxxati l-oħrajn imferrxin f’diversi pajjiżi oħra. Malta hi qrib ħafna tal-Libja u

l-poplu Malti hu meqjus bħala wieħed ġar u ħabib tal-poplu Libjan u għalhekk, ikun hemm min ikun hemm fit-tmexxija talpajjiż, ikun irid li jkollu l-aqwa u l-aħjar relazzjonijiet malpoplu Malti. Barra minn hekk, hemm ilfattur ġeografiku li hu importanti ħafna għal-Libja kif intwera b’mod ripetut fil-passat meta l-Libja kienet għaddejja minn mument ta’ kriżi meta

allura kellha tfittex l-appoġġ ta’ Malta. Dan kollu jfisser li min ikun fit-tmexxija tal-pajjiż ifittex li jkollu rappreżentanza b’saħħitha ħafna fl-Ambaxxata Libjana f’Malta, anki għaliex Malta hi l-ewwel pass għaddinja Ewropea u dan japplika għal diversi messaġġi u sitwazzjonijiet li l-Libja tkun trid twassal fil-kontinent Ewropew u lil hinn minnu.

tagħhom bit-trasport tal-iskola minflok iwassluhom huma. Min-naħa tiegħu, il-Kap talOppożizzjoni Simon Busuttil, waqt li nhar it-Tnejn filParlament kien qed iwieġeb għall-Baġit, ippropona li lGvern joffri servizz ta’ trasport bla ħlas, anke għalliskejjel tal-Knisja u dawk

indipendenti. Simon Busuttil spjega kif jekk il-Gvern joffri dan isservizz b’xejn, il-ġenituri li kull filgħodu jwasslu lil uliedhom f’dawn l-iskejjel, jibdew jikkunsidraw li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola bit-trasport li jkun offrut mill-Gvern. B’hekk, kompla jgħid Simon

Busuttil, tibda tittaffa l-problema tat-traffiku f’pajjiżna, laktar filgħodu u fil-ħin li jispiċċaw l-iskejjel, waqt li anke l-istudenti tal-iskejjel talKnisja u dawk indipendenti ma jkollhomx għalfejn jitwasslu individwalment minn xi ħadd mill-ġenituri bil-karozza privata.

Proposta mill-Oppożizzjoni biex jitnaqqas it-traffiku

It-traffiku f’Malta sar problema kbira, speċjalment fil-ħinijiet ta’ filgħodu meta jiftħu l-iskejjel (Ritratt: Martin Agius)


6

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

Silvio Scerri jiddiskuti l-programmi ta’ TVM mas-CEO tal-PBS Anton Attard Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard qal fil-Qorti li ċChief of Staff tal-Ministeru talIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri spiss ikellmu u jiddiskuti miegħu dwar il-preżentaturi u l-programmi li jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Anton Attard qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista qatt ma kien jiddiskuti l-programmi maċChief of Staff tal-Ministru responsabbli mix-xandir. Hu ġġustifika dawn id-diskussjonijiet billi qal li Scerri “jifhem filmedium”. Attard kien qed jixhed quddiem il-Kummissjoni għallImpjiegi fil-kawża tal-ekspreżentatur ta’ TVHemm Norman Vella kontra l-Prim Ministru u l-Kap taċ-Ċivil. Fil-kawża Vella qed jallega li t-tneħħija tiegħu millPBS kienet deċiżjoni politika. Fix-xhieda tiegħu Attard qal li f’Mejju 2013 is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ Manwel Mallia kitiblu biex jistaqsih meta kienet se tispiċċa liskeda ta’ TVHemm. Ftit ġranet wara, l-istess Segretarju Permanenti talab lill-Kap taċĊivil ineħħi lil Norman Vella mill-PBS għax qal li kien hemm bżonnu fid-Dipartiment talImmigrazzjoni fl-ajruport. Anton Attard xehed ukoll li hu ma jiftakarx li qatt sema’ lil Silvio Scerri jgħid li ried ineħħi lil Norman Vella mill-PBS. Attard qal li Scerri kien ikellmu fuq Vella u fuq il-programm TVHemm bl-istess mod kif kien ikellmu fuq il-programmi u lpreżentaturi l-oħrajn kollha. Attard qal ukoll li fl-opinjoni tiegħu Norman Vella huwa producer u preżentatur tajjeb ħafna. Skont Attard, il-produzzjonijiet

ta’ Vella għall-PBS kienu kollha ta’ livell sodisfaċenti u għamlu suċċess. Attard ikkwota stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li kien juri li l-programm TVHemm kien sejjer tajjeb ħafna b’udjenzi li jvarjaw bejn 17,000 u 25,000 telespettatur. Mistoqsi jekk fil-konfront ta’ TVHemm qattx saru lmenti malAwtorità tax-Xandir, Attard semma lment wieħed uffiċjali li kien sar mill-eks-Deputat Nazzjonalista Franco Debono dwar programm li kien ħa sehem fih hu stess. Dwar l-istess programm kien sar ukoll ilment mhux uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista qatt ma lmenta fuq Vella jew fuq TVHemm. Mistoqsi mill-Avukat Andrew Borg Cardona, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS qal li wara li tneħħa Vella, l-istazzjon nazzjonali ingaġġa numru ta’ ġurnalisti. Tlieta minn dawn, Brandon Pisani, Rodney Vassallo u Dorothy Falzon iddaħħlu wara sejħa għall-applikazzjonijiet. Ix-xhud qal li ddaħħlet ukoll Norma Saliba li kienet sekondata mill-MUESAC. Dan l-ingaġġ seħħ xahar wara li tneħħa Norman Vella. Attard qal li Saliba ddaħħlet fuq talba speċifika tal-Kap tal-Aħbarijiet tal-PBS Reno Bugeja. Attard qal li l-PBS ingaġġa wkoll lil Charles Sacco u lil Owen Galea biex jaħdmu fuq issit elettroniku ta’ TVM. Attard ikkonferma li ħamsa minn dawn is-sitt ġurnalisti kienu jaħdmu mal-istazzjon tal-Partit Laburista jew mal-gazzetti tal-Union Press qabel bdew jaħdmu mal-PBS. Ilkaż ikompli fl-20 ta’ Jannar meta Anton Attard mistenni jkompli bix-xhieda tiegħu.

www.maltarightnow.com

QORTI

Mhux sew li każi relatati ma’ abbużi sesswali jinstemgħu mill-istess Maġistrat

L-Avukat Tonio Azzopardi, li huwa l-konsulent legali tar-raġel li kien instab ħati li abbuża minn bintu, iżda nħeles mill-ħabs kważi 400 jum wara hekk kif bintu ammettiet li gidbet fuqu, hu tal-fehma li kawżi relatati ma’ abbużi sesswali m’għandhomx jinstemgħu minn Maġistrat wieħed. L-Avukat Azzopardi qal dan quddiem l-Imħallef Joseph R. Micallef meta saru s-sottomissjonijiet finali fil-kawża kostituzzjonali ta’ Emanuel Camilleri. L-avukat qal li mhux sew li każi sesswali dejjem jinstemgħu quddiem l-istess ġudikant għax inkella dan jibda jistrieħ fuq deċiżjonijiet ta’ ħaddieħor. Meta kompla bit-trattazzjoni tiegħu, lavukat Azzopardi semma li Leanne Camilleri – bint Emanuel – dejjem kienet attriċi tajba u kienet tibki meta kien ikun hemm il-bżonn. Hu qal li quddiem ilQorti tal-Maġistrati ma tressqux il-provi kollha li kellhom jitressqu u minkejja dan, il-

Maġistrat Myriam Hayman xorta sabitu ħati. L-Avukat Azzopardi rrimarka li minkejja li Leanne Camilleri ammettiet li kienet gidbet anke fuq programm televiżiv, l-Ispettur Calleja baqgħet temminha. LAvukat Azzopardi akkuża wkoll lill-Ispettur Calleja b’dik li sejħilha “malicious prosecution” u qal li għamlet sew qabbdet żewġ avukati privati meta qabel kienu qed jiddefenduha l-avukati millUffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Hu sostna li meta jkun hemm sħaba fuq uffiċjal tal-Pulizija, dan għandu jiddefendi ruħu b’avukati privat ħalli l-istess Avukat Ġenerali jkun distakkat. Min-naħa tagħha, l-Avukat Victoria Buttigieg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qalet li lQorti Kostituzzjonali għandha tistrieħ fuq il-provi li nġiebu filQorti tal-Maġistrati u l-Qorti talAppell Kriminali. Hi insistiet li fix-xiehda tagħha bint Camilleri dejjem kienet konsistenti. LAvukat Buttigieg qalet li d-difiża

ta’ Camilleri setgħet tellgħet kull prova li kellha u sostniet li lPulizija tellgħet kull prova li kienet taf biha. Għalhekk insistiet li min-naħa tal-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija, ixxogħol sar kif suppost. L-Avukat Arthur Azzopardi, li flimkien mal-Avukat Stephen Tonna Lowell qed jidher għallIspettur Calleja, qal li fit-talba li qed jagħmel l-avukat ta’ Emanuel Camilleri donnu qed jistieden lill-Qorti Kostituzzjonali tkun Qorti talAppell tat-tielet grad, meta dan ma jistax isir. L-Avukat Azzopardi insista li l-Ispettur Calleja aġixxiet bħala uffiċjal tal-Pulizija billi investigat il-każ u ressqet lil Camilleri fil-Qorti tal-Maġistrati u warrab l-akkuża tal-“malicious prosecution” li saret mill-Avukat ta’ Camilleri bħala waħda bla bażi. Wara li sema’ t-trattazzjonijiet min-naħat kollha involuti, lImħallef qal li se jagħti s-sentenza fit-12 ta’ Frar li ġej.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-ġiżirana tad-deheb li sparixxiet u li kienet proprjetà ta’ Matthew Zahra, is-sewwieq tattaxi li nqatel sentejn ilu, għadhom għaddejjin. Dan ħareġ fil-Qorti mix-xhieda tal-Ispettur Fabian Fleri li qal li lġiżirana kienet preservata fl-istrongroom tal-Pulizija. L-Ispettur Fleri kien qed jixhed hekk kif quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Jason Galea u Ronald Urry li qegħdin iwieġbu mhux ħatja li qatlu lil Zahra f’Awwissu tal-2012.

Il-fdalijiet ta’ Zahra kienu nstabu midfuna f’għalqa fil-Qajjenza ssena l-oħra. Miegħu kienu nstabu wkoll l-iġsma ta’ Mario Camilleri l-Imnieħru u ibnu Mario Camilleri Junior. F’kumpilazzjoni preċedenti, wieħed mix-xhieda prinċipali filkaż ta verżjoni differenti fejn qal li qabel ma kien se jidfen lil Zahra, lakkużat Urry ħadlu l-ġiżirana minn għonqu, iżda Jason Galea kien qallu biex ipoġġiha lura. Il-ġiżirana kienet eventwalment instabet minn xi ħadd li kien qal li kien xtraha mingħand Galea, li qed jgħid li l-

ġiżirana oriġinarjament kienet tiegħu, imma kien ħadha Zahra bħala ħlas għal użura. Fleri qal li madwar il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, m’hemm lebda kameras tas-sigurtà, u minkejja li l-inħawi huma ristretti, ma jiġix verifikat min jidħol u joħroġ mill-post, u kien hemm okkażjonijiet meta persuni daħlu biex jiġbru evidenza. Ix-xhud qal li huwa interroga diversi persuni dwar ilġiżirana, inkluż uffiċjali talPulizija, iżda għad m’għandux ilprovi konklużivi biex iressaq lil xi ħadd dwar dan.

Misteru dwar ġiżirina tad-deheb li sparixxiet fil-każ tal-qtil ta’ Matthew Zahra


www.maltarightnow.com

7

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

L-MCAST jippreċiża fuq il-librerija ta’ Għawdex Fi stqarrija, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u tTeknoloġija (MCAST) irreaġixxa għall-istorja li ppubblikajna fil-ġurnal ‘InNazzjon’ dwar l-ilmenti li waslulna mingħand studenti Għawdxin fuq il-faqar ta’ librerija li hemm fil-fergħa tal-MCAST ta’ Għawdex. Fl-aħħar jiem diversi studenti li jattendu l-MCAST f ’Għawdex avviċinawna u lmentaw kif f’dan il-Kulleġġ mhux biss hemm nuqqas kbir ta’ kotba adegwati, iżda llibrerija nnifisha fl-istess skola hi waħda verament fqira. Filwaqt li ma ċaħad xejn mill-istorja ta’ ‘In-Nazzjon’, fi tweġiba ffirmata millPrinċipal u CEO tal-MCAST Stephen Cachia, il-Kulleġġ

ippreċiża li l-kotba kollha li kienu fis-sezzjoni tal-MCAST fi ħdan il-librerija pubblika mmexxija mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra ġew trasferiti għal-librerija tal-kampus ilġdid f’Għajnsielem. Qalilna li din il-kollezzjoni tiżdied, sena wara l-oħra, skont il-bżonnijiet akkademiċi u talbiet li jsiru mill-istaff talMCAST f’Għawdex. Għalkemm il-librerija fi ħdan il-kampus t’Għawdex hija, fiha nnifisha, librerija żgħira, l-istaff u l-istudenti tal-MCAST f’Għawdex jafu li jistgħu jissellfu wkoll kotba li jinsabu fil-librerija fuq ilkampus ta’ Kordin jew f’xi waħda mil-libreriji f ’istituti oħra. Dan, tkompli l-istqarrija,

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) Gavin Gulia ppreżenta tifkira lil Godwin Farrugia, b’turija ta’ ringrazzjament għall-att eroiku li wettaq meta salva 13-il għaddas li sabu ruħhom f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq. 13-il għaddas Taljan dan l-aħħar niżlu biex jesploraw il-vapur ‘Um El Faroud’ li jinsab mgħarraq f’Wied iż-Żurrieq, minkejja l-maltemp qawwi. Wara ftit sabu ruħhom f’diffikultà meta bdew jinġarru mill-kurrent. Minħabba l-baħar qawwi ma kienx hemm dgħajjes tas-sajjieda fl-ilma li setgħu joħorġu jgħinuhom. Imma Farrugia, li ra kollox iseħħ quddiem għajnejh, niżżel id-dgħajsa tiegħu u b’riskju għal ħajtu, ħareġ isalva lill-għaddasa (Ritratt: MTA)

jista’ jsir faċilment permezz ta’ talba b’email indirizzata lil-librar. Dan larranġament jagħti opportunitajiet indaqs lill-istudenti li qed isegwu kors tal-MCAST fil-kampus t’Għawdex, skont il-Kulleġġ. L-istqarrija tkompli tgħid li sas-sena akkademika 20132014, żewġ terzi tal-istudenti tal-MCAST f’Għawdex, jiġifieri dawk li kienu jattendu ċĊentru tax-Xewkija, ma kellhomx librerija bħalma għandhom illum fil-kampus ta’ Għajnsielem. L-MCAST qal li jibqa’ impenjat li jkompli jtejjeb il-faċilitajiet u r-riżorsi edukattivi għall-ġid tal-istudenti tiegħu fil-kampus t’Għawdex.

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo żaru l-lukanda Seabank Resort & Spa li dan l-aħħar ikklassifikat fit-tmien post fl-Ewropa fil-kategorija ta’ lukandi ‘All-Inclusive’ fi stħarriġ tas-sit elettroniku internazzjonali ‘TripAdvisor’. Dan wara li s-sena l-oħra l-istess lukanda fil-Mellieħa rnexxielha tikklassifika fis-sbatax-il post fost l-aqwa 25 ‘All-Inclusive Resorts’ fl-Ewropa (Ritratt: Martin Agius)

F’ittra li rċivejna bid-dritt għal risposta mingħand Silvio Scerri, iċ-Chief of Staff talMinistru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia, Scerri ċaħad li hu ta xi parir lixxufier tal-Ministru dakinhar tal-isparatura. Fl-ittra ffirmata mill-avukat ta’ Silvio Scerri, Edward Gatt, issir referenza għar-rapport pubblikat fil-ħarġa tal-ġurnal ‘In-Nazzjon’ ta’ nhar it-Tnejn li għadda bit-titlu ‘Paul Sheehan imġiegħel jigdeb li spara flarja’, kif ukoll għall-caption tar-ritratt ta’ Silvio Scerri

flimkien mal-Ministru Mallia, bħala parti mit-tkomplija talistess artiklu f’pagna 3. L-avukat ta’ Scerri jgħid li ‘In-Nazzjon’ kienet qiegħda tallega li Silvio Scerri ta xi parir lill-Kuntistabbli Sheehan fil-lejl meta seħħ l-inċident talisparatura fil-Gżira, jiġifieri fillejl ta’ bejn id-19 u l-20 ta’ Novembru 2014. Silvio Scerri, tkompli rrisposta li rċivejna, qiegħed kategorikament u bla ebda riservi jiċħad li hu kellu xi forma ta’ kuntatt mal-Kuntistabbli Sheehan f’dak il-lejl u jiddik-

Silvio Scerri jgħid li ma ta l-ebda parir

jara li r-rapporti fil-ġurnal ‘InNazzjon’ huma fabbrikati u totalment infondati. Din iċ-ċaħda, skont l-ittra, hija sostanzjata minn evidenza li se jippreżenta l-klijent tiegħu quddiem l-inkjesti li qed isiru. Għaldaqstant, tkompli l-ittra, l-avukat talab għan-nom tal-klijent tiegħu biex dan il-ġurnal immedjatament jippubblika li qed jirtira dawn l-allegazzjonijiet foloz. Barra minn hekk, littra kienet tkompli bit-talba biex aħna nippubblikaw din irrisposta skont l-Artiklu 21 talAtt dwar l-Istampa.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

PARLAMENT

Turiżmu f’darna

Id-Deputat Laburista Silvio Parnis ippropona li l-Gvern għandu jikkunsidra l-proposta li qed iressaq il-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta li hu wkoll iċ-Chairman tiegħu, biex sidien ta’ djar fin-Nofsinhar ta’ Malta jibdew iżommu t-turisti. Meta tkellem fil-Parlament dwar il-baġit għat-turiżmu, Silvio Parnis appella biex niffukaw aktar fuq itturiżmu fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Fisser li l-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jagħraf il-potenzjal tas-settur tat-turiżmu għan-naħa t’isfel, u qed jipproponi l-inizjattiva ta’ Turiżmu f’Darna, li tista’ tkun effettiva u tappella biex sidien ta’ djar kbar jilqgħu turisti fuq bażi ta’ bed & breakfast, u ma jkunux intaxxati sakemm tkun qed tilqa’ sa ħames persuni flimkien. Hemm bżonn ukoll ta’ skemi għal palazzini biex joffru wkoll akkomodazzjoni għat-turisti. Fost inizjattivi oħrajn li semma hemm il-ħtieġa ta’ luklandi ta’ livell għoli fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Issuġġerixxa skemi li permezz tagħhom, djar u bini ieħor ta’ valur jintużaw ukoll għas-settur turistiku. Dwar it-turiżmu tkellem ukoll id-Deputat Laburista Joe Farrugia, li kien qed jagħmel l-ewwel diskors tiegħu kemm ilu li sar deputat flok Karmenu Vella. Tkellem dwar l-importanza ta’ dan is-settur għall-ekonomija talpajjiż u wkoll dwar id-diversi inizjattivi li qed jittieħdu mill-Gvern. Semma kontinenti oħrajn li huma importanti għat-turiżmu f’Malta, fosthom is-suq Ċiniż, u qal li hawn jeħtieġ li jkun hawn gwidi mħarrġa. Dwar dan qal li lGvern qed jaħdem mal-assoċjazzjoni tal-gwidi u mal-Istitut Kulturali Ċiniż.

Il-Gvern ma jweġibx għall-appell tal-Oppożizzjoni dwar l-Air Malta

Gvern Nazzjonalista kien fetaħ il-bibien lill-Oppożizzjoni li pparteċipat f’kumitat apposta dwar ir-ristrutturar fl-Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis filwaqt li rrikonoxxa d-diskorsi tal-membri kollha tal-Kamra u sejjaħ iddiskors tal-eks-Ministru li kien responsabbli mill-Air Malta, Tonio Fenech, bħala diskors pożittiv, ma weġibx għall-appell tal-Oppożizzjoni biex il-Gvern jiftaħ il-bibien ukoll għallOppożizzjoni dwar il-qagħda sensittiva tal-Air Malta bħalma kien għamel Gvern Nazzjonalista meta beda l-programm ta’ ristrutturar fl-Air Malta. Meta għalaq id-dibattitu dwar it-turiżmu u dwar il-baġit ivvutat għas-sena d-dieħla għal dan issettur, il-Ministru Zammit Lewis wieġeb u spjega għal diversi mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni, iżda naqas milli jagħti tweġiba għallappell li għamel id-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech biex il-Gvern jiftaħ il-bibien ukoll għall-Oppożizzjoni fil-proċess ta’ ristrutturar tal-linja nazzjonali

tal-ajru. U dan minkejja li lMinistru ngħata aktar minn 10 minuti żejda allokati lilu biex jitkellem dwar dan is-settur li jinkludi wkoll il-linja nazzjonali tal-ajru. Dwar l-Air Malta, Zammit Lewis tkellem dwar kif skont hu, it-tim li llum qiegħed imexxi llinja tal-ajru qiegħed jagħti riżultati ħafna aħjar minn dak li kien hemm fl-amministrazzjoni preċedenti, bi kritika qawwija lejn l-eks-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Peter Davies. Fisser li ċChairperson preżenti tiswa tliet darbiet aktar minn Peter Davies. Dwar is-settur tat-turiżmu qal li s-sena 2014 se tagħlaq b’aktar minn 1.68 miljun turist, li jfisser 103,000 turist aktar fuq l-2013. Dwar il-konnettività bl-ajru, Zammit Lewis qal li l-Gvern preżenti kompla bil-politika favur il-low cost airlines li kienet inbdiet mill-amministrazzjoni Nazzjonalista u semma lista ta’

kumpaniji low cost li qed jaħdmu kemm fl-aqwa tal-istaġun turistiku kif ukoll fix-xhur tax-xitwa u ta’ linji tal-ajru oħra ġodda li bdew joperaw, kif ukoll oħrajn li żiedu t-titjiriet fil-ġimgħa lejn pajjiżna u minnu. Tkellem ukoll dwar l-inizjattiva ġdida bit-twaqqif talFondazzjoni għaz-Zoni Turistiċi, li qed tiffoka fuq tliet zoni speċifiċ i u li għas-sena d-dieħla għandha baġit ta’ €200,000. Xogħol ieħor li sar hu fuq lITS, li l-Ministru qal li hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati. Fost l-inizjattivi li ttieħdu kien hemm it-taħriġ mal-MCAST biex ilkorsijiet ikunu aktar wesgħin. Semma wkoll li l-Gvern qed jagħti prijorità wkoll għat-turiżmu f’Kemmuna biex dan ikun organizzat aħjar għal prodott aħjar lit-turist. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li żdied il-baġit għat-turiżmu b’€1 miljun fejn jidħol żvilupp ta’

rotot ġodda. Żdied ukoll il-baġit għall-ITS b’€24,000. Dwar il-politika għat-turiżmu, il-Ministru Zammit Lewis qal li l-politika preżenti tiskadi fl2016. Il-pajjiż mar tajjeb sena wara oħra u issa nbdiet konsultazzjoni għal rinnovament ta’ din il-politika. Flimkien malMHRA, qed titfassal strateġija sal-2030 u sa Marzu li ġej ikollna strateġija finalizzata. Dwar ir-roħs fil-kontijiet taddawl, operatur ta’ lukanda partikulari qal li se jiffranka €210,000, u qal li din hi opportunità għas-sidien tal-lukandi biex itejbu l-prodott. Tkellem ukoll dwar it-twaqqif tal-Conventions Malta, u fisser li din mhix se tikkompeti mal-privat iżda se jkun megħjun biex jinġiebu konferenzi fix-xhur taxxitwa. Dwar il-programm mill-UE, qal li se jkun hemm ħidma wkoll dwar proġetti sal-2020.


www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Iftħu l-bieb jekk tridu li l-Oppożizzjoni tkun mal-Gvern dwar l-Air Malta

9

Il-Ħamis, 27 ta’ Settembru, 2014

Il-baġit tal-MTA baqa’ l-istess

L-Oppożizzjoni appellat lillGvern jiftaħ il-bibien għaliha dwar l-issue sensittiva tal-Air Malta jekk irid li l-Oppożizzjoni tkun mal-Gvern, kif kien għamel Gvern Nazzjonalista meta kien stieden lill-Oppożizzjoni tkun fuq il-kumitat ta’ ristrutturar. Dan l-appell lill-Gvern sar midDeputat Nazzjonalista Tonio Fenech fil-Parlament fid-dawl talfatt li t-telf tal-Air Malta żdied meta mqabbel mal-ispejjeż operattivi, kif ukoll fil-kuntest ukoll li bħal dan iż-żmien sena, iċChairman tal-Air Malta maħtur minn dan il-Gvern, Ray Fenech li wkoll irriżenja, kien iddikjara li lpjan ta’ ristrutturar hu on track. Fid-dibattitu dwar il-vot talbaġit għat-turiżmu, Tonio Fenech enfasizza li meta kien responsabbli mill-Air Malta u mill-programm ta’ ristrutturar, il-Gvern kien stieden lill-Oppożizzjoni b’mod li jkun hemm kunsensus nazzjonali mingħajr ma l-proċess ikun ballun politiku.

Semma wkoll li meta beda lproċess ta’ ristrutturar, kien hemm l-issue tal-management talkumpanija u wkoll l-issue tas-sussidju tal-Gvern, u kien f’dan listadju li nbeda eżerċizzju ta’ ristrutturar anke mal-Unjoni Ewropea. Dwar il-kritika li ssir dwar limpjieg ta’ Peter Davies, Tonio Fenech qal li d-deċiżjoni kienet importanti għaliex kienet persuna b’esperjenza bħala Kap Eżekuttiva u li kienet diġà għaddiet minn proċessi ta’ ristrutturar b’suċċess. Fisser kif l-UE kienet qed tinsisti fuq management tim li kien kapaċi jwettaq dan ir-risitrutturar u dak iżżmien f’pajjiżna ma kienx hawn Malti li kellu esperjenzi ta’ Kap Eżekuttiv li mexxa proċessi simili. Ir-riżultati, qal Tonio Fenech, kienu on track sa meta kien fittmexxija tal-Air Malta Ray Fenech, bħala Chairman appuntat mill-eks-Ministru Karmenu Vella f’danil-Gvern stess tal-lum.

Fakkar li f’Ottubru tas-sena loħra, meta ċ-Chairman Ray Fenech ippreżenta r-riżultati talAir Malta, enfasizza li l-kumpanija kienet on track fil-pjan ta’ ristrutturar. Dawn ir-riżultati tal-Air Malta wkoll kienu rappurtati f’The Times li qalet li l-Air Malta kienet on track fl-obbligazzjonijiet talkumapnija nazzjonali tal-ajru. Dakinhar, intqal li l-operating

loss f’Marzu 2011 kien ta’ €34 miljun u sena wara niżel kif kompla jinżel ukoll f’Marzu li għadda. Dawn huma wkoll riżultati ta’ Peter Davies. Dakinhar kienu wkoll għaddejjin id-diskussonijiet biex Peter Davies jibqa’ jmexxi dan il-pjan, bil-Prim Ministru jgħid li mhux se jbiddel il-management biex jekk ifalli l-pjan iwaħħal fit-tim ta’ management ta‘ qabel. L-Oppożizzjoni mhix qed tfixkel iżda hi preokkupati dwar dak li qed jiġri fl-Air Malta. LOppożizzjoni ma tistax tafda flgħama dak li qed jiġri, u għalhekk hi preokkupata . Illum, qal Tonio Fenech, it-telf tal-Air Malta żdied meta mqabbel mal-ispejjeż operattivi. Appella lill-Gvern jiftaħ il-bieb lill-Oppożizzjoni li mhix qed ittellef iżda għandha ħafna domandi quddiem issues senittivi. “Jekk tridu lill-Oppożizzjoni tkun mal-Gvern, iftħu l-bieb”, appella lill-Gvern id-Deputat Nazzjonalista Tonio Fenech.

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li b’45 kelma ddedikati fil-bagit għat-turiżmu u b’90 kelma dwar l-Air Malta, hu diffiċli li ssir kritika dwar dan, u rrimarka li ma’ dan il-Gvern trid dejjem taqra x’mhux qed jingħad. Irrifera għaż-żieda ta’ 15% fuq is-swimming pools u talab lillGvern jispjega għal min tapplika din iż-żieda fit-taxxa u jekk kinitx approvata mill-MHRA u l-GTA. Dwar il-proġett Malta, m’hemmx ideat ċari dwar proġetti ġodda u wara sentejn, kollox mitluq għal ruħu. Spjega li lmiljun ewro lill-kunsilli lokali, ifisser li lanqas ma se jkun hemm ewro għal kull turist li jiġi Malta.

B’riferenza għas-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku, Robert Arrigo qal li dan ukoll jolqot litturisti, u fakkar li dan il-Gvern qal li kien jaf kif se jirranġa. Irrifera wkoll għar-riżenji flIstitut dwar l-Istudji Turistiċi (ITS), saħansitra anke taċChairman, u staqsa jekk kienx hemm interviews għal dawn ilpostijiet vakati u rrimarka li hemm rappoorti fejn l-istudenti joqogħdu bilwieqfa waqt il-lezzjonijiet u li xi lezzjonijet mhux isiru fil-bini tal-ITS. Mhux lectures kollha qed isiru b’timetable imħarbta u lecturers mhux dejjem jgħallmu s-suġġetti tagħhom. Irrifera wkoll għas-suq

Amerikan u ż-żieda li kien hemm ta’ 14%, li jfisser 2,000 ruħ, filwaqt li l-Libja kien hemm żieda tad-doppju tal-Amerika. Wissa li swieq bħalma huma ċĊina, il-Brażil u l-Indja hemm spejjeż kbar biex pajjiżna jidħol fihom, u appella biex inżommu b’saħħithom swieq importanti bħalma hu l-Ġermanja fejn kapaċi nkabbru s-suċċess l-aktar fl-istaġun tax-xitwa. Staqsa jekk l-Air China hix se tibda xi titjiriet lejn Malta. L-Oppożizzjoni mhix kuntenta li l-bagit tal-MTA mhux se jiżdied u appella li jekk se ddaħħal swieq kbar, dawn se jkunu ta’ piż. Dwar l-Air Malta, Robert

Arrigo semma l-part-timers talAir Malta li spiċċaw, għażlu minflokom lil ħaddieħor. Irrimarka li t-tfal ta’ ċertu nies baqgħu hemm, bil-GWU kienet hi stess li tagħżel lin-nies fl-Air Malta. Fost il-part-timers li ddaħħlu kien hemm min hu impjegat f’Ministeri. Staqsa fejn sejra l-Air Malta, jekk hix se tinbiegħ kollha jew xi parti minnha, u jekk hix se tispiċċa l-cargo handling u jekk il-ground services ukoll hux se jinħallu mill-Air Malta. Mandat elettorali m’għandux il-Gvern biex ibiegħ lill-Air Malta u għalhekk hu dritt talOppożizzjoni li tistaqsi u tiskrutinja lill-Gvern.

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa x’inhi rraġuni li l-baġit tal-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu (MTA) baqa’ l-istess, u rrimarka wkoll li bħalissa hemm sejħiet għal proċeduri f’karigi għolja li huma ġodda fl-Awtorità u li lOppożizzjoni se tkun qed issegwi biex il-proċess ikun ġust. Meta tkellem dwar is-settur tat-turiżmu, Robert Cutajar staqsa għaliex hemm dawn ilposts ġodda meta hemm postijiet oħrajn li ilhom vojta sena u nofs. Esprima d-diżappunt kif ilGvern qed jinjora l-proġett talEden Destination Leisure. Filwaqt li appella li fl-Air Malta l-Gvern iħalli l-istabbbilità tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru, irrifera wkoll għat-turiżmu sportiv, u kif il-Baġit isemmi biss l-isport tal-ibburdjar li hu l-aktar li qed jaqla’ fuq rasu. Semma l-problemi li qed jiffaċċja l-klabb tal-ibburdjar f’Birżebbuġa minħabba l-pjan għall-ħażna tal-gass fil-Port ta’ Marsaxlokk. Semma wkoll ilklabb tal-Viking, li għadhom bla post fejn jiltaqgħu biex jipprattikaw l-isport tal-ibburdjar. Appella lill-Gvern biex ma jabbandunax dan l-isport lokali. Ikkritika wkoll li l-Gvern mhux qed jagħmel l-investiment meħtieġ fl-Istitut għall-Istudji Studji Turistiċi, minkejja li lkliem hu ħafna, iżda fatti xejn. Appella biex il-Gvern ma juzax lill-MTA u entitajiet oħrajn biex ikunu aġevolati nies partikolari u saħaq li d-deċiżjonijiet għandhom isiru fl-interess talindustrija u mhux skont il-wegħdi ta’ promozzjonijiet ta’ qabel lelezzjoni.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni tirrikonoxxi li s-suċċess fit-turiżmu baqa’ jiġi reġisitrat sena wara oħra, din is-sena ġie rreġistrat tnaqqis millĠermanja, mir-Russja u aktar inkwetanti minn Spanja. Meta tkellemt dwar il-baġit tat-turiżmu għas-sena d-dieħla, id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li bejn Jannar u Settembru ta’ din issena pajjiżna ra tnaqqis ta’ 5,000 turist mill-Ġermanja, 2000 turist mir-Russja, u kważi 11,000 turist anqas minn Spanja.

Fuq medda ta’ sentejn, ittnaqqis minn Spanja hu ta’ kważi 20,000 turist. Staqsiet jekk ilGvern hux qiegħed jagħmel xi ħaga biex ikun kontrollat dan ittnaqqis jew jekk hux tal-fehma li m’għandux isir attentat biex dan is-suq jerġa’ jibda’ jikber. Staqsiet ukoll x’qiegħed isir biex ikompli jikber it-turiżmu mill-Iżrael u mill-Polonja; u x’qiegħed isir biex nattiraw swieq oħra ġodda sabiex inkomplu nifirxu x-xibka tat-turiżmu. Appellat lill-Gvern ikompli jiddiversifika u jippenetra swieq ġodda.

Fid-dawl tas-swieq li l-Gvern qieħed iħares lejhom, bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti, staqsiet jekk hux se nnaqqsu minn naħa biex nippruvaw nakkwistaw xi ħaġa minn naħa oħra. Dwar l-Air Malta appellat lillkumpanija timxi ‘l quddiem b’inqas u mhux iżjed indħil politiku. Dwar il-Public Private Partnerships għal tkabbir ta’ bajjiet, fissret li meta nitkellmu fuq il-bajjiet u l-kosta rridu nimxu b’kawtela u sensittività ambjentali, u dan japplika wkoll għall-pjani tal-Gvern għal-land reclamation.

Appellat ukoll lill-Gvern ikun aktar speċifiku fuq tal-public private partnerships u jghid x’obbligi se jkun hemm kemm ghall-gvern kif ukoll għall-privat f’dawn l-arranġamenti, u jekk hux se jsiru sejħiet u kif u meta ser jinħarġu dawn l-offerti u kif se jiġi assigurat ll-aċċess għallpubbliku għall-kosta. Dwar il-proposta li jitħallew casinos joperaw fil-baħar territorjali ta’ pajjiżna fil-cruiseliners, proposta li kienet twieldet taħt Gvern Nazzjonalista, fakkret li r-regolamenti kienu tlestew taħt gvern preċedenti, u

staqsiet jekk hemmx il-ħsieb li jsir investiment addizzjonali, partikularment investiment flattivitajiet kulturali, biex jikkumplimenta dan il-pass, bħalma hu l-eżempju talovernight cruises f’San Pietruburgu, fir-Russja. Appellat ukoll biex titjieb ixshopping experience tat-turist. Dan anke fid-dawl tal-istatistika li bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kellna tnaqqis ta’ 1.1% fin-nefqa per capita tat-turisti; u tnaqqis ta’ 0.2% fir-rata medja ta’ ġranet per capita li t-turisti jqattgħu f’pajjiżna.

Ma’ dan il-Gvern trid dejjem taqra x’mhux qed jingħad

Tnaqqis inkwetanti fit-turisti minn Spanja


www.maltarightnow.com

10

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Differenza ta’ oċean!

L-aħħar ftit jiem kienu jiem imqanqla tassew għal Malta. Ilġimgħa li għaddiet il-Gvern ippreżenta l-Baġit għas-sena ddieħla filwaqt li x-xufier talMinistru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Manwel Mallia spiċċa involut fi sparatura li wara spiċċat sabiex saħansitra allegatament kien hemm attentat ta’ cover up. Kobba mħabbla li tant hi mħabbla li d-dettalji dwarha għadhom ħerġin ma’ kull jum li jgħaddi. Din il-ġimgħa mbagħad fetħet biddiskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament Malti bħala risposta għall-Baġit. Is-sewwa jirbaħ żgur Id-diskors ta’ Simon Busuttil filParlament nhar it-Tnejn li għadda kien diskors li żgur mela lil ħafna b’kuraġġ. Il-kuraġġ li f’dan ilpajjiż għad fadal politiċi li lesti jħaddnu politika onesta. Politiċi li

għadhom jemmnu fis-saltna taddritt, fejn kullħadd huwa tassew ugwali quddiem il-liġi, irrelevanti jekk fil-but wieħed għandux tessera bit-torċa jew tessera bilmaduma, jew m’għandu ebda tessera. Politiċi li huma kontra lklijenteliżmu u n-nepotiżmu li taħt Gvern Laburista saru r-regola minflok l-eċċezzjoni. Simon Busuttil wera bl-aktar mod ċar li huwa politiku b’valuri sodi, bi prinċipji sodi u b’direzzjoni ċara. Kien diskors li għamilni tassew kburi li nifforma parti mill-Partit Nazzjonalista u li flelezzjoni ġenerali li jmiss se nkun kandidat f’isem il-partit immexxi minn dan il-politiku bi prinċipji hekk sodi. Kien diskors li fuq kollox, kixef l-istat miskin li pajjiżna jinstab fih grazzi għat-tmexxija bażwija ta’ Joseph Muscat u sħabu. Tmexxija li f’għoxrin xahar biss mhux biss

Id-diskors ta’ Simon Busuttil fil-Parlament nhar it-Tnejn li għadda żgur mela lil ħafna b’kuraġġ. Il-kuraġġ li f’dan il-pajjiż għad fadal politiċi li lesti jħaddnu politika onesta, politiċi li għadhom jemmnu fis-saltna tad-dritt, fejn kullħadd huwa tassew ugwali quddiem il-liġi

Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat, iffaċċjat bi storja hekk skandaluża bħal dik tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, jibqa’ ċass kompletament Angelo Micallef

angelo.micallef@gmail.com

tilfet kull kontroll u kull direzzjoni iżda saħansitra tilfet f’pajjiżna kull sens ta’ ġustizzja u ugwaljanza.

Il-fjamma tat-torċa Laburista Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat, iffaċċjat bi storja hekk skandaluża bħal dik tal-isparatura mix-xufier talMinistru Manwel Mallia, jibqa’ ċass kompletament f’termini konkreti u minflok jinfexx f’numru ta’ manuvri politiċi bil-ħsieb uniku jkun il-kontroll tat-telf talvoti. Prim Ministru li għalih ilpopolarita’ qiegħda tiġi l-ewwel u qabel kollox. Għalih, il-ġid politiku tal-Partit Laburista huwa ta’ importanza aktar minn kull prijorita’ oħra. Prim Ministru li bin-nuqqas ta’

leadership min-naħa tiegħu qiegħed jitlef kull kontroll tas-sitwazzjoni. Prim Ministru li naqas milli jindirizza l-ħtiġijiet ekonomiċi ta’ pajjiżna fil-baġit li ressaq u naqas milli jindirizza b’mod konkret tema importanti bħalma hija r-responsabbilta’ politika ta’ dawk li jiżbaljaw.

tant essenzjali sabiex f’pajjiż ikun hemm soċjeta’ tassew meritokratika. Illum, għoxrin xahar wara lelezzjoni, huwa ċar kristall li lgħajta Laburista ta’ qabel l-elezzjoni ta’ ‘Malta Tagħna Lkoll’ kienet biss ċajta; gimmick elettorali li qatt ma kellha ebda tifsira reali għall-Partit Laburista.

Il-fiduċja tal-poplu fil-liġi Il-ħasra f’dak li qiegħed jiġri hi li mhux biss il-fiduċja fil-Prim Ministru qiegħda titmermer kif inhu sewwa u xieraq, iżda hi li qiegħda titmermer ukoll il-fiduċja tal-poplu f’dak is-sens ta’ ġustizzja

Awguri! Nagħlaq billi nawgura lil ommi fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha nhar is-Sibt li ġej. Grazzi ta’ kollox Ma u awguri!

Mexxej Ma’ kull jum li jgħaddi, aktar qed joħorġu ċari l-kwalitajiet ta’ mexxej fil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil filwaqt li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed ikompli jara lkredibbilta’ tiegħu tmur fi ‘freefall’.

Manifest fażull u roadmap ineżistenti

“Għax għalina Malta mhix ta’ dak jew l-ieħor. Mhix ta’ xi klikka. Malta lanqas ma hi ta’ xi politiku jew ta’ xi partit” – Manifest Elettorali tal-Partit Laburista. Hekk kien hemm miktub filmanifest Malta Tagħna Lkoll bilfirma ta’ Joseph Muscat, li Malta se tkun ta’ kulħadd, fejn kulħadd jingħata widen, kulħadd jingħata lopportunitajiet, u kulħadd trattat listess. Wara għoxrin xahar, ilpoplu qed jinduna kemm dan ilkliem ma kien xejn ħlief reklam biex jirbaħ il-voti, mal-ħatra kollox tar mar-riħ flimkien marroadmap imwiegħda. Illum qed naraw pajjiż fejn ilMinistri u n-nies ta’ madwarhom jagħmlu li jridu u ma jiġux imwiddbin bħalma jiġi mwiddeb kulħadd.

Vittma doppja Il-każ tax-xufier tal-Ministru żgur li hu l-iktar każ li qed joħloq kontroversja bħalissa. Verżjonijiet li jinbidlu kuljum, dettalji li għadhom ħerġin s’issa, provi mbagħbsin qabel ma saret l-investigaz-

zjoni, telefonati li saru jew ma sarux, dettalji li ntesew, bħalma lPrim Ministru nesa xħin waslitlu ttelefonata dwar dan il-każ. Fjask totali li wassal biex persuna li sparawlha, tiġi arrestata mentri min spara tħalla fil-liberta’. Storja li ġibdet l-attenzjoni tal-media anke barranija għal raġunijiet li altru milli jagħmlu ġieħ lil pajjiżna. Jekk wieħed imur biss ftit ġimgħat lura, u jiftakar fil-protesta tal-kaċċaturi, rapporti jgħidu li kaċċatur li beda jġorr xkubetta falza ġie arrest u interrogat, għaliex ma tistax iġġorr arma jew arma falza fil-pubbliku. Ix-xufier tal-Ministru, mhux talli ġarr arma, talli użaha fuq il-pubbliku u ma ġiex arrestat. Baġit li juri l-paniku tal-Gvern Kellna Baġit li indirizza diversi setturi iżda minn angolu żbaljat. Kien Baġit li fih deher il-paniku biex il-Gvern jiġbor il-flus u għal dan uża setturi li se jkunu qed jikkontribwixxu ħafna f’taxxi

Diskors papali! Id-diskors tal-Papa Franġisku fil-Parlament Ewropew kien diskors qawwi ħafna u ferm interessanti. Fih, il-Papa Franġisku fost affarijiet oħrajn ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tassigura li lBaħar Mediterran ma jsirx ċimiterju ta’ immigranti. Kemm ikunu għaqlija l-politiċi Ewropej jekk jagħtu widen għal dan id-diskors tal-Papa Franġisku.

Kellna Baġit li indirizza diversi setturi iżda minn angolu żbaljat. Kien baġit li fih deher il-paniku biex il-Gvern jiġbor il-flus

Antonello Cuschieri

antonello.cuschieri@gmail.com

ġodda li introduċa. Il-Gvern għarralu meta ħaseb li se jdaħħal ħafna flus mill-bejgħ taċ-ċittadinanza u għalhekk uża dal-Baġit biex jagħmel tajjeb biex il-flus jirkuprahom mit-taxxa fuq l-għalf tal-ħut, taxxa fuq l-użu tal-mowbajl, taxxa meta wieħed ibigħ id-dar tiegħu wara li jkun ilu jgħix fiha, taxxa fuq il-krejnijiet – kollha taxxi li ma jolqtux lil kulħadd, iżda lil min jolqtu se jolqtuh fil-laħam il-ħaj, u mhux lilu biss, imma anke lil ta’ madwaru. Tajjeb li wieħed ifakkar

li dawn is-setturi jħaddmu n-nies, u magħhom, indirettament, iħaddmu negozji li joperaw f’setturi oħra li iżda jikkumplimentaw lil xulxin biex ikun hemm prodott aħħari. Finalment, dawn it-taxxi żejda jfissru nuqqas fil-produzzjoni u żieda fil-prezzijiet li l-poplu mistenni jagħmel tajjeb għalihom bit-€0.58ċ fil-ġimgħa żieda. X’ma indirizzax Dak li ma indirizzax il-Baġit kienu l-atroċitajiet u l-isfreġju ambjentali li qed isir u kollox bil-barka tal-Gvern. Ġejna fi żmien meta jekk bnejt kontra l-liġi, mhux tħallas ta’ għemilek, imma nibdlu l-liġi biex il-binja illegali tiegħek tiġi legalizzata. Ġejna fi żmien meta jekk inti tal-qalba, tista’ tagħmel li trid. Iżda wara kollox, erġajna

ġejna fi żmien meta jekk ma taqbilx mal-Gvern, tisfa mgħajjar u redikolat – faċli wieħed jara l-kummenti li tħallew lill-Onor. Marlene Farrugia, dan kollu għaliex ikkumplimentat lill-Kap talOppożizzjoni tad-diskors tiegħu b’risposta għall-Baġit.

Is-sewwa jirbaħ żgur Hekk qal il-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista fid-diskors tiegħu b’risposta għall-Baġit. Għalhekk ilGvern qiegħed fi stat ta’ paniku għaliex il-lista ta’ aġir mhux sewwa min-naħa tal-Gvern u n-nies tiegħu qed tikber kuljum u l-poplu qed jara, jiżen u fl-aħħar jiddeċiedi – u meta s-sewwa jiġi biex jirbaħ, ilGvern se jirrealizza li ma kienx fuq in-naħa tas-sewwa.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR

Min hu l-Prim Ministru? Joseph Muscat jew Manwel Mallia? L-EDITORJAL

L-iskandlu tal-isparatura minn xufier ta’ Ministru tal-Gvern ta’ Muscat fuq vittma innoċenti qed ikompli jikber għax il-Prim Ministru Muscat għadu ma sabx il-kuraġġ ikeċċi lill-Ministru talIntern li messu rriżenja mill-ewwel, kif titlob l-irġulija u l-minimu tad-deċenza f’każ bħal dan. Il-mod kif il-Prim Ministru Muscat gideb u qed ikompli jigdeb dwar dan l-iskandlu jqanqal mistoqsijiet serji: il-Prim Ministru ma jridx ikeċċi lill-Ministru tiegħu talIntern, jew ma jistax? Min hu l-Prim Ministru?

Ħafna raġunijiet għala l-Ministru tal-Intern messu rriżenja mill-ewwel Dan il-każ ma kien jikber xejn – anzi l-Gvern kien joħroġ tajjeb minnu – kieku l-Ministru tal-Intern irriżenja mill-ewwel. Hemm ħafna raġunijiet għala messu rriżenja. Sparatura minn xufier ta’ Ministru f’pajjiż tal-iċken deċenza ġġib ir-riżenja immedjata talMinistru. Jerġa’, dan hu l-Ministru li suppost jara li ħadd ma jispara fuq ħadd, mela r-riżenja hi saħansitra aktar obbligatorja. U dan hu Ministru li gideb lill-ġurnalisti bil-Ministeru tiegħu u xerred il-gideb bix-xandir pubbliku li hu taħtu. Korruzzjoni tax-xena tad-delitt Barra dawn ir-raġunijiet, dejjem ħerġin oħrajn. Ħafna esperti qalu lill-media li x-xena tad-delitt ġiet imbagħbsa meta ngħatat ordni biex il-karozza tal-vittma tiċċaqlaq. Ix-xufier tal-Ministru deher ikun trattat mhux bħala bniedem suspettat, imma qisu qed imexxi l-affarijiet hu. Jidher ukoll qed iċempel lil nies li wieħed jista’ malajr jissoponi min huma. Ix-xandir pubbliku pprova millewwel jagħmel frame-up fuq il-vittma.

Ix-xufier tal-Ministru baqa’ jiġri barra ġimgħa Fil-21 ta’ Settembru kellna dimostrazzjoni minn kaċċaturi li daħlu l-Belt u, fost oħrajn, insultaw lill-Prim Ministru u ġarrew senter taparsi. Dawk il-kaċċaturi sabu l-qawwa kollha tal-Pulizija kontrihom, ġew arrestati mill-ewwel u damu l-ħabs ġimgħa. Imma fil-każ tax-xufier tal-Ministru, li spara veru u kien għoddu qatel vittma fuq inċident innoċenti, ix-xufier tal-Ministru baqa’ jiġri barra ġimgħa sħiħa. Ixxukkjat, irrabjat u ddiżgustat – għalhekk messu keċċieh Il-Prim Ministru Joseph Muscat – li issa nafu kemm ibbaża lkarriera tiegħu fuq gideb –mar taparsi jibki quddiem il-ġurnalisti imma fil-fatt mar jigdeb tipikament għax għamel bil-maqlub. Muscat qal li hu ‘xxukkjat, irrabjat, iddiżgustat’ – jiġifieri tliet raġunijiet, allura, biex ikeċċi lill-Ministru tal-Intern. Imma fil-fatt, Muscat qed jagħmel minn kollox biex jiddefendi lill-Ministru tiegħu. Ħatar inkjesta li żgur ma tistax tinvestiga xena tad-delitt korrotta, gideb kontinwu u r-responsabbiltà politika.

Ma jridx ikeċċih? Jew ma jistax? Hu evidenti li l-Prim Ministru mhux se jieħu l-unika triq li baqagħlu quddiemu u jkeċċi lill-Ministru tal-Intern. U l-mistoqsija hi gravi: Ma jridx ikeċċih? Jew ma jistax ikeċċih? Li tqanqal mistoqsija oħra: Min hu l-Prim Ministru? Joseph Muscat jew Manwel Mallia?

11

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

Malta rebħet il-Junior Eurovision

Malta mhux biss rebħet ilJunior Eurovision Song Contest, iżda rebħet il-qlub tal-pajjiżi barranin! Kull min segwa l-andament, kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni, is-sett, ilkartolini u l-varjetà kollha li ntweriet waqt il-konkors. Dnub biss li kien konkors tat-tfal, għalkemm ninsab żgur li kien segwit mill-kbar ukoll. Urejna lid-dinja kollha li bħala Maltin, meta magħqudin, kapaċi noħorġu ta’ esperti f’kulma nagħmlu. Prosit kbir imur għal Anton Attard u Tonio Portughese, mexxejja tal-PBS li ħadu ħsieb lorganizzazzjoni, kif ukoll lillħaddiema kollha li b’xi mod taw sehemhom biex lil pajjiżna tellgħuh fuq l-ogħla pedestall. Tabilħaqq kienu lkoll ambaxxaturi denji ta’ din il-gżira ċkejkna b’ħiliet kbar. Kbir ukoll kien il-leħen ta’ Federica. Nemmen iżda li kienet taqta’ figura ferm u ferm aħjar f’konkors tal-kbar, għax iċ-ċkejknin – li kellhom 50% tal-voti, żgur li mhumiex sintonizzati

mal-opra. Madankollu m’għandhiex għax taqta’ qalbha, l-ewwel nett għax fadlilha futur sħiħ quddiemha u t-tieni, għax fil-post li ġiet (ir-raba’), hi klassifika tajba wkoll. U nistenna li fi ftit snin oħra, tirrappreżentana filEurovision tal-kbar. Charles B. Spiteri Birkirkara

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju

Lura f’Lulju tal-1993, twieldet fergħa ġdida żagħżugħa fi ħdan is-Soċjetà li ta’ kull sena fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju torganizza l-festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju fir-raħal tal-Imqabba. Għalkemm is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Gilju hija relatata direttament malorganizzazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet kbar li jsiru flImqabba, din ma llimitatx ruħha għalhekk biss. Anzi, għall-kuntrarju, is-Sezzjoni Żgħażagħ talĠilju tat dimensjoni ġdida lillħajja tas-Soċjetà li tħaddanha, kif ukoll lill-ħajja tal-komunità Mqabbija b’mod ġenerali.

25 sena ilu f’In-Nazzjon

Apparti l-briju fuq skala kbira li s-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju torganizza ta’ kull sena fil-Marċ tal-Aħħar Tridu, fejn ta’ kull sena jiġu mħejjija diversi oġġetti li jkomplu jżidu malatmosfera, is-Sezzjoni Żgħażagħ tiffoka l-ħidma tagħha fuq attivitajiet kulturali, li jirrikjedu ħafna impenn u ħin twil ta’ preparazzjoni. L-aħħar attività minn dawn kienet waħda teatrali li kienet kummiedja b’kitba ta’ Charles Clews bl-isem “Karmena Abdilla wara t-Tieġ”, li ttellgħet nhar isSibt 1 ta’ Novembru 2014 fisSala tal-Iskola Primarja talImqabba. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju tixtieq turi pubblikament l-apprezzament lil dawk l-individwi kollha li ħadmu biex din l-attività fuq skala kbira tkun hekk ta’ suċċess. Ringrazzjament ieħor imur lejn ludjenza tassew numeruza li ħonqot it-teatru biex issegwi dan lispettaklu. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, isSezzjoni Żgħażagħ tirringrazzja lill-Madam u l-Istaff tal-Iskola Primarja tal-Imqabba, tal-kollaborazzjoni kbira tagħhom. Marvin Sciberras Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju L-Imqabba

Wasal Malta l-ewwel miż-żewġ bastimenti li fuqhom se jsir is-summit storiku bejn Bush u Gorbachev fit-2 u t-3 ta’ Diċembru. L-ewwel vapur li wasal kien il-Belknap, il-bastiment Amerikan, li sorġa fil-port ta’ Marsaxlokk. Filjiem ta’ wara kien mistenni jasal il-bastiment militari Sovjetiku Slava, li kien fi triqtu lejn Malta wkoll. Waqt konferenza politika f’Ħal Luqa, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Guido de Marco qal li l-għażla ta’ Malta għal dawn it-taħditiet importanti turi għarfien għall-politika għaqlija tal-Gvern Malti. Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ irrapporta wkoll dwar taħditiet li kellu l-Prim Ministru Malti Eddie Fenech Adami fi Tripli malmexxej Libjan Muammar Ghaddafi. Matulha ġie diskuss ukoll is-summit bejn iż-żewġ superpotenzi l-kbar f’pajjiżna, u kien iffirmat ftehim dwar il-provvista taż-żejt.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

X’NARA U X’NISMA’

dent, qalulhom biex ħadd ma jitkellem xejn? Minn fejn ġab l-ewwel verżjoni l-Ministru

ma kellu l-ħila jneħħih? Jew dak bully ma’ min hu dgħajjef, u dgħajjef ma’ min hu bully? Imbasta ġie jgħidilna kemm hu rrabjat u ddispjaċut. Jew forsi ddispjaċut li għandu dejn kbir mal-Ministru Mallia u issa qed jinduna li rikbu waħda sew.” Mallia kien qalilna li hi prassi li l-Ministru tal-Intern ikollu xufier armat, iżda żewġ Ministri tal-Intern ta’ qablu, giddbuh it-tnejn.

mhux jipprova jfarfar b’ħafna diskors u manuvri. Hu l-Prim Ministru u l-ebda kummissjoni ta’ eksimħallfin, lanqas il-Kap tal-Oppożizzjoni. Iżda fi ftit ġranet l-istorja kompliet tiżviluppa u l-għasfur sab iżjed mistoqsijiet x’jistaqsi. “Veru li lill-cowboy xufier kienu se jressquh il-qorti wara ħafna pressjoni mill-media għax kien jidher ċar li Mallia din id-darba ma ġiehx kollox

Mallia u wara t-tieni verżjoni totalment differenti? Kien hemm xi ħadd qed jipprova jgħatti xi ħaġa lil xi ħadd? U jekk Mallia ma ħassx li kellu jirriżenja wara li nqabad jigdeb, lanqas Joseph il-bully

Żgur li l-poplu Malti u Għawdxi jinsab irrabjat u ddispjaċut ħafna iktar minn Joseph u kull min għandu sens ta diċenza esprima l-fatt li lMinistru kellu jirriżenja jew inkella Joseph kellu jneħħih u

bizzilla?” kompla jistaqsi lgħasfur. “U veru wkoll li l-istess cowboy xufier ta’ Mallia reġa’ kien involut f’inċident ieħor fi żmien ftit sigħat u kumbinazzjoni spiċċa l-isptar? Jew din xi kumbinazzjoni

X’Qalilna l-Għasfur Din il-ġimgħa bilfors irridu nitkellmu fit-tul fuq dak li assistejna għalih il-ġimgħa loħra. Xena minn film tal-cowboys tal-wild west bi plot maħdum aħjar minn dawk ta’ Hollywood. Konna ilna ma naraw u nisimgħu b’xeni bħal dawn, tant li rnexxielna ndawru l-arloġġ lura xi tletin sena, meta taħt il-Labour ilcowboys fit-toroq kienu l-ordni tal-ġurnata. Ix-xufier talMinistru tal-artiġjanat, dak li ssoltu jaħdem kollox bizzilla, jiġifieri Manuel Mallia, qabżitlu u spara lejn karozza ta’ Skoċċiż f’nofs ta’ triq. “Iwa ħej,” qalilna l-għasfur, “għax skont ma ntqal, lIskoċċiż laqat il-mera talkarozza tal-ministru u baqa’ sejjer. U ma tarax li mhux se tagħmel hekk jew! Suq għal warajh u faqqagħlu żewġ tiri ħa jkun jaf li mal-Ministru talIntern tagħna m’hemmx ċajt. Mela nesa dan li erġajna qegħdin taħt il-Labour?” U minn hemm ’il quddiem bdiet saga sħiħa. F’daqqa waħda lkarozza milquta mit-tiri ċċaqalqet minn postha qabel linkjesta maġisterjali, u wara ftit nisimgħu li x-xufier, li nzerta wkoll pulizija pajżan kien spara tiri fl-ajru ta’ twissija għax l-Iskoċċiż kien ħebb għalih bi flixkun. Stqarrijiet tad-DOI, stqarrijiet talMinistru Mallia u l-istorja mill-ewwel bdiet tinxtamm tinten. Għax, ngħiduha kif inhi, allaħares kull min tolqotlu l-mera, jispara għalik, għax niġu agħar minn ġungla. L-għasfur għandu ħafna mistoqsijiet x’jagħmel fuq dan ilkaż. “Kif tista’ tispara għallajru,” staqsiena l-għasfur, “u tolqot iktar minn darba karozza miexja fl-art? L-arma li kellu fuqu dan il-cowboy kienet arma tal-pulizija? U din xi prassi ġdida li min jispara għal xi ħadd għax laqatlu mera jibqa’ jiġri fit-toroq, u l-vittma jispiċċa arrestat iktar minn tletin siegħa u lanqas biss tressqu l-qorti? U tgħid l-istorja kif qalha lcowboy pulizija u xufier ta’ Mallia, kienet il-verżjoni tiegħu jew xi ħadd qallu jew ordnalu x’għandu jgħid? Veru jew le li lill-ġirien t’omm ilcowboy, minn fejn beda l-inċi-

Labour style oħra, biex nipposponu milli nressquh ilqorti? Li l-kumpanija legali tal-Ministru Mallia għadha tiffunzjona kulħadd jaf, imma veru wkoll li l-cowboy xufier meta kien qed jagħmel stqarrija lill-pulizija, kellu jakkumpanjah lill-avukat Arthur Azzopardi, li kumbinazzjoni wkoll jaħdem malkumpanija legali ta’ Emmanuel Mallia & Associates?” Imma ċ-ċirasa fuq il-kejk ta’ din listorja froġa, poġġieha l-istess Ministru Mallia nhar it-Tnejn li għadda fil-Parlament. Dan ftiehem ma’ sieħbu biex jistaqsih x’ġara u qam jgħidilna kemm hu ddispjaċut minflok għamel stqarrija ministerjali u rriżenja. Biex jipprova jimpressjonana, semma lill-mejjet eks-Ministru u eks-President Guido de Marco li qal ukoll kien ikollu xufier armat. “Nixtieq inkun naf,” qalilna l-għasfur, “din minn fejn ġabha apparti li mhix etika ssemmi lill-mejtin hekk. Kellu bżonn Mallia jitgħallem imqar l-ewwel ittri tal-alfabett taletika u l-irġulija li kellu Guido de Marco.” Qalilna fost l-oħrajn li hu ma jridx jerġa’ jġib lil pajjiżna f’dak l-istat, u biex jagħtina prova qalilna li hu kien f’Tal-Barrani, ħadem fuq il-każ tal-frame up ta’ Pietru Pawl Busuttil, u kiteb id-daħla tal-ktieb ‘Liberta’ Mhedda’. Fakkarna,” qalilna l-għasfur, “li kien Nazzjonalist ħej! Jgħidu li Luċifru, il-kbir taxxjaten, ukoll kien l-isbaħ anġlu, imma b’daqshekk ma jfissirx li Luċifru llum mhux ix-xitan mistmerr u misħut!” Il-Ministru Mallia u l-Prim Ministru jistgħu jagħmlu elf diskors fuq din il-ħaġa. Mallia u dawk ta’ taħtu u ta’ madwaru jistgħu jdumu ljieli sħaħ iħabblu kurituri ta’ moħħhom biex jaraw kif b’xi mod jistgħu jbenġlu l-ħaġa. Għax in-nies mhumiex boloh. In-nies indunaw li tal-Labour qed jiffangaw fil-Gvern u lpoter tela’ għal rashom b’mod li akkost ta’ kollox mhumiex lesti li jitilfuh. ‘The end justifies the means,’ kien qalilna Joseph. “Tgħid fil-lista tal-means tal-Labour hemm kollox, bħal gideb, qerq, ipokresija, maskri, wegħdi, teatrini, cover ups u iktar?” staqsiena l-għasfur. “Dan l-istil ta’ politika ġdida u moderna li wegħidna Joseph tagħna lkoll? Jew issa se jgħid ukoll li n-Nazzjonalisti negattivi għax qed jgħidulu li f’inqas minn sentejn, dawwar l-arloġġ lura tletin sena?”


www.maltarightnow.com

13

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Baġit li ntesa f’jumejn

“Kien l-aktar Baġit twil, u l-aktar Baġit li ntesa malajr.” Hekk fetaħ id-diskors tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil firreplika tiegħu għat-tielet Baġit ta’ din l-amministrazzjoni Laburista. Baġit li fih, f’diskors ta’ erba’ sigħat, il-Gvern għamel dak kollu li jista’ biex jipprova jaħbi s-sinjali inkwetanti li qed jidhru flekonomija. Nibdew bl-aktar settur importanti: ix-xogħol. Minkejja li l-istatistika turi tnaqqis fl-ammont ta’ nies qiegħda, il-Gvern qed jipprova jaħbi li f’sena daħħal aktar minn erbat elef ruħ jaħdmu mal-Gvern. U dawn mhux għalliema jew infermiera, kif kultant jipprova jagħti limpressjoni, imma kif turi l-istatistika, nies fl-amministrazzjoni u fiddipartimenti. Li ma kienx għal dawn, il-qgħad qiegħed f’livell ħafna aktar għoli. Il-problema hi li dawn se jkunu ta’ piż mhux biss għal din il-leġiżlatura, imma għal dawk li ġejjin warajha. Il-Gvern ipprova jaħbi wkoll ilħafna taxxi ġodda li daħħal biex jagħmel tajjeb għat-tberbiq fuq talqalba. Ma semma xejn fuq iż-żidiet fl-eżamijiet tal-MATSEC, ma semma xejn fuq iż-żidiet fenome-

nali fil-kirjiet tal-akkomodazzjoni soċjali, ma qalilniex ir-rati l-ġodda li se nibdew inħallsu għas-servizzi tal-Gvern, ma qalilniex li se jżomm il-petrol u d-diesel għall-prezz li hu mal-25% aktar tal-prezz li kienu meta l-prezz taż-żejt kien fl-istess livelli tal-lum. U kif qed nitkellmu fuq il-ħabi, ma qalilniex lanqas li rapport li kien ikkummissjona fuq l-onorarja li għandhom jitħallsu lMembri Parlamentari ilu quddiemu sitt xhur u ma ppubblikahx! Għax probabbli jkollu jagħlqilhom ilħafna ħluq li qed jieklu minnhom. Iżda minkejja li l-Gvern ipprova jagħmel propaganda sħiħa kif qed jagħmel kull sena bil-baġit, anke bi screens enormi li jfakkruk f’Big Brother f’nofs Pjazza San Ġorġ, dan il-Baġit intesa f’jumejn bissaħħa ta’ froġa oħra tal-Ministru Manuel Mallia. Il-ġimgħa l-oħra, il-poplu baqa’ xxukkjat bil-każ li fih ix-xufier tal-Ministru Mallia spara tliet tiri lejn il-karozza ta’ Stephen Morrison Smith. Mhux biss għax skoprejna li x-xufiera talMinistru qed ikunu armati, imma għax dawn it-tiri ġew sparati għax Stephen inċidentalment laqat ilmera tal-karozza tal-Ministru! Biex l-affarijiet jiggravaw, assistejna

Minkejja li l-Gvern ipprova jagħmel propaganda sħiħa kif qed jagħmel kull sena bil-Baġit, anke bi screens enormi li jfakkruk f’Big Brother f’nofs Pjazza San Ġorġ, dan il-Baġit intesa f’jumejn bis-saħħa ta’ froġa oħra tal-Ministru Manuel Mallia

Mark Anthony Sammut markasammut@gmail.com

għal cover-up oxxen li konna ilna ma nassistu għalih mis-snin tmenin. Il-media ġew infurmati li dan kien każ ta’ hit-and-run fejn pulizija pprova jwaqqaf sewwieq xurban, u li spara tiri ta’ twissija flajru, mentri minn xhieda li raw ilkaż sirna nafu iżjed tard li dan ma kien hit-and-run xejn, għax issewwieq waqaf, u li t-tiri ġew sparati fid-direzzjoni tal-karozza. Anzi laqtuha fi tliet postijiet. Każ ċar ta’ attentat ta’ qtil. F’liema demokrazija normali tas-seklu għoxrin tisma’ b’każi simili? F’demokrazija normali, ixxufier tal-Ministru kien jiġi arrestat u mtella’ l-Qorti, il-Ministru kien jirriżenja, il-Prim Ministru kien jaċċetta r-riżenja, u l-ħajja kienet tkompli. Imma mhux hekk fir-renju ta’ Joseph Muscat. F’Malta, min qala’ t-tiri ġie arrestat, il-Ministru ħareġ stqarrija qarrieqa u giddieba li pruvat titfa’ l-ħtija fuq il-vittma, ilpulizija bagħbsu l-provi b’ammissjoni tal-Kummissarju, il-Prim Ministru għadu jaqbeż għallMinistru, u x-xufier dam ġimgħa

L-Oppożizzjoni issa se tkun qed tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Mallia. F’pajjiż serju, fejn teżisti l-kontabbilta’ u fejn il-Prim Ministru mhux beżżiegħ u kapaċi jikkontrolla lill-Ministri tiegħu, ma kienx ikun hemm bżonn ta’ hekk jiġri barra, u li ma kienx għal mozzjoni ta’ sfiduċja li ressqet lOppożizzjoni, probabbli għadu barra sal-lum. U minn fuq, Joseph Muscat jipprova jwaħħal fil-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jinqeda blistorja għal punti politiċi, bħal tifel li għadu ma fehemx il-kariga li tgħabba biha. L-Oppożizzjoni issa se tkun qed tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja filMinistru Mallia. F’pajjiż serju, fejn teżisti l-kontabbilta’ u fejn il-Prim Ministru mhux beżżiegħ u kapaċi jikkontrolla lill-Ministri tiegħu, ma kienx ikun hemm bżonn ta’ hekk. F’pajjiż serju, kien ikun ilMinistru li jirriżenja, u jekk ma jagħmilx hekk, kien ikun il-Prim Ministru li jneħħih f’ġieħ is-sewwa u l-ġustizzja. Speċjalment jekk ikollu disa’ siġġijiet aktar filParlament. Niftakru sew lil Joseph Muscat flimkien mad-deputati tieħu jivvutaw favur vot ta’ sfiduċja f’Carm Mifsud Bonnici għax…ehm…għax…xi ħadd jiftakar għala? Eh, għax ma għamilx ir-riformi li ried Franco Debono, u Franco ried jgħidlu “ħu ġo fik”. Issa hemm vot ta’ sfiduċja fil-

Ministru Manwel Mallia. Għala? Għax ix-xufier ta’ Mallia spara tliet darbiet lejn persuna innoċenti, iċChief-of-Staff ta’ Mallia għamel pressjoni fuq il-MaltaToday biex tigdeb u tgħid li spara fl-ajru, għax l-istqarrija ta’ Mallia kienet giddieba, għax il-pulizija taħt iddekasteru ta’ Mallia bagħbsu lprovi u ċaqalqu l-karozza qabel ġiet il-Maġistrat, għax il-pulizija ta’ Mallia lanqas biss għamlu gunresidue tests, la fuq il-karozza u lanqas fuq ix-xufier li spara, għax ix-xufier ta’ Mallia waqt l-inkjesta qabad jiġġieled u jirreżisti, u għax l-avukat tax-xufier ta’ Mallia huwa l-avukat tad-ditta legali ta’ Mallia waqt li l-pulizija ta’ Mallia suppost itellgħuh il-Qorti. U hawn xi ħadd li baqagħlu xi dubju jekk dan huwiex każ serju li għalih Mallia għandu jirriżenja jew jitneħħa? Issa li niġu għall-fatti nkunu nafu jekk għal Joseph Muscat il-kontabbilta’ politika kinitx biss paroli ta’ konvenjenza politika qabel l-elezzjoni, jew kelma ta’ konvinzjoni. Jew kienx konvint minnha daqskemm kien konvintissimu li jlesti l-power-station ftit tax-xhur ilu.


14

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

L-ISIS jeqred kunvent tas-sorijiet L-IRAQ

Rapporti minn Mosul qalu li ġellieda tal-ISIS qerdu parti kbira tal-kunvent tas-sorijiet tasSacra Cour f’Mosul. Il-bini kien ilu xi żmien jintuża mill-militanti Iżlamiċi bħala bażi militari imma f’dawn l-aħħar ġranet huma abbandunaw il-bini, aktarx minħabba biża’ li dan jispiċċa fil-mira ta’ attakk millajru. Imma qabel għamlu dan poġġew ħafna splussiv mal-bini u tajru parti minnu. Xhieda qalu li l-parti fejn tpoġġa l-aktar splussiv kienet il-knisja. Intqal li fl-ewwel sforz li għamlu ftit li xejn saret ħsara imma wara poġġew aktar splussiv li riegħed il-post. Il-Monasteru ta’ San Ġorġ li hemm maġenb il-kunvent jidher li ma ġarrabx ħsara flisplużjoni. Sadattant waqt li kien fi triqtu

Il-Papa jgħid li hu kważi impossibbli li titkellem mal-ISIS

lura l-Vatikan minn Strasburgu fejn indirizza l-Parlament Ewropew, il-Papa Franġisku stqarr mal-ġurnalisti abbord li kien lest jitkellem mat-tmexxija tal-ISIS jekk dan iservi biex iġib il-paċi fl-Iraq u s-Sirja. Il-Papa qal li l-bieb tiegħu dejjem kien miftuħ għal inizjattivi tal-paċi imma ammetta li kien se jkun diffiċli li wieħed jinnegozja mal-ISIS. Tul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi indikazzjonijiet li aktarx il-Papa stess kien fil-mira tal-ISIS peress li tkellem bilqawwa kontra l-atroċitajiet li qed iwettqu. Fil-propaganda tagħhom, il-membri tal-ISIS

spiss stqarrew li riedu jaħkmu lil Ruma, u li fuq il-Bażilika ta’ San Pietru jkun hemm tperper ilbandiera tal-ISIS. Waqt li kien Strasburgu, ilPapa tkellem dwar l-atroċitajiet li qed jgħaddu minnhom l-Insara fil-Lvant Nofsani u li ħafna qed iżommu fommhom sieket dwar dak li għadejjin minnu. Sadattant sar magħruf li żewġ żgħażagħ kienu mħaġġra millISIS f’Mayadeen u Deir Ezzor għaliex ġew akkużati li kienu omosesswali. Iżda ħbieb tal-vittmi qalu li dawn kienu attivisti kontra l-ISIS u ġabu skuża li kienu omosesswali biex joqtluhom.

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Jissoktaw il-protesti L-ISTATI UNITI

F’diversi bliet Amerikani, żviluppaw protesti ġodda dwar id-deċiżjoni li pulizija abjad ma jkunx akkużat talli spara u qatel żagħżugħ iswed f’Ferguson, Missouri. Il-protesti minn New York sa Seattle kienu paċifiċi iżda nqalgħu rvellijiet f’Oakland, Kalifornja. Kien hemm xi ftit tal-inkwiet f’Ferguson, bil-pulizija tagħmel 44 arrest, iżda l-belt ma esperjenzatx irvellijiet fuq l-iskala ta’ nhar it-Tnejn filgħaxija. Il-pulizija li qatel lil Michael Brown qal li hu għandu “kuxjenza nadifa”. Darren Wilson, li spara u qatel liż-żagħżugħ ta’ 18-il sena fid-9 ta’ Awwissu, stqarr li filġlieda li seħħet qabel l-isparatura, hu qal li “ħassu qisu tifel ta’ ħames snin iżomm lil Hulk Hogan”. Ħafna mill-komunità ta’ Ferguson, b’maġġoranza AfroAmerikana, appellaw biex ilpulizija jkun mixli bi qtil, iżda d-deċiżjoni tal-ġurija fissret li lpulizija mhux se jerġa’ jiffaċċja akkużi kriminali mill-istat dwar l-isparatura. Avukati għall-familja ta’ Michael Brown ikkritikaw iddeċiżjoni tal-ġurija bħala waħda “inġusta” filwaqt li kkundan-

naw il-vjolenza li nqalgħet wara d-deċiżjoni. Jon Belmar, il-kap tal-pulizija fil-kontea ta’ St. Louis, qal li llejl ta’ nhar it-Tlieta kien kemxejn aħjar f’Ferguson, belt ta’ 21,000 persuna. “Il-gass tad-dmugħ ġie sparat darba biss, qal Belmar, meta ddimostranti faqgħu t-twieqi tassala tal-belt. Kien hemm biss rapport wieħed ta’ sparatura, żied Belmar, meta karozza ngħatat innar. Madwar 2,200 suldat talGwardja Nazzjonali ntbagħtu biex jassistu lill-pulizija ħalli tinżamm l-ordni fil-belt u madwarha. Aktar protesti kienu rappurtati fi 12-il belt: f’St. Louis innifisha kif ukoll f’Seattle, Albuquerque, New York, Cleveland, Los Angeles, Oakland, Minneapolis, Atlanta, Portland, Chicago u Boston. F’Oakland, fiz-zona tal-bajja ta’ San Francisco, in-nies li kienu involuti fl-irvellijiet ivvandalizzaw il-vetturi tal-pulizija u attakkaw in-negozji fiċ-ċentru matul it-tieni lejl ta’ vjolenza filbelt port ta’ 406,000 ċittadin. Nhar it-Tnejn billejl, 43 arrest kienu saru f’Oakland, hekk kif ilpulizija tħabtu biex jikkontrollaw folla ta’ madwar 2,000 persuna.


www.maltarightnow.com

15

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Żvelati pjani kbar dwar ħolqien ta’ xogħol L-UNJONI EWROPEA

Jean-Claude Juncker, ilPresident tal-Kummissjoni Ewropea ħabbar dettalji dwar pjan ta’ investiment ta’ €315-il biljun sabiex l-ekonomija Ewropea “titla’ fuq saqajha” u tissaħħaħ. F’nofs l-aġenda tiegħu għal ħames snin hemm fond ta’ €21 biljun, li se jintuża bħala “inċentiv tal-bidu”, sabiex iħajjar investituri privati ħalli jikkontribwixxu ħafna mill-kumplament. Madwar €8 biljun biss tal-flus oriġinali se jiġu mill-baġit talUnjoni Ewropea nnifsu. Il-proġett se jkun qed ineħħi lpiż minn fuq il-gvernijiet nazzjonali, li diġà qed jiffaċċjaw djun kbar wara l-kriżi finanzjarja. “L-Ewropa teħtieġ imbottatura u l-Kummissjoni qed tipprovdi lgħajnuna,” qal Juncker lillParlament Ewropew fi Strasburgu. Il-kritiċi diġà ssuġġerew li liskema hi ferm żgħira, u teħtieġ aktar flus jekk trid tagħmel differenza kbira. Fil-fatt kien hemm xettiċiżmu immedjat mill-Konfederazzjoni Ewropea dwar it-Trade Unions (ETUC) li s-Segretarju Ġenerali tagħha, Bernadette Segol,

issuġġeriet li l-Kummissjoni kienet qed “tiddependi minn xi miraklu finanzjarju”. Hi qalet li ma temminx li €315-il biljun tista’ tittella’ minn €21 biljun – fattur ta’ 15 li lETUC argumentat li “kważi ċertament hu mhux realistiku”. Madankollu, Jean-Claude Juncker qal li l-Ewropa kellha tħabbat wiċċha mal-“isfida ta’ ġenerazzjoni”, u ddeskriva l-pjan bħala l-akbar sforz fl-istorja reċenti tal-Unjoni Ewropea sabiex iżżid l-investiment mingħajr ma tibdel il-liġijiet. Il-Kummissjoni temmen li hi tista’ toħloq sa 1.3 miljun impjieg b’investiment fil-broadband, f’qafas tal-enerġija u flinfrastruttura tat-trasport kif ukoll fl-edukazzjoni u r-riċerka. Hu u jfisser it-tip ta’ proġetti li kellu f’moħħu, Jean-Claude Juncker qal li hu kellu viżjoni ta’ tfal tal-iskola jitgħallmu fi klassi mgħammra bil-kompjuters filbelt Griega ta’ Thessaloniki; sptarijiet Ewropej isalvaw ilħajjiet b’tagħmir mediku millaktar modern; sewwieqa Franċiżi jiċċarġjaw il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku bl-istess mod kif qed jintużaw il-pompi tal-petrol; u li d-djar u l-postijiet tax-xogħol ikunu aktar effiċjenti fl-enerġija.

IR-RENJU UNIT: Is-Supretendent Gordon Allison juri selezzjoni ta’ armi tan-nar li ġew preżentati mill-pubbliku fil-Pulizija Metropolitana. Aktar minn 350 arma tan-nar kif ukoll aktar minn 12,300 round ta’ munizzjon ġew ippreżentati miċ-ċittadini ta’ Londra fi stazzjonijiet tal-pulizija, matul l-ewwel inizjattiva f’sitt snin li fiha l-pubbliku ċeda l-armi tan-nar (Ritratt: EPA)

L-ISIS jieħu vantaġġ mill-anarkija IL-LIBJA

Bil-Libja mifnija bl-anarkija, il-belt ta’ Derna fil-Lvant talaktar pajjiż bla ordni u kontroll, qed issir qagħda ġdid għallgrupp estremista tal-ISIS. L-istat fl-Afrika ta’ Fuq ilu mkisser bl-instabbiltà millwaqgħa mill-poter tad-dittatur Muammar Gaddafi fl-2011. Dan wassal biex instabet opportunità tajba għall-estremisti Iżlamiċi.

bħala d-dar tat-tielet ‘franchise’ tal-ISIS fl-Afrika ta’ Fuq, wara li Jund al-Khilifa fl-Alġerija u Ansar Bayt al-Maqdis fl-Eġittu, iddikjaraw l-appoġġ tagħhom kmieni din is-sena. Othman Ben Sassi, eksmembru ta’ dak li kien il-Kunsill Tranżitorju Nazzjonali, qal li “lISIS jinsab f’Derna u hu msaħħaħ tajjeb... m’hemm ebda dubju.”

OPEC jeħtieġu li jipparteċipaw f’kull tnaqqis immexxi millOPEC. “L-aktar ħaġa importanti għalina lkoll hi l-għaqda u s-solidarjetà tal-OPEC, u f’din is-sitwazzjoni, jien nemmen li għandu jkollna l-kontribut ta’ produtturi li mhumiex fl-OPEC sabiex imexxu s-suq,” qal Zanganeh lillġurnalisti. “Xi membri tal-OPEC jemmnu li dan hu ż-żmien meta rridu niddefendu s-sehem tas-suq... lesperti kollha fis-suq jemmnu li aħna għandna provvista żejda fis-suq u s-sena d-dieħla se jkollna aktar provvista żejda.” Il-laqgħa tal-OPEC illum se tkun waħda mill-aktar kruċjali f’dawn l-aħħar snin. Il-prezzijiet taż-żejt niżlu xi 30 fil-mija minn Ġunju għal $79 kull barmil minħabba produzzjoni ta’ żejt mill-Istati Uniti u tkabbir ekonomiku dinji aktar bil-mod.

Fost it-12-il membru talOrganizzazzjoni tal-Pajjiżi li Jesportaw iż-Żejt (OPEC), ilVenezwela u l-Iraq talbu għal tnaqqis fil-produzzjoni. Naimi ma kkummentax dwar x’għandu jagħmel il-grupp. L-OPEC issoltu tħabbat wiċċha ma’ tensjonijiet kbar minn ġewwa iżda hekk kif ittaħditiet dwar il-programm nukleari tal-Iran intemmu bla ebda żblokk nhar it-Tnejn, ħafna millmembri ferħu li ma kinux se jittrattaw mad-disfatta taż-żejt Iranjan. Ir-Russja, li mhix membru flOPEC, u li tipproduċi 10.5 miljun barmil żejt kuljum jew 11 fil-mija taż-żejt dinji, ġiet għallaqgħa tat-Tlieta bi ħjiel li hi tista’ taqbel ma’ tnaqqis fil-produzzjoni hekk kif qed tbati minn waqgħa fil-prezz taż-żejt u minn sanzjonijiet tal-Punent dwar lUkrajna.

Ebda sforz biex jitnaqqas il-prezz taż-żejt L-ARABJA SAWDIJA

L-AWSTRALJA: Ir-ritratt juri ħofra b’fond ta’ madwar tliet metri u li fiha waqgħet mara waqt li kienet qed tonxor il-ħwejjeġ. Skont rapporti fil-media, mara niżlet f’ħofra wara li ċediet l-art u damet maqbuda għal xi nofs siegħa qabel ma l-ġirien ċemplu s-servizzi tal-emerġenza biex tkun salvata (Ritratt: EPA)

Il-ġellieda tal-ISIS diġà ħakmu diversi zoni fl-Iraq u fis-Sirja, u l-mexxej tal-grupp estremista Abu Bakr al-Baghdadi dan laħħar ftaħar b’wegħdi ta’ alleanza minn militanti fil-Libja, flEġittu, fl-Alġerija, fil-Jemen u flArabja Sawdija. Xi osservaturi minn pajjiżi talPunent jikkunsidraw lil Derna, belt ta’ madwar 150,000 persuna,

L-Arabja Sawdija, il-mexxej tal-OPEC, ilbieraħ irrimarkat li mhux probabbli li jkun hemm imbottatura sabiex issir bidla kbira fil-produzzjoni taż-żejt, f’laqgħa għall-produtturi taż-żejt li se ssir din il-ġimgħa - ġurnata wara li r-Russja rrifjutat li tikkoopera dwar kull tnaqqis mill-produzzjoni. Ali al-Naimi, il-Ministru għażŻejt tal-Arabja Sawdija, stqarr li hu qed jistenna li s-suq taż-żejt “jistabbilizza ruħu eventwalment” iżda ma kkummentax dwar it-taħditiet mar-Russja li saru nhar it-Tlieta, li ma pproduċew ebda inizjattiva minn Moska biex tgħin fil-bidla talprezzijiet taż-żejt. Bijan Zangeneh, il-Ministru għaż-Żejt tal-Iran qal li wħud mill-membri tal-OPEC qed iħejju ruħhom għal taqtigħa dwar issehem mis-suq u insista li produtturi li mhumiex membri tal-


Il-preparamenti għall-Mili 16

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

www.maltarightnow.com

MILIED 2014

Santa Klaws isellem lill-folla fl-Iżvizzera hekk kif kien għaddej minn fuq il-lag ta’ Geneva. Fil-21 ta’ Novembru qrib il-muntanji bdew iċ-ċelebrazzjonijiet u s-swieq magħrufa ta’ żmien il-Milied. F’dan il-każ, Santa Klaws qed jagħmel vjaġġ ta’ 385 metru mqabbad ma’ ħbula li jiġbduh tul il-villaġġ tal-Milied (Ritratti: EPA)

F’Amsterdam ukoll, il-ħwienet jinsabu mżejnin bl-aqwa mod biex jattiraw lix-xerrejja. Biex ikunu inawgurati dawn il-festi, f’Amsterdam kien hemm spettakli kbar ta’ dawl u piroteknika

Ballun kbir tal-Milied li qed ikun attrazzjoni għal kulħadd. Fl-Ewropa, il-qofol tal-preparamenti tal-Milied beda fl-aħħar ġimgħat bit-tiżjin u x-xiri tar-rigali


ied minn madwar id-dinja www.maltarightnow.com

MILIED 2014

Siġra tal-Milied f’Bejrut, fil-Libanu, li nxtegħlet jumejn ilu, eżattament xahar qabel il-Milied. Iċ-ċelebrazzjonijiet bdew billi nxtegħlet din is-siġra kif ukoll presepju wiesa’ 12-il metru

17

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

F’Erfurt, il-Ġermanja, iċ-ċelebrazzjonijiet bdew ukoll fl-aħħar jiem billi nxtegħlet din is-siġra għolja 12-il metru. Din iz-zona hi magħrufa għas-suq kbir tal-Milied li torganizza u hu maħsub li din is-sena se jżuruh aktar minn miljun turist

Ritratt ieħor mill-Ġermanja fejn in-nies jidhru mexjin quddiem il-palazz ta’ Charlottenburg, hekk kif beda jintlaħaq il-qofol għall-bejjiegħa fis-swieq tal-Milied


www.maltarightnow.com

18

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

IL-GREĊJA: Il-bastiment kummerċjali Baris, li fuqu kellu madwar 700 immigrant illegali minn diversi pajjiżi, u li waqfulu l-magni xi 70 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Kreta. Il-frejgata tal-Qawwa Navali Griega Hydra qed tipprova tersaq lejn il-vapur biex ikun irmunkat lejn Kreta, filwaqt li ħelikopter tat-tip Super Puma tal-Qawwa tal-Ajru Griega niżel fuq il-bastiment biex ikunu koordinati l-isforzi (Ritratt: EPA)

Jinsterqu żraben minn kamp tal-konċentrament IL-POLONJA

Tmien żraben li kienu ta’ vittmi mill-Olokawst Lhudi nsterqu minn dak li kien kamp talkonċentrament fil-Polonja. Is-serqa saret mill-mużew ta’ Majdanek qrib Lublin bejn it-18 u l-20 ta’ Novembru. Oġġetti oħrajn li nsterqu mill-mużew kienu l-irmied tal-vittmi u beritta ta’ priġunier. Aktar minn 78,000 persuna ntbagħtu fil-kmamar tal-gass f’Majdanek li nbena min-

Nażisti fl-1941 u dan ġie abbandunat fl-1944. Iż-żraben kienu rappurtati nieqsa wara li impjegat talmużew intebaħ li kien hemm ‘wire net’ maqtugħ f’zona li fiha kien hemm madwar 56,000 żarbuna. Kelliem għall-mużew qal li lesibizzjoni għandha l-għan li turi lill-viżitaturi l-estremità tarreati kriminali mwettqa minNażisti.

Id-drummer tal-AC/DC jittella’ l-qorti NEW ZEALAND

Id-drummer Awstraljan talgrupp popolari AC/DC, Phil Rudd, deher għal żmien qasir filqorti fi New Zealand fuq akkużi li hedded li joqtol u dwar pussess ta’ droga. L-imħallef fil-qorti fil-belt ta’ Tauranga ħareġ mandat ta’ arrest għal Rudd, li għandu 60 sena, wara li naqas milli jidher il-qorti fil-ħin. Il-mandat ġie rtirat meta daħal

fl-awla ftit minuti wara. Rudd la wieġeb li hu ħati u lanqas li mhux ħati tal-akkużi, filwaqt li ħareġ fuq pleġġ sat-2 ta’ Diċembru. Akkuża li kienet saret kontrih dwar attentat biex jirranġa biex isir qtil, waqgħet kmieni dan ixxahar. L-avukat ta’ Rudd qal li l-klijent tiegħu ġarrab “danni” mindu waqgħet l-akkuża ta’ attentat li

rranġa biex iseħħ qtil. Meta naqas milli jidher filqorti, l-Imħallef Timothy Brewer ordna mandat għall-arrest tiegħu, u qal li dan kien se jkun effettwat f’temp ta’ nofs siegħa jekk Rudd ma jidhirx fl-awla. Rudd imbagħad daħal fil-qorti meta ssmigħ kompla madwar 15-il minuta wara. L-Imħallef Brewer imbagħad bagħat il-każ lura fil-qorti distrettwali hekk kif il-pulizija waqqgħet l-akkuża li pprokura qtil. Fil-qorti, Phil Rudd qagħad jiżżuffjetta, jegħmeż lill-ġurnalisti u jħabbat fuq il-bank talakkużati. Hekk kif ħareġ mill-awla, Phil Rudd qabeż fuq dahar il-gwardja tas-sigurtà tiegħu u twassal lejn l-isports car tiegħu. L-avukat ta’ Phil Rudd, Paul Mabey, qal li l-klijent tiegħu se jkun qed jiċħad l-akkuża li hedded biex joqtol u ddeskriva lakkuża dwar id-drogi bħala waħda “frivola”. Il-grupp talhard rock, AC/DC hu wieħed mill-aktar bands li biegħet diski fl-istorja tal-mużika Rock.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Tifla tinqatel f’attakk ta’ tpattija L-INDJA

Tifla adolexxenti nqatlet fitTramuntana tal-Indja, ġimgħa wara li grupp ta’ rġiel kriminali tawha n-nar bi tpattija talli rreżistiet l-attentati tagħhom biex jiffastidjawha sesswalment. Il-qtil orribbli hu l-aħħar wieħed fl-Indja fejn attakki sesswali fuq in-nisa jibqgħu jseħħu kważi kuljum minkejja l-kundanna internazzjonali dwar stupru fatali li sar minn diversi rġiel fuq studenta fl-2012. Fl-aħħar każ, il-pulizija arrestaw erbat irġiel fuq l-attakk li seħħ wara li t-tifla ta’ 15-il sena ħarġet mid-dar tagħha fl-istat ta’ Uttar Pradesh fis-16 ta’ Novembru. Il-familja tat-tifla qalet lillpulizija li sitt irġiel kaxkruha lura fid-dar tagħha wara li hi oġġezzjonat għall-mossi moqżieża tagħhom u għal attentati biex jagħtuha fastidju.

19

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

L-Indja ħabbtet wiċċha ma’ skrutinju kbir f’dawn l-aħħar snin fi tmiem serje ta’ stupri li wasslu għal mewġa ta’ rabja pubblika kontra t-trattament vjolenti fuq in-nisa

RK Sahu, is-supretendent talpulizija, stqarr li l-irġiel imbagħad xarrbuha bil-pitrolju u tawha nnar bħala kastig fil-villaġġ ta’ Shahjahanpur, xi 277 kilometru fix-Xlokk ta’ New Delhi. It-tifla twasslet għall-kura fi sptar lokali iżda mietet minħabba l-ġrieħi serji li ġarrbet. Sahu qal li erbgħa mis-sitt aggressuri ġew arrestati. Ilkoll jagħmlu parti mill-istess villaġġ u huma tal-istess denominazzjoni reliġjuża tat-tifla. Dimostranti Indjani żammew strixxuni u libsu żigarelli suwed matul dimostrazzjoni fi New

Delhi f’Diċembru tal-2012. Dan wara l-kremazzjoni ta’ vittma minn stupru kaġunat minn grupp ta’ rġiel fil-kapitali Indjana. L-Indja ħabbtet wiċċha ma’ skrutinju kbir f’dawn l-aħħar snin fi tmiem serje ta’ stupri li wasslu għal mewġa ta’ rabja pubblika kontra t-trattament vjolenti fuq in-nisa. L-istupru fatali mwettaq minn diversi rġiel fuq studenta ta’ 23 sena fuq xarabank fi New Delhi f’Diċembru tal-2012 ukoll ħoloq protesti kbar fit-toroq kif ukoll ħraxu l-pieni għal min joffendi lpudur jew iwettaq vjolenza sesswali fuq in-nisa.

MADAGASKAR: Raġel iżomm bajda tal-Elephant Bird (Aepyornis) twila 30 ċentimetru. L-Elephant Birds kienu jinstabu f’Madagaskar biss u ilhom estinti għal madwar 500 sena (Ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

20

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

PADDINGTON

Umoriżmu intelliġenti u storja tajba

ĊINEKRITIKA

Direzzjoni: Paul King; Ħin: 95 minuta; Ċert.: U; KRS Il-kotba bil-karattru tal-ors Paddington maħluq minn Michael Bond minn dejjem kienu popolari ferm mat-tfal, speċjalment firRenju Unit, u issa din il-verżjoni ġdida ċinematografika għandha skript miżgħud b’mumenti umoristiċi kważi surreali, karattri sodi, f’avventura għall-familja kollha li jirnexxilha tevita s-soltu ‘nases’, jew ‘pitfalls’, kif isejħulhom bl-Ingliż. Veru ċertu ċajt goff huwa ridikolu, u s-sentimentaliżmu xi kultant huwa esaġerat, imma mbagħad hemm fil-biċċa l-kbira minnu l-umoriżmu intelliġenti, b’qafas ta’ rakkont li jagħmel sens (dejjem fil-limiti għal udjenza infantili, sintendi), u hemm laqtiet sbieħ tar-reġija fil-mumenti opportuni. Imrobbi fl-aktar naħat imwarrba tal-Perù miz-zijiet tiegħu, ors ċkejken (leħen Bill Whislaw) jispiċċa Londra, art li huma semgħu biha mingħand esploratur. Fl-istazzjon tal-ferrovija f’Paddington, l-ors jingħata lisem t’hemmhekk. Waqt li

ANNABELLE

Paddington jibda jfittex lil dak lesploratur u dar permanenti f’Londra, jispiċċa fil-mira ta’ Millicent (Nicole Kidman), li tkun deċiża li żżidu mal-kollezzjoni tal-ispeċi fin-National History Museum. Filwaqt li r-reġista King ma jesaġerax iżżejjed b’din il-parti tal-ħrafa, hu sempliċiment jużaha bħala skuża biex iwassal sekwenza miżgħuda bl-azzjoni fil-quċċata tal-film, tmiem li ma jkollok lebda dubju kif se jkun. Fil-fatt, l-att finali jkun biss sensiela ta’ ċajt li l-film ikun diġà ħejja lil min qed jara l-film għalihom. L-ebda tarf ma jitħalla maħlul, filwaqt li King jiżgura li kull sekwenza tpaxxi l-għajnejn b’viżwali li t-tfal żgur jogħxew dwarhom, u li jista’ jkun li jkun jeħtiġilhom jerġgħu jaraw il-film biex jinnutawhom kollha. Fuq kollox, il-karattru ta’ Paddington m’għandux jonqos li jingħadd mal-favoriti taż-żgħarnett ta’ żmienna wkoll, u jistennew bil-ħerqa aktar avventuri tiegħu.

L-ors Paddington jasal Londra fejn jilqgħu Mr. Brown (Hugh Bonneville) f’Paddington

Meta pupa ħadet ‘promozzjoni’

Direzzjoni: John R. Leonetti; Ħin: 98 minuta; Ċert.:15; KRS

Ħalli ngħiduha kif inhi: Meta toħloq pupa li jekk tħares lejha tnissillek tkexkix bħal Annabelle f’dan il-film, allura tkun qed tistieden lixxifajk jippossediha. It-tbissima partikulari tagħha rajnieha l-ewwel darba fil-film ‘The Conjuring’, fejn però kellha dehra qasira bħala waħda mill-kollezzjoni ta’ oġġetti perikolużi msaħħra ta’ koppja li tkun qed tinvestiga fenomenti tipiċi f’films bħal appuntu ‘The Conjuring’, u dan li ħareġ din ilġimgħa. Hawn Annabelle, biex ngħidu hekk, tieħu ‘promozzjoni’ għax hija l-protagonista tal-film li saħansitra ngħata isimha. Xi ħadd iddeċieda li dan l-oġġett inanimat, bla ħajja, waħdu biżżejjed għal film sħiħ. Jekk dan irnexxiex jiddependi minn dak li wieħed jistenna, f’film li ma joffri xejn li ma rajniex qabel f’films bħal dawn. Dan jiffoka fuq koppja żagħżugħa. John (Ward Horton) u Mia (Annabelle Wallis) għadhom jiżżewġu, u qed jistennew b’ħerqa l-wasla tal-ewwel tarbija tagħhom. Kollox jidher sejjer tajjeb, hekk kif sadanittant insiru nafu li hi kienet iġġemma’ l-pupi u ferħana wkoll meta żewġha jagħtiha pupa tal-

porċellana li tant xtaqet, appuntu Annabelle, bħala rigal. Dan minkejja li din il-pupa xejn ma kienet sabiħa …għall-inqas hekk qistha jiena, flimkien ma’ sħabi li konna qed naraw il-film. Iż-żmien li jseħħ dan kollu kien is-snin sebgħin meta fl-Amerika bdew jaslu aħbarijiet dwar is-setta satanika ta’ Charles Manson, u f’daqqa waħda l-koppja ġirien tagħhom jiġu massakrati minn binthom stess u l-ħabib tagħha membru tas-setta. Anki huma jiġu attakkati, imma jilħqu jaslu l-pulizija fil-ħin li joqtlu lit-tfajla u lil seħibha. Fl-attakk tisfa feruta Mia, li twelled qabel iżżmien, imma t-tarbija tkun f’saħħitha għalkollox. Jidher, għalhekk li l-agħar għadda, imma f’daqqa waħda fid-dar jibdew iseħħu ħwejjeġ strambi. Bħalma qed taraw, ‘xejn ġdid’, imma x’tista’ tistenna minn dawk hekk imsejħa films ‘tat-tkexkix’, li jeċċellaw laktar f’mumenti li suppost jaħsduk permezz ta’ mużika tgħajjat. L-aktar ħaġa li tirnexxi f’Annabelle hija l-ambjentazzjoni li twassal perfettament is-snin sebgħin, grazzi wkoll għaċ-ċinematografija.

Mia (Annabelle Wallis) u John (Ward Horton) jitolbu lill-qassis (Tony Amendola) jistudja l-pupa Annabelle


www.maltarightnow.com

21

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

ĊINEKRITIKA

minn Joe Calleja - jocal@me.com

A THOUSAND TIMES GOOD NIGHT

Ikollha tagħżel bejn il-karriera u l-familja Direzzjoni: Erik Poppe; Ħin: 115-il minuta; Ċert.:15; KRS

Rari biex film tal-Franċiża Juliette Binoche ma jkunx tajjeb, u dan mhux eċċezzjoni, avolja mill-isem li tajt lil din ilkitba tiegħi tistgħu taħsbu li rajna diversi films fejn xi ħadd ikollu problemi serji għax jittraskura lill-familja minħabba x-xogħol. Imma x-xogħol li tagħmel ilkarattru li tinterpreta Binoche f’dan il-film xejn ma huwa wieħed komuni. Fil-fatt, Rebecca hija fotografa talgwerra professjonali, u niltaqgħu magħha waqt xogħol perikoluż fl-Afganistan. Hi tkun qed tiġbed ritratti ta’ tfajla Afgana waqt li qed tħejji biex tisplodi lilha nfisha, u jirnexxilha wkoll takkumpanjaha hi hu sejra biex tagħmel dan. Imma fit-triq iseħħ inċident fejn hi tispiċċa l-isptar, u aktar tard id-dar, imħawda mhux ftit, u fejn jidħlulha dubji dwar ixxogħol li qed tagħmel, l-aktar għax żewġha Marcus (Nikolaj Coster-Waldau) u bintha l-kbira Steph (Lauryn Canny) dejjem jinsistu magħha li titlaq dak ixxogħol, għax dejjem inkwetati li xi darba ma tiġix lura.

LOVE, ROSIE

Żewġha jasal biex jhedded li wara li tirkpura mill-ġrieħi kien beħsiebu jitlaqha jekk tkompli fl-istess xogħol. Għalhekk hi tiddeċiedi li tirriżenja mix-xogħol biex issalva ż-żwieġ u l-ħajja familjari. Din xejn ma tkun ħaġa ħafifa għax għaliha dak ix-xogħol kien mod kif tesprimi r-rabja tagħha għad-dinja u li permezz tar-ritratti tagħha riedet iġġiegħel lil min jarahom jirrealizza l-atroċitajiet li kienu qed jitwettqu; riedet twassal ilgwerra fil-kruha tagħha kollha quddiem għajnejn dawk li filkumdità ta’ darhom ma tantx iħabblu rashom dwar dak li qed jiġri. Imma titfaċċa okkażjoni ta’ xogħol f’kamp tar-refuġjati filKenja fejn suppost, allura, ma jkunx hemm periklu, u allura żewġha jaqbel li tmur, anzi tieħu magħha lil Steph, minħabba li kellla tlesti proġett tal-iskola dwar lAfrika… Mingħajr dubju l-aqwa element tal-film hija Binoche, li bħas-soltu, tagħmel ħilitha kollha f’interpretazzjoni kon-

Xogħol mill-aktar perikoluż għal Rebecca (Juliette Binoche) f’A Thousand Times Good Night

vinċenti u ma setax ikun mod ieħor għax hi tappoġġja bissħiħ lill-organizzazzjoni

‘Reporters without Borders’. Ir-reġista Norveġiż Poppe jwassal b’mod realistiku dak li

Ieħor dwar “ħbiberija jew imħabba?”

tgħaddi minnu l-fotoġurnalista u jġiegħel lil min qed jara lfilm iħoss l-istess.

Direzzjoni: Christian Ditter; Ħin: 102 minuti; Ċert.:15; KRS

Minn żmien għal żmien jitfaċċa xi film romantiku sentimentali li jesplora d-dilemma li jiffaċċjaw koppji li jinsabu f’relazzjoni ta’ ħbiberija u spiss jirrealizzaw li dik tagħhom tista’ ma tkunx sempliċi ħbiberija. Din il-ġimgħa jasal dan ibbażat fuq rumanz miktub minn Cecelia Ahem li kienet tatna ‘lklassiku’ P.S. I Love You, li wkoll kien inħadem film xi seba’ snin ilu. Il-koppja fl-Irlanda hawn hi ffurmata minn Rosie (Lily Collins) u l-‘Best Friend Forever (BFF)’ tagħha Alex (Sam Claflin). Niltaqgħu magħha

hekk kif nervuża għall-aħħar, qed tħejji biex tagħmel id-diskors tagħha bħala l-maid of honour fit-tieġ ta’ Alex ma’ ħaddieħor. Hawn immorru lura fi żmien it-tfulija tal-koppja u nibdew nifhmu r-raġuni għala hi kienet daqshekk anzjuża u mħawda: wara li kibru u trabbew flimkien, Rosie u Alex, kollox kien juri li kienu destinati għal xulxin. Iżda wara festin għal għeluq it-18-il sena tagħha, din tisker waħda kbira u tispiċċa torqod ma’ student bil-konsegwenza li toħroġ tqila, u allura jisfrattaw il-pjanijiet tagħhom li jmorru fl-Amerika flimkien

L-aqwa films f’Malta

1. 2. 3. 4. 5.

(Bejn id-19 u t-23 ta’ Novembru – KRS)

(–) (1) (3) (2) (–)

The Hunger Games: Mockingjay (Part 1) Interstellar The Imitation Game The Best of Me Alexander & The Terrible….

biex ikomplu jistudjaw. Lil Alex ma tgħidlu b’xejn, biex dan ikun jista’ jmur f’Harvard jistudja l-mediċina, filwaqt li hi tgħidlu li kienet se tmur ħdejh aktar tard …ħaġa li ma tagħmilx għax twelled u jkollha trabbi lil bintha. Huma jkomplu jikkuntattjaw lil xulxin permezz ta’ emails u xi messaġġi diretti bl-internet. Imma kull meta xi naħa tipprova tħajjar lill-oħra għal relazzjoni aktar serja, in-naħa l-oħra tkun ‘okkupata’ ma’ ħaddieħor. Minn dan kollu li ktibt tafu sew x’tistgħu tistennew li taraw. Forsi l-aktar ħaġa li tistona hi li l-koppja qajla jinbidel wiċċhom jew surithom, donnu li l-mogħdija taż-żmien ma teffettwahomx fit-tul ta’ 12-il sena li jgħaddu, filwaqt li t-tifla ta’ Rosie narawha tikber kull darba li titfaċċa. Iżda Lily Collins hawn tibbrilla u nistenna li naraha f’xi kummiedja oħra, aktar oriġinali.

Mument hieni għal Rosie (Lily Collins) u Alex (Sam Claflin) f’Love, Rosie


www.maltarightnow.com

25

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

MADWARNA

Venite Adoremus

Kunċert tal-Milied 2014 mill-Kor Santa Ċeċilja A.D. 2013

Għall-Milied ta’ din is-sena lKor Santa Ċeċilja ta’ Għawdex se jtella’ t-tieni edizzjoni talkunċert festiv tal-Milied bittema ‘Venite Adoremus’. Kif tindika t-tema nnifisha l-kunċert idur madwar il-misteru tat-Tre Re, meta tliet slaten, skont ittradizzjoni bikrija Nisranija, żaru lit-tarbija Ġesù u offrewlha deheb, inċens u mirra. Matul din is-sena, mill-Milied 2013 sa dan iż-żmien il-kor tella’ żewġ kunċerti, f’Diċembru 2013 u f’April 2014 u għal kull serata kien hemm attendenza numeruża li mliet kull rokna tal-knisja ħelwa talPatrijiet Franġiskani Konventwali tar-Rabat, Għawdex. Din is-sena l-kunċert se jerġa’ jittella’ fl-istess knisja u se jkun nhar is-Sibt, 27 ta’ Diċembru 2014 fit-7:45pm. Fost ir-repertorju mużikali se nisimgħu għanjiet tal-Milied ta’ John Henry Hopkins, Stefano Melone, Greensleeves, John Stanley, Lewis Henry Redner,

Howard Blake, Pietro Yon, siltiet b’adattament mużikali tradizzjonali u ma tonqosx il-kompożizzjoni brillanti, ħelwa u talwidna ta’ Mro. Antoine Mercieca, li hu d-direttur mużikali tal-kor u fundatur iżda wkoll id-direttur artistiku ta’ dan il-kunċert. Mal-kor se jieħdu sehem issoprani Rosabelle Pavia, Patricia Buttigieg, il-mezzosopran Marthese Borg, it-tenuri George Mercieca u Mario Portelli li huma lkoll solisti stabbiliti u residenti tal-kor tagħna u l-baritonu Pio Dalli minn Malta. Il-kor se jkun akkumpanjat minn strings quintet u Jason Camilleri bħala solista fuq it-trumpet, li flimkien mal-kor se jagħtu din it-taħlita sħiħa ta’ għanjiet tal-Milied fuq arranġament mużikali tad-direttur artistiku tal-kunċert. Se jkun hemm ukoll rokna letterarja fejn jinqraw tliet poeżiji marbutin mal-Milied. Il-kunċert mistenni jibda b’medley tradizzjonali bis-

sehem tal-istrings quintet, imbagħad il-kor jippreżenta rrepertorju mużikali tiegħu flimkien mal-kwintett. Żgur u mhux forsi li fost il-ġeneri dif-

ferenti f’dan ir-repertorju tassena se jispikkaw iż-żewġ kompożizzjonijiet ta’ Mro. Antoine Mercieca, il-‘Capriccio Pastorale’ għal trumpet solo u

strings quintet u ‘Medley by Carols’ għal kor, solisti u strings quintet. Il-kunċert se jkollu l-preżentazzjoni ta’ Joe Chetcuti.


www.maltarightnow.com

26

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun APPARTAMENT l-ewwel sular, għandu bejt għalih. Bla ċens. F’area bla tniġġis fl-arja. Prezz €65,000. Ċemplu 99467024. Il-Ħamrun GARAXX kbir livell mat-triq, 60 pied x 16-il pied x 19-il filata għoli. Bitħa kbira. Bla ċens. Prezz €75,000. Ċemplu 99467024. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. Gwardamanġa GARAXX ġdid fiċ-ċentru, li fih jidħlu żewġ karozzi. Prezz €27,000. Ċemplu 99467024.

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

NIKRI

Boathouse FIL-Bajja tal-Ġnejna għal perjodu ta’ 4 snin. Ċemplu lil Alex fuq 77016655. AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Horace Laudi, Regional Manager għal Għawdex fi ħdan il-BOV jippreżenta t-trofew lill-iskipper ta’ Unica, Jamie Sammut

Il-jott Unica fi triqtu lejn ir-rebħ tal-BOV Gozo Regatta

UNICA tirbaħ il-BOV Regatta ta’ Għawdex IBBURDJAR

L-entusjażmu u l-eċċitament li jintlaħaq fil-Middle Sea Race f`Ottubru inġarr għal Novembru bi 22 dgħajsa jieħdu sehem bilBOV Regatta f’Għawdex, numru li jisboq kull rekord għal din ittiġrija. Il-BOV Gozo Regatta kienet tikkonsisti f’serje ta’ tlielaq li bdew b’passaġġ bejn Malta u Għawdex il-Ġimgħa, numru ta’ tlielaq bejn żewġ punti viċin

Għawdex u żewġ tlielaq viċin ilkosta għall-kategorija ‘Cruisers’ u ‘double handed’ is-Sibt u passaġġ lura Malta, l-Ħadd. Mill-bidu nett, Isomat Unica u Elusive II BOV, bdew itellqu ras’imbras, wieħed il-ħin kollu jaqbeż lill-ieħor. It-tlielaq tas-Sibt spiċċaw biżzewġ dgħajjes b’punti indaqs, bittellieqa lura lejn Malta tkun deċiżiva. Wara prestazzjoni deter-

minata miż-żewġ dgħajjes, Isomat Unica, bil-kaptan Jamie Sammut rebħet il-BOV Gozo Regatta wara l-korrezzjoni talħin. “Il-BOV Gozo Regatta laħqet, kif ukoll qabżet l-aspettativi tagħna. Tellaqna f’kundizzjonijiet kwazi perfetti, bi sfida kbira minn sħabna fuq Elusve II BOV. Dan għamel l-esperjanza tagħna f’din it-tellieqa aktar interes-

santi,” qal Jamie Farrugia, kaptan ta’ Isomat Unica. “Dir-regatta mhix biss dwar tlielaq imma wkoll fuq il-komunità tal-ibburdjar. Inkunu qed nistennew bi ħġarna l-avvenimenti ta’ filgħaxija fejn niddiskutu t-tlielaq tal-ġurnata f’atmosfera rilassanti.” Fil-klassi tal-Cruisers, XC 45 Xplane rebaħ il-premju overall f’din il-klassi segwit mill-viċin minn Sandro Musu fuq Aziza.

Fleur de Lys jirbħu s-Super Cup VOLLEYBALL

Sa fl-aħħar l-istaġun talVolleyball lokali beda bis-Super Cup tan-nisa bejn Fleur de Lys u Playvolley mirbuħa minn talewwel 3-0. Fleur de Lys.............................3 Playvolley.................................0 (25-13, 25-16, 25-7) Fleur de Lys żammew prattikament l-istess skwadra li kellhom l-istaġun l-ieħor u li biha rebħu lKampjonat nazzjonali u t-tazza. Għalhekk playvolley kellhom jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex iwaqqfuhom milli jibdew listaġun kif spiċċaw ta’ qabel u waqt li Playvolley taw wirja determinanti mill-ewwel deher li kienet se tkun diffiċli għalihom hekk kif kellhom erba’ mis-sitt plejers tas-sena l-oħra nieqsa. Dan għen lil FDL biex ikompli bir-rebħ u juru li anke din is-sena beħsiebhom jiddefendu t-titlu. Fl-ewwel set FDL kellhom bidu tajjeb u marru 5-0 minn fuq bis-service ta’ S. Elgasi. Madankollu Playvolley għarfu jżommu kuntatt sat-tieni timeout tekniku meta kienu 16-8 minn taħt. Iżda lura fil-court FDL ħarġu tajjeb u rebħu s-set 25-13. Fit-tieni set Playvolley bdew

Il-plejers ta’ Fleur de Lys jiċċelebraw ir-rebħ tas-Super Cup

jitilgħu pass pass b’difiża tajba minn D. Caruana u L. Soler. Kien meta l-iskor kien 16-13 li FDL għollew il-logħba tagħhom b’service tajjeb minn I. Cutajar u F. Sarcina biex rebħuh ukoll 25-16.

It-tielet set beda fuq nota tajba għal Fleur de Lys li malajr marru 16-0 minn fuq u minn hemm ikkontrollaw faċilment sattmiem biex rebħuh ukoll 25-7 u ċċelebraw l-ewwel unur tal-

istaġun. Fi tmiem il-logħba l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija talVolleyball Branco Vlahovic ippreżenta t-Tazza lill-captain ta’ FDL, F. Sarcina..

“Nieħu din l-opportunità biex nifraħ lill-Unica u l-ekwipaġġ tagħha għar-rebħa overall filBOV Gozo Regatta, kif ukoll lit22 dgħajsa li pparteċipaw f’dan il-weekend ta’ ibburdjar,” qal Horace Laudi, Regional Manager għal Għawdex fi ħdan il-Bank of Valletta, waqt li ppreżenta t-trofew oriġinali tal-BOV Gozo Regatta lill-kaptan ta’ Unica Horace Laudi.

BADMINTON

Fondi b’riżq l-Istrina

Msida Arrows Badminton Club dan l-aħħar organizza avveniment sportiv li matulu nġabru fondi b’riżq il-kampanja nazzjonali, l-Istrina. Dan l-avveniment kien jagħmel parti mill-inizjattiva – li żviluppat regolarment matul issnin u li din is-sena ngħatat lisem ta’ L-Istrina b’Solidarjetà – intiża biex tiġbor il-flus għall”Community Chest Fund”. L-avveniment sportiv seħħ waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ talklabb fil-kulleġġ St. Martin’s fisSwatar. Dawk li ħadu sehem kienu mitluba jagħtu donazzjoni ta’ mhux inqas minn €5.00 kull wieħed. Huma ġew mħeġġa wkoll jiġbru donazzjonijiet simili minn qabel mingħand qrabathom kif ukoll mingħand sħabhom. Id-dhul kollu ingħata millClub lill-kampanja L-Istrina b’Solidarjetà. Hawnhekk ta’ min isemmi l-fatt li l-Kulleġġ St. Martin’s laqa’ bil-qalb il-proposta tal-Club li jingħata l-użu talpost bla ebda ħlas waqt it-twettiq ta’ dan l-avveniment; min-naħa tiegħu, il-Club żied l-ammont li soltu jħallas bħala kera mad-donazzjoni li għamel.


www.maltarightnow.com

28

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Grandmaster mill-Mongolja jirbaħ il-Malta Open ĊESS

Il-Grandmaster mill-Mongolja Gundavaa Bayarsaikhan, rebaħ ir-raba’ edizzjoni tal-Malta International Open organizzata minn Clarence Psaila direttur ta’ XY Chess u Juergen Wempe li jmexxi Chessorg. Dan l-avveniment annwali hu rikonoxxut fid-dinja taċ-ċess internazzjonali u sar importanti fost il-plejers barranin, tant li ħadu sehem 167 plejer minn 30 pajjiż madwar id-dinja, fosthom l-Istati Uniti, l-Brażil u lPortugall. F’dan it-turnament tant mistenni mid-dilettanti taċċess, ħadu sehem ukoll 27 plejer Malti. Il-Malta Chess Open kien mogħni bi premjijiet prestiġjużi li jilħqu €4,000 u fost il-plejers kien hemm 3 Grandmasters, 5 International Masters, 5 Fide Masters, 4 Candidate Masters, 4 Women Fide Masters u Woman Candidate Master. Kien hemm

ukoll plejers nisa mit-timijiet talOlimpijadi tal-Italja u lPortugall. Ta’ min isemmi wkoll ir-ritorn tal-leġġenda Maltija taċċess, Harry Camilleri, li llum għandu 81 sena. Camilleri kien iċ-Champion ta’ Malta għal diversi snin. Din is-sena, it-turnament sar f’Tas-Sliema. Il-plejers kienu akkomodati għal-logħob f’żewġ swali kbar u wara setgħu janalizzaw il-logħob tagħhom fuq imwejjed armati bil-bord taċċess. L-International Master Żvediż Björn Ahlander, ikklassifika fittieni post b’7.5 punti, segwit mill-Grandmaster Bulgaru Marijan Petrov b’7 punti. Erba’ plejers Maltin; Jake Darmanin, Duncan Vella, David Cilia Vincenti u Peter Sammut Briffa ikklassifikaw fit-12-il post b’sitt punti. Junior Champion Darmanin rebaħ il-premju għall-

Azzjoni mil-logħba li fiha Luxol għelbu lil La Salle (ritratt: Patrizia Val Madiona)

aħjar plejer Malti segwit millqrib minn Vella fit-tieni tiebreak. Kien hemm premjijiet f’diversi kategoriji tar-rating li tqassmu hekk: Roig Aguilar residenti f’Malta, rebaħ il-premju tal-ogħla kategorija ta’ rating; Schmitz rebaħ il-kategorija tal-grupp tarrating bejn 1950-2050; Kaelher (li wkoll hu residenti f’Malta) rebaħ il-kategorija ta’ 1850-1950 rating, filwaqt li Delloudis rebaħ l-aħħar kategorija. Dan it-turnament jista’ jitqies ukoll bħala kontribuzzjoni siewja għas-settur turistiku, fejn 140 plejer barrani – ħafna minnhom akkumpanjati mill-familja tagħhom – apparti l-logħob taċċess, gawdew f’pajjiżna, ixxemx sabiħa ta’ Novembru. Clarence Psaila, wieħed millorganizzaturi, spjega kif il-ħames edizzjoni tal-Malta Open diġà hi ippjanata u ser isseħħ fl-istess

lukanda fil-15 ta’ Novembru 2015. Huwa irringrazzja wkoll lisponsors ewlenin ta’ dan it-turnament li kienu il-Malta Tourism Authority u Cheverny Investments Limited. Fis-7 ta’ Diċembru fl-10 am

ser issir l-AGM tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċess fil-klabb talFederazzjoni fil-Ħandaq. Iktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-paġna tal-facebook Chess in Malta, jew permezz ta’ email: info@chessmalta.com

L-ewwel partiti mill-ewwel round tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-irġiel tal-Handball offrew sfidi mill-aktar interessanti u divertenti biex ir-riżultati sorprendenti ma naqsux. Iċ-Champions renjanti La Salle Rivareno bdew l-istaġun fuq nota negattiva meta ġarrbu telfa xejn mistennija kontra Luxol u issa qed jippruvaw jirkupraw u javanzaw minn nofs il-klassifika fejn jinsabu. Bħalissa l-liders huma Aloysians Von Taine u Luxol bi

tliet punti waqt li fil-ħames u ssitt post hemm Sayitmalta HMS u Kavallieri RS2 li kontra kull mistenni kellhom bidu diffiċli dan l-istaġun u ġarrbu żewġ telfiet minkejja li wrew kuraġġ kbir fil-partiti tagħhom. Luxol u Aloysians s’issa kisbu żewġ rebħiet minn żewġ partiti waqt li Swieqi Phoenix Menrad kisbu rebħa diffiċli kontra Kavallieri. Wara s-suċċess fis-Super Cup u l-MHA Cup, La Salle sfaw maħsuda minn Luxol li kisbu

rebħa relattivament faċli. Fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tan-nisa, ċ-Champions renjanti Aloysians Żmerċ urew li bħalissa huma t-tim tal-mument wara li għelbu lir-rivali La Salle Unique fl-ewwel round. Kavallieri RS2 kisbu rebħa impressjonanti kontra Swieqi Pheonix biex issa Luxol u Swieqi għadhom ifittxu l-ewwel punt. Aloysians b’6 punti huma lliders tal-klassifika segwiti minn La Salle u Kavallieri bi tlieta kull wieħed.

Mument ta’ konċentrazzjoni mill-parteċipanti waqt il-Malta Open taċ-Ċess

Luxol jissorprendu lil La Salle HANDBALL

Orne Des Olivettes jirbaħ il-finali f’Għawdex TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Il-Ħadd li għadda fil-korsa ta’ Xħajma f’Għawdex sar programm ta’ tiġrijiet taż-żwiemel li kien jinkludi tliet finali tat-trott mill-aktar interessanti. Il-finali prinċipali tal-klassi Premier u Gold, intrebħet miżżiemel Franċiż ta’ 12-il sena Orne Des Olivettes misjuq minn sidu stess Carmel Debono. Huwa rebaħ il-premju ta’ €500. Fil-finali għall-kategorija Silver, rebaħ iż-żiemel Żvediż ta’ disa’ snin, Blott Tooma misjuq minn Claudio Refalo li għeleb lisfida ta’ Damita u l-kontestanti l-oħra. Fit-tielet finali għall-kategorija Bronze ħadu sehem tmien żwiemel bir-rebħa tmur għand

Avenue misjuq tajjeb minn Darren Mercieca. Il-programm inkluda tiġrijiet normali fejn fl-ewwel waħda għal żwiemel Shetland, rebaħ Flash misjuq mit-tfajjel Nathan Farrugia. Saru wkoll tliet tiġrijiet talPonijiet ta’ razez oħra fejn lewwel waħda ntrebħet minn Fiorella misjuqa mnn Joseph Vella. Fit-tieni u t-tielet tiġrija rebaħ il-ġerrej żagħżugħ, Jeanut Sciberras fuq Pharlap u Daniela rispettivament. F’tiġrija għall-kategorija Bronze, rebaħ Noble Pasmarick misjuq minn Neville Spiteri, ilklassi Silver intrebħet minn Mark Bonnici fuq Rybo Fiona,

Carmel Debono sewwieq ta’ Orne Des Olivettes jirċievi l-premju mingħand Mary Mifsud Micallef

debba Żvediża ta’ disa’ snin li kienet qed tikseb l-ewwel rebha fil-korsa ta’ Xħajma. Fl-aħħar tiħrija tal-klassi

Premier u Gold, ħareġ rebbieħ Wee Catch Diamond misjuq minn sidu stess Joseph Mercieca. Wara kull finali, il-President

tal-Gozo Horse Racing Association, Mary Mifsud Micallef ippreżentat il-premjijiet lir-rebbieħa.


www.maltarightnow.com

29

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Celtic u Inter ifittxu rebħiet deċiżivi EUROPA LEAGUE

Celtic u Inter it-tnejn se jmorru għall-partiti tal-lum mill-Europa League konxji li b’rebħa f’darhom jaċċertaw post mal-aħħar 16. Iż-żewġ timijiet iltaqgħu filfinali tat-Tazza taċ-Champions tal-1967 imma llum il-ġurnata jridu jikkuntentaw bil-kompetizzjoni sekondarja tal-klabbs biex jiksbu suċċess kontintentali. Celtic kienu eliminati miċChampions League fil-fażi talplay-off minn Maribor, imma taw sfida denja fil-fażi tal-gruppi talEuropa League u bħalissa jinsabu fuq l-għatba tat-tieni round. It-tim ta’ Rony Delia jiltaqa’ f’Celtic Park kontra l-liders ta’ Grupp D, Red Bull Salzburg - li diġà kkwalifikaw - u rebħa tarahom jaqbżuhom fil-klassifika u jaċċertaw mill-fażi li jmiss. Il-logħba l-oħra fil-grupp tara lil Dinamo Zagreb imorru għand Astra li huma eliminati. Fi Grupp F Inter jinsabu flewwel post bi tmien punti minn erba’ partiti waqt li t-tliet timijiet loħra kollha għandhom erba’ punti. Juan Jesus irid li Inter jaċċertaw posthom illum ħalli ma jkollhomx pressjoni fl-aħħar ġurnata. Rebħa kontra Dnipro f’San Siro tara lit-tim ta’ Roberto Mancini jispiċċa rebbieħ tal-grupp, ikun xi

jkun ir-riżultat bejn Saint Etienne u Qarabag fi Franza.

Is-sewwieq Britanniku, Lewis Hamilton, qed iħares lura b’sodisfazzjon lejn l-istaġun talFormula 1 wara li l-Ħadd, spiċċa l-ewwel fil-Grand Prix ta’ Abu Dhabi biex sar Champion tadDinja għat-tieni darba fil-karriera tiegħu. Madankollu, l-istaġun ma kienx nieqes mill-kontroversji, b’Hamilton, fl-aħħarnett jissupera lir-rivali kbir tiegħu, Nico Rosberg, wara xhur ta’ tensjoni bejniethom ‘fuq iċ-ċirkwit u barra’. Hamilton u Rosberg, kollegi mal-Mercedes, kienu involuti f’battalja taħraq sal-aħħar u issa, iċ-Champion tad-Dinja jammetti li r-relazzjoni tiegħu massewwieq Ġermaniż kienet ‘aktar diffiċli’ minn dik li kellu snin ilu mal-Ispanjol, Fernando Alonso; eks-sieħbu mal-McLaren. Lewis Hamilton, li għandu 29 sena, fl-2007 ma żammx lura milli jikkritika l-attitudni ta’ Alonso meta t-tnejn kienu jtellqu għal McLaren. Iżda, l-Ingliż, li

kien rebaħ l-ewwel titlu fl-2008, jemmen li s-sitwazzjoni ma’ Rosberg kienet, forsi, aktar ikkumplikata, ‘fid-dawl taddiversi inċidenti li nqalgħu tul listaġun’. Fl-istess ħin, Hamilton għamilha ċara li fi sport daqstant intensiv bħall-Formula 1 kull kompetitur irid l-isfida ta’ rivali li ma jiddejjaqx juri spirtu kumbattiv. “F’dan il-każ, meta kollega li jtellaq miegħek fl-istess tim juri l-istess determinazzjoni għattitlu, iservi biex inti stess tagħti laħjar tiegħek u żżid il-livell talkompetittività,” sostna Hamilton. Fost l-inċidenti li karatterizzaw ir-relazzjoni ‘taħraq’ ta’ Hamilton ma’ Rosberg kien hemm il-każ meta l-karozza talIngliż żviluppat problemi fis-sistema tal-brejkijiet waqt it-tellieqa fil-Kanada. Kien hemm anki l-każ meta Rosberg rebaħ pole position f’Monaco taħt ċirkostanzi kontroversjali u bilĠermaniż jolqot il-karozza ta’ Hamilton fil-Belġju.

Rekord perfett Dinamo Moscow hu wieħed minn żewġ timijiet li għandu rekord perfett wara erba’ partiti, bit-tim Russu jfittex li jtawwal is-serje ta’ rebħ għand Panathinaikos fi Grupp E. Rebħa jew draw għal PSV għand Estoril ipoġġu lit-tim ta’ Philip Cocu flimkien ma’ Moscow mal-aħħar 32. It-tim l-ieħor b’rekord perfett hu Legia Warsaw li se jmur għand Lokeren fi Grupp L. Fil-logħba loħra rebħa għal Trabzonspor għand Metalist, taċċerta passaġġ għat-tim Tork. Fiorentina diġà għaddew minn Grupp K u t-tim ta’ Vincenzo Montella se jkun qed iżur lil Guincamp li jistgħu jikkwalifikaw jekk jiksbu riżultat aħjar minn dak ta’ PAOK għand Dinamo Minsk. Tottenham f’Harry Kane għandhom wieħed mill-aqwa żewġ skorers tat-turnament li skorja ħames gowls u Mauricio Pochettino se jittama li l-plejer ta’ 21 sena jkun kapaċi jerġa’ jsib ixxibka meta jfittxu r-rebħa li għandhom bżonn biex javanzaw għand Partizan.

L-Olandiżi ta’ Feyenoord, Ruben Schaken u Anass Achahbar deħlin għat-taħriġ qabel il-partita tal-lum kontra Sevilla

F’partiti oħra fi Grupp C, Besiktas iżuru lil Asteras Tripolis waqt li fi Grupp J, AaB jilqgħu lil Steaua Bucharest u Dynamo Kiev lil Rio Ave. Fi Grupp H rebħa għal Everton għand Wolfsburg tpoġġihom firround li jmiss bħala rebbieħa talgrupp waqt li Lille u Krasnodor se jippruvaw iżommu t-tamiet tagħhom miftuħa meta jiltaqgħu

fir-Russja. L-ewwel żewġ timijiet fi Grupp G jiltaqgħu meta ċ-Champions renjanti Sevilla jżuru lil Feyenoord waqt li Rijeka jilagħbu kontra Standard Liege. Fi Grupp I Sparta Prague jilagħbu kontra Napoli u jistgħu jaċċertaw ilkwalifikazzjoni jekk jiksbu riżultat aħjar minn dak ta’ Young Boys għand Slovan Bratislava.

Il-programm

Grupp A FC Zurich v A. Limassol Villarreal v B. M’gladbach Grupp B HJK v FC Copenhagen Torino v Club Brugge Grupp C Asteras T.s v Besiktas Tottenham Hr v Partizan B. Grupp D Astra Giurgiu v D. Zagreb Celtic v Salzburg Grupp E D. Moscow v Panathinaikos Estoril v PSV Eindhoven Grupp F Inter v Dnipro St Etienne v Qarabag Grupp G Feyenoord v Sevilla Rijeka v St. Liege Grupp H Krasnodar v Lille Wolfsburg v Everton Grupp I S. Bratislava v Young B Sp Prague v Napoli Grupp J AaB v S. Bucharest D. Kiev v Rio Ave Grupp K D. Minsk v PAOK Guingamp v Fiorentina Grupp L Lokeren v Legia Warszaw Trabzonspor v Metalist K.

21:05 21:05

21:05 21:05

21:05 21:05 21:05 21:05

17:00 21:05

21:05 21:05

19:00 19:00 18:00 19:00

19:00 19:00

19:00 19:00

19:00 19:00

19:00 19:00

Borussia Monchengladbach fi Grupp A jilagħbu għand Villarreal u Zurich jilqgħu lil Apollon waqt li fi Grupp B Torino jilqgħu lil Brugge u Copenhagen imorru għand HJK.

Hamilton – Ir-relazzjoni ma’ Rosberg kienet aktar diffiċli milli ma’ Alonso FORMULA 1

Spikkat ukoll ir-rebħa brillanti ta’ Hamilton fuq Rosberg wara battalja kbira fil-Grand Prix talIstati Uniti u bl-Ingliż, minn dakinar, ma jħarisx lura. Hamilton, illum, jinsisti li hu u Rosberg urew ‘rispett reċiproku’ waqt għeluq l-istaġun f’Abu Dhabi. F’sensiela ta’ intervisti li ta lillBBC, Hamilton qal li m’għandu l-ebda għaġġla biex jinnegozja kuntratt ġdid ma’ Mercedes minkejja li l-kuntratt attwali jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li jmiss. Hu faħħar lil Bernie Ecclestone “għall-mod inkredibbli kif mexxa l-Formula 1” u jemmen li Ecclestone għadu ‘lamministratur ideali’ ta’ dan lisport. F’każ li jirbaħ il-kampjonat li jmiss tal-Formula 1, Hamilton ikollu l-istess ammont ta’ titli (tlieta) daqs il-Brażiljan leġġendarju, Ayrton Senna, li kien Champion tad-Dinja fl-1988, fl1990 u fl-1991.

Hamilton jiltaqa’ mal-partitarji f’Manchester

“Nemmen fl-importanza li nżomm saqajja mal-art u millġimgħa d-dieħla stess se nkun qed niddiskuti mal-inġiniera tat-

tim fil-fabbrika tagħna (Mercedes) waqt li naħdmu fuq il-karozza l-ġdida għall-istaġun li ġej,” saħaq Hamilton.


30

www.maltarightnow.com

il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

Sitt atleti barranin għall-BMX Fest

Bejn is-Sibt 6 u t-Tnejn 8 ta’ Diċembru l-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX se tkun qed torganizza kompetizzjoni internazzjonali tal-BMX u Skateboarding fil-faċilitajiet tagħha f’Pembroke. Dan l-avveniment qed jissejjaħ il-BMX Fest, l-edizzjoni tal-Milied. F’dan l-ispettaklu apparti kompetituri lokali se jkunu qed jieħdu sehem ukoll sitt atleti professjonali barranin. L-attività se tiftaħ bil-kompetizzjonijiet ta’ Klassi B u Klassi A tas-skateboarding li jibdew isSibt fl-3.45 p.m. waqt li fil-5 p.m. ssir il-kompetizzjoni talBMX għad-debuttanti. Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru fit-3 p.m. issir kompetizzjoni talBMX għad-dilettanti u wara jkomplu dawk magħrufa bħala lBig Air u l-Bunny Hop.

Il-qofol tal-attività jintlaħaq itTnejn 8 ta’ Diċembru meta fit-3 p.m. tibda l-kompetizzjoni talBMX għal dawk professjonali. Għal din l-attività is-sewwieqa professjonali se jkunu l-Ingliżi Simon Tabron li ta’ 41 sena hu lakbar kompetitur, u Matt Roe ta’ 29 sena, l-Ispanjol Sergio Layos

ta’ 29 sena, l-Olandiż ta’ 24 sena Daniel Wedemeijer, it-Taljan Stefan Lantshner li għandu 30 sena u l-Ukren Alexander Rudenko li ta’ 21 sena hu liżgħar kompetitur fosthom. Il-pubbliku Malti u d-dilettanti kollha huma mħeġġa jattendu għal dan l-ispettaklu.

Il-FIFA ħabbret lista ta’ 20 difensur li minnhom iridu jiġu magħżula erbgħa biex jifformaw parti mill-aqwa tim tas-sena. Ġimgħa ilu l-FIFA ħabbret innominazzjonijiet tal-aqwa gowlkipers u sal-1 ta’ Diċembru trid tħabbar ukoll in-nominazzjonijiet għall-aqwa midfielders u l-aqwa attakkanti. L-aqwa tim se jkun magħmul minn formazzjoni ta’ 4-3-3 u l-plejers

magħżula se jkunu żvelati fit-12 ta’ Jannar, fil-jum li fih se jingħata wkoll l-unur tal-Ballun tadDeheb. Id-difensuri nominati huma: David Alaba (B. Munich), Jordi Alba (Barcelona), Dani Alves (Barcelona), Jerome Boateng (B. Munich), Daniel Carvajal (R.Madrid), David Luiz (PSG), Filipe Luis (Chelsea),

Diego Godin (Atletico Madrid), Mats Hummels (B.Dortmund), Branislav Ivanovic (Chelsea), Vincent Kompany (Man City), Philipp Lahm (B. Munich), Marcelo (R.Madrid), Javier Mascherano (Barcelona), Pepe (R.Madrid), Gerard Pique (Barcelona), Sergio Ramos (R.Madrid), Thiago Silva (PSG), Raphael Varane (R.Madrid), u Pablo Zabaleta (Man City).

Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho faħħar il-wirja perfetta tat-tim tiegħu fir-rebħa 5-0 għand Schalke u sejħilha bħala waħda mill-aqwa barra minn darhom. Il-Blues ġabu fix-xejn lit-tim ta’ Roberto Di Matteo biex għaddew mal-aħħar 16. “Ma niftakarx li qatt rajt lil Chelsea jilagħbu hekk barra minn darhom. Ovvjament kien hemm rebħiet kbar barra minn Londra miegħi, ma’ Roberto u ma’ managers oħra. Imma din kienet veru impressjonanti. Veru kompluta. Naħseb li jridu jaċċettaw il-fatt li konna qawwija wisq għalihom,” qal Mourinho li ta lewwel telfa lil Schalke f’darhom sa minn April. “Meta titlef kontra tim li jagħti wirja perfetta u riżultat perfett, mhux tort tiegħek.” Di Matteo esprima l-frutrazzjoni tiegħu. “Kienet serata diżappuntanti għalina fejn jidħol riżultat. Imma lgħabna kontra tim kbir u jekk tagħti wisq spazju

u ħin lil dawn il-plejers, jisfruttawh.”

tiegħu jilgħab kważi logħba sħiħa bi plejer anqas u jitlef vantaġġ ta’ 2-1, ilmenta minn żbalji banali lejn l-aħħar li wasslu għall-gowls ta’ City u qal li din għandha sservi ta’ lezzjoni għallplejers tiegħu li kienu diġà kkwalifikaw. “Anke jekk tlifna, kburi ħafna bit-tim. Lgħabna b’10 għal ħinijiet twal u minkejja dan komplejna niddominaw il-pussess u nkunu aggressivi. Imma fiċChampions League jiġru affarijiet f’daqqa u din għandha sservi ta’ lezzjoni. Issa konna fil-gruppi imma jekk tiġri mal-aħħar 16, inkunu barra.” Rudi Garcia, kowċ ta’ Roma qal li t-tim issa jrid jilgħab kollox kontra Manchester City u jinsa malajr id-draw 1-1 kontra CSKA.

Sospiżi erbgħa tal-Premier DIXXIPLINA

SPORT

Il-President ta’ Valletta SP sospiż sena

Ilbieraħ, waqt konferenza tal-aħbarijiet ingħataw id-dettalji dwar kompetizzjoni internazzjonali tal-BMX u Skateboarding li se ssir ġimgħa oħra (Ritratt – Michael Mercieca)

Il-FIFA tħabbar in-nominazzjonijiet għall-aqwa difensuri

Erba’ plejers tal-Premier kienu sospiżi logħba kull wieħed millKummissarju td-Dixxiplina talMFA. Dawn huma Samir Arab ta’ Balzan, Cain Attard ta’ Pietà Hotspur, Latini Mazzetti ta’ Qormi u Mark Scerri ta’ Sliema. Dawn il-plejers kollha se jitilfu limpenji li jmisshom it-timijiet tagħhom fi tmiem il-ġimgħa. Madankollu l-agħar li mar kien il-President ta’ Valletta Saint Pauli u President tas-SWAN Lino Bartolo li ġie sospiż sena sal-25 ta’ Novembru tal-2015 flimkien mal-kit manager tal-istess Valletta SP, Paul Farrugia wara l-inċidenti li kienu nvoluti fihom fi tmiem il-ġimgħa waqt il-logħba kontra Lija-Iklin. Il-plejer ta’ Lija-Iklin involut fl-inċident, Christopher Pace, ġie sospiż erba’ partiti waqt li l-plejer ta’ Valletta SP Kane Micallef li wkoll kellu sehem fl-inċident, kien sospiż tliet partiti. Intant mill-Ewwel Diviżjoni tal-MFA Jonathan Francica (Lija A), Michael Valenzia (Melita), Claudio Calleja (Mqabba), Roderick Bajada (Pembroke A), Uchechi Chiedozie u Joseph Caruana (Rabat A) u Emerson Amaira (St. George’s) kienu kollha sospiżo logħba.

Il-kowċ ta’ Lija Athletic Joe Brincat ġie sospiż żewġ partiti minn fuq il-bank. Mit-Tieni Diviżjoni Roderick Sciberras (Dingli S) kien sospiż tliet partiti flimkien ma’ Joshua Sciarrino u Tyrone Pace tal-istess klabb li kienu sospiżi partita. Plejers oħra sospiżi logħba huma Matthew Fleri Soler u Clyde Bonavia (Għargħur), Mario Bajada (Għaxaq), Daniel Cremona (Sirens), Roderick Camilleri (Xgħajra T), Neville Zerafa (Zabbar SP) u Matthew Pisani (Żejtun C). Mit-Tielet Diviżjoni kienu sospiżi logħba Greg Marney u Diansand Brincat (Luqa SA) u Shawn D’Amato (Sta Lucija). Seba’ plejers oħra middiviżjonijiet iż-żgħar huma sospiżi sakemm jagħmlu l-eżami mediku.

Mourinho jfaħħar ‘il-wirja perfetta’ ta’ Chelsea WARA L-PARTITI MIĊ-CHAMPIONS LEAGUE

Aguero speċjali Il-captain ta’ Manchester City Vincent Kompany sejjaħ lillArġentin Sergio Aguero bħala ‘plejer speċjali’ wara li skorja hat-trick fir-rebħa 3-2 fuq Bayern Munich u fetħilhom tamiet qawwija għal mal-aħħar 16. “Jekk trid ikollok suċċess f’xi ħaġa, trid plejer speċjali, f’forma speċjali, inkella ma tirbaħ xejn. Hu l-plejer speċjali tagħna u meta jkun f’dik il-forma jagħmel kollox possibli.” City issa jmorru għand Roma għall-aħħar logħba konxji li rebħa tpoġġihom mal-aħħar 16 diment li CSKA ma jirbħux għand Bayern. Draw ukoll ikun biżżejjed għat-tim ta’ Pellegrini jekk CSKA ikunu megħluba. Il-kowċ ta’ Bayern Munich Pep Guardiola, li ra lit-tieni tim

Rekord ieħor għal Messi L-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi kompla jikteb l-

Lionel Messi kongratulat minn sħabu wara li waqqaf rekord ta’ gowls fil-kompetizzjoni

istorja fir-rebħa 5-0 fuq Apoel Nicosia meta skorja hat-trick u qabeż lil-leġġenda ta’ Real Madrid li kellu 71 gowl bħala laktar plejer li qatt skorja fil-kompetizzjoni. Is-Sibt Messi kien sar l-aqwa skorer fl-istorja ta’ La Liga. “Li jkollok dan ir-rekord f’kompetizzjoni bħal din hu xi

ħaġa speċjali, imma apparti dan kienet rebħa importanti,” qal Messi li issa għandu 74 gowl filkompetizzjoni. Barcelona issa jmisshom kontra Paris Saint Germain għall-ewwel post fil-grupp. “Se tkun logħba iebsa. Għandhom plejers tajbin u qed jikbru imma se nippruvaw nirbħu l-grupp,” qal Messi.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

L-ISTATI UNITI. Mument mill-protesti li qed isiru f’Ferguson fl-istat ta’ Missouri wara li Pulizija nħeles mill-Qorti dwar il-qtil, li seħħ ftit tax-xhur ilu, ta’ żagħżugħ iswed li ma kienx armat. L-aktar protesti vjolenti qed isiru f’Ferguson, imma qed isiru protesti madwar l-Amerika kollha, l-aktar kontra l-aġir tal-Pulizija li jaqbdu u jiftħu n-nar bl-addoċċ. Ara wkoll paġna 14. (Ritratt: EPA)

Prodotti agrikoli Sqallin mibjugħin mill-Pitkalija

Joe Mikallef Tadam u qarabagħli importati minn Sqallija fil-jiem li għaddew kienu mibjugħin fil-Pitkalija f’Ta’ Qali wara li mill-kaxex oriġinali tagħhom, tpoġġew filkaxxi l-ħodor tal-Pitkalija u dawn inbiegħu kemm lillbejjiegħa tal-ħaxix u l-frott, kif ukoll lil xerrejja oħra li jippreferu jmorru jixtru direttament mill-Pitkalija. Sors qrib wieħed mill-pitkala qal lil ‘In-Nazzjon’ li mit-tinda tiegħu f’Ta’ Qali dan, minn żmien għal żmien, qiegħed ikollu għall-bejgħ lill-vendituri prodotti agrikoli miġjuba Malta minn Sqallija. Dawn il-prodotti qed jiddaħħlu Malta permezz tat-trasport bejn Malta u Sqallija u appena jaslu Malta dawn jinħattu f’maħżen kbir biex mill-kaxxi oriġinali li fihom ikunu ppakkjati dawn ilprodotti, jinqalbu għall-kaxxi lħodor tal-Pitkalija. Dak li jiġri hu li dawn ilprodotti, imbagħad, qed jittieħdu l-Pitkalija kmieni t-Tnejn filgħodu jew inkella kmieni nhar ta’ Ħamis filgħodu daqslikieku qed jiddaħħal prodott Malti millbdiewa Maltin. Eventwalment meta l-oġġetti agrikoli jkunu ppustjati qalb l-oġġetti l-oħra ġenwinament Maltin, jiddaħħlu l-vendituri biex jagħmlu x-xirjiet tagħhom. Sors li tkellem ma’ ‘InNazzjon’ fisser li l-kwalità tattadam u l-qarabagħli importat

“Għalkemm li l-mara tad-dar ikollha l-għażla hu tajjeb, mhux ġust li prodotti barranin jiddaħħlu fil-Pitkalija u jinbiegħu daqslikieku tkabbru mill-bidwi Malti”

minn Sqallija u mibjugħ millPitkalija f’Ta’ Qali hi għolja ħafna u l-apparenza hi sabiħa wkoll. Anki t-togħma tal-istess prodotti hi ġenwina u tajba u tħabbatha tajjeb ħafna malprodotti Maltin. Dan is-sors żied li għalkemm min ikun tal-mestier se jintebaħ bid-differenza, fl-aħħar millaħħar il-vendituri ftit li xejn jagħtu kas għax la l-prodott hu tajjeb, la t-togħma hi bnina u la lapparenza hi sabiħa, allura laktar ħaġa importanti għalihom hi li dawn il-prodotti importati jimxu fis-suq u jinżlu tajjeb maxxerrejja fil-ħwienet jew fit-toroq. Madankollu, il-problema lkbira li qed tinħoloq hi fir-rigward tal-bidwi Malti li b’tant sagrifiċċju jkun qiegħed ikabbar il-prodotti tiegħu u issa, f’daqqa waħda, isib lil min mhux biss

jidħollu fl-għalqa, imma wkoll jikkompetilu direttament. Għaliex għalkemm hu stat ta’ fatt – u m’hemm xejn ħażin li jsir dan – li l-mara tad-dar b’hekk ikollha kull għażla bejn il-prodott agrikolu mkabbar Malta u dak imkabbar lil hinn minn xtutna u importat f’pajjiżna, min-naħa l-oħra mhux ġust li prodotti barranin jiddaħħlu filPitkalija u jinbiegħu daqslikieku tkabbru mill-bidwi Malti. Bidwi li kkuntattjajnieh bittelefown ilbieraħ qal li hu sema’ li hemm pitkal li qiegħed jagħmel din il-bużullotta. “Dan mhu ġust xejn magħna l-bdiewa li b’tant sagrifiċċji nkabbru lprodotti tagħna biex imbagħad ikun hemm pitkal, li suppost hu marbut li jbigħ prodotti Maltin biss, u jispiċċa jbigħ ukoll biegħa barranija fejn allura l-qligħ x’aktarx li jkun akbar.”

Dan il-bidwi kompla li minbarra tadam u qarabagħli, sema’ li ġieli nbiegħ pastard ukoll. “Jekk mhux direttament mill-Pitkalija, mis-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali żgur. Għax anki hemmhekk qed jinbiegħu wkoll f’kaxxi ħodor tal-Pitkalija, prodotti li mhux veru huma Maltin. Jien għandi xamma li anki prodotti oħrajn qed ikunu ppreżentati f’kaxxi ħodor taparsi prodotti lokalment, iżda fil-verità huma importati minn Sqallija.” Meta staqsejna lil dan il-bidwi jekk il-mara tad-dar hix kapaċi tagħmel distinzjoni bejn prodott imkabbar Malta u prodott imkabbar f’art oħra, fosthom fi Sqallija, dan il-bidwi qal li hu diffiċli ħafna, għax il-prodotti li qed jinġiebu huma ta’ kwalità għolja ħafna. “Inti taf,” qalilna dan il-bidwi, “li anki żrieragħ ta’ prodotti Maltin ħadu barra minn pajjiżna biex ikabbruhom. Aħna nafu li ħadu żrieragħ tal-qarabagħli tond u rajt qarabagħli tond imkabbar u ma tagħrfux mill-qarabagħli tond imkabbar f’Malta.” Hu kompla li anki tewm kbir sabiħ bħal ta’ Malta tkabbar fi Sqallija. “Jien ma nara xejn ħażin

f’dan kollu imma importanti li lill-mara tad-dar ngħidulha li dan hu prodott Malti jew li dan hu prodott Sqalli. Għax wara kollox, anki aħna ġieli nixxifna xi prodotti importati, ħadnielhom iż-żerriegħa u llum qed inkabbru prodotti mill-isbaħ li oriġinarjament ma konniex inkabbru bħalhom.” Mistoqsi iżda, x’inhi r-reazzjoni tiegħu għall-fatt li prodotti Sqallin jinbiegħu fil-Pitkalija Maltija bħala prodotti Malti, dan il-bidwi qal li dan hu ingann li lawtoritajiet m’għandhomx jittolleraw. “Il-Pitkalija qiegħda hemm għalina bħala bdiewa Maltin u x-xerrej għandu jkollu rasu mistrieħa li qed jixtri prodott Malti. U mhux issa, filġenn kbir li jkun hemm kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis, ixxerrej irid iħabbel rasu wkoll jekk hux jixtri prodott Malti jew inkella prodott importat.”


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.