Nru 13,906
Il-Ġimgħa, 21 ta‘ Novembru, 2014 €0.80
www.maltarightnow.com
Muscat għandu jneħħi lil Mallia Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia: taħt pressjoni b’diversi sejħiet biex jitneħħa mill-kariga mill-PM Muscat (Ritratt: Roberto Runza)
PC533 Paul Sheenan, li ġie sospiż minn xufier tal-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali wara li spara fuq sewwieq Skoċċiż
– Simon Busuttil
Erbgħa u għoxrin siegħa movimentati wara l-inċident ta’ nhar l-Erbgħa bil-lejl li fih ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara fuq sewwieq Skoċċiż fil-Gżira. Wara li ftit sigħat wara l-każ il-Ministru ħareġ stqarrija jgħid li x-xufier tiegħu PC533 Paul Sheenan spara biss tiri ta’ twissija fl-arja, f’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ filgħodu nqabad li gideb biex jgħatti l-verità u jagħmel cover-up, u ħabbar li ssospenda lix-xufier. Il-pulizija wkoll ħabbret li ssospendiet lill-kuntistabbli. Aktar tard f’reazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara li l-pożizzjoni ta’ Manwel Mallia m’għadhiex aktar tenibbli u l-PM għandu jneħħih. Anke l-AD iddikjarat li Mallia għandu jitwarrab.
Rapport ta’ Nathaniel Attard, Fabian Demicoli, Simon Cassar, Robert Cremona, Kenneth Xuereb u Matthew Mamo
Il-pożizzjoni ta’ Manwel Mallia bħala Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali m’għadhiex tenibbli u għandu jitneħħa mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Din is-sejħa għamluha sew ilKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u anke l-Alternattiva Demokratika lbieraħ fi tmiem ġurnata mimlija żviluppi kontinwi, b’rabta mal-isparatura li seħħet il-lejl ta’ qabel fil-Gżira. Każ li fih kien involut ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia li fetaħ in-nar fuq sewwieq Skoċċiż li aktar kmieni kien messlu l-mera tal-karozza Ministerjali bil-vettura li kien qed isuq. Il-barrani ġie arrestat ftit wara taħt il-mini tal-Imsida
minn pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU). Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali ordnata millMaġistrat Natasha Galea Sciberras. Imma wara li l-Gvern kien pront joħroġ stqarrija ftit sigħat biss wara l-inċident, li fiha qal li dan kien inċident hit and run, implika li l-barrani kien fissakra, u qal ukoll li x-xufier talMinistru – pulizija – spara biss tiri ta’ twissija fl-arja, ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet ilMinistru Mallia nqabad li gideb biex jgħatti l-verità, tant li ħabbar li x-xufier tiegħu ġie sospiż mix-xogħol. Aktar tard dan ġie sospiż ukoll mill-kariga tiegħu fil-Korp tal-Pulizija.
Kien biss wara li ħarġu filmati u ritratti tal-vettura talBritanniku milquta minn tiri ta’ pistola, li l-Ministru tal-Pulizija Manwel Mallia biddel il-verżjoni uffiċjali li ngħatat l-Erbgħa billejl, u ma baqax jingħad li l-kuntistabbli PC533 Paul Sheenan spara tiri tat-twissija fl-ajru. Fil-fatt fil-karozza tassewwieq l-ieħor instabu numru ta’ marki tal-bullets, waħda fuq wara tal-karozza fil-bumper, oħra ma’ wieħed mill-fanali u oħra fil-pilastru tal-windscreen. Din tal-aħħar instabet ftit millimetri biss ‘il bogħod millħġieġa, li jfisser li kieku t-tir laqat ftit millimetri aktar lil hemm fid-direzzjoni tal-lemin, kien jinfed il-ħġieġa tal-karozza.
Dan juri li t-tiri sparati ma kienu tiri ta’ twissija xejn, imma kienu tiri sparati direttament lejn il-karozza u s-sewwieq tagħha, li kollox jindika li dak il-ħin kien fil-karozza tiegħu. Li jfisser li lMinisteru gideb fl-istqarrija tiegħu. Kif fil-fatt ammetta lMinistru fil-konferenza stampa li eventwalment indirizza lbieraħ. Din l-ammissjoni saret millMinistru Mallia stess waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ filgħodu wara li diversi ġurnalisti, inkluż ta’ dan il-ġurnal, inġabru quddiem il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali hekk kif ilportal maltarightnow.com żvela l-aħbar li kienet għaddejja laqgħa bejn l-Aġent Kummissarju Ray Zammit u l-Ministru Manwel
Mallia dwar dak li kien ġara l-lejl ta’ qabel. ‘In-Nazzjon’ kienet l-ewwel li ġiet infurmata li l-Aġent Kummissarju tal-Pulizija kien qed jitlaqa’ mal-Ministru Manwel Mallia. Ġurnalisti tagħna marru quddiem il-Ministeru biex jippruvaw jieħdu l-kummenti. Iktar tard deher ukoll dieħel fil-Ministeru l-Kap talKomunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia. Sadanittant iktar ġurnalisti waslu quddiem il-bieb talMinisteru u meta nġabar għadd imdaqqas ta’ ġurnalisti, fotografi u cameramen, ħarġet is-sejħa għall-konferenza tal-aħbarijiet. għal paġna 3
Ara l-istqarrija sħiħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-każ ta’ Manwel Mallia f’paġna 3
Aktar reazzjonijiet għall-Baġit 2015 f’In-Nazzjon Ara paġni 4 u 5