In-Nazzjon 18 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,903

It-Tlieta, 18 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

BAĠIT BLA DIREZZJONI LI MA JQASSAMX IL-ĠID B’MOD ĠUST

www.maltarightnow.com

Il-baġit għas-sena d-dieħla huwa nieqes mid-direzzjoni ekonomika. Huwa wkoll baġit li ma jqassamx b’mod ġust l-ġid li jkun qed jinħoloq fil-pajjiż. Din kienet l-ewwel reazzjoni talKap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħaxija fil-bini talParlament wara l-preżentazzjoni tal-baġit mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Simon Busuttil qal li huwa inkwetanti li l-baġit ma jqassamx

il-ġid b’mod ġust. Hu qal li filwaqt li minn naħa ingħatat żieda talgħoli tal-ħajja ta’ 58ċ – li l-Kap talPN ddeskriviha bħala żieda redikola – kif ukoll €35 fis-sena li mhux se jingħataw lil kulħadd, min-naħa l-oħra l-familji se jsibu li se jkunu qed iħallsu wkoll taxxi li introduċa l-Gvern. Hu qal li l-baġit ma jindikax Gvern b’ruħ soċjali b’mod partikolari mal-familji li qed irabbu t-tfal, il-ħaddiema u lpensjonanti. Simon Busuttil qal ukoll li ttnaqqis minimu li sar fil-petrol u

fid-diesel wassal biex llum għad għandna prezzijiet tal-fuel li huma għola mill-2010 meta l-prezz internazzjonali taż-żejt kien ferm għola mil-lum. Hu rrefera wkoll għażżidiet b’rabta mal-assigurazzjoni u l-liċenzji tal-karrozzi kif ukoll iżżidiet fit-taxxa tat-telefonija ċellulari. Simon Busuttil kkritika wkoll lill-Gvern li fil-baġit ma rreferiex għaż-żieda riċenti fil-kiri tal-akkomodazzjoni soċjali li ddeskriviha bħala taxxa fuq il-faqar. għal paġna 3

Il-Baġit 2015 f’In-Nazzjon

Ir-reazzjonijiet tal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti – paġni 2 u 3 Ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni – paġna 3 Ir-reazzjoni tal-Gvern – paġna 4 Il-miżuri mħabbra fil-baġit – paġni 5, 6 u 7

Żieda fil-liċenzji tal-karozzi Żieda fid-dazju fuq is-servizzi tat-telefonija ċellulari 20ċ kull litru f’sisa fuq l-inbid Il-bolla fuq il-poloz tal-assigurazzjoni se tiżdied b’1% Żieda fid-dazju fuq is-sigaretti u t-tabakk tal-pipa mil-lum Is-sisa fuq is-siment se tiżdied bi €8 għal kull tunnellata 10ċ fuq kull kilo f’sisa fuq l-għalf tal-fish farms Taxxa fuq krejnijiet li tvarja bejn €10 u €15 kuljum għal kull 10 metru kwadru li jokkupaw fit-triq Żieda fil-liċenzja tas-swimming pools bi 15% Żieda fil-ħlasijiet fis-servizzi mid-Dipartiment tal-Gvern Il-pitrolju se jiżdied b’2ċ kull litru 58ċ fil-ġimgħa bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja Kumpens minimu ta’ €35 li mhux se jingħata lil kulħadd Il-prezz tal-gass mhux se jorħos u se jibqa’ €18 sa April li ġej

Il-Ministru Chris Cardona ordna s-sospensjoni tal-Kumitat Tekniku li evalwa l-liċenzja tal-Casino Deċiżjoni mill-Qorti mistennija fil-jiem li ġejjin Iċ-Chairman tal-Unit talPrivatizzazzjoni Emanuel Camilleri lbieraħ żvela fil-Qorti li kien il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona li personalment intervjena u ordnalu biex jissospendi l-Kumitat Tekniku maħtur biex jevalwa l-għoti ta’

liċenzja ġdida għal Casino f’Malta. Meta kien qed jixhed quddiem l-Imħallef Joseph R. Micallef f’kawża li fetħet il-kumpanija Dragonara Gaming biex tisfida d-deċiżjoni tal-Gvern li jagħti lkonċessjoni lill-kumpanija Eden

Leisure, Camilleri qal li lMinistru Cardona ċempillu u ordnalu biex ixolji l-Kumitat, immexxi mill-Imħallef Emeritu Geoffrey Valencia, li kien qed janalizza ż-żewġ offerti. Camilleri qal ukoll li sSegretarju Parlamentari Edward

Zammit Lewis kien diġà ċempillu u esprima l-preokkupazzjoni tiegħu fuq dak li ddeskriva bħala kunflitt ta’ interess potenzjali fost il-membri tal-istess Kumitat Tekniku. għal paġna 8


www.maltarightnow.com

2

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

Proposti li ma saret ebda konsultazzjoni dwarhom – il-MAM

L-Assoċjazzjoni Medika qalet li tinsab urtata għall-fatt li fid-diskors tal-baġit issemmew proposti li ma saru ebda konsultazzjonijiet dwarhom la magħha bħala assoċjazzjoni tattobba u lanqas mal-infermieri. Filwaqt li hu tajjeb li wieħed jara l-eknomija tikber, il-MAM qalet li għandha d-dubji tagħha dwar kemm hemm flus ivvutati biex ikunu indirizzati l-proble-

mi eżistenti bħalma hu l-iffullar u l-problema tal-anzjani. Il-MAM hi mħassba wkoll dwar proposta li ssemmiet dwar professjonisti biex jgħinu fit-tnaqqis tal-waiting lists. Dan jidher li ma jaqbilx malftehim kollettiv. Għall-MAM hi xi ħaġa ġdida dak li ssemma f’dawn il-jiem li se jkun hemm Ċentri tas-Saħħa li jitmexxew mill-privat. Sa ftit taż-żmien

Tariffi li ma jirriflettux il-prezz internazzjonali

L-Assoċjazzjoni Maltija Ta’ Min Iħaddem (MEA) qalet li lgħajnuna ta’ €40 miljun li lGvern se jagħti għall-Air Malta u t-€30 miljun għat-trasport pubbliku kif ukoll is-€70 miljun f’sussidju għall-enerġija jqanqlu mistoqsijiet dwar il-mira li l-Gvern irid jilħaq żbilanċ ta’ 1.6%. Filwaqt li tilqa’ b’mod pożittiv il-fatt li se jkun hemm tnaqqis firrati tad-dawl u l-ilma għannegozji, l-MEA sostniet li dawn għandhom jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali. Jekk ma jsirx dan, in-negozji f’pajjiżna jkunu qed jitilfu l-kompetittività filkonfront ta’ negozji f’pajjiżi oħra. Kunsiderazzjoni oħra hi rigward is-sostenibbiltà fiskali

– l-MEA

minħabba l-fatt li dan it-tnaqqis mhux qed isir minħabba prezz orħos fil-produzzjoni tal-elettriku iżda qed issir permezz ta’ sussidji. L-MEA qalet li ż-żieda fil-kirjiet tad-djar flimkien ma’ żidiet filħlas ta’ ċerti servizzi jista’ jkollhom effett negattiv fuq dawk bi dħul baxx. L-Assoċjazzjoni qalet li ma tistax tifhem ir-raġuni wara ż-żieda fit-taxxi fuq l-inbid, prodott li l-industrija lokali investiet ħafna fih. Qalet ukoll li l-Baġit għandu diversi miri li jindirizzaw numru ta’ setturi iżda d-domanda fundamentali se tkun jekk hux se jkun hemm tkabbir ekonomiku biżżejjed biex jiġġenera d-dħul meħtieġ ħalli jintlaħqu dawn il-miri.

ilu kien hemm il-faċilità ta’ użu ta’ klinika privata fejn kull pazjent kien jiswa bejn 80 u 100 ewro filwaqt li pazjent f’ċentru tas-saħħa jiġi jiswa bejn ħames u għaxar ewro. Dan ifisser li klinika waħda ġejja tiswa daqs iċ-ċentri tassaħħa l-oħra kollha f’daqqa. Il-MAM qalet li tħossha urtata li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni magħha.

Kjarifika dwar liċenzji tas-swimming pools

Iż-żieda fil-liċenzji tasswimming pools tista’ tolqot b’mod negattiv lill-industrija turistika f’Għawdex. Filwaqt li b’mod ġenerali jista’ jingħad li l-baġit hu wieħed pożittiv, jinħtieġ li jkun hemm kjarifika

ċara dwar il-liċenzji tas-swimming pools, qalet lAssoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex (GTA). Il-GTA qalet li tħoss li ddiskors ma għamilhiex ċara jekk din iż-żieda tapplikax

– il-GTA

għas-swimming pools domestiċi jew għal dawk turistiċi. Għawdex jiddependi ħafna mis-settur turistiku b’akkomodazzjoni f’farmhouses li se jkunu effettwati minn din ilmiżura.

Iż-żieda fil-liċenzji tas-swimming pools hi negattiva għal Għawdex

Michael Grech, iċChairperson tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex, qal li l-baġit hu pożittiv u jibni fuq ta’ qabel. Hu faħħar il-fatt li se jkun hemm

– il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex

Development Bank li se jgħin lill-SMEs u anke l-fatt li dwar Għawdex hemm l-inċentivi tal-ETC li kienu suġġerimenti tal-Kumitat. Hu qal li l-aċċessibbiltà bejn

Malta u Għawdex hi importanti, imma sostna li hu negattiv li se jkun hemm żieda filliċenzji tas-swimming pools, li se jkollha effett fuq il-kiri tal-farmhouses f’Għawdex.

Reazzjoni pożittiva b’kawtela Fl-ewwel reazzjoni għaddiskors tal-baġit, il-GRTU qalet li filwaqt li tqis pożittiv il-fatt li qed jiġu nklużi tlieta minn ħames proposti li għamlet, se tkun qed issegwi l-implimentazzjoni b’kawtela għaliex għalkemm issena li għaddiet il-Gvern impenja ruħu li matul l-2014 jirrevedi l-Eco Tax, s’issa għadhom ma ntlaħqu l-ebda riżultati. Il-GRTU qalet li tilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern li jneħħi t-taxxa tal-ekokontribuzzjoni anke jekk il-

miżuri mħabbra jeskludu numru ta’ prodotti. Esprimiet ukoll sodisfazzjon għall-impenn li hu ppjanat li jkun hemm kontra lkompetizzjoni inġusta. Din ukoll kienet wegħda li saret fil-baġit tas-sena l-oħra u hi kwistjoni li wasslet biex diversi negozji jfallu. Fuq nota negattiva, qalet ilGRTU, tara li ma ntlaqgħetx ittalba tagħha biex ma jerġax ikun hemm żieda fil-liċenzji tal-vetturi kummerċjali. Il-GRTU se tkompli tinsisti li dawn iż-żidiet

– il-GRTU

ġew introdotti mingħajr konsultazzjoni u mingħajr ma sar studju dwar l-impatt ekonomiku. Ħarsa ġenerali lejn il-baġit tagħti l-impressjoni li jista’ jkun hemm żidiet oħra matul is-sena. Il-GRTU tħoss li żidiet oħra jeffettwaw il-kompetittività tannegozji b’mod negattiv. Fl-istess waqt li kienet strumentali fil-proposti li ġew adottati, il-GRTU tqis li għandha tkun involuta wkoll fl-implimentazzjoni talamministrazzjoni tal-istess proposti.


www.maltarightnow.com

3

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

Baġit li ma jinkludi l-ebda settur ġdid għall-ħolqien tax-xogħol minn paġna 1

L-għotja ta’ €35 ta’ darba, u mhux għal kulħadd hi insult għal min irabbi, għall-ħaddiema, u għall-pensjonanti – Simon Busuttil

Simon Busuttil qal ukoll li lbaġit ma jirreferix għall-viżjoni ekonomika kkomunikata millKamra tal-Kummerc li l-Gvern qal li jaqbel magħha, iżda ma rreferiex għaliha fil-baġit. Sostna li huwa wkoll baġit nieqes mill-viżjoni għas-settur tal-manifattura li miexi lura minflok ‘il quddiem. Dan filwaqt li l-baġit ma jgħid xejn lanqas dwar setturi ekonomiċi ġodda li l-Gvern se joħloq biex

jagħti direzzjoni ekonomika liżżgħażagħ u lill-pajjiż għallħolqien ta’ impjiegi ġodda. Simon Busuttil rrefera għallpreżentazzjoni tal-baġit li damet erba’ sigħat. Hu qal li

huwa baġit ta’ ħafna kliem u ftit li xejn sustanza. Irrefera wkoll għall-proġett talPowerstation, li l-baġit la jindika meta se jibda u lanqas meta se jintemm.

Il-Forum Unions Maltin qal li dan il-baġit jidher li hu wieħed bilanċjat b’miżuri u inċentivi finanzjarji għall-ħaddiema. Madanakollu, fih diversi miżuri li jinkludu taxxi indiretti li limpatt tagħhom fuq il-livell talgħajxien tal-ħaddiema u l-pensjonanti għad irid jiġi studjat u għalhekk huwa prematur li wieħed jieħu pożizzjoni skjetta f’dan l-istadju. Il-Forum qal li jilqa’ t-tnaqqis fir-rata tat-taxxa ta’ impjegati bi dħul medju minn 29% għal 25%. Il-Forum innota wkoll diversi miżuri intiżi biex jiġu mrażżna levażjoni tat-taxxa u l-abbuż millbenefiċċji soċjali. Jinnota wkoll li hemm diversi inċentivi biex persuni inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq is-servizzi soċjali u dan huwa konformi mal-proposti li ilu jisħaq dwarhom. Rigward is-settur tal-edukazzjoni, l-Forum innota l-isforz talGvern biex ikompli jinvesti f’dan is-settur u fl-edukaturi. Il-

Forum awgura li l-process ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern u limsieħba soċjali jiżvolġi u jitħaddem biex wieħed jagħmel l-aħjar użu tal-proċess ta’ djalogu soċjali. F’dan il-kuntest, innota wkoll li l-konsultazzjoni dwar ħiniiet tal-iskejjel tista’ timpatta l-kundizzjonijiet tax-xogħol talgradi tal-għalliema u qal li għalhekk dan kellu jkun suġġett ta’ diskussjoni minn qabel malMUT. Dan apparti wkoll l-impatt fuq ħaddiema oħra u fuq il-ġenituri li jaħdmu. Rigward is-settur tas-saħħa jigi osservat li qed jigu proposti żviluppi tajbin bħal aktar investiment fl-infrastruttura u fir-riżorsi umani. Il-Forum qal li stenna li jiġu indirizzati aktar il-problemi tal-waiting lists għall-anzjani biex jidħlu fi djar residenzjali kif ukoll in-nuqqas ta’ sodod flIsptar Mater Dei. Il-Forum qal li l-baġit isemmi wkoll l-ħaddiema tal-Enemalta u l-garanzija tal-Gvern dwar l-

impjieg ta’ dawn il-ħaddiema. IlForum qal li jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon id-determinazzjoni talGvern li jżid ir-rotot u l-ħidma talAir Malta li qed tagħti kontribut kruċjali lill-ekonomija Maltija u hija determinanti fl-industrija tatturiżmu. Il-Forum innota wkoll lisforzi tal-Gvern favur enerġija nadifa u rinnovabbli u dwar ilkonservazzjoni tal-ilma. Rigward il-pensjonanti, ilForum laqa’ b’sodisfazzjon diversi miżuri kontemplati f’dan il-baġit biex itejjeb id-dħul talpensjonanti u l-livell tal-għajxien tagħhom. Il-Forum innota wkoll li l-Gvern qiegħed jinċentiva lillfirst time buyers biex jixtru lproprjetà tagħhom u b’hekk isaħħaħ il-kultura ta’ għaqal u bżulija. Il-Forum Unions Maltin awgura li wara l-eżerċizzju tal-Baġit ma jiddaħħlux taxxi jew miżuri oħra li jkollhom impatt fuq lgħajxien tal-familji tal-ħaddiema u l-pensjonanti.

Filwaqt li hu pożittiv li mistenni jkun hemm tkabbir ekonomiku ta’ 3.5% u anke tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li għal dan ittnaqqis, il-Gvern irid ikollu dħul ieħor. Dan jiġi minn taxxi indiretti u l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) hi mħassba dwar l-effett ta’ dawn it-taxxi fuq dawk bi dħul baxx. Hu ta’ sodisfazzjon li fir-rigward tal-impjiegi, il-Gvern qed jerġa’ jimplimenta proposti li kienet għamlet il-UĦM permezz

tal-JobsPlus. Dawn għandhom iħajru aktar persuni jidħlu fiddinja tax-xogħol produttiv. Fir-rigward tal-pensjonijiet ilUĦM hi mħassba dwar il-proposta biex wieħed jinvesti €1,000 għall-pensjoni. Hemm dubji serji kemm dawk bi dħul baxx jistgħu iwarrbu €1,000 għall-pensjoni tagħhom. Is-Segretarju Ġenerali talUĦM Josef Vella fakkar li Malta għadha l-uniku pajjiż fl-UE li għad m’għandux second pillar pension u jidher li m’hemm ebda

ħjiel meta din tista’ tkun introdotta. Tħassib ieħor espress millUĦM hu l-fatt li l-Gvern ma kkonsultax mat-taqsima tassaħħa tal-union dwar il-proposta ta’ privatizzazzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla. Din l-aħbar qanqlet ħafna mistoqsijiet fost ilmembri, li l-UĦM ma kellhiex risposta għalihom. Josef Vella awgura wkoll li lmiżuri mħabbra biex jiġġieldu lprekarjat ma jibqgħux fuq ilkarta iżda jkunu verament implimentati.

Diversi miżuri li jinkludu taxxi indiretti – il-FORUM

Taxxi indiretti jolqtu lil min għandu dħul baxx – il-UĦM

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jagħti l-ewwel reazzjoni tiegħu għall-baġit (Ritratt: John Paul Bonanno)

Tibdil fil-kultura dwar xogħol produttiv

Il-Kamra tal-Kummerċ, lIndustrija u l-Intrapriża fi stqarrija b’reazzjoni għall-Baġit 2015 qalet li tilqa’ tajjeb l-isforzi li qed isiru biex tkun razzjonalizzata s-sistema tal-ġbir tat-taxxa filwaqt li fl-istess ħin ikunu introdotti inċentivi għal individwi u kumpaniji. Il-Kamra qalet li miżuri li jinkoraġġixxu lil individwi biex jitħarrġu u jaċċettaw impjiegi li jissarrfu f’pagi ġusti huma pass pożittiv għax dan jinkoraġġixxi biex tinbidel il-kultura li wieħed ifittex xogħol produttiv minflok jiddependi fuq ilbenefiċċji soċjali. Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet

– il-Kamra tal-Kummerċ

ukoll il-pjan li ssir konsultazzjoni dwar il-ħinijiet tal-iskejjel. Dwar il-finanzi pubbliċi, ilKamra tal-Kummerċ qalet li trid tingħata attenzjoni lill-implimentazzjoni tar-ristrutturar tal-enerġija, tas-saħħa u tat-trasport, inkluż tal-Air Malta. Il-Kamra qalet li taqbel li ssir reviżjoni tal-bażi tal-formula antika tal-mekkaniżmu tal-COLA u lesta tkompli tiddiskuti malimsieħba soċjali. Il-Kamra qalet li taqbel mal-miżura dwar il-leave tal-maternità u l-introduzzjoni tattielet pilastru tal-pensjonijiet. Qalet li taqbel ukoll mal-inizjattivi tal-Public Private Partnership.

Proposti milqugħa Il-GWU esprimiet sodisfazzjon li l-proposti li saru minnha ġew milqugħa. Qalet li tinsab sodisfatta li hemm impenn millGvern kontra l-prekarjat, u miżuri favur ħaddiema nisa u persuni b’diżabbiltà. Il-GWU din id-darba ddefendi-

– il-GWU

et il-mekkaniżmu tal-COLA u sostniet li ġew introdotti miżuri li jgħinu persuni vulnerabbli. Kummenti oħra favorevoli kienu dwar miżuri biex jinċentivaw lil min irid jaħdem kif ukoll biex negozji jkunu aktar konxji mill-ambjent.


www.maltarightnow.com

4

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Il-Prim Ministru jgħid li l-Gvern qed iżomm il-wegħdi elettorali tiegħu

BAĠIT 2015

Skont Muscat, kien baġit mibni fuq l-ottimiżmu

F’konferenza tal-aħbarijiet wara d-diskors tal-baġit, taħt tinda armata apposta f’Misraħ San Ġorġ, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu baġit li juri li l-gvern qed iżomm il-wegħdi elettorali tiegħu. Il-Prim Ministru qal li dan kien baġit ottimist li fih ilgvern qed ikisser it-tradizzjoni li l-gvern ikun iebes flewwel erba’ snin u jroxx biss fl-aħħar sena. Hu kompla li flewwel baġit tiegħu l-Gvern wettaq terz tal-wegħdi elettorali tiegħu u f’dan il-baġit kompla jwettaq. Il-Gvern qed jirnexxielu jkabbar l-ekonomija, ma jżidx it-taxxi u jnaqqas l-iżbilanċ, sostna l-Prim Ministru, li kompla li mira tal-gvern hi li ssena d-dieħla l-iżbilanċ ikun tniżżel f’livelli rekord għallpajjiż. Joseph Muscat qal li l-gvern hu impenjat li jkompli joħloq ix-xogħol u li jkompli jgħin

lill-fmailji u l-persuni l-aktar fil-bżonn. Il-Prim Ministru sostna li lgvern hu impenjat li jikkontrolla lil min qed jabbuża misservizzi soċjali u kompla li lgvern se jkompli jgħin liżżgħażagħ fit-taħriġ biex dawn isibu x-xogħol. Hu sostna li ż-żgħażagħ li ma jkunux iridu jitħarrġu se jinqatgħulhom il-benefiċċji li jkunu qed jieħdu. Dwar lenerġija, l-Prim Ministru qal li f’Jannar li ġej il-petrol u ddiesel se jkomplu jorħsu. L-impenn tal-gvern hu li jkompli jgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn, qal il-Prim Ministru, li kompla li bl-inċentivi li ngħataw, il-gvern se jkun ta injezzjoni ta’ €80 miljun flekonomija. Il-Prim Ministru sostna li anki fis-settur tas-saħħa lgvern qed jikseb riżultati pożittivi tant li minn 130 mediċina out of stock, issa fadal biss ħames mediċini.

Il-PM u mexxej laburista Joseph Muscat jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet wara l-baġit (Ritratt: John Paul Bonanno)

IL-QAGĦDA EKONOMIKA U FINANZJARJA

Previżjoni li l-ekonomija tikber bi 3.5% u l-iżbilanċ jonqos għal 2.1%

Il-Ministru tal-Finanzi qal li matul din is-sena l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’rata b’saħħitha ta’ 3.2% f’termini reali, u skont hu dan hu fost logħla tkabbir ekonomiku flUnjoni Ewropea. Hu qal li għas-sena li ġejja ddħul tal-Gvern hu previst li jilħaq iktar minn €3.55 biljun filwaqt li n-nefqa totali mistennija tkun ta’ madwar €3.7 biljun. Hu qal li l-ammont totali talpagi tal-impjegati kiber b’5.6% u l-profitti tal-kumpaniji żdiedu b’1.7%. Fuq medda ta’ sena nħolqu aktar minn 6,000 impjieg ġdid li jfisser aktar minn 17-il impjieg kuljum. Skont il-Ministru Scicluna, is-settur privat xpruna l-ħolqien tax-xogħol b’aktar minn 4,000 impjieg ġdid fulltime. Hu qal li r-rata tal-qgħad niżlet għal 5.8%. F’Settembru ta’ din is-sena ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0.6%. Dwar id-defiċit, qal li l-mira ta’ 2.7% għas-sena 2013 intlaħqet u l-Gvern jinsab ottimist li l-iżbilanċ issa jinżel għal 2.1%.

Il-Ministru tal-Finanzi qal li għall-ewwel darba fil-baġit, ilGvern kien qed jippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena li għaddiet u skont il-Ministru Edward Scicluna dan juri li 80% talmiżuri tal-baġit għal din is-sena twettqu filwaqt li 20% jinsabu fil-proċess li jitwettqu. Dwar it-tbassir tal-ekonomija, il-Ministru tal-Finanzi qal li għas-sena d-dieħla l-Gvern qed jistma tkabbir ekonomiku ta’ madwar 3.5%. It-tkabbir nominali mistenni

jkun ta’ 4.8% u l-impjiegi mistennija jkomplu jikbru bir-rata soda ta’ 1.9% filwaqt li r-rata talqgħad mistennija tibqa fil-livell baxx ta’ 5.9%. L-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat se jkun ta’ €148.6 miljun u ssena d-dieħla d-defiċit mistenni jinżel għal €130 miljun li jfisser 1.6% tal-Prodott Domestiku Gross. Il-Ministru tal-Finanzi qal li matul is-sena d-dieħla l-Gvern qed jimmira li jissellef €500 miljun imma d-dejn tal-pajjiż se jaqa’ għal 69% fl-2015.

Fost l-itwal diskorsi tal-baġit

Id-Diskors tal-Baġit 2105 moqri mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ, kien fost l-itwal diskorsi f’dawn laħħar snin u li qabeż sew il-ħin tal-10.15pm minn ftit wara s6.30pm. Diskor tal-baġit li nġabar f’158 paġna li l-Ministru Scicluna, ħa kważi erba’ sigħat jaqra fil-Parlament – diskors twil ħafna meta mqabbel malmod kif kien qed jiġi ppreżentat il-baġit fl-aħħar snin, b’mod partikulari mill-amministrazzjoni Nazzjonalista. Baġit li għalih il-membri talmedia kienu msejħin bħas-soltu tard wara nofsinhar filMinisteru tal-Finanzi biex jingħataw il-punti u l-miżuri ewlenin, fi preżentazzjoni millMinistru Edward Scicluna li pero’ kienet nieqsa minn power point presentation. Minkejja li kien hemm kollox ippreparat, għal xi raġuni jew oħra, ilpower point ma ntużatx bħalma jiġri kull sena għall-benefiċċju tal-ġurnalisti. Minħabba l-mod mgħaġġel li bih saret il-preżentazzjoni talbaġit lill-ġurnalisti, il-Ministru tal-Finanzi lanqas ħin biżżejjed

ma kellu biex jispjega u jelenka l-punti ewlenin, u saħansitra, fil5.15pm kellu jieqaf u jinforma lill-ġurnalisti biex ikomplu jsegwu l-miżuri tal-baġit mid-diskors li kien se jaqra aktar tard filParlament. Dan apparti li minkejja li lġurnalisti ngħataw id-diskors tal-baġit fuq pen drive fi tmiem il-briefing fil-Ministeru talFinanzi, xorta l-aċċess għaddiskors kien magħluq sakemm il-Ministru tal-Finanzi kien filParlament jippreżenta l-baġit għall-2015 lill-President ta’ Malta, u aktar tard beda jaqrah fil-Parlament. Media Link Communications lanqas ma kienet imsejħa f’Kastilja, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul il-ġurnata talbieraħ kif kienu kumpaniji ta’ media oħrajn, b’rabta mal-baġit li ppreżenta l-Gvern filgħaxija fil-Parlament. Fl-ewwel kummenti li lMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna għadda fil-briefing mal-ġurnalisti dwar dan ilBaġit, fisser kif dan hu baġit differenti minn oħrajn, u qabbel ilbaġit ma’ xi ħadd li qabeż ilbaħar u qed ikompli jgħum.


www.maltarightnow.com

5

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

BAĠIT 2015

Żieda fit-taxxi u taxxi ġodda

Il-Gvern ħabbar żieda fit-taxxi fuq il-liċenzji tal-karozzi, fuq is-servizzi tal-mowbajls, żieda fis-sisa fuq il-fuel, u aktar taxxi u taxxi ġodda fuq is-sigaretti, l-inbejjed u fuq il-krejnijiet. Il-Baġit li ppreżenta lbieraħ il-Gvern għas-sena d-dieħla, ra b’mod immedjat mil-lum, żieda fit-taxxi fuq l-inbid u s-sigaretti. Dawn huma l-miżuri prinċipali: Il-liċenzji tal-karozzi se jiżdiedu bejn €10 u €15 skont iċ-ċilindrata 20ċ kull litru sisa fuq l-inbid li qatt ma kien intaxxat, żieda mil-lum Il-bolla fuq il-poloz tal-assigurazzjoni se tiżdied b’1% Żieda fid-dazju fuq is-sigaretti, it-tabakk tal-pipa mil-lum ukoll Żieda ta’ 1% fid-dazju fuq is-servizzi tat-telefonija ċellulari Is-sisa fuq is-siment se tiżdied bi €8 għal kull tunnellata 10ċ fuq kull kilo f’sisa fuq l-għalf tal-fish farms Taxxa fuq krenijiet li tvarja bejn €10 u €15 kuljum għal kull 10 metru kwadru li jokupaw fit-triq Il-liċenzja tas-swimming pools se tiżdied bi 15% Żieda fil-ħlasijiet fis-servizzi mid-Dipartiment tal-Gvern Il-pitrolju se jiżdied b’2ċ kull litru Il-prezz tal-gass mhux se jorħos u se jibqa’ €18 sa April li ġej Id-dazju fuq il-leaded petrol, li jintuża mill-ajruport, se jiżdied b’2ċ kull litru waqt li lunleaded petrol se jiżdied b’1ċ kull litru. Se jiżdied id-dazju fuq il-petrol u d-diesel... iżda sal-aħħar ta’ Marzu li ġej il-prezz talpetrol unleaded se jorħos b’2ċ u dak tad-diesel b’1ċ kull litru It-taxxa tar-reġistrazzjoni għall-ATV’s jew quad bikes se titnaqqas bi kważi 50%.

Għall-ewwel darba l-Gvern se jintaxxa l-inbid, li s’issa qatt qabel ma kien intaxxat

Il-Gvern fil-baġit tal-bieraħ ħabbar ukoll żieda fid-dazju fuq l-użu tal-mobiles

Muturi b’ċilindraġġ żgħar klassifikati bħala vintage se jkunu eżentati mit-taxxa tarreġistrazzjoni 58ċ fil-ġimgħa bħala kumpens għall-għoli tal-ħajja Se jkompli jkun implimentat il-programm ta’ tnaqqis tat-taxxa ppjanat minn Gvern Nazzjonalista għal dawk li jaqilqgħu inqas minn €60,000 bl-income tax se titnaqqas minn 29% għal 25% Bonus ta’ €35 fis-sena ta’ darba li mhux se jkun taxxabbli għal dawk li ma jibbenefikawx mit-tnaqqis fl-income tax u jaħdmu full-time, il-pensjonanti, dawk fuq il-benefiċċji soċjali, u pro-rata għall-ħaddiema part-timer u għall-istudenti It-taxxa proviżorja u dik finali dwar il-proprjetà, se tinbidel f’taxxa finali ta’ 12% Minflok it-taxxa ta’ 35% fuq il-valur tal-proprjetà trasferita, se tidħol fis-seħħ taxxa finali ta’ 8% L-iskema għal min jixtri proprjetà għall-ewwel darba estiża sal-aħħar ta’ Ġunju L-eko-kontribuzzjoni se tinbidel f’dazju tas-sisa L-eko-kontribuzzjoni fuq l-apparat kollu elettroniku tispiċċa mill-1 ta’ Settembru 2015 Single mothers li għandhom taħt it-23 sena, wara sena li jsiru ommijiet, iridu jidħlu bilfors fil-Work Youth Guarantee Scheme u min jirrifjuta ma jibbenefikax mill-beneficcji ingle parents li jaħdmu jibqgħu jżommu 65% tal-għajnuna soċjali fl-ewwel sena, 45% fit-tieni sena u 25% mit-tielet sena ’l quddiem. Min iħaddimhom igawdi wkoll minn 25 % tal-benefiċċju għall-ewwel tliet snin Suppliment lil familji bi dħul baxx għat-tfal, ta’ €400 għal kull wild sal-ewwel tlieta, u €200 mir-raba wild ’il fuq Mis-sena d-dieħla dawk il-persuni b’età ta’ bejn 62 sena u 74 sena li rtiraw mix-xogħol u li m’għandhomx pensjoni, se jirċievu bonus ta’ €200 jekk ikunu ħallsu iktar minn ħames snin f’kontribuzzjonijiet, u €100 għal dawk li ħallsu kontribuzzjonijiet ta’ aktar minn sena iżda inqas minn ħames snin Dawk li għandhom kontribuzzjonijiet nieqsa se jkunu jistgħu jħallsu sa ħames snin kontribuzzjonijiet neqsin biex ikollhom pensjoni aħjar Dawk li huma rtirati u ħadmu bejn sena u ħames snin se jingħataw €100 fis-sena u dawk li ħadmu aktar minn ħames snin €200 fis-sena Obbligu fuq min iħaddem biex jikkontribwixxi f’fond li jħallas il-leave tal-materità għallkumpaniji privati

Il-miżuri mħabbra mill-Ministru tal-Finanzi fil-Baġit tal-bieraħ

IL-KOMPETITTIVITÀ U L-BUROKRAZIJA

Il-Gvern ma jsemmix li l-Air Malta kellha tieqaf topera b’telf

Għat-titjib tal-kompettività, ilbaġit għas-sena d-dieħla jittratta s-settur turistiku, inkluż l-Air Malta. Fil-baġit, il-Gvern enfasizza li naqqas it-telf għal din issena iżda ma qalx li skont il-Pjan ta’ Ristrutturar, din is-sena l-Air Malta kellha topera bi break even u mhux b’telf. Dwar it-tisħiħ talAir Malta, il-Gvern qal li se jiffoka fuq żvilupp ta’ rotot ġodda u tiġdid tar-rotot. Fit-turiżmu, il-Gvern qal li se jħaddem sistemi ta’ Public Private Partnership fosthom fi proġetti rurali u kostali, se tiddaħħal liċenzja għall-operat ta’ casino fuq cruise liners u eżenzjoni minn dan għal cruise liners li minbarra Malta jagħżlu li jżuru wkoll Għawdex. Se jikkunsidra sistemi differenti għar-rifużjoni tal-VAT qabel

ma turist li jkun ġej minn barra lUnjoni Ewropea jħalli Malta filwaqt li se titwaqqaf Fondazzjoni li tħeġġeġ l-organizzazzjoni ta’ konvenzjonijiet. Il-Gvern irrefera wkoll għall-possibbiltà ta’ breakwater bejn il-Belt u TasSliema. Il-Gvern irrefera għallkumpanija Projects Malta li għandha l-għan li tidentifika inizjattivi ta’ Public Private Partnerships. Il-baġit jgħid li jinsabu fl-aħħar stadju l-preparamenti għall-Bank ta’ Żvilupp u qed jiġu studjati inċentivi għallħolqien ta’ venture capital kif ukoll tibdil leġiżlattiv biex jiġi żviluppat l-Islamic Banking. L-Att dwar in-Negozju talFamilja mistenni jiġi indirizzat ssena d-dieħla. Se jiġu eżaminati lprattiċi eżistenti b’rabta mal-ħini-

jiet tal-ftuħ tal-ħwienet, se tinħareġ skema għall-ħwienet talBelt u se tkompli l-ħidma għarrilokazzjoni tas-Suq tal-Belt. Fl-industrija tal-Film se ssir kampanja internazzjonali u korsijiet għall-film makers. Fil-gaming l-isem tal-Awtorità Maltija tal-Logħob u l-Lotteriji (LGA) se jinbidel għal Gaming Authority. Il-baġit jgħid li se tinħoloq Akkademja tal-Gaming u se titwaqqaf Fondazzjoni bl-isem Gaming Malta biex tippromwovi lil Malta bħala l-ġurisdizzjoni ewlenija. Dwar l-iskema taċ-ċittadinanza, il-Gvern qal li dalwaqt jiġi mwaqqaf il-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali fejn il-Gvern qed jgħid li se jinvesti il-parti l-kbira talfondi mill-iskema.

IS-SAĦĦA

Lejn skema ta’ Public Private Partnership fis-saħħa Fil-qasam tas-saħħa, ilMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern waqqaf il-kumpanija Medical Plus li se tidħol f’arranġamenti ta’ Public Private Partnership ma’ speċjalisti fl-Isptar Mater Dei. Skont il-Ministru tal-Finanzi, minbarra li dawn se jwasslu biex jiżdied in-numru ta’ operazzjonijiet fil-ġurnata tax-xogħol, se jsiru wkoll l-operazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa bl-iskop li llista ta’ stennija titnaqqas. Hu qal li l-Gvern se jwitti t-triq lil tobba tal-familja li jixtiequ jingħaqdu bħala sħab biex jistabbilixxu klinika jew servizz u se jibni ċentru tas-saħħa għal komunitajiet fl-inħawi taż-Żurrieq. Edward Scicluna ħabbar ukoll li l-Gvern qiegħed ifassal master

plan għaz-zona tal-Isptar San Luqa u se joħroġ sejħa għal interess biex dan il-post ikun żviluppat f’oqsma relatati mas-saħħa. F’dan ukoll il-Gvern se jħaddem skema ta’ Public Private Partnership u dan ma jeskludix li l-Gvern idaħħal xi forma ta’ ħlas għas-servizzi tas-saħħa li s’issa kienu b’xejn. Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar ukoll li l-Isptar tal-Kura talKanċer li kien inbeda fi żmien ilGvern Nazzjonalista mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin u qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew jidħlu l-ewwel out patients. Hu qal li dan l-Isptar se jissemma “Ċentru għall-Onkoloġija Sir Anthony Mamo” ad unur lEwwel President ta’ Malta. Aktar miżuri f’paġni 6 u 7


www.maltarightnow.com

6

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

It-tablets fuq livell nazzjonali mhux qabel sentejn oħra L-EDUKAZZJONI

Fil-baġit għas-sena d-dieħla, fil-qasam tal-edukazzjoni, ilGvern se jkun qed jalloka ssomma ta’ €477 miljun. Il-Ministru Scicluna ħabbar li l-Gvern se jniedi konsultazzjoni, permezz ta’ White Paper, dwar ilħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel, biex janalizza l-impatt fuq l-infrastruttura u l-konġestjoni tat-traffiku. Mistennija żieda fl-istipendji skont ir-rata tal-għoli tal-ħajja pro-rata, miżura li se tidħol fis-

seħħ fl-1 ta’ Jannar. L-istudenti se jingħataw bonus addizzjonali pro rata u l-istipendju se jkun eżenti mit-taxxa. Dwar it-tablets fl-iskejjel kollha mir-raba’ sena, il-proġett pilota jispiċċa f’Marzu tas-sena d-dieħla u wara se ssir evalwazzjoni tiegħu biex jidħol fuq livell nazzjonali f’Ottubru ta’ sentejn oħra. Mistenni jinbena childcare centre f’post ċentrali f’Malta. Dwar is-sabbatical leave għall-

għalliema, hu ppjanat li l-ewwel applikazzjonijiet se jiġu pproċessati f’April li ġej biex dawk li japplikaw jibdew sena leave bi ħlas mis-sena skolastika li ġejja. Il-Gvern se jkun qed jalloka ssomma ta’ €7 miljun lillUniversità ta’ Malta, li jfisser żieda ta’ 55% fil-fondi allokati għal din l-istituzzjoni filwaqt li għall-MCAST ma ssemma xejn dwar il-fondi allokati jew jekk hux se jiżdiedu. Ħabbar ukoll tnaqqis tal-VAT fuq il-kotba diġitali.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru tal-Finanzi ħabbar miżuri intiżi biex jitnaqqas l-abbuż mill-benefiċċji soċjali. Hu qal li dan qed isir bl-iskop li fis-sistema ta’ benefiċċji soċjali titwettaq il-ġustizzja u linklussività soċjali. Il-Ministru Scicluna qal li lGvern se jintoduċi sistemi biex iħajjar individwi jaħdmu aktar milli jiddependu mill-benefiċċji soċjali. Miżuri mħabbra jiddistingwu bejn familji bi dħul baxx li għandhom tfal taħt it-23 sena għal benefiċċji differenti jekk ikun hemm jaħdem ġenitur wieħed jew iżżewġ ġenituri. Edward Scicluna qal li l-Gvern se jkompli jwettaq il-miżura ta’ childcare bla ħlas kif ukoll se jestendi l-iskema ta’ garanzija ta’ xogħol, tagħlim u taħriġ lil tfal bejn is-16 u t-23 sena. Din l-inizjattiva se ssir permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u se jkunu ffi-

nanzjati 700 apprendist u 200 work trial. Żgħażagħ taħt it-23 sena li jirrifjutaw li jidħlu fil-programm ta’ taħriġ se jitilfu l-benefiċċju tal-qgħad. Dawk li bħalissa qed jingħataw għajnuna għax jinsabu bla xogħol se jingħataw erba’ xhur żmien biex jidħlu fil-Youth Guarantee. Ilbenefiċċju tal-qgħad jintilef mat23 sena. Dawn il-miżuri se jkunu qed japplikaw ukoll għal ġenituri waħidhom taħt it-23 sena. L-għajnuna tibqa’ tingħata jekk ikun hemm tarbija, sa għeluq l-ewwel sena tat-tarbija. Ġenituri waħidhom se jkunu jistgħu jibqgħu jżommu l-benefiċċju li jonqos gradwalment fuq tliet snin meta jsibu xogħol b’inċentivi wkoll lil min iħaddem lil persuni bħal dawn. Qed tingħata opportunità biex sal-aħħar ta’ Frar li ġej ikunu regolarizzati sitwazzjonijiet ta’ bene-

fiċċji li wieħed jista’ qed jirċievi waqt li mhux intitolat għalihom. Fl-isforz biex jiġġieled ilprekarjat, il-Gvern se jwaqqaf skema biex persuni li ilhom jirreġistraw għax-xogħol jingħataw ammont żgħir ta’ flus biex jagħmlu xogħol mal-Kunsilli. Se tkun assigurata mill-inqas paga minima. Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll bidliet fir-rata tal-benefiċċju tal-maternità li se jiżdied għar-rata ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali. Mill-1 ta’ Jannar il-benefiċċju tal-maternità se jiddaħħal ukoll għal nisa li jaħdmu għal rashom. Miżuri dwar adozzjoni jinkludu leave fuq l-istess livell ta’ maternità kif ukoll diskussjonijiet għal ftehim għal adozzjoni minn pajjiżi oħra bħall-Polonja, ilKambodja u l-Vjetnam. Il-Ministru Scicluna qal li se terġa’ tingħata s-somma ta’ €300 lil anzjani li għalqu l-75 sena.

Miżuri kontra l-abbuż IL-FAMILJA

BAĠIT 2015

L-AMBJENT, IL-PROĠETTI U T-TRASPORT

Wegħda oħra għal trasport pubbliku aħjar mingħajr dettalji tal-miżuri Il-Ministru Scicluna qal li t-tħejjijiet għall-qasma fir-responsabbiltajiet tal-MEPA jinsabu fi stadju avvanzat. Dwar il-Wasteserv hu qal li se jinbeda x-xogħol preliminari biex tkun riabilitata l-miżbla antika ta’ Wied Fulija u se tkun introdotta l-borża organika li se żżid l-effiċjenza fl-impjanti ta’ Sant’Antnin u l-impjant il-ġdid flGħallis. Qed jitħejja pjan nazzjonali dwar l-afforestazzjoni f’Malta u se ssir il-kummerċjalizzazzjoni ta’ Għawdex b’ċerti faċilitajiet. Se jitkabbar il-park ta’ Kennedy Grove, se jiżdiedu z-zoni ta’ rirkeazzjoni u se jitħawlu iktar siġar. Il-Gvern se joħroġ talba għallproposti dwar ġbir ta’ skart talplastik u se jitnieda proġett pilota għall-immaniġġjar tal-iskart bittielet borża. Hu ppjanat li l-Gvern japprova l-liġi dwar it-tibdil filklima, se jitkompla l-proġett pilota dwar it-tħaddir fil-komunitajiet. Fil-baġit il-Gvern ivvota €11-il miljun għall-flyover tal-Kappara u toroq residenzjali, se jsir pont f’Ħal Qormi u se jitkomplew ixxogħlijiet fil-widien f’Ta’ Slampa f’Wied il-Qlejja’ fir-Rabat, f’Wied il-Ġnejna l-Imġarr, f’Wied Ħarq Mamiem f’Pembroke, f’Wied Morfu u f’Wied il-Fiddien firRabat. Dwar il-Belt, il-Gvern se jsebbaħ Pjazza Kastilja u dik tatTritoni, se jsir użu mill-foss talBelt għall-parkeġġ u bħala ġnien pubbliku. Qed jiġi ppreparat Master Plan għal Belt is-Sebħ fejn hemm il-ħsieb li jinbnew l-uffiċini għad-Dipartimenti tar-Revenue tal-Gvern. Wasal biex jitlesta

wkoll il-proġett nazzjonali talgħargħar, se jinbeda r-restawr fuq it-Torri ta’ Wignacourt fil-Furjana u fuq il-Funtana ta’ Wignacourt fil-Ġnien ta’ San Filippu. Fil-Belt, fl-Imdina u filKottonera se jsiru diversi proġetti ta’ restawr, proġetti mal-privat fuq tisbiħ u manutenzjoni ta’ toroq u proġetti ta’ reklamazzjoni ta’ art. Għaddej xogħol biex Villa Bighi fil-Kalkara tinbidel f’Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattiva ‘Esplora’ waqt li hemm pjani biex iz-zona ta’ Bighi tkun żviluppata f’ċentru turistiku. Dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Bormla l-Gvern se juża dan iċċentru għal proġett innovattiv ta’ sħubija mal-privat u se jsiru ċentri tas-saħħa fl-inħawi taż-Żurrieq u l-Qrendi. F’Marsaxlokk se jsir breakwater biex jipproteġi lissajjieda waqt li se jkun żviluppat kumpless komunitarju f’Pace Grasso, li se jinkludi parkeġġ taħt l-art, ċentri prinċipali tas-saħħa u numru limitat ta’ unit kummerċjali. Il-Gvern se jirriabilita Wied Blandun u beda l-proċess biex inaddaf is-sit tal-powerstation talMarsa. Dwar it-trasport pubbliku filbaġit hemm speċifikat li se jiżdiedu r-rotot u s-servizz se jkun aħjar. Il-Gvern se jinvesti €23 miljun bħala public service obbligation lill-operatur biex jopera dan is-servizz pubbliku u bżonjuż. Se jissaħħu wkoll l-inizjattivi biex iktar nies jużaw it-trasport pubbliku u se jkunu introdotti sistemi ta’ car pooling u car sharing. Dawn se jingħataw il-faċilità ta’ użu ta’ bus lanes u parkeġġ f’zoni riservati.


www.maltarightnow.com

BAĠIT 2015

GĦAWDEX

Ma kinux approvati fondi Ewropej għal studju dwar link permanenti

L-ENERĠIJA

Jibqa’ ma jħabbarx timeframes dwar il-powerstation tal-gass

Fid-diskors tal-Baġit, meta tkellem dwar il-qasam tal-enerġija, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li n-negozji se jibbenefikaw mir-roħs ta’ 25% fil-kontijiet tal-elettriku u 5% filkontijiet tal-ilma. Ir-roħs fil-kontijiet tal-enerġija għan-negozji li se jidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla, u r-roħs fil-kontijiet tal-enerġija għad-djar residenzjali jfissru €80 miljun fissena, li se jiġu ffinanzjati millpjan tal-Gvern għall-enerġija, jiġifieri mill-bini tal-powerstation il-ġdida li se taħdem bil-gass. Din il-powerstation se ssir b’investiment ta’ €320 miljun. IlMinistru Scicluna qal li l-Gvern se jħabbar dettalji u t-timelines dwar il-proġett tal-gass filġimgħat li ġejjin. Qal li l-Gvern se jżomm mal-wegħda tiegħu. L-investiment fil-powerstation mill-kumpanija Shanghai Electric se jinkludi wkoll investiment f’Renewable Joint Venture u Energy Service Centre, qal Edward Scicluna. Hemm qbil ukoll ma’ Shanghai Electric li għall-impjant tagħhom fir-reġjun

7

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

tal-Ewropa, il-Lvant Nofsani u lAfrika jiġu pprovduti servizzi mill-impjant ta’ pajjiżna. Dwar l-interconnector, ilMinistru tal-Finanzi qal li dan għandu jibda jaħdem fil-bidu tassena d-dieħla. Għaddej wkoll studju dwar il-possibbiltà ta’ pipeline, studju li mistenni jkun lest fl-ewwel ftit xhur tas-sena ddieħla. Għandu jsir studju wkoll dwar ir-rotta ta‘ qiegħ il-baħar fuq in-naħa ta’ Malta kif wkoll tal-Italja biex isir dan il-pipeline biex jinxtara l-gass naturali minn pajjiżi Ewropej. Il-Ministru tal-Finanzi qal li lGvern se jfassal ukoll pjan biex lintrapriżi jagħmlu Energy Audits. Qal ukoll li b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija talAmbjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tiġi mfassla Solar Farm Policy biex tirregola installazzjonijiet imdaqqsa ta’ pannelli solari. Dwar l-enerġija li tiġġedded, ħabbar diversi inċentivi li diġà kienu fis-seħħ u li se jkomplu jingħataw biex il-familji jinvestu f’din it-tip ta’ enerġija.

Dwar Għawdex, il-Ministru Scicluna fil-baġit qal li kien iffirmat ftehim mal-kumpanija internazzjonali RS2 li se jwassal biex il-kumpanija tinvesti €2 miljuni u toħloq sa 100 impjieg ġdid f’Għawdex. Proposta oħra mressqa fil-baġit hi dik li jinħoloq hub mediku f’Għawdex. Dan għandu jwassal għal żieda fit-turiżmu mediku filgżira waqt li se jkun imtejjeb ukoll l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dwar l-airstrip f’Għawdex, ilMinistru tal-Finanzi qal li lGvern qed jippjana li jiftaħ toroq ġodda bl-ajru u għalhekk qed isir studju għall-proġett ta’ ruralgreen airfield f’Għawdex. Edward Scicluna qal li ma kinux approvati fondi Ewropej biex isir l-istudju għall-fixed permanent link bejn Malta u Għawdex. Dan l-istudju hu stmat li jiswa bejn

€2.5 miljun u €4 miljuni. Jirriżulta li tlesta l-istudju dwar il-pont bejn Malta u Għawdex u kif jitlesta l-istudju dwar il-mina, dawn jiġu ppubblikati. Il-proċess għall-cruise liner terminal kif ukoll għal marina f’Għawdex miexi wara li ntemm il-proċess ta’ request for proposals għallkostruzzjoni tagħhom. Meta tkellem dwar l-impjiegi f’Għawdex, il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern se joħloq skema li tinkoraġġixxi ż-żieda u ż-żamma ta’ impjiegi full-time fit-turiżmu. L-operaturi li jdaħħlu jew jaqilbu impjegati minn part-time għal full-time se jibbenefikaw minn rifużjoni parzjali fil-ħlas talbolla. Din ir-rifużjoni tammonta għal €1,000 għal kull impjegat addizzjonali full-time. Min iħaddem se jirċievi €30 għal kull ġurnata u se tingħata għotja ta’ €100

fix-xahar lil min iħaddem għal kull student tal-ITS. Il-Gvern se jkompli x-xogħol fuq id-digital hub f’Għawdex li għandu jippermetti lil Għawdex ikun iktar attraenti biex jikseb investiment minn kumpaniji fissettur diġitali. Iz-zona industrijali tax-Xewkija se tespandi billi jinħoloq spazju għal SME Park. Qed isiru wkoll il-preparamenti meħtieġa biex is-sit li qabel kien l-MDP fix-Xewkija jkun żviluppat biex jattira investiment. Il-Gvern se jkompli jistinka biex iniedi masterplans għal Marsalforn u x-Xlendi u se jingħata nifs lil diversi pjazez. Dan flimkien mal-kontinwazzjoni tal-proġett tat-tisbiħ fiċĊittadella. Se jitkompla wkoll ilproġett tal-qorti l-ġdida u tal-bini ta’ dar għall-anzjani b’faċilitajiet ta’ 70 kamra.

Fejn jidħol l-isport tħabbar li lGvern qed jikkunsidra li jissieħeb mal-privat fit-tmexxija tal-korsa taż-zwiemel tal-Marsa. Ħabbar tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal plejers tal-Waterpolo. Taħriġ għall-amministraturi biex jitħarrgu fix-xena sportiva u li għalih il-Gvern se jalloka €700,000. Mistenni joħroġ espressjoni ta’ interess għall-korsa tat-tiġrijiet talvetturi u mistenni li titlesta shooting range ta’ livell internazzjonali. Fejn tidħol kultura, fid-diskors tal-baġit għamel referenza għal

avvenimenti nazzjonali bħasSummit tal-Commonwealth, ilpreparazzjoni għall-Presidenza Ewropea u l-450 anniversarju millAssedju l-Kbir li l-Ministru qal li għandu jitfakkar b’mod xieraq. Iżda dwar dawn l-avvenimenti nazzjonali l-Ministru ma qalx kemm il-Gvern se jonfoq. Fid-diskors tal-baġit kien inkluż wkoll il-qasam kulturali. Fosthom is-sena d-dieħla se jidħol fis-seħħ il-programm ta’ ristrutturar filKunsill Malti għall-Arti u lKultura. Se jitwaqqaf fond ta’ ko-

produzzjoni l-Fondazzjoni Valletta 2018 u diversi entitajiet fil-qasam kulturali bl-ewwel investiment ikun ta’ €208,000. Se jsir anke investiment ta’ €200,000 għall-esportazzjoni ta’ xogħol kreattiv u għall-mobilta’ artistika u ħabbar investiment ta‘ ko-finanzjat, mill-Unjoni Ewropea, ta’ €860,000 għall-imsiehba kulturali. Qal li l-Gvern hu kommess li jagħmel villaġġ tal-Karnival għaddilettanti li jaħdmu biex jitella lKarnival.

L-ISPORT U L-KULTURA

Ma jgħidx kemm se jonfoq f’avvenimenti nazzjonali


8

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

X’aktarx jieħu lill-Gvern il-Qorti

Il-konsorzju tellief fis-sejħa tat-trasport pubbliku jikkunsidra li jieħu azzjoni legali hekk kif il-Gvern għadu ma wasalx mal-kumpanija Spanjola li suppost se tħaddem is-servizz minn Jannar. Dan minkejja li kien qed jittama li jħabbar il-ftehim fil-baġit.

Il-konsorzju Malti li ma ntgħażilx fis-sejħa għat-tħaddim tas-servizz tat-trasport pubbliku x’aktarx li jieħu lill-Gvern ilQorti wara li skopra li fin-negozjati li għaddej bihom il-Ministru Joe Mizzi mal-kumpanija Spanjola li ntgħażlet, qed jiġu diskussi kundizzjonijiet differenti minn dawk li kien hemm fissejħa pubblika għall-offerti. Skont rapporti fil-media lokali li ħarġu lbieraħ, fl-aħħar jiem komplew il-laqgħat min-naħa tal-Gvern Malti mal-Autobuses de Leon, li suppost se tibda tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta minn Jannar li ġej, imma s’issa għadu ma ntlaħaq lebda qbil bejn iż-żewġ naħat. Rapport online fil-Malta Independent qal li l-Gvern kien qed jittama li jintlaħaq ftehim konklużiv qabel iressaq il-baġit biex il-Ministru tal-Finanzi jkun jista’ jħabbru fid-diskors talbaġit, imma wara laqgħa urġenti li saret nhar il-Ħadd u oħra li saret ilbieraħ filgħodu, baqgħet ma nstabitx soluzzjoni għallproblemi pendenti. Skont is-sit elettroniku tal-ġur-

nal bl-Ingliż, il-Gvern kien kostrett iċedi fuq aktar konċessjonijiet lill-kumpanija Spanjola, apparti li diġà qabel li s-sussidju jiżdied għal aktar minn €23 miljun – jiġifieri aktar mid-doppju ta’ dak li kien fi żmien il-kumpanija Arriva. Issa, skont l-istess ġurnal, l-Autobuses de Leon għamlet ukoll kundizzjoni li dan is-sussidju jiġi rivedut wara l-ewwel sena. Jidher li kien dan kollu, flimkien ma’ tibdil fil-kriterji, li wassal biex il-konsorzju lokali li ma rebaħx it-tender, l-Island Buses Malta, qed jikkunsidra li jieħu azzjoni legali għax sar tibdil sostanzjali fuq dak li kien stabbilit fis-sejħa internazzjonali tal-offerti. Dan kollu jindika li l-Ministru Joe Mizzi għaddej b’tentattiv iddisprat biex jikkonkludi dan ilftehim, anke fid-dawl ta’ dak li kien qed jingħad li l-pressjoni dejjem tikber fuqu minħabba dan il-ftehim tat-trasport pubbliku tista’ twassal biex jitlef postu minn Ministru tat-Trasport u lInfrastruttura fil-Kabinett jekk issir reshuffle oħra mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

www.maltarightnow.com

Chris Cardona intervjena personalment

LOKALI

– iċ-Chairman tal-Privatisation Unit

Il-każ, li beda lbieraħ, dam jinstema’ fil-Qorti sa tard filgħaxija, u fis-sessjoni ta’ waranofsinhar, il-partijiet għamlu ssottomissjonijiet legali tagħhom. Il-Qorti qalet li mistennija tagħti digriet dwar ilkaż, imma ma ngħatatx data meta din id-deċiżjoni se tingħata. Fl-awla kien hemm preżenti wkoll Kevin De Cesare, wieħed mid-Diretturi ta’ Eden Leisure Group. L-avukat tad-Dragonara Henry Mizzi staqsa kemm ġew adottati kriterji li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni tal-għażla. B’Emanuel Camilleri jikkonferma li t-tlettax-il kriterju talgħażla ġew ġudikati fuq l-istess bażi. Camilleri baqa’ jiġi ppressat fuq il-valutazzjoni tal-kriterji. Il-Kap tal-Unit talPrivatizzazzjoni qal li kull wieħed mill-kriterji ngħata piż ugwali. Camilleri kkonferma li lofferta ta’ Dragonara kienet waħda akbar. Il-Kap tal-Unit talPrivatizzazzjoni baqa’ jirreferi għall-proċess tax-shortlisting iżda semma kif skont hu dan ilKumitat Tekniku kien mifni b’kunflitti ta’ interess – għalkemm dawn l-individwi tneħħew. Camilleri rrefera għallproċess li wassal għaddeċiżjoni, u qal li biex saret lgħażla għamlu analiżi aktar dettaljata. Ikkonferma li ddeċiżjoni finali kienet ibbażata

fuq “min se jħalli l-aktar lillpajjiż.” Camilleri qal li kienet lAwtorità tal-Logħob u l-Lotteriji li tat il-parir fuq l-għażla, filwaqt li mil-lat finanzjarju l-pariri waslu mill-MIMCOL. Camilleri għamel referenza wkoll għallKumitat Tekniku li twaqqaf ad hoc. Dan l-ewwel ġie sospiż, imbagħad ġie xolt. Il-Kumitat kien ġie sospiż fis7 ta’ April b’mod verbali. Camilleri qal li dan il-Kumitat kellu jagħti r-rapport tiegħu fi Frar ta’ din is-sena, u l-membri kollha tal-Kumitat kienu mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni li kienet tgħid li m’għandhom l-ebda kunflitt. Skont Camilleri, anki jekk l-erba’ membri ffirmaw dikjarazzjoni, il-Ministru Cardona xorta waħda ordna s-sospensjoni tal-Kumitat. Camilleri tenna li wara analiżi li saret kien ġie konkluż li l-aktar proposta vantaġjuża għall-Gvern kienet ilproposta tal-Eden Leisure. Fil-bidu tal-kawża l-Avukat Jean Carl Farrugia, għan-nom tal-Unit tal-Privatizzazzjoni, iddikjara illi li kieku ma kienx għad-digriet tal-Qorti, il-proċess tan-negozjati kien jitkompla. Fil-Qorti Camilleri kkonferma wkoll li l-Gvern issa huwa dispost li jagħti konċessjoni ta’ żewġ liċenzji. Waqt il-kontroeżami, Camilleri, li nħatar millGvern f’Ġunju tal-2013, reġa’ qal li l-parir tal-MIMCOL kien li d-dħul mill-proposta tal-Eden Leisure kien “proġettat” bħala akbar. Camilleri qal ukoll li kien

kiteb lill-Ministru, u qallu “I await your instructions”, waqt li l-proċess ġie sospiż. Għal din ilkorrispondenza, Camilleri qal li ma rċieva l-ebda tweġiba. Camilleri qal ukoll li l-Imħallef Valencia kkonfermalu li lKumitat kien qed jaħdem fuq dan ir-rapport, iżda l-Imħallef Valencia bħala Chairman ma kienx se jieħu vot. Nhar il-Ġimgħa li għadda lQorti laqgħet it-talba tadDragonara Gaming Limited biex ilbieraħ jixhdu l-Kap tal-Unit tal-Privatizzazzjoni u l-eks Imħallef Geoffrey Valenzia, bħala ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni, imma ma laqgħetx it-talba tal-Eden Leisure biex tintervjeni fil-mandat. Iżda Valencia lbieraħ ma xehedx. Il-Qorti diġà waqqfet ilproċess tal-għoti tal-liċenzja lillGrupp Eden Leisure, wara li f’azzjoni legali oħra aktar kmieni, il-kumpanija Dragonara Gaming Limited għamlet mandat ta’ inibizzjoni kontra lMinistru tal-Finanzi, dak talEkonomija u l-Unit ta’ Privatizzazzjoni minħabba xamma qawwija ta’ irregolaritajiet u suspetti serji li l-affarijiet ma sarux b’serjetà. S’issa l-Gvern Laburista għadu qed jirrifjuta li jippubblika r-rapport tekniku tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni. Għal din ilkonċessjoni, id-Dragonara Gaming għamlet offerta ta’ €4.37 miljun waqt li l-Grupp Eden Leisure ressaq offerta ta’ €1.25 miljun.

Wara li nhar il-Ġimgħa l-għaqda studenteska SDM intagħżlet mill-istudenti tal-Junior College biex tirrappreżentahom filKunsill tal-istudenti tal-Junior College (KSJC), ilbieraħ saret konferenza tal-aħbarijiet filJunior College li kienet indirizzata mill-President tal-SDM Joseph Grech u mill-President ta’ dan il-Kunsill Jake Scerri. L-iskop tal-konferenza stampa kien biex il-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College jirringrazzja lill-istudenti talli wrew fiduċja fir-rappreżentanti tal-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM) biex jirrappreżentawhom u anke biex iħabbru kif mistennija jqassmu l-ħidma tagħhom għal matul

din is-sena. Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ ħa rreazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-KSJC Mauro Karl Sultana li rringrazzja, f’isem il-Kunsill kollu, lill-istudenti kollha li vvutaw lill-SDM u saħaq li bħassena li għaddiet lesti jkomplu jaħdmu biex jiffaċilitaw il-ħajja tal-istudent fil-Junior College. Hu semma wkoll uħud millproposti li l-SDM kellhom filmanifest elettorali, fosthom li listudenti jkunu jistgħu jikru tablet u li jkollhom l-opportunità ta’ Student’s Exchange. Spjega wkoll kif uħud mill-proposti li lSDM kellhom fil-manifest tagħhom kienu proposti ġejjin mingħand l-istudenti stess wara

li kienu għamlu stħarriġ malistudenti dwar x’faċilitajiet u x’opportunitajiet jixtiequ. Fl-elezzjoni għall-KSJC li rriżultati tagħha ħarġu kmieni s-Sibt filgħodu, l-SDM kiseb maġġoranza kbira ta’ 959 vot kontra s-679 tal-għaqda Pulse. Kien hemm 321 vot imħallat u 35 vot dubjuż. B’dan ir-riżultat, l-SDM se tmexxi l-KSJC għat-tieni sena konsekuttiva, u din is-sena lKunsill se jkun ffurmat millPresident Jake Scerri, misSegretarju Ġenerali Mauro Karl Sultana, u l-membri l-oħra Sean Ellul, Amy Zahra, Keith Grima, Elonia Aquilina u Luana Vella. Is-seba’ kandidati tal-SDM ġew eletti kollha.

minn paġna 1

Il-KSJC mill-ġdid f’idejn l-SDM

Fil-Katidral tal-Imdina lbieraħ waranofsinhar ingħatat l-aħħar tilsima lill-eks-Ministru Lino Spiteri li miet nhar il-Ġimgħa. Għall-quddiesa praesente cadavare attendew il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u r-raġel tagħha, il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Ministri, Deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra, flimkien ma’ rappreżentanti tal-imsieħba soċjali u l-korpi kostitwiti, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ setturi oħra li ħadmu viċin Lino Spiteri. Il-funeral tmexxa mill-Kappillan ta’ Ħ’Attard Fr. Noel Vassallo. (Ritratt: Noel Zammit)


www.maltarightnow.com

9

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Vince Farrugia ordnat iħallas €2,000 fuq malafama fil-konfront ta’ Tony Zarb

L-eks-Direttur Ġenerali talGRTU, Vince Farrugia, instab ħati ta’ malafama u ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €2,000 f’danni lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Tony Zarb. Farrugia nstab ħati li waqt il-programm TVAM tal-24 ta’ Frar 2012, huwa kien qal kliem malafamanti u dispreġjativ filkonfront tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU. Fil-programm, Farrugia kien iddeskriva lil Zarb bħala bniedem “Faxxista” u li qed “ixewwex in-nies għall-vjolenza”. Zarb fetaħ kawża ta’ libell għad-danni kontra Farrugia fuq

dawn il-kummenti, fejn insista li dak li qal dwaru kien malafamanti, mhux minnu u kien intiż biss biex itelliflu r-reputazzjoni tiegħu. Farrugia kien għadda r-rimarki fil-konfront ta’ Zarb b’referenza għan-nuqqas ta’ qbil li kien hemm fl-MCESD fuq il-pożizzjoni tal-ħaddiema impjegati b’mod prekarju. Farrugia kien implika li setgħet saret manipulazzjoni tal-minuti. Wara li l-Qorti semgħet ix-xhieda, il-Maġistrat Francesco Depasquale ta raġun lil Zarb u ordna lil Farrugia jħallsu €2,000 f’danni.

Kontroprotest mill-OHSA dwar l-inċident fl-MFCC

L-Awtorità għas-Saħħa u sSigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ippreżentat kontroprotest fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li fih ċaħdet l-allegazzjonijiet kollha li saru dwar linċident li seħħ f’Marzu li għadda fl-MFCC Ta’ Qali, meta kienu għaddejjin il-preparamenti għar-rock opera ‘Ġensna’. L-allegazzjonijiet saru fi protest li ġie ppreżentat ilġimgħa li għaddiet minn

Emanuel Ronayne, li kien weġġa’ serjament f’dan l-inċident. Fil-protest hu kien allega li lAwtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kisret il-liġi meta ma investigatx il-każ tiegħu. Fi stqarrija l-OHSA qalet li skont ma titlob l-etika professjonali, kopja tal-kontroprotest tiġi ppubblikata minnha ġaladarba l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tieħu konjizzjoni tiegħu.

Jiftaħ ŻiguŻajg 2014

Tfal tal-iskejjel fil-ftuħ tar-raba’ edizzjoni tal-festival ŻiguŻajg ilbieraħ fil-Belt Valletta (Ritratt: Elisa von Brockdorff)

Il-festival li fih it-tfal u ż-żgħażagħ huma verament fiċ-ċentru tal-attenzjoni

Fil-Belt Valletta lbieraħ fetaħ ŻiguŻajg 2014 – festival tal-arti għat-tfal u ż-żgħażagħ li jagħtihom l-opportunità jesploraw min huma. Il-festival, li daħal firraba’ edizzjoni tiegħu, se jkun mifrux fuq sebat ijiem, u din issena t-tema tiegħu ddur madwar l-identità, sabiex it-tfal li jipparteċipaw, jesploraw min huma u x’jixtiequ jsiru. Il-bidu tal-festival kien karatterizzat minn installazzjoni talarti bi 12,000 tpinġija magħmula minn tfal tal-iskola, li twaħħlu minnhom stess fi Pjazza De

Fis-Sala tal-Arazzi, fil-Palazz, il-Belt Valletta, kien imniedi l-ktieb ‘Nidħqu Bina Nfusna – Politika bi Tbissima’, kitba tal-eks-Kummissarju Ewropew Tonio Borg. Din hija pubblikazzjoni oħra ta’ Kite Group u t-tnedija saret taħt l-awspiċju tal-Ispeaker Anġlu Farrugia. F’dan il-ktieb, l-eks-Viċi Prim Ministru u eks-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista jiġbor sensiela ta’ aneddoti politiċi li ġraw tassew lill-politiċi u deputati minn partiti politiċi differenti. Minbarra l-awtur innifsu u l-Ispeaker, waqt l-attività tkellem ukoll l-Imħallef Giovanni Bonello. Dan hu l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu fejn politiku f’Malta jirrakkonta inċidenti u ġrajjiet li seħħew tassew, u ħadd ma jeħlisha: minn Dom Mintoff u Lawrence Gonzi bix-xwabel u t-twapet li ġabu miċ-Ċili għal inċidenti li kellu Eddie Fenech Adami inkluż fuq iz-zuntier tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Mis-superstizzjonijiet ta’ Ġorġ Borg Olivier għall-qdusija ta’ Joseph u Simon. Mill-waqgħat minn fuq il-palk, għal-lovebirds fuq l-irjus. Mis-sejħa ta’ anzjana li waqgħet mis-sodda f’nofs ta’ lejl u ċemplet lid-deputat tad-distrett, għat-tindif tad-dentaturi mill-kandidat li ried iqaxxar kull vot. Mis-segretarju parlamentari li ta business card bir-ritratt tiegħu u votanta anzjana ħasbet li kien qed iqassam santi tal-mejtin, għal kandidat li daħal f’burdell. Kollha jissemmew b’isimhom u kunjomhom. (Ritratt: DOI, Clifton Fenech)

Valette. Ix-xogħol fuq l-installazzjoni, tal-artist Austin Camilleri, kien ilu għaddej numru ta’ ġimgħat u fih kienu involuti tfal mill-iskejjel primarji f’Malta u f’Għawdex. Ilproġett jifforma parti millProgramm Kulturali ta’ Valletta 2018. ŻiguŻajg se jibqa’ għaddej sal-Ħadd 23 ta’ Novembru. Matul din il-ġimgħa se jkun hemm 28 produzzjoni, tnax minnhom barranin minn seba’ pajjiżi differenti. Se jkunu qed jieħdu sehem

artisti minn Spanja, Franza, ilĠermanja, l-Italja u l-Olanda, li se jingħaqdu ma’ wħud millaħjar artisti Maltin. B’hekk se jkun hemm aktar minn 132 avveniment li mistennija jattiraw b’kollox madwar 12,000 tifel u tifla, nofshom tfal taliskejjel. ŻiguŻajg huwa organizzat miċ-Ċentru għall-Kreattività filKavallier ta’ San Ġakbu bl-għajnuna tal-Gvern u diversi entitajiet oħrajn fosthom il-Fondazzjoni V18 u l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.


www.maltarightnow.com

10

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Il-Gvern mhux f’sikktu

Jumejn ilu, waqt li kont qed inżur familja f’Ħal Tarxien, ġejt wiċċ imb wiċċ ma’ realta’ ta’ tbatija żejda li l-Gvern għabba fuq din il-familja, bħalma għamel fuq familji oħra, biex jagħmel tajjeb għallkapriċċi tiegħu. Din l-omm spjegatli, u kienet kważi mbikkma tirrakkontali, kif ittifel tagħha se jagħmel leżamijiet tal-O-levels u kif minħabba ż-żidiet esaġerati li l-Gvern impona ftit ġimgħat ilu, inkiss inkiss, hi se jkollha tħallas xejn inqas minn €96 iktar. Għax dan il-Gvern għamel konferenza tal-aħbarijiet biex ħabbar roħs ta’ żewġ ċenteżmi fuel, wara li xahar qabel kien għollieh bl-istess ammont imma ma kellux il-kuraġġ li jiffaċċja lill-ġenituri u jgħidilhom li biex jagħmel tajjeb għall-kapriċċi tiegħu kien se jgħolli bil-bosta l-ispejjeż għall-eżamijiet tal-MATSEC. Għal Muscat li se jdaħħal

€70,000 mill-kiri tal-karozza tiegħu stess lilu nnifsu, €96 żieda fi spejjeż mhuma xejn. Għall-Ministru li martu ddaħħal iktar minn €3,000 filġimgħa (iva, fil-ġimgħa) u €13,000 fix-xahar, €96 mhuma xejn. Imma għall-familja ta’ erba’ persuni fejn l-uniku introjtu hu l-paga baxxa tal-mara, €96 huma ċifra għolja immens. Imma għaliex dan il-Gvern sar daqshekk insensittiv u kattiv? Din hi l-mistoqsija li anke l-Laburisti qed jistaqsu. Irraġuni ma tridx forza, u m’hemmx għalfejn tkun Nazzjonalist biex tweġġa’ biżżidiet fl-edukazzjoni, u tara lGvern maqtugħ minnek, bħalma tweġġa’ tisma’ koppja anzjani li mil-llum għal għada lkera tad-dar mikrija millGvern żdiedet bi tliet darbiet. Għax dik ukoll sirna nafu biha bil-moħbi. Tidħol għand min tidħol fil-housing estates talGvern, kif għamilt jien f’Raħal Ġdid ftit jiem ilu, tisma’ litani-

Għalkemm ħafna drabi ma qbiltx miegħu, stajt naħdem miegħu. Kien ġentlom u fl-istess ħin kritiku. Iżda mhux kattiv. Kien lest jiġġieled u anke jbati għal dak li jemmen fih, kif fil-fatt għamel. Kien raġel ta' bosta ħiliet. Ekonomista, politiku, għalliem, kittieb u ġurnalist. Dan kollu f'daqqa kien Lino Spiteri. Segwejtu fil-karriera politika tiegħu min-naħa l-oħra talqawsalla politika. Niftakru jagħmel diskorsi importanti filParlament. Oratur tajjeb. Jaf jispjega l-punt tiegħu b'argumenti sodi anke jekk ma taqbilx magħhom. Politiku b'karattur sod li waqaf anke lil nies importanti fil-partit tiegħu stess meta ħass li l-affarijiet ma kinux sejrin sew. Fit-tmeninijiet, meta s-sitwazzjoni politika f'Malta kienet waħda ta' tensjoni kbira, niftakar li kont mort għamiltlu intervista fid-dar fejn kien joqgħod qabel fi Triq in-Nutar Zarb ftit ’il fuq miċ-ċimiterju ta' Ħal Lija. Tkellimna fuq diversi suġġetti imma l-aktar fuq il-militanza tiegħu fil-Partit Laburista u fuq is-sitwazzjoni fil-pajjiż f'dawk iż-żminijiet. Kien evidenti li ma kienx kuntent b'dak li kien qed jiġri. Fil-partit kien jitkellem b'konvinzjoni kontra prattiki inaċċettabbli. Iżda ma sabx wisq appoġġ. Ħass li kellu jkompli l-

ġlieda minn ġewwa anke jekk bi ftit jew xejn suċċess. Serva darbtejn bħala Ministru, taħt Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. Hu nnifsu stqarr li mhux darba jew tnejn ma qabilx mad-deċiżjonijiet li ħadu l-Prim Ministri li ħadem magħhom. Mument verament diffiċli għal Lino Spiteri kien meta fl1992 ħareġ għall-elezzjoni ta' Kap tal-Partit Laburista. Flewwel rawnd ta' dik l-elezzjoni kien kiseb voti aktar minn Alfred Sant u Joe Brincat. Imma qabel saret it-tieni elezzjoni bejn u Alfred Sant, xi ħadd ħoloq qalgħa infami kontrih u xerridha mad-delegati Laburisti u saħansitra mal-Bord tal-Viġilanza tal-istess partit. Dik it-tellieqa rebaħha Alfred Sant. Iżda Lino Spiteri xorta baqa' leali lejh. Fl-elezzjoni tal-1996 mirbuħa mill-Partit Laburista li dam jiggverna sejntejn biss, Lino Spiteri nħatar Ministru tal-Finanzi iżda rriżenja ftit wara fuq nuqqas ta' qbil ma' Alfred Sant dwar ittneħħija tal-VAT. F'dawk is-sentejn Lino Spiteri kien ipproponieni biex insevi fuq il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Moralità Fiskali. Ħatra li qatt ma stennejt iżda li aċċettajt b'rispett lejh. Sadattant bdejt insir nafu aktar fil-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-

Tislima lil ħabib

Jason Azzopardi

jason.azzopardi@gov.mt

ja ta’ kritika lejn Gvern li tilef il-qalb soċjali. Għax irid ikollok qalb xierfa u tiġi taqa’ u tqum min-nies biex minn tant setturi, tgħolli l-kera tal-akkomodazzjoni soċjali ta’ 15,000 familja. Għalhekk ngħid li l-Gvern mhux f’sikktu. Hu Gvern moralment marid li filwaqt li ma jimpurtahx li jweġġa’ lillfamilji tal-ħaddiema, iberbaq ilmiljuni f’pagi għal tal-qalba u

OPINJONI

Għalhekk ngħid li l-Gvern mhux f’sikktu. Hu Gvern moralment marid li filwaqt li ma jimpurtahx li jweġġa’ lill-familji tal-ħaddiema, iberbaq il-miljuni f’pagi għal tal-qalba u għal dawk li mhumiex kompetenti għal dawk li mhumiex kompetenti u japplika liġi differenti għalih u għal tal-qalba. L-istorja li smajna l-ġimgħa li għaddiet meta baqa’ għaddej ix-xogħol fuq residenza tal-familja ta’ Ministru tal-Gvern minkejja lordni tal-MEPA, u l-arroganza fit-tweġibiet, juru kemm ir-riga mhix l-istess għal kulħadd. Issa taf li minn issa ’l quddiem, kull meta jkollok enforcement tal-MEPA, tista’ tagħmel l-argument li la x-xogħol fiddar tal-familja tal-Ministru kompla qisu xejn mhu xejn, allura għaliex int ma tistax tagħmel hekk ukoll? Bħalma

issa taf li meta jibagħtulek kont tat-taxxa fuq il-valur tal-proprjetà fuq kuntratt, għandek kull difiża tgħid li hu l-valur talkonvenju li jgħodd u mhux ta’ dakinhar tal-kuntratt, l-istess kif għamel il-Labour fuq il-kuntratt ta’ Australia Hall meta flok €12il miljun iddikjaraw nofs miljun ewro. Tassew li m’aħniex fi Franza tal-1789. Iżda hemm ħafna xebh bejn l-attitudni ta’ dan il-Gvern li ma jimpurtahx mit-tbatija tażżgħir basta hu u sħabu huma komdi ħafna, u l-kliem tarReġina Marie Antoinette li meta qalulha li l-poplu kien mejjet

partiti politiċi opposti, kellhom ħafna ideat komuni u fejn ma jaqblux kienu jargumentaw b'sodizza imma dejjem f'rispett sħiħ għall-fehmiet ta' xulxin. Lino Spiteri kien ukoll kittieb prolifiku. Il-kotba tiegħu, ħafna rumanzi u anke xi poeżiji, ituk gost taqrahom u jgħallmuk. Ibbażati fuq esperjenzi personali ta' ħajja mimlija esperjenzi kemm pożittivi kif ukoll negattivi li minnhom Lino għaraf jislet diversi tagħlimiet. Kien ukoll ġurnalist li okkupa kolonni sħaħ fil-ġurnali għal

bosta snin. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu kienu dejjem studjati u fil-parti l-kbira tagħhom bilanċjati. Anke jekk ma taqbilx magħhom taqrahom u tapprezzahom. Bniedem li ta kontribut u servizz lill-pajjiż kif fehem li kien l-aħjar. Dan l-aħħar kien qata' millkitba u anke mil-laqgħat talFondazzjoni. Kien batut ħafna meta l-mard daħal ’il ġewwa u ħakmu sew. Is-salib tiegħu baqa' jġorru b'kuraġġ sal-aħħar mumenti. Issa strieħ fis-sliem, ħabib.

Mario Schiavone

mario.p.schiavone@gmail.com

Ġurnaliżmu. Hu kien wieħed mit-trustees, nominat mitTumas Group u Viċi Chairman tal-istess Fondazzjoni li kienet u għadha mmexxija millPresident Emeritu Ugo Mifsud Bonnici, u li għal żmien twil jien kont l-amministratur tagħha. Il-laqgħat regolari talFondazzjoni kont nistenniehom bil-ħerqa. Mal-mejda dejjem kont noqgħod fejn Lino Spiteri. Wara l-ħidma formali tal-Bord, Lino u Ugo Mifsud Bonnici kienu jintelqu jirrakkontaw esperjenzi mill-ħajja parlamentari tagħhom jew ta' laqgħat internazzjonali. Naturalment xi ċajta ma naqset qatt. Kienu laqgħat li minnhom tgħallimt ħafna. Żewġ politiċi illustri li servew lill-pajjiż b'integrità, enerġija u intelliġenza. Għalkemm ġejjin minn żewġ


www.maltarightnow.com

11

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR

Il-Beatu Papa Pawlu VI u l-Mosta

L-EDITORJAL

Għafsa fuq il-pagi, servizzi soċjali u fuq il-pensjonijiet

It-tul rekord tal-qari tad-diskors tal-baġit ilbieraħ jipprova jaħbi f’ħafna paroli l-element essenzjali ta’ dan il-baġit: l-għafsa tal-Gvern Laburista fuq il-pagi, fuq is-servizzi soċjali u fuq il-pensjonijiet.

Żieda minima ta’ 58 cents fil-pagi u fil-pensjonijiet Iż-żieda ta’ 58 cents fil-pagi u fil-pensjonijiet hi minima u tagħmel għafsa fuq il-ħaddiema kollha, speċjalment dawk bi dħul baxx li jiżdiedu biss biż-żieda tal-għoli tal-ħajja inkella b’tant mal-COLA. Tagħmel għafsa fuq il-pensjonanti li ż-żieda tagħhom hi dik minima. U tagħmel għafsa wkoll fuq dawk li jiddependu mis-servizzi soċjali għax dawn huma marbutin maż-żieda minima fil-paga.

Kumpens żgħir ħafna li hu ta’ darba u li ma jibqax jitgawda Jekk qed jingħata kumpens apparti, dan hu żgħir ħafna, hu ta’ darba u mhux għal kulħadd. Żieda fil-paga tibqa’ titgawda mill-ħaddiema fis-snin kollha ta’ wara kemm idumu jaħdmu u anke fil-pensjoni. Imma ħlas ta’ darba – li hu wkoll żgħir ħafna – hu ismu miegħu: ta’ darba u la jibqa’ jitgawda fis-snin ta’ wara u lanqas filpensjoni. U, naturalment, dan il-ħlas mhux qed jingħata lil kulħadd. Muscat bil-protesti meta ż-żieda kienet id-doppju u l-fuels kienu ferm orħos mil-lum Dan hu baġit tal-Prim Ministru Muscat li meta kien għadu floppożizzjoni kien niżżel in-nies fit-toroq meta ż-żieda kienet €1.16, jiġifieri d-doppju tal-lum, u meta l- fuels kienu ferm orħos: 22 cents orħos fil-petrol u 29 cents orħos fid-diesel milli se jkun il-prezz tagħhom is-sena d-dieħla. Għax il-Gvern żied it-taxxi fuq il-petrol u d- diesel u ħabbar roħs mill-aktar minimu ta’ 1 fil-mija meta ż-żejt fis-swieq internazzjonali raħas bi 33 fil-mija. Dan il-1 fil-mija ħalla l-prezz tal-petrol u d-diesel f’Malta sostanzjalment ogħla milli kienu meta Muscat niżżel in-nies jipprotestaw kontrihom.

Għafsa fuq in-nies vulnerabbli b’taxxi fuq il- housing soċjali u l-edukazzjoni Muscat fl-oppożizzjoni għamel kampanja sħiħa dwar il-faqar: illum lill-aktar nies vulnerabbli u li ħafna minnhom jaqgħu fiddefinizzjoni ta’ foqra – dawk li qegħdin fis- social housing – qed jgħollilhom il-kera b’mod qawwi bla ma jħabbar xejn minn qabel jew fil-baġit. Għamel ukoll taxxa fuq l-eżamijiet obbligatorji li listudenti jagħmlu ta’ sittax-il sena meta huma proprju dawk vulnerabbli li għandhom bżonn kull għajnuna – mhux taxxa – biex jagħmlu l-eżamijiet tal-Matsec.

Gvern li ma jitwemminx wara l-gideb fuq il-power station u l-impjiegi mal-gvern Il-baġit kien mimli paroli twil u sabiħ li rrepeta ħafna wegħdi li kienu tħabbru fil-baġit tas-sena l-oħra u li fil-fatt baqgħu ma twettqux. Imma l-paroli ta’ dal-Gvern ma jitwemminx meta hu mmexxi minn Prim Ministru li gideb meta wiegħed li jirriżenja jekk ma jagħmilx power station oħra sa erba’ xhur oħra. U lanqas ma jitwemmen meta għandu Ministru tal-Finanzi li gideb dwar limpjiegi mal-Gvern li qal li huma perċezzjoni statistika.

L-element ewlieni ta’ dan il-baġit Hemm ħafna x’wieħed jista’ jgħid dwar baġit li wera nuqqas ta’ direzzjoni u nuqqas ta’ focus mill-Gvern li gideb u waqa’ lura fi proposti ewlenin tiegħu. Imma l-element ewlieni li ħareġ f’dan ilbaġit hu l-għafsa fuq il-pagi, fuq is-servizzi soċjali u fuq il-pensjonijiet.

Numru kbir ta’ kotba Maltin fil-Festival tal-Ktieb

Nhar il-Ħamis filgħaxija fettilli nżur il-Festival tal-Ktieb, li għal sena oħra reġa’ sar fiċĊentru tal-Mediterran għallKonferenzi. Inzertajt lejla li għaliha attendew numru tajjeb ta’ nies, turija li bil-ftit il-ftit din lokkażjoni saret data importanti fid-djarju kulturali ta’ bosta. Il-padiljuni, apparti milli spazjużi, kienu lkoll ippakkjati sew bil-kotba li wieħed isib għall-bejgħ fi gżiritna. Kieku ma tarax, lanqas temmen kemm hawn djar tal-pubblikazzjoni; uħud kbar u stabbiliti u oħrajn li għadhom fix-xifer tal-emerġenza. Bejniethom ilkoll, dawn joffru kalejdoskopju ta’ kotba Maltin, li jvarjaw minn rumanzi

għal kotba politiċi, bijografiji, kotba tal-istorja ta’ pajjiżna, wirt storiku u kull suġġett ieħor taħt il-kappa tax-xemx. Ħadt pjaċir immens nara żgħażagħ jixtru l-kotba bil-Malti, għax komplejt ninjetta lili nnifsi bil-fiduċja li lsien pajjiżi għadu jixxettel u jsib postu fl-irġiel u nnisa ta’ għada, u għax nemmen bis-sħiħ li l-post li għandu jkollu l-ktieb, ma jista’ jeħodhulu ebda mezz ieħor, lanqas dak ċibernatiku. Nagħti prosit lil kull min esibixxa l-kotba tiegħu waqt ilFestival u prosit ieħor lill-organizzaturi, li reġgħu taw ċans liddjar tal-pubblikazzjoni u lillbejjiegħa tal-kotba, biex flimkien offrewlna ħanut wieħed globali mnejn kulħadd seta’ jara x’hawn fis-suq u jixtri bla ħafna ġiri minn ħanut għall-ieħor. Charles B. Spiteri Birkirkara

25 sena ilu f’In-Nazzjon

Nhar il-Ħadd 19 ta’ Ottubru, ilPapa Pawlu VI ġie dikjarat Beatu tal-Knisja Kattolika. Dan il-Papa kbir u qaddis mexxa lill-Knisja ta’ Kristu bi mħabba kbira. Kien hu li kompla l-Konċilju Vatikan II. Il-Beatu Papa Pawlu VI għandu rabta speċjali mal-parroċċa tagħna, tal-Mosta. Kien f’Novembru tas-sena 1973 meta l-Arċipriet Dun Bartilmew Bezzina ressaq talba f’isem il-kleru u l-poplu talMosta, biex il-kwadru titulari talAssunta, meqjum b’tant devozzjoni fir-Rotunda tal-Mosta, jiġi inkurunat. Kien nhar it-12 ta’ Diċembru tal-istess sena meta l-Papa Pawlu VI ħareġ id-digriet talInkurunazzjoni. Din il-ġrajja kbira seħħet nhar il-Ħadd 10 ta’ Awwissu 1975 meta waqt quddiesa solenni fuq iz-zuntier tar-Rotunda tal-Mosta, l-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi poġġa fuq ras ix-xbieha talAssunta kuruna tad-deheb, f’isem u bl-awtorità Appostolika tal-Beatu Papa Pawlu VI. Ivan Scerri Il-Mosta

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami wasal lura minn laqgħa “storika” tal-Kunsill talEwropa, u f’kummenti mar-ritorn tiegħu f’Malta qal li l-Kunsill se jkollu funzjoni verament importanti x’jaqdi fid-dawl tal-iżviluppi drammatiċi li kienu qed iseħħu fil-pajjżi talLvant tal-Ewropa. Il-ġurnal ‘in-Nazzjon tagħna’ kompla jirrapporta wkoll dwar is-summit bejn il-mexxejja taż-żewġ superpotenzi l-kbar li kien se jsir f’Malta fil-bidu tax-xahar ta’ wara, u f’rapport fil-faċċata qal li l-interess f’dan is-summit storiku kien qed jiżdied kuljum. Dan hekk kif f’Malta komplew ukoll it-tħejjijiet intensivi u lkuntatti kemm fuq livell diplomatiku, kif ukoll mill-aspett tat-telekomunikazzjoni.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

OPINJONI

Prosit Malta, iżda...

Ilbieraħ filgħodu, il-poplu Malti u Għawdxi qam ewforiku, mhux għax kien ġej il-baġit iżda għaliex fil-lejl ta’ qabel, Malta kienet kisbet draw prestiġjuż kontra l-Bulgarija f’Sofia. Bla dubju, dan kien riżultat millaqwa li kkumplimenta serje ta’ riżultati oħra miksuba minn pajjiżi żgħar bħalna matul tmiem il-ġimgħa, fosthom ir-rebħa storika tal-Gżejjer Faroe kontra l-Greċja, ir-rebħa ta’ Liechtenstein kontra l-Moldova u d-draw ta’ San Marino kontra l-Estonja. Hu fatt li bħala Maltin għandna għalfejn inkunu kburin b’dan ir-riżultat miksub, aktar u aktar meta niftakru li l-aħħar darba li lgħabna fil-Bulgarija konna soffrejna sitt gowls. Il-plejers Maltin, anke jekk mingħajr ilcaptain Michael Mifsud flazzjoni, taw wirja qalbiena li wriet biċ-ċar li pajjiżna jista’ jilgħab kontra kull avversarju. Laħħar żewġ riżultati miksuba, jiġifieri t-telfa ta’ 1-0 kontra lItalja u dan id-draw kontra lBulgarija għandhom jgħollu lmoral mhux ftit, għall-partita li jmissha tilgħab Malta f’Marzu li ġej kontra l-Ażerbajġan lil hinn minn xtutna. Madankollu, quddiem dawn ir-riżultati, speċjalment quddiem id-draw ta’ nhar il-Ħadd, il-plejers u l-kowċ Pietro Ghedin għandhom jibqgħu juru umilta’ massima għaliex għalkemm ksibna punt, għadna ’l bogħod milli nilħqu ttragward mixtieq. Ikun żball jekk xi ħadd jaħseb li lħaqna xi mkien b’dan ir-riżultat! Dan id-draw ġie eżatt f’mument meta preżentement f’pajjiżna hawn diskussjoni ħajja dwar jekk għandniex inżidu n-numru ta’ plejers barranin filKampjonat Premier. Bħal-lum ġimgħa, waqt laqgħa tal-Premier League Standing Committee, ilmaġġoranza vvutaw favur żieda għal tmien plejers barranin minn ħamsa fil-Kampjonat Premier. Għalkemm kulħadd għandu lopinjoni tiegħu dwar dan issuġġett, l-ikbar sentiment hu li deċiżjoni bħal din taf twassal sabiex inkomplu nagħmlu aktar ħsara lill-futbol Malti, b’mod partikulari lit-tim nazzjonali Malti. Sintendi, fl-isfond ta’ diskussjoni bħal din, kulħadd qed jgħid tiegħu u saħansitra anke l-plejers qalu tagħhom billi nhar il-Ħadd qamu għallokkażjoni u taw konferma li għalkemm il-futbol Malti għadu mhux professjonali bħal ta’ pajjiżi oħra, il-Maltin jistgħu jagħtu logħba lil kulħadd u saħansitra nirbħu l-punti lil hinn minn pajjiżna u kontra avversarji

Dan id-draw ġie eżatt f’mument meta preżentement f’pajjiżna hawn diskussjoni ħajja dwar jekk għandniex inżidu n-numru ta’ plejers barranin fil-Kampjonat Premier

aktar ikkwotati minn Malta. Ilplejers Maltin tat-tim nazzjonali tkellmu u tkellmu f’isem kull plejer ieħor tal-futbol f’Malta u Għawdex. Dan kien messaġġ ċar lill-klabbs li qed jikkunsidraw li jipproponu żieda fin-numru ta’ barranin. Madankollu, dan ma jistax ikun messaġġ ta’ darba u jieqaf hemm. Jekk nhar il-Ħadd li għadda l-Maltin taw prova li jistgħu jilagħbu daqs kull plejer internazzjonali ieħor, allura għandna nibqgħu nagħtu din irrisposta b’mod kostanti. Ejjew nagħmlu l-massimu tagħna sabiex tassew ngħollu l-livell talfutbol tagħna. Il-livell mhux se jogħla għax inġibu żewġ riżultati wara xulxin li jkunu tajbin, iżda billi nkomplu niksbu aktar riżultati prestiġjużi, aktar punti f’kompetizzjonijiet Ewropej u fuq kollox, ikollna aktar plejers Maltin li jmorru jilagħbu barra minn pajjiżna. Għalhekk nibqa’ ngħid li quddiem dan ir-riżultat għandna nuru umilta’ u nibnu għall-futur għax it-triq hija twila u għadna ma għamilna xejn speċjal. Effettivament għamilna xi ħaġa li fl-istess tmiem il-ġimgħa għamluha wkoll pajjiżi oħra ta’ daqs bħal tagħna. Hekk kif bħalissa l-MFA qed

Hekk kif bħalissa l-MFA qed tiddiskuti riforma fil-players status, hu imperattiv li niddiskutu wkoll il-pass li jmiss fil-professjonalita’ tal-futbol Malti

Christian Micallef

micallef_christian@yahoo.co.uk

tiddiskuti riforma fil-players status, hu imperattiv li niddiskutu wkoll il-pass li jmiss fil-professjonalita’ tal-futbol Malti. Jeħtieġ li sabiex ngħollu l-livell tal-logħba tagħna jkollna aktar plejers Maltin u professjonali li mhux biss jilagħbu ma’ klabbs barranin, iżda anke f’pajjiżna stess. Ma nistgħux nippretendu li l-plejers tagħna jmorru jilagħbu futbol professjonali barra minn xtutna jekk sal-lum dawn għadhom part-timers jew semiprofessjonali mal-klabbs tagħhom. Jeħtieġ li nsiru professjonali f’pajjiżna stess biex minn pajjiżna mmorru barra u nkomplu l-ħolma ta’ tant plejers li jilagħbu futbol f’livelli ogħla.

Jeħtieġ li l-Kampjonat Premier f’Malta ma jibqax kampjonat tad-dilettanti iżda jsir kampjonat professjonali u li fih jimmilitaw plejers Maltin li jkunu qed jilagħbu l-futbol full-time u allura b’mod professjonali, u mhux jitħarrġu filgħaxija biss. Sinċerament nemmen li dan għandu jkun il-pass li jmiss u wara niddiskutu jekk hemmx bżonn li nżidu l-ammont ta’ plejers barranin f’pajjiżna. Madankollu, jekk il-prijorita’ tagħna mhix it-tim nazzjonali Malti u t-talenti tal-plejers Maltin li telgħin min-nurseries tagħna, allura nistgħu naqilbu għall-mudell Ċiprijott u niftħu ssuq tal-barranin kompletament b’konsegwenza li nkunu qed nagħlqu għalkollox l-iskop li f’pajjiżna jkollna nurseries talfutbol u skejjel li jgħallmu l-futbol. Ngħid għalija, nippreferi ma mmurx għal din l-alternattiva u

l-klabbs jaħdmu flimkien malassoċjazzjoni tal-futbol f’Malta biex ikollhom struttura aktar b’saħħitha b’amministraturi li jaħdmu full-time u bi ħlas filklabbs tagħna. Filwaqt li jien l-ewwel wieħed li ngħid li l-amministrazzjoni preżenti għamlet u qed tagħmel ħafna ġid lill-futbol Malti, infakkar li waħda mill-iktar wegħdi importanti li Norman Darmanin Demajo kien għamel qabel ma kien elett President talMFA għall-ewwel darba, għadha ma saritx. Qed nirreferi għallwegħda li kull klabb ikollu amministratur imħallas millMFA biex hekk nibdew ngħollu l-livell tal-professjonalita’ talklabbs tagħna anke fuq livell amministrattiv. Nemmen li wasal iż-żmien li din il-wegħda ssir realta’ jekk tassew irridu nagħmlu l-pass li jmiss u nkunu professjonali bħal ħaddieħor.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Ikompli l-maltemp fit-Tramuntana L-ITALJA

Ix-xita qalila ma tistax tieqaf fir-reġjun tal-Piemonte u f’xi zoni qed jirrenja l-biża’. Laktar provinċji milquta bil-maltemp huma Biella, fejn il-livell tar-riskju għola ħafna, u Verbania, fejn hemm il-periklu li x-xmajjar jifqgħu l-art u jikkawżaw l-għargħar. Filprovinċja ta’ Alessandria, qed isir xogħol bla waqfien biex ittoroq jinfetħu mill-ġdid. Hemm ukoll tħassib f’Milan u fil-kumplament tar-reġjun talLombardia, filwaqt li ma jonqsux il-valangi tat-tajn fir-reġjun tal-Liguria. Iz-zoni kritiċi mistennija jkunu dawk fil-Lvant tar-reġjun tal-Veneto, fi Friuli Venezia Giulia, f’Lazio u filCampania. Madankollu, it-temp jidher li qed jaqleb għall-aħjar fir-reġjuni fil-Majjistral tal-Italja, fosthom fl-Emilia Romagna, fitToscana u f’Sardegna. Sadattant, mill-inqas erba’

persuni nqatlu minn valangi tattajn li ġew ikkawżati minn xita qalila u li ħakmu d-djar u binjiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Italja u l-Iżvizzera. Fir-reġjun ta’ Ticino finNofsinhar tal-Iżvizzera, żewġ persuni nqatlu u erbgħa ndarbu meta valanga tat-tajn ġarrfet binja residenzjali żgħira. Barra minn hekk, pensjonant u n-neputija tiegħu nqatlu meta valangi tat-tajn oħra ħakmu dar fix-xtajtiet Taljani ta’ Lago Maggiore. Dawn il-valangi kienu laħħar minn ħafna li dan l-aħħar laqtu t-Tramuntana tal-Italja u n-Nofsinhar tal-Iżvizzera wara xita qalila fil-ġimgħat li għaddew. Il-valangi seħħew jum wara li maltempati kbar finNofsinhar ta’ Franza qatlu sitt persuni, fosthom omm u żżewġ uliedha, wara li karozza tagħhom inġarret millgħargħar.

Il-bir taż-żejt ta’ El Sharara jinżamm magħluq IL-LIBJA

Il-bir taż-żejt ta’ El Sharara, li s-soltu jipproduċi mal200,000 barmil żejt kuljum, ilbieraħ baqa’ jinżamm magħluq. Il-bir, wieħed mill-ikbar filLibja, aktar kmieni dan ix-xahar spiċċa f’nofs il-ġlied li hemm bejn il-gruppi armati fil-Libja u kellu jwaqqaf il-produzzjoni. Il-kmandant tal-gwardji madwar El Sharara qal li huma

kienu tkeċċew mill-post minn xi ħaddiema megħjuna mill-grupp armat li bħalissa jikkontrolla lbelt kapitali Tripli. Tul dawn laħħar ġranet, negozjati għal soluzzjoni ma taw ebda frott. Il-produzzjoni taż-żejt filLibja wara r-rivoluzzjoni kien irnexxielha tlaħħaq id-900,000 barmil kuljum imma issa flaħjar ċirkustanzi din hi ta’ 500,000 barmil kuljum.

13

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Dehra ġenerali ta’ triq f’Milan hekk kif it-Tramuntana tal-Italja kompla jinħakem mill-maltemp u kienet ikkawżata ħsara ta’ aktar minn 100 miljun ewro (Ritratt: EPA)

Fl-Iżvizzera, il-katavri ta’ żewġ nisa, waħda ta’ 34 sena u oħra ta’ 38, inqalgħu mit-tifrik ta’ bini ta’ appartamenti għoli

tliet sulari f’Davesco-Soragno, qrib Lugano, wara li ntlaqat minn valanga tat-tajn. Erbgħa oħrajn indarbu, fos-

thom raġel Taljan ta’ 44 sena li ttieħed l-isptar wara li ġġarraf bini li fih kienu qed jgħixu tmien persuni.

Unit. Imma l-avukati talkumpanija li qed tipprova tikseb il-ħlas ta’ dan id-dejn qed isostnu li dan ma kienx minnu u kien irrelevanti jekk kienx jgħix Malta jew le għaliex iddejn li għamel irid jitħallas. Huma qed isostnu li hu jgħix f’Cambridgeshire u li bena xi negozji tiegħu bl-iskop li jaħrab minn xi wħud millobbligazzjonijiet tiegħu. Id-dejn hu għal karozza tat-

tip Bentley li Sears kien xtara f’Lulju tal-2012 u kumpanija legali bbażata f’Jersey qed tipprova tikseb il-ħlas. Fil-qrati, minbarra Sears, qed jittieħdu passi wkoll kontra l-kumpanija Kronos Ltd. Sears għandu lkumpaniji Harrier Development u Cambridge Properties, reġistrati fl-Isle of Man, u kien wara ħafna applikazzjonijiet għall-ftuħ ta’ supermarkets.

Resident f’Malta f’nofs kawża dwar dejn IR-RENJU UNIT

L-avukati għan-negozjant Richard Sears qed isostnu li deċiżjoni tal-Ogħla Qorti għall-ħlas ta’ 44,000 Lira Sterlina ma kinitx tapplika filkonfront tal-klijent tagħhom. Dan għaliex ma kellux assi firRenju Unit peress li kien residenti f’Malta. L-avukati ta’ Sears qed isostnu wkoll li peress li hu residenti f’Malta, kellu immunità millproċeduri kontrih fir-Renju


www.maltarightnow.com

14

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Aktarx irrifjuta li jaqra diskors kontra l-pajjiżi tal-Punent IL-QTIL TAL-OSTAĠĠ AMERIKAN Qed ikun suġġerit li Peter Kassig, l-ostaġġ maqtul millISIS, aktarx irrifjuta li jaqra diskors li jikkundanna l-pajjiżi tal-Punent, ippreparat millestremisti qabel ma dawn qatluh. Kassig, ħaddiem umanitarju li nħataf fis-Sirja, seta’ kien jaf li leżekuzzjoni tiegħu kienet ġejja, u ċaħħad lill-estremisti mis-sodisfazzjon li jirrepeti kliemhom quddiem il-kamera. Spekulazzjoni dwar l-aħħar mumenti ta’ Peter Kassig tqanqlet wara li l-ISIS ħareġ filmat, ivverifikat mill-White House bħala wieħed ġenwin, li juri r-ras maqtugħa ta’ Kassig. Il-President Amerikan Barack Obama lbieraħ sellem lill-ħaddiem umanitarju Amerikan Peter Kassig, hekk kif ġie kkonfermat li l-filmat tal-ISIS, li wera militant bilwieqfa fuq ir-ras maqtugħa, hu ġenwin. Il-filmat ivarja mill-oħrajn li juru eżekuzzjonijiet simili, u ma juri ebda parti tal-qtil innifsu. L-aħħar qtil ifisser li l-ISIS qatel l-ostaġġi Amerikani kollha, għajr żagħżugħa ta’ 26 sena li isimha ma xxandarx. Ftit hu magħruf dwarha ħlief li hi ħaddiema umanitarja li kienet inħatfet is-sena l-oħra u li l-ISIS kien talab $6 miljun għallħelsien tagħha. Is-somma li ntalbet hi baxxa meta mqabbla ma’ talbiet preċedenti, li qabżu l-$100 miljun. Iżda jidher li din is-somma mhix se tagħmel differenza, hekk kif il-Gvern Amerikan għadu jisħaq

li ma jinnegozjax mat-terroristi. Fil-filmati preċedenti li juru lil James Foley u lil David Haines, l-ostaġġi kienu għarkupptejhom fir-ramel u tkellmu favur l-ISIS qabel ma nqatlu. Id-diskorsi, li saru taħt tensjoni kbira, kienu kkritikaw lillgvernijiet tal-vittmi – talIngilterra u tal-Istati Uniti – jew lill-politika tal-affarijiet barranin, in-nuqqasijiet biex isiru negozjati mal-ISIS u azzjoni militari speċifika bħalma huma attakki mill-ajru. Hu u jitkellem hekk kif siefer lejn Washington mill-Ħawaj, ilPresident Amerikan Barack Obama qal li l-veteran tal-gwerra ta’ 26 sena “kien meħud minna f’att ta’ krudeltà minn grupp terroristiku li d-dinja tassoċjah bħala kontra l-umanità”. Barack Obama qal li l-ISIS, li issa jikkontrolla terz tal-Iraq u sSirja, “jedha fil-qtil ta’ nies innoċenti, fosthom ilMusulmani, u hu moħħu biss biex joqtol u jeqred”. Il-President Amerikan iddeskriva lil Peter Kassig bħala “persuna umanitarja li ħadmet biex issalva l-ħajja ta’ Sirjani li sfaw midruba” u żied li “ma nistgħux nibdew nimmaġinaw inniket li qed iġġarrab il-familja”. Ed u Paula Kassig, il-ġenituri ta’ Peter Kassig, minn Indianapolis, qalu li huma qed jittamaw li binhom jibqa’ mfakkar “għax-xogħol importanti tiegħu” u “għall-imħabba li kellu għall-oħrajn”.

L-IRAQ: Membri mill-Brigati al-Karrar, milizzja Iraqina Xita, li vvolontarjaw biex jiġġieldu ma’ forzi Iraqin kontra l-ISIS, juru l-ħiliet tagħhom f’ċerimonja wara li temmew it-taħriġ tagħhom f’bażi militari f’Najaf (Ritratt: EPA)

Il-pulizija ordnati ma jitkellmux dwar ix-xogħol tagħhom fil-media soċjali IR-RENJU UNIT

Uffiċjali tal-Pulizija ngħataw il-parir biex ma jilbsux l-uniformi tagħhom fi triqithom lejn ixxogħol u mix-xogħol, minħabba tħassib li l-estremisti Iżlamiċi qed jippjanaw xi kumplott kontrihom fit-toroq. Membri mill-aġenzija sigrieta Ingliża MI5 qed jibżgħu li l-ISIS qed iħejju attakk fuq xi uffiċjal, simili għal dak li kien sar fuq issuldat Lee Rigby, li nqatel issena l-oħra minn żewġ fanatiċi hekk kif kien miexi qrib il-barracks tiegħu f’Woolwich. Issa, investigaturi fi Scotland Yard avżaw lill-membri talPulizija biex ma jurux x’jagħmlu ’l barra mill-post tax-xogħol.

Uffiċjali minn Scotland Yard taw parir dwar l-ilbies li għandhom jilbsu l-pulizija meta jkunu sejrin ix-xogħol u appellaw biex ma jitfgħux informazzjoni fis-social media bħal Facebook u Twitter. Kmandanti militari kienu ħarġu b’parir simili wara l-qtil ta’ Lee Rigby f’Mejju tas-sena li għaddiet. Huma rrepetew il-parir li “luniformi għandha tkun moħbija f’post pubbliku, partikularment meta wieħed jivvjaġġa waħdu, jew mid-dar għax-xogħol”. F’Ottubru, kien hemm grupp ta’ estremisti li ġie arrestat u akkużat li l-membri tiegħu kienu qed jitlajjaw qrib l-istazzjon talpulizija f’Shepherd’s Bush u

qrib il-barracks tal-Armata Territorjali f’White City, f’missjoni ta’ “tfittxija ostili” bl-użu tal-Google Street View. Intqal li dan il-grupp ta’ estremisti żamm ritratti ta’ żewġ uffiċjali tal-pulizija fi ħdan Scotland Yard kif ukoll ta’ żewġ uffiċjali li jagħtu appoġġ filkomunità. Il-grupp ġie wkoll mixli li żamm materjal talġiħadisti, bħal filmati li juru lqtugħ tal-irjus ta’ diversi ostaġġi u priġunieri tal-ISIS. Neil Doyle, espert dwar is-sigurtà, qal li “jagħmel ħafna sens li t-terroristi jużaw il-media soċjali biex ifittxu l-persuni ħalli joqtluhom”.


www.maltarightnow.com

15

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Azzjoni urġenti dwar il-bird flu L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tiddiskuti miżuri protettivi ta’ emerġenza wara li feġġet ilmarda fost it-tjur f’razzett flOlanda. Il-kummissjoni laqqgħet laqgħa urġenti lbieraħ sabiex tara kif se tikkontrolla din il-marda. Il-Gvern Olandiż stqarr li l-bird flu jista’ jolqot lill-bniedem. L-awtoritajiet diġà bdew jeqirdu 150,000 tiġieġa fir-razzett infettat, fil-villaġġ ta’ Heckendorp, li jinsab bejn Rotterdam u Utrecht. Il-Ministeru għall-Ekonomija tal-Olanda qal li n-nies jistgħu jiġu effettwati permezz ta’ kuntatt mill-qrib mat-tjur infettat. Il-produzzjoni mir-razzett kienet inbiegħet, primarjament, fl-Olanda, b’xi wħud ukoll esportati lejn il-Ġermanja. Lawtoritajiet imponew waqfien għal tlett ijiem fit-trasport tat-tjur u l-bajd. Ricardo Cardoso, il-kelliem tal-Unjoni Ewropea, qal li lKummissjoni qed tistenna li tadotta deċiżjoni b’miżuri protettivi urġenti b’rabta mal-bird flu. Qed ikun rappurtat li r-razzett f’Heckendorp biegħ il-bajd aktar milli t-tjur. Kmieni dan ix-xahar, razzett fil-Ġermanja ltaqa’ ma’ każi tal-bird flu, li ma kinux rappurtati fl-Ewropa. Din il-marda ma ħakmitx lillbniedem, iżda t-tixrid ta’ din ilmarda fil-Korea t’Isfel fisser li kellhom jinqatlu miljuni ta’ tiġieġ. Sadattant, uffiċjali fir-Renju Unit ikkonfermaw tal-inqas każ

wieħed ta’ bird flu f’Yorkshire, iżda insistew li r-riskju għas-saħħa pubblika kien wieħed minimu. Ilqatla tat-tjur saret fil-post, u zona ta’ esklużjoni daħlet fis-seħħ. Din iz-zona ristretta ta’ għaxar kilometri ġiet applikata madwar izzoni milquta – meħtieġa bil-Liġi Ewropea – kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-Olanda.

It-tjur kollha fl-Olanda kellhom jingħalqu ġewwa u ma jkunux trasportati

Id-Dipartiment għall-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali firRenju Unit ħabbar li wkoll skopra tip partikulari ta’ bird flu, iżda għadu mhux ċar jekk hux H5N8. Mill-Ħadd filgħodu, it-tjur kollha fl-Olanda kellhom jingħalqu ġewwa jew ikunu protetti, u ma kellhomx ikunu trasportati. Għasafar oħrajn kif ukoll bajd u demel tat-tjur ukoll twaqqfu milli jkunu trasportati. Jekk razzett għandu kemm tjur kif ukoll baqar tal-ħalib, il-ħalib mir-razzett ma setax jitħalla joħroġ mill-post. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bejn l-2003 u Diċembru 2013, kien hemm 648 każ konfermat ta’ persuni li ġew infettati bil-marda fi 15-il pajjiż, li minnhom 384 irriżultaw fi mwiet.

IL-FILIPPINI: Tfal Filippini jżommu machine-gun ġewwa ħelikopter matul wirja statika tal-kapaċitajiet tal-Armata dwar il-ġlied u l-għajnuna umanitarja kif ukoll ir-rispons għad-diżastri, fil-kamp militari fi Quezon (Ritratt: EPA)

Ministru jirriżenja wara skandlu tal-visas tad-deheb IL-PORTUGALL

Il-Ministru għall-Intern filPortugall irriżenja wara investigazzjoni f’allegat każ ta’ korruzzjoni marbuta mal-allokazzjoni ta’ permessi għar-residenzi. Miguel Macedo qal li ma kienx implikat fl-iskandlu imma kien se jirriżenja sabiex jippriserva l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet tal-istat. Il-pulizija arrestat 11-il persuna, fosthom il-kap tas-servizz tal-immigrazzjoni fil-pajjiż. IlPortugall tipprovdi visas speċjali lil persuni barranin li jridu jinvestu. Il-benefiċjarji prinċipali ta’

dawn il-permessi ta’ malajr kienu ċittadini Ċiniżi li kienu qed jinvestu b’mod qawwi filproprjetà Portugiża. Il-pulizija qalet li l-11-il persuna ġew arrestati fuq suspett ta’ korruzzjoni, ħasil tal-flus, indħil u frodi. L-iskema tal-’visa tad-deheb’ hi miftuħa għal barranin li qed jinvestu bil-kbir fil-proprjetà fil-Portugall. Miguel Macedo stqarr fuq itteleviżjoni tal-istat li hu “ma kellu ebda responsabbiltà personali” fil-każ. “Din hi deċiżjoni bbażata esklussivament fuq konvinzjonijiet per-

sonali u politiċi,” sostna Macedo filwaqt li żied li “qed nirriżenja biex niddefendi lillgvern u lill-awtorità tal-istat kif ukoll il-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet”. Il-ġimgħa li għaddiet saru diversi tfittxijiet f’għadd ta’ lokalitajiet, fosthom filMinisteru tal-Intern. Manuel Palo, il-kap tas-servizz talimmigrazzjoni fil-pajjiż, ġie mistoqsi minn imħallef dwar suspett li kien qed ‘jixxaħħam’. Sadattant, il-Gvern talPortugall iddefenda l-iskema tal-visa, li f’sentejn ġabet aktar minn €1 biljun f’investiment.


www.maltarightnow.com

16

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

IL-GREĊJA: Tfal iqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-monument li hemm fil-Polytechnic f’Ateni, f’ġieħ ir-rewwixta tal-istudenti tas-17 ta’ Novembru 1973 kontra d-dittatura militari fil-pajjiż, li kienet ilha tmexxi lill-Greċja mill-1967 sal-1974 (Ritratt: EPA)

Ġermaniż etniku jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali IR-RUMANIJA

Klaus Iohannis, il-kandidat talOppożizzjoni fir-Rumanija, rebaħ l-elezzjoni presidenzjali wara li għeleb lill-Prim Ministru Victor Ponta f’taqtigħa iebsa. B’ħafna mir-riżultati li ġew dikjarati, Iohannis, sindku talbelt ċentrali ta’ Sibiu, kiseb 54.5 fil-mija tal-voti mitfugħa filwaqt li Ponta kiseb 45.5 fil-mija. Iohannis, ta’ 55 sena li hu Ġermaniż etniku, wiegħed li jbiddel il-politika u qal li “se tibda Rumanija ġdida”. Iohannis wiegħed ukoll li jsaħħaħ lindipendenza tas-sistema ġudizzjarja. Ir-Rumanija hi wieħed millaktar stati korrotti fl-Unjoni Ewropea, u din hi ħaġa li Iohannis, miċ-Ċentru-Lemin, wiegħed li jeqred. Minkejja r-riżultat elettorali, Ponta qal lil stazzjon tat-televiżjoni lokali li hu ma kellu ebda raġuni għaliex jirriżenja minn Prim Ministru. Hu kien qed jittama li jsir l-iżgħar president filpajjiż minflok Traian Basescu, li ma setax jikkontesta mill-ġdid wara li serva żewġ termini. L-elettorat kbir Rumen ta’ madwar erba’ miljun persuna lagħab rwol prinċipali fl-elezzjoni. Ħafna votanti Rumeni li qed jgħixu f’pajjiżi barranin kienu diżillużi b’Victor Ponta. Wara l-ewwel rawnd tal-votaz-

Inkjesta dwar ir-rabta bejn il-politika u l-pedofelija IR-RENJU UNIT

Fir-Renju Unit qed taqbad irritmu investigazzjoni li tmur lura 40 sena dwar ir-rabta bejn politiċi ewlenin fil-pajjiż u każi talpedofelija li f’xi wħud minnhom qed joħroġ li saħansitra nqatlu xi tfal. Skont rapporti fil-media Ingliża, kien hemm każ fejn tifel ta’ 12-il sena nqatel fgat waqt orġja ma’ grupp ta’ Membri Parlamentari Ingliżi. Scotland Yard issa mexxiet l-investigazzjoni tagħha lura għal madwar 40 sena.

L-investigazzjoni bdiet wara li raġel ta’ 40 sena sostna li 30 sena ilu, hu kien fost grupp ta’ madwar 15-il tifel u tifla li kienu jkunu abbużati fuq bażi reġolari minn grupp ta’ membri parlamentari Ingliżi magħrufa f’dawk iż-żminijiet kif ukoll minn personalitajiet oħra tas-soċjetà Ingliża. Il-media Ingliża qed issostni li aktarx hemm indikazzjonijiet sodi li kien hemm tliet każi ta’ qtil ta’ tfal.

L-investigazzjoni tlaqqmet ‘Operation Midlands’ minn Scotland Yard, li uffiċjalment qed iżżomm fommha sieket. Jidher li ħafna mill-każi kienu jitwettqu f’appartament lussuż f ’Dolphin Square, f ’Pimlico, Londra, fejn għandhom ir-residenza tagħhom ħafna politiċi Ingliżi. Ir-raġel li qed jikxef kollox qed isostni li hu kien xhud għal tal-anqas żewġ każi ta’ qtil ta’ tfal.

Klaus Iohannis

zjoni kien hemm protesti f’postijiet tal-votazzjoni f’Pariġi, f’Londra u fi bliet oħrajn. Fi wħud mill-postijiet, il-votanti kellhom joqogħdu fi kju għal ħafna sigħat – bi wħud li ma kinux kapaċi jivvutaw – u dan wassal għar-riżenja tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ilġimgħa li għaddiet. In-numru ta’ votanti Rumeni li jgħixu fi bliet Ewropej, irdoppja għal 379,000 u kjuwijiet kbar ħonqu l-postijiet tal-votazzjoni fl-ambaxxati u fil-konsolati madwar l-Ewropa, minn Milan u Munich sa Londra u Portsmouth. Il-Pulizija f’Pariġi kellha tispara l-gass tad-dmugħ nhar ilĦadd filgħaxija sabiex tferrex lil votanti rrabjati li ma kinux kapaċi jivvutaw.

L-ITALJA: Pulizija waqt il-ħidma biex tkun żarmata bomba li tpoġġiet ma’ sede tad-Deutsche Bank f’Napli. Għalkemm instabet bil-miċċa taqbad, għal xi raġuni, il-bomba, li kien fiha aktar minn kilogramma, ma ħaditx (Ritratt: EPA)


www.maltarightnow.com

17

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

LETTERATURA

Il-baħri li ħabb il-baħar

Qed jitfakkar il-mitt anniversarju tal-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Malta ma kinitx fuq ilfront bħal fit-Tieni Gwerra Dinjija, serviet ta’ sptar għassuldati u ħarset priġunieri imma xi suldati Maltin kienu f’riġmenti barra minn Malta. Ix-xrara bidu tal-gwerra li waqtha mietu tmien miljun suldat, kien il-qtil tal-Arċiduka Awstrijaku Franz Ferdinand f’Sarajevo fit-28 ta’ Ġunju 1914. L-aħħar bniedem li kien ħa sehem f’dik il-gwerra u baqa’ ħaj kien Claude Choules, li miet fil-5 ta’ Mejju 2011 ta’ 110 snin u 86 jum. Twieled fit-3 ta’ Marzu 1901 fir-raħal ċkejken ta’ Pershore, l-Ingilterra, is-sitt wild minn sebgħa ta’ Harry Choules u Madeline Winn. Ftit snin wara, il-familja marret f’raħal iċken, Wyre Piddle, fuq naħa tax-xmara Avon. Meta kellu ħames snin, l-omm telqet mid-dar biex tissokta taħdem ta’ artista u qatt ma ġiet lura. Iżżewweġ lil Ethel Wildgoose u għexu flimkien għal 46 sena sakemm din mietet ta’ 98 fl2003. Choules, li ħa sehem ukoll fitTieni Gwerra Dinjija, daħal finNavy Ingliża f’April 1915 meta kellu erbatax-il sena, u rtira f’Marzu tal-1956, ta’ 55 sena wara servizz ta’ 41 sena. Ftit qabel ma miet fl-Awstralja ħareġ l-awtobijografija tiegħu ‘The Last of the Last’ b’daħla ta’ bintu Daphne, l-ewwel wild tiegħu u ta’ martu, li twieldet fit13 ta’ Diċembru 1927. Ra minn kollox, qatt ma ċċelebra rebħiet għaliex kif fisser lil uliedu, “ilgwerra hija ħaġa li tassew iddejqek bil-punteġġjatura ta’ periklu mill-akbar.’’ Dwar il-ġrajjiet ta’ taqlib fitTurkija u fir-Russja fis-snin ta’ wara l-Ewwel Gwerra, isemmi x-xogħol ta’ baħrin bħalu li ġġieldu konta sibbien u briganti, u ġabru r-refuġjati. “In-nies ta’

Joe Cassar

stcassar@gmail.com fuq il-vapuri raw miżerji li ma jitwemmnux u biex itaffuhom għamlu iżjed mill-filantropi taddinja. Ix-xogħol tal-baħri kien li jitqabad kontra l-kefrija ta’ bniedem kontra bniedem biex jagħti għall-inqas għelm ċkejken ta’ ġabra u sħuħija fil-kaos ta’ dawk iż-żminijet u l-postijiet.’’ Qeda dmirijiet fuq ħafna biċċiet tal-baħar, u ra minn kollox, donnu fl-awtobijografija ma jsemmix l-agħar li għadda minnu jew li ra. Bħala baħri, ġie Malta fejn ra l-Belt Valletta, tela’ fuq it-tram biex imur l-Imdina (imsejħa Civita’ Vecchia), u ra l-katokombi, fejn skont hu jew il-gwida, ilMaltin kienu jgħixu mijiet ta’ snin qabel meta għal Malta ħabtu Mori, Feniċi, Griegi, Rumani u oħrajn. Jew il-gwida ma kien jaf xejn dwar il-ġrajja ta’ Malta, jew Choules ħawwad dak li sema’! Wara, xi baħrin fettlilhom jieħdu f’idejhom it-tram u jsuquh. Ġiethom tajba li min kien jieħu ħsieb it-tram, ma għaraf lil ħadd. Hu għamel ukoll imħatra ma’ baħri ieħor dwar min kellu l-ħila jaqsam il-Port il-Kbir middwana sal-vapur Eagle. Ħallew ħwejjiġhom f’dgħajsa (hekk miktuba), ftiehmu mal-barklor li jeħodhomlhom qrib il-vapur u għamu. Lura telgħu fuq il-vapur għarwiena. Billi kienet saret imħatra, l-

uffiċjal tal-għassa ma ħax passi kontrihom. Il-vapur Eagle fitTieni Gwerra Dinjija bħal biċċiet tal-baħar oħrajn, kellu d-dmir li jħares vapuri oħra li jġorru lprovvisti lejn Malta. Fil-11 ta’ Awwissu 1942, l-Aircraft Carrier intlaqat minn sottomarin Ġermaniż (U-73). Wara tmien minuti, niżel flimkien ma’ 160 baħri. Madwar 900 salvaw. Biċċa kitba sabiħa tpinġi x’ġara meta l-flotta Ġermaniża ġiet biex iċċedi lill-flotta Ingliża fi Scapa Flow fil-21 ta’ Ġunju 1919. L-Ammiral Ġermaniż Von Reuter għamar li l-biċċiet talbaħar kollha jittaqqbu biex jegħrqu. Choules ra l-flotta Ġermaniża

nieżla taħt l-ilma. Von Reuter inġabar mill-baħar, il-Viċi Ammiral Ingliż Sir Sydney Fremantle, meta ġie wiċċ imb wiċċ miegħu, qallu li kien kiser il-ftehim. Il-Ġermaniż wieġbu li f’dawk iċ-ċirkustanzi kull uffiċjal Ingliż kien jagħmel l-istess. Sbieħ ukoll it-tifkiriet tiegħu bħala tifel meta tgħallem jistad u jgħum. Il-kampanja mimlija ward, ħaxix aħdar u għasafar. Ilberqa li laqtet baqra, l-għajnuna li ta lir-raħħal biex idaħħalha ddar u wasal tard l-iskola. Il-qabla magħrufa bħala ‘nanna Rosa’ li kienet tfejjaq kull xorta ta’ mard. Ma’ missieru kien imur għallkaċċa tal-volpi, u jixtru ħobża u

biċċa ġobon b’erba’ soldi. Xieraq li baħri jiltaqa’ ma’ dik li wara ssir martu fuq il-baħar. Claude ltaqa’ ma Ethel fuq vapur tal-passiġġieri skortat Dyogenes f’Ottubru 1926. Iżżewġu fit-3 ta’ Diċembru tal-istes sena f’Melbourne, l-Awstralja, fejn Claude kellu diġa’ xi wħud minn ħutu. Ħafna minn ħajtu għaddieha l-Awstralja ma’ martu u wliedu. Meta miet, ħalla warajh 39 dixxendent. Dmiru kien għamlu. Dwar l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-qarrej jista’ jaqra wkoll irrumanz ‘Birdsong’ ta’ Sebastion Faulks, li hu ġrajja dwar il-battalji fuq l-art. Ħajr lill-Agenda Bookshop.


www.maltarightnow.com

18

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

LETTERATURA

It-tieni edizzjoni ta’ ktieb ieħor ta’ Anton Grasso

(Anton Grasso: MEJT. Ġabra ta' ħames stejjer. Pubblikazzjoni Horizons, 2014, pp.138. ISBN: 978-99957-38-48-8) minn Alfred Massa Anton Grasso żgur li m'għandux bżonn ta' introduzzjonijiet, daqskemm m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni l-kotba tiegħu. Tant hu hekk, li wħud minnhom kellhom jiġu ppubblikati aktar minn darba; dan hu wieħed minnhom. Fil-fatt dawn il-ħames stejjer kienu raw id-dawl għallewwel darba fi ktieb fl-1988 f'edizzjoni Universal Library. Meta ktibt dwar l-ewwel edizzjoni ta' dan il-ktieb kont għedt li dawn l-istejjer huma speċi ta' pont bejn in-novella tradizzjonali u dik moderna, Grasso jidher li ħareġ ukoll minn dawk il-ħafna dmija u waħxijiet li kien beda bihom flewwel kotba tiegħu. Hawn il-biża' jqarreb aktar lejn dak psikoloġiku milli lejn il-fiżiku. B'danakollu jinsab hemm anki jekk taħt libsa ġdida. Għax wara kollox, dawn listejjer huma kklassifikati bħala Stejjer tal-Biża'. U bħal kull storja ta' din il-kategorija, il-qarrej ċertament li se jiltaqa' mal-ingredjenti kollha li jagħmlu din it-tip ta' letteratura li issa Anton Grasso bir-raġun kollu jista' jitqies bħala n-numru wieħed ta' żmienna; għalhekk insibu biża', diżgrazzji, ġenn, tensjoni, inġustizzji, tradimenti, imwiet u ħafna aġir misterjuż għalih donnu l-bniedem ma jsibx tweġiba. Naturalment, kif wieħed jistenna, il-biża' jvarja minn storja għal oħra. Hekk ngħidu aħna f'Mejt għandna dak il-mikrobu fl-arja li jmarrad diversi persuni u jibdilhom f'bhejjem feroċi jew aħjar fi bnedmin bla raġuni, li jsibu sodisfazzjon biss f'sadiżmu sfrenat. Marda li werwret lil kulħadd. Min-naħa l-oħra, f'IlĠar naraw il-vendetta ta' Ramsey, tifel ta' tmien snin, li jitħallas millqattiel tiegħu l-istess mod kif ikun

qatlu hu. Kważi fuq l-istess linja timxi l-istorja Ir-Raġel ta' Novembru. Hawn niltaqgħu mażżagħżugħ Raymond li jibda joqtol it-tfajliet bl-istess mod kif ommu kienet qatlet lil missieru. Kull minuta għandha żewġ uċuħ: l-istess il-ħsieb ta' Grasso; għandu anki l-lat pożittiv tiegħu kemm-il darba wieħed iħares lejh bħala difensur tal-ħajja. Dawn l-atti barbari mdemmija jseħħu bħala tpattija għax xi ħadd ikun neħħa l-ħajja ta' ħaddieħor, kif insibu fl-istorja Id-dar fejn tieħu gost tmut. L-iskop tal-kumpanija tal-assigurazzjoni kien li tinfetaħ dar fejn in-nies imdejqa jmutu hienja. Veru li s-Sur Alex Bartibol kellu ħsieb ieħor, imma n-nies mid-dehra dan ma skopritux; anzi. Grasso ma jonqosx li jagħti saħansitra importanza xierqa lillimħabba. F'Il-Ġar naraw l-imħabba materna ta' Santa lejn binha Jerry; f'Ir-Raġel ta' Novembru għandna limħabba ta' Raymond lejn missieru. Imbagħad f’Id-Dehra talPont niltaqgħu ma' żewġ imħabbiet: l-imħabba ta' Ninna lejn żewġha u l-imħabba ta' Saver lejha. Hawn l-imħabba dejjem hi mlibbsa bissinċerità u mhix infatwazzjoni. Għax ngħiduha, jekk ġrajja tkun ieqsa minn ċerta doża ta' romantiċiżmu, x'gost ikun fiha? Anton Grasso għandu ħabta joħloq karattri veri tad-demm u llaħam, karattri li niltaqgħu magħhom f'diversi postijiet u f'diversi ċirkostanzi f'ħajjitna. Imbagaħd jilgħab bihom kif jidhirlu. Ipoġġihom f'ċirkostanzi, uħud misterjużi u jgħaddihom minn esperjenzi li wara kollox faċli wieħed jgħaddi minnhom bħal diżillużjonijiet, tbatijiet fiżiċi u mentali, ġenn, vendetti, mard,

nuqqas ta' sigurtà, imwiet. B'dawn l-ingredjenti l-awtur jinseġ il-ħsieb tiegħu, aktax makabru, li ħafna drabi jġiegħel ġisem il-qarrej iqum xewk xewk. Fi kliem ieħor, dawn listejjer jixbhu lill-opri, fejn kull ġrajja dejjem tispiċċa bi traġedja. Ma tonqos id-diskata tassopranatural li tirrenja f'kull waħda minn dawn l-istejjer. Din hi xi ħaġa li l-qarrej jistennieha f'letteratura simili. Il-klima maħluqa minn Grasso taf toħloq bosta mistoqsijiet li tweġiba għalihom jew ma tinstabx inkella ma tissodisfax; imma fl-istess ħin kapaċi tkun tema għal diskussjonijiet interessanti. Ilqarrej jinnota wkoll li fi stejjer bħal dawn tispika l-ġlieda li teżisti madwarna bejn it-tajjeb u l-ħażin; ilħasra hi li fi tmiemhom mhux dejjem it-tajjeb joħroġ rebbieħ. In-novelli huma ta' tul differenti, Iżda anqas dawk twal ma jdejqu lill-qarrej għax Anton Grasso jaf

jibni ġrajja li mill-plot ewlieni joħroġ oħrajn sekondarji, li flimkien iqanqlu aktar kurżità filqarrej li jħajruh jersaq lejn it-tmiem biex jara kif se tispiċċa. Barra minn hekk, Grasso qassam l-istejjer

L-awtur tal-ktieb Mejt, Anton Grasso

f'taqsimiet relattivament qosra u ħoloq ħafna djalogu li jagħmel ilkitbiet aktar mexxejja. Kollox ma' kollox, stejjer-xalata għal dawk li jħobbu jaqraw letteratura ta’ dan it-tip.


www.maltarightnow.com

19

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

SAĦĦA

Imfakkar il-Jum Dinji tal-Pnewmonja

Il-problema tal-pnewmonja hi fost l-iktar problemi li jistgħu jintrebħu fis-sistema tas-saħħa madwar id-dinja

Kull sena jmutu madwar miljun tifel u tifla bil-pnewmonja

minn Charles Muscat Hu kkalkulat li kull sena jmutu madwar miljun tifel u tifla taħt ilħames snin bil-pnewmonja u fost il-kawżi ewlenin tal-imwiet hemm infezzjonijiet ta' bakterja, viruses respiratorji bħal ħosba, kif ukoll influwenza. Ħafna minn dawn limwiet jistgħu jkunu evitati permezz ta' vaċċin kontra l-influwenza u l-ħosba, antibijotiċi u kura oħra tas-saħħa.

Il-Jum Dinji tal-Pnewmonja Kull sena, għal dawn l-aħħar sitt snin, fit-12 ta' Novembru jitfakkar il-Jum Dinji tal-Pnewmonja bliskop li jikber l-għarfien dwar ilpnewmonja, biex jippromwovi interventi biex il-bniedem ikun protett kontra din il-kundizzjoni, biex tiżdied il-kura u biex tiżdied il-prevenzjoni. F'ħafna pajjiżi, inkluż f'Malta, matul is-snin saru passi kbar ’il quddiem biex it-tfal u anke l-kbar jitħarsu mill-effetti serji u xi kultant fatali tal-pnewmonja, permezz ta' tilqim. IlKoalizzjoni Globali kontra lPnewmonja fit-Tfal din is-sena għażlet it-tema ‘Universal access to pneumonia prevention and care’ u qed tappella lil gvernijiet madwar id-dinja biex isaħħu l-impenn tagħhom ħalli jintlaħqu t-tfal kollha fil-prevenzjoni u fil-kura tattheddida tal-pnewmonja, biex iżidu l-investiment u biex ikun hemm aċċess għal kura fid-dinja kollha. Il-Koalizzjoni Globali

kontra l-Pnewmonja fit-Tfal hi ffurmata minn 140 NGO, istituzzjonijiet akkademiċi, aġenziji talgvern u fondazzjonijiet.

Il-pnewmonja tista’ tintrebaħ Il-problema tal-pnewmonja hi fost l-iktar problemi li jistgħu jintrebħu fis-sistema tas-saħħa madwar id-dinja. Minkejja dan, kull 20 sekonda, madwar id-dinja jmut tifel jew tifla minħabba linfezzjonijiet. Imma jekk ilpajjiżi kollha jaħdmu flimkien, ilġlieda kontra l-pnewmonja tista tintrebaħ. Il-pnewmonja hi ta' theddida akbar fost trabi li jitwieldu qabel iż-żmien kif ukoll fost it-tfal u l-adulti li jgħixu f'postijiet fejn m'hemmx sanitazzjoni tajba.

L-importanza tal-vaċċin f’kull stadju tal-ħajja Il-vaċċin f'kull stadju tal-ħajja hu importanti għal ħajja b'saħħitha u ta' kwalità flimkien ma’ ikel nutrittiv, eżerċizzju regolari u testijiet. Permezz tat-tilqim, l-adulti jistgħu jkunu mħarsa minn 14-il marda qerrieda li waħda minnhom hi l-pnewmonja. Il-pneumococcal pneumonia hi kundizzjoni respiratorja li tiġbor grupp ta' mard li jikkawża infezzjoni tal-pulmun. Anke bl-użu tal-antibijotiċi, din ilkundizzjoni xorta twassal għal mewt f'20 fil-mija tal-każi. Kull sena madwar id-dinja jmutu mal1.6 miljun persuna minħabba din

il-kundizzjoni li tkun iktar gravi fit-tfal u adolexxenti, kif ukoll f'persuni ta' aktar minn 65 sena u nies li għandhom problemi ta' saħħa jew sistema immunitarja dgħajfa. Hemm l-impressjoni ħażina fost l-adulti li t-tilqim hu biss għat-tfal. Imma wieħed malajr jibdel fehmtu meta tinfirex xi epidemija jew meta wieħed taqbdu xi marda. Nies li qabdithom il-pnewmonja ddiskrivewha bħala esperjenza tal-biża. Din il-marda ġeneralment tibda bis-sintomi li jixbhu lil dawk ta' influwenza normali tant li wieħed jaħseb li għandu linfluwenza. Imma l-kundizzjoni teħżien u wieħed jaqbdu qtugħ ta' nifs qawwi, deni u joħroġlu ħafna għaraq. Dan jista' jwassal biex wieħed ikollu jiddaħħal l-isptar għall-kura. Ħafna drabi, il-ġenituri jagħmlu ħilithom biex jaraw li wliedhom jingħataw it-tilqim meħtieġ, imma jinsew il-benefiċċji tat-tilqim għalihom stess.

Attivitajiet f’Malta tal-Jum Dinji tal-Pnewmonja Bl-iskop li tkabbar l-għarfien dwar il-pneumococcal pneumonia, Vivian Corporation, li hi kumpanija ewlenija f'Malta taddistribuzzjoni u l-marketing li fost oħrajn tispeċjalizza fi prodotti għall-kura tas-saħħa u għall-kura tat-trabi, ħadet sehem f'diversi attivitajiet marbutin mal-Jum Dinji tal-Pnewmonja bl-iskop li tkabbar l-għarfien

dwar din il-marda li tista' tkun evitata u li tolqot kemm lit-tfal, kif ukoll lill-adulti. Joanna Gatt, id-Direttur Eżekuttiv ta' Vivian Corporation, spjegat li t-tilqim mhux għat-tfal biss. Bejn it-8 u t-12 ta' Novembru, f'The Point Shopping Mall f'Tigne, Vivian Corporation flimkien malAssoċjazzjoni Maltija talIstudenti tal-Farmaċija tellgħet stand fejn tat informazzjoni lillpubbliku dwar il-prevenzjoni u l-kura tal-pnewmonja u l-importanza tat-tilqim preventiv, mhux biss għat-tfal, imma wkoll għallkbar. Din is-sena l-impjegati ta'

Vivian Corporation ingħaqdu fil-kampanja billi taw donazzjonijiet lil Qalb it-Tfal, organizzazzjoni li tiġbor fondi għanNeonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU) li hi l-unit tal-kura intensiva għat-trabi u għat-tfal. Din il-unit tipprovdi wkoll kura lil tfal li jkollhom ilpnewmonja. Bħala parti millkampanja marbuta mal-Jum Dinji tal-Pnewmonja, l-impjegati ta' Vivian Corporation libsu jeans blu li jissimbolizza l-kulur li jsiru x-xufftejn tal-pazjenti li jkollhom il-pnewmonja minħabba nuqqas ta' ossiġnu fid-demm.


www.maltarightnow.com

20

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

MADWARNA

Wirja dwar l-imgħoddi Medjevali fl-Imdina

Nhar il-Ħadd 23 ta' Novembru, f'Città Notabile, lImdina, se ssir interpretazzjoni Medjevali u ġurnata edukattiva bit-tema ‘Niskopru l-Imgħoddi Medjevali ta' Malta’. Din se tkun it-tieni edizzjoni ta' din ilwirja wara dik tas-sena li għaddiet u d-dħul se jkun bla ħlas. Il-ħinijiet huma bejn l-10 a.m. u l-4 p.m. Din l-attività li se tkun ikkonċentrata qrib il-Bieb talGriegi tal-Imdina, qed tkun organizzata minn Show of Arms bil-kollaborazzjoni talKunsill Lokali tal-Imdina u lMinisteru tat-Trasport u lInfrastruttura. Dawk li jattendu se jaraw listorja ħajja ta' kif kienet ilħajja fl-Imdina lejn l-aħħar tasseklu 14 u kmieni fis-seklu 15. Se jsiru tours minn gwidi li jafu tajjeb l-istorja Medjevali ta' Malta, u taħditiet pubbliċi fosthom mill-kuratur ta'

Heritage Malta tal-Forti Sant'Anġlu, Matthew Balzan. Se jkun hemm ukoll sparar bilqaws, drills militari u wirjiet ta' ġlied bix-xwabel minn ġellieda kwalifikati minn Maestro D'Armi. Dawn l-attivitajiet kollha se jsiru bl-iskop li jedukaw u jferrħu lill-pubbliku dwar aspetti tal-ħajja Medjevali. Show of Arms hu grupp ta' re-enactment u tal-istorja lokali li ħa sehem f'diversi attivitajiet f'Malta u barra. L-akbar attività lokali li ħa sehem fiha hi l-festival Medevial Mdina li jkun organizzat fuq jumejn mill-Kunsill Lokali tal-Imdina. Il-programm isir xorta anke jekk tkun ix-xita, imma fil-każ ta' maltemp, ikun hemm programm iqsar b'attivitajiet filBieb tal-Griegi, fil-Corte Capitanale u fis-sala talKunsill Lokali.

Carols by Candlelight lura fix-xena lokali F’Għawdex, l-istaġun talMilied jiftaħ iċ-ċelebrazzjonijiet bl-avveniment ta’ ‘Carols by Candlelight’. Fil-fatt, il-ħdax-il edizzjoni ta’ din l-attività tant popolari se tittella’ l-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta’ Diċembru. Matul is-snin, ‘Carols by Candlelight’ baqa' l-avveniment li dawk li għandhom il-mużika u l-Milied għal qalbhom, ma jistgħux jitilfu. Ħafna Maltin jaqsmu l-fliegu speċifikament minħabba dan l-avveniment. Residenti barranin li huma familjari ma’ dan l-avveniment, joqogħdu attenti għad-dati biex jattendu għal dan l-avveniment qabel ma jmorru jingħaqdu malfamilji tagħhom għall-vaganzi. Il-Kumitat Organizzattiv jieħu ħsieb ta’ kull dettall biex jippreżenta serata oħra indimentikabbli. Din is-sena d-direzzjoni artistika hi f’idejn l-artista lokali Paul Stellini. Is-serata tibda bil-Kunċert talMilied fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria. Il-programm se jinkludi għanjiet tradizzjonali u oħrajn kontemporanji. Dritt wara l-kunċert,

issir ikla fil-Kjostru tal-Kunvent tal-Agostinjani stess. Il-kjostru jkun imżejjen għall-okkażjoni u hawn tiġi servuta wkoll l-ikla bnina mix-chefs tar-restorant Ta’ Frenċ, immexxija minn espert fil-qasam tal-ikel, Mario Schembri. Barra minn hekk, fid-daħla tal-kunvent, se jkun hemm wirja ta’ tpinġijiet tal-Milied minn George Apap, artist Għawdxi li jgħix il-Mosta. George Apap għandu rabta speċjali malMilied għax baqa’ jġorr tifkiriet tat-tfulija tiegħu speċjalment fejn jidħlu l-kartolini tal-Milied tal-era Vittorjana. Din l-aħħar sena, Schola Cantorum Jubilate kien impenjat ferm fix-xena mużikali lokali. Preċiżament sena ilu, ilkor ipparteċipa fil-Festival Internazzjonali tal-Korijiet f’Malta fejn kiseb ‘Silver Medal Award’ fil-kategorija ‘Sacred a cappella’. Barra minn hekk, f’April li għadda, il-kor flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali tella’ lkapulavur ‘Requiem’ ta’ Maurice Duruflé. Dan l-aħħar

ukoll, il-kor kien imsemmi media lokali minħabba lparteċipazzjoni fil-kunċert parti minn ‘Modern Music Days’ li kien organizzat mit-Teatru Manoel, il-‘Malta Association for Modern Music’ u Valletta 18. Il-kor hu taħt it-tmexxija ta’ Marouska Attard li dan l-aħħar kisbet Master Degree fidDirezzjoni Korali mir-Royal Welsh College of Music and Drama. Marouska Attard waslet lura mill-Ingilterra b’ideat innovattivi li żgur se jħallu impatt f’dan l-avveniment Natalizju. Il-qligħ minn din is-serata se jmur għal Dar Ġużeppa Debono li tissapportja l-ħajja mill-bidu nett tagħha. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ mingħand D’Amato Records Shop, tal-Belt Valletta u Bargate Bookshop, tal-Belt Victoria. Dawk li jixtiequ jqattgħu l-lejl fil-Kunvent ta’ Santu Wistin huma mitluba jikkuntattjaw lillPatrijiet fuq 21556060. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru s-sit elettroniku scjchoir.com jew il-paġna ta’ Facebook.


www.maltarightnow.com

21

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

MADWARNA

Programm fil-kitba kreattiva

Il-bolol fil-Milied 2014

Jim Crace, l-ewwel kittieb residenti tal-programm

Il-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta fil-jiem li għaddew nediet il-Programm tagħha fil-Kitba Kreattiva u ħabbret lill-awtur magħruf Jim Crace bħala l-ewwel kittieb residenti għal dan il-programm. Iż-żjara ta’ Jim Crace f’Malta hija bejn l-10 ta’ Novembru u d-19 ta’ Diċembru. Il-programm huwa maħsub biex jagħmilha ta’ forum biex jippromwovi l-eċċellenza filkitba kreattiva fl-espressjonijiet differenti tagħha, f’inizjattiva li, dwar it-twaqqif u l-iżvilupp aktar fit-tul tagħha, Jim Crace se jkun qed jagħti konsulenza matul ir-residenza tiegħu. Għalhekk hu ttamat li permezz tal-programm, ilFakultà tista’ tagħti kontribut sinifikanti għall-capacity building fil-kitba kreattiva f’Malta b’mod aktar ġenerali, u għat-trawwim u lpromozzjoni ta’ potenzjal f’dan ilqasam. Kittieba lokali u l-pubbliku ġenerali, kif ukoll studenti u staff filFakultà tal-Arti u fl-Università ta’ Malta, se jkunu jistgħu jattendu għal attivitajiet ta’ qari u avveni-

menti oħra li se jkun qed jipparteċipa fihom Jim Crace. Tlieta minn dawn saru l-ġimgħa li għaddiet. Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru fl-Arts Lecture Theatre kien hemm Konversazzjoni ma’ Jim Crace dwar il-Kitba Kreattiva. L-avveniment kien jinkludi l-qari. Jim Crace ħa sehem ukoll f’‘Abbozz’, fil-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dan l-avveniment kien miftuħ għall-pubbliku ġenerali, bħalma hu dak ta’ nhar il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru bejn is-7.00pm u d9.00pm fl-Aula Magna, ilKampus tal-Belt Valletta, fejn Jim Crace se jaqra u jiffirma l-kotba. Il-Fakultà tal-Arti qalet li avviżi dwar avvenimenti oħra joħorġu fuq bażi regolari. Jim Crace huwa wieħed millkittieba ta’ rumanzi l-iżjed onorati fil-Gran Brittanja llum. Hu rebaħ, fost premjijiet oħra, il-James Tait Black Memorial Prize (darbtejn), il-Whitbread Award, il-Guardian Fiction Prize u n-National Book Critics’ Award. Hu kien ukoll

nominat għall-Booker Prize għarrumanz l-aktar reċenti tiegħu Harvest (2013), li għalih kiseb ilpremju prestiġjuż WindhamCampbell Prize for Fiction, mogħti mill-Università ta’Yale, fl2014. Fost ir-rumanzi l-aktar ċelebri tiegħu hemm Continent (1986), The Gift of Stones (1988), Quarantine (1997), Being Dead (1999), The Pesthouse (2007) u Harvest (2013). Jim Crace kien Professur Mistieden tal-Kitba Kreattiva f’numru ta’ istituzzjonijiet għall-

edukazzjoni ogħla fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, fosthom flUniversità ta’ Iowa (magħrufa sew għall-korsijiet ta’ livell għoli tagħha fil-Kitba Kreattiva), filUniversity of Central England u, bħalissa, fl-Università ta’ Austin, f’Texas. Ix-xogħol tiegħu kien imfaħħar b’mod regolari minn kritiċi letterarji u reċensuri, imma huwa rikonoxxut ukoll bħala ‘kittieb għall-kittieba’ (a writer’s writer), li jgawdi rispett estensiv minn awturi oħra.

MaltaPost se toħroġ sett ta’ erba’ bolol li juru xeni minn presepju ħaj f’Għawdex – ‘Betlem f’Għajnsielem’, li hu wieħed millavvenimenti ewlenin li jitellgħu kull Milied fil-gżejjer Maltin, u li fih jieħdu sehem nies li joqogħdu f’Għajnsielem. Din l-attività toffri rakkont ħaj tal-ġrajja tat-twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu li ġrat aktar minn elfejn sena ilu, u tagħti l-ħajja lill-atmosfera ta’ Betlem f’dak iż-żmien. L-attività tibda bil-vjaġġ ta’ Ġużeppi u Marija minn Nażaret għal Betlem u tispiċċa bl-adorazzjoni tas-Slaten Maġi fl-Epifanija. Il-bolol għandhom valur ta’ €0.26, €0.59, €0.63 u €1.16. Ilbolla tas-€0.26 turi x-xena tradizzjonali tan-Nativita', filwaqt li lbolla tal-€0.59 turi lis-Slaten Maġi waqt iż-żjara tagħhom lis-Sagra Familja. Il-bolla tat-€0.63 turi r-rgħajja viċin ħuġġieġa fl-isfond tal-knisja ta’ Għajnsielem u l-bolla tal-€1.16 turi s-Sagra Familja fl-istalla. Irritratti li jidhru f’dawn il-bolli ttieħdu mill-fotografu Daniel Cilia.


www.maltarightnow.com

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

25

AVVIŻI PN

Il-Kelliema Ewlenin tal-PN Simon Busuttil simon.busuttil@teampn.org

Kap tal-Oppożizzjoni

Mario de Marco mario.demarco@teampn.org

Kelliem għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar

Chris Said chris.said@teampn.org

Segretarju :enerali tal-Partit Nazzjonalista

Beppe Fenech Adami Kelliem għall-:ustizzja beppe.fenechadami@teampn.org

Ċensu Galea ċensu.galea@teampn.org

Deputat Speaker u Kelliem għall-Agrikultura u s-Sajd

Fredrick Azzopardi fredrick.azzopardi@teampn.org

Deputat Whip u Kelliem għas-Servizzi tas-Saħħa u l-Edukazzjoni f’Għawdex

David Agius david.agius@teampn.org

Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali

Giovanna Debono Kelliema għal Għawdex giovanna.debono@teampn.org George Pullicino george.pullicino@teampn.org

Kelliem għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma

Joe Cassar joe.cassar@teampn.org

Kelliem dwar l-Edukazzjoni

Tonio Fenech tonio.fenech@teampn.org

Jason Azzopardi jason.azzopardi@teampn.org Francis Zammit Dimech francis.zammitdimech @teampn.org

Kelliem għall-Finanzi

Kelliem għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Kelliem għall-Kultura u l-Komunikazzjoni

Carm Mifsud Bonnici Kelliem għall-Affarijiet Barranin carm.mifsudbonnici@teampn.org

Clyde Puli clyde.puli@teampn.org

Kelliem għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali

Robert Arrigo robert.arrigo@teampn.org

Kelliem għat-Turiżmu

Stephen Spiteri stephen.spiteri@teampn.org

Kelliem għall-Impjiegi u l-Persuni b’Diżabbiltà

Mario Galea mario.galea@teampn.org

Kelliem għall-Anzjani

Charlò Bonnici charlo.bonnici@teampn.org

Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Michael Gonzi michael.gonzi@teampn.org

Kelliem għad-Drittijiet tal-Annimali

Antoine Borg antoine.borg@teampn.org

Kelliem għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej

Toni Bezzina toni.bezzina@teampn.org

Kelliem għat-Trasport u l-Infrastruttura

Claudette Buttigieg Kelliema għad-Djalogu Soċjali claudette.buttigieg@teampn.org u l-Libertajiet Ċivili Ryan Callus ryan.callus@teampn.org

Robert Cutajar robert.cutajar@teampn.org Kristy Debono kristy.debono@teampn.org

Albert Fenech albert.fenech@teampn.org

Claudio Grech claudio.grech@teampn.org

Kelliem għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Kelliem għaż-Żgħażagħ u l-Isport

Kelliema għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku

Kelliem għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Kelliem għas-Saħħa

Paula Mifsud Bonnici Kelliema għall-Kompetizzjoni paula.mifsudbonnici@teampn.org u d-Drittijiet tal-Konsumatur

Marthese Portelli Kelliema għall-Affarijiet Ewropej marthese.portelli@teampn.org

SERVIZZI TA’ CUSTOMER CARE MILL-KUMITATI SEZZJONALI PN

IL-MELLIEĦA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5 p.m. u s-7 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 79990757. SANTA VENERA. Kull nhar ta’ Ħamis bejn id-9:30am u nofsinhar se jkun hemm uffiċjal biex jiltaqa’ miegħek fl-Uffiċċju Dar il-Ħaddiem, Triq Fleur de Lys, Santa Venera. Tista’ tikkuntattjana wkoll billi ċċempel 21441438 / 21441682 jew tibgħat e-mail fuq pnsantavenera@pn.org.mt.

ĦAL TARXIEN. Kull nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa bejn il-5 p.m. u t-8 p.m. fl-Uffiċċju PN. Għal appuntament ċemplu 77771529, 79704491 jew 99262634. AVVIŻI SOĊJALI

DAVID CASA. Il-Ħbieb ta’ David Casa se jorganizzaw Coffee Morning illum it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-Buskett Roadhouse, ir-Rabat fid-9:30am. Prezz 6 ewro u trasport provdut. Għall-biljetti ċemplu 25965316. IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu illum it-Tlieta, 18 ta’ Novembru fis-7:30pm fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tadDeputat Toni Bezzina.

ROBERT ARRIGO. Il-Ħbieb ta’ Robert Arrigo se jorganizzaw kunċert mill-Pusè u l-band tiegħu fit-teatru tas-Sależjani, TasSliema, għada l-Erbgħa 19 ta’ Novembru fis-7:30pm. Prezz 6 ewro. Għall-bookings ċemplu 23285000.

RYAN CALLUS. Il-Ħbieb ta’ Ryan Callus se jorganizzaw Coffee Morning għada l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fir-Razzett l-Antik, Ħal Qormi, għall-kostitwenti tasSiġġiewi, Ħal Qormi u Ħal Luqa. Prezz 6 ewro bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99804142 jew 21 461002. KRISTY DEBONO. Il-Ħbieb ta’ Kristy Debono se jorganizzaw Coffee Morning għada l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru fil-lukanda Alexandra Palace, Paceville fit-

8:30am. Prezz 6 ewro bit-trasport inkluż. Biljetti jistgħu jinxtraw fuq 99473932 jew 99993707 jew permezz tal-e-mail fuq info@kristydebono.com. Il-qligħ kollu minn din l-attività se jmur b’risq ilCreche tal-Ursolini, f’Tas-Sliema.

BORMLA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Bormla se jorganizza Wine & Pizza nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru fis-7pm fil-Kazin tal-Partit. Prezz 5 ewro bit-trasport provdut. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79914618 jew ikkuntattjaw lil xi membru tal-kumitat. IL-GŻIRA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Gżira se jorganizza Timpana Night nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Novembru fil-Każin tal-Partit fis-7:30pm. Prezz 10 ewro.

ĦAL TARXIEN. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Tarxien se jorganizza Konferenza Politika dwar il-baġit, nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru fis-7pm. Il-kelliem ewlieni se jkun Tonio Fenech. Wara d-diskussjoni jkun hemm bibita fis-sala tal-każin.

ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza One Day Pool Tournament fil-Każin tal-Partit, nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru mid9am ’l quddiem. Prezz 5 ewro. Min jiġi l-ewwel jirbaħ weekend break għal tnejn f’lukanda u min jiġi fit-tieni post jirbaħ ikla għal tnejn.

ĦAL GĦAXAQ. Il-Kumitat Sezzjonali PN Ħal Għaxaq se jorganizza tombla u wara ikla bebbux flimkien ma’ ikel Malti, nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru mit-8pm ’l quddiem Prezz 10 ewro b’tazza nbid inkluża. Għal aktar informazzjoni ċemplu 99441161.

IL-MELLIEĦA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Mellieħa se jorganizza djalogu nhar il-Ħadd, 23 ta’ Novembru fis-10am fis-Sala Carm. Lino Spiteri bis-sehem tad-deputati Tonio Fenech u Kristy Debono. Il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi u jagħti sehmu. Wara d-djalogu se ssir ikla f’Ta’ Randi Bar & Restaurant biex jitfakkar il-50 anniversarju millkisba tal-Indipendenza u l-10 anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-biljetti għal din l-ikla qegħdin jinbiegħu għal 18-il ewro għall-kbar u 9 ewro għat-tfal taħt it-12-il sena. Il-qligħ li jsir minn din l-ikla jmur b’risq il-ġbir għallMaratona li l-Partit se jagħmel ilĦadd 7 ta’ Diċembru. SANTA LUĊIJA. Il-Kumitat Sezzjonali PN Santa Luċija se jorganizzaw diskussjoni politika bit-tema ‘Il-Baġit 2015’ nhar ilĦadd 23 ta’ Novembru fl-10am fil-Każin. Jattendu d-Deputati u Kandidati tar-raba’ distrett bilparteċipazzjoni ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija 2015.


www.maltarightnow.com

26

it-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

KLASSIFIKATI

AVVIŻI

Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. GĦALL-BEJGĦ

Pasturi TAT-tafal tradizzjonali, sett ta’ 20 pastur, €10. Offerta – presepji

kull daqs, naħdimhom b’delizzju. Prezz tal-materjal biss. Ċemplu 21495253.

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ

Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġt ikmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000.

Jekk ser issuq tixrobx


www.maltarightnow.com

27

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Mqabba u Żurrieq iżommu l-pass MSV LIFE MASTERS

Il-Kampjonat MSF LIFE talMasters kompla b’żewġ partiti oħra li rriżultaw f’rebħiet tajba għal Mqabba Masters u Zurrieq Wolves. Fl-ewwel partita Mosta Shaggy Pub kien mistenni li joffru oppożizzjoni aktar qawwija imma spiċċaw sofrew telfa 8-2 kontra Mqabba Masters. Il-Mostin kienu maħsuda minn erba’ goals kmieni fil-partita, tlieta minnhom skurjati minn Glenn Barry, plejer li spikka tul il-partita kollha b’erba’ goals. Mosta qatt ma rkupraw sewwa u Mqabba komplew juru koordinazzjoni tajba tant li qatt ma kienu fil-periklu li jitilfu. Il-gowls l-oħra ta’ Mqabba skorjawhom L. Vella (2), E. Borg u D. Caruana waqt li għal Mosta skorja doppjetta S. Sultana. Fit-tieni partita, Zurrieq Wolves irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Bank of Valletta

7-3 u li issa kienu qed isofru ttielet telfa konsekuttiva. Bank of Valletta tilfu wisq ċansijiet u flewwel taqsima speċjalment iddifiża bdiet tinqabad miftuħa u Zurrieq Wolves approfitaw. E. Camilleri u M. Camilleri skorjaw doppjetta kull wieħed għal Zurrieq bil-gowls l-oħra jaslu minn M. Darmanin, R. Caruana u C. Tanti. Għall-Bank of Valletta l-gowls waslu minn J. Zammit li skorja darbtejn u R. Azzopardi. Fil-klassifika issa Mqabba Masters, Rabat Boys, Zurrieq Wolves u Luxol St. Andrew’s għandhom sitt punti kull wieħed, Attard Mealy u Mosta Shaggy Pub 3 punti waqt li Bank of Valetta u Jival għadhom mingħajr punt. Il-Kampjonat ikompli l-Ħamis 20 Novembru bil-partiti Attard Mealy v Mqabba Masters u warajhom Rabat Boys v Mosta Shaggy Pub.

Ciangura jġib l-aktar voti TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Fi tmiem il-ġimgħa fl-uffiċċji tal-Malta Racing Club fil-Marsa saret l-elezzjoni għall-ħatra tattliet rappreżentanti tas-sidien, sewwieqa u jockeys fi ħdan ilKunsill tal-Malta Racing Club. Din l-elezzjoni kienet kontestata minn għaxar kandidati. Din is-sena l-aktar li ġab voti kien Stephen Ciangura (147 vot), vot aktar minn Kevin Debono (146). Ivan Carabott ukoll kien elett bħala t-tielet kandidat b’90 vot. Debono kien diġà rappreżentant fil-Kunsill preċedenti filwaqt li Ciangura ġej ukoll minn familja ta’ dilettanti, b’missieru Alfred ikun uffiċjal lura fis-snin tmenin u disgħin. Awguri lil dawn it-tliet rap-

Stephen Ciangura

preżentanti fil-ħidma tagħhom fi ħdan il-Kunsill tal-Malta Racing Club u fuq kollox fl-interess ta’ sħabhom sidien u sewwieqa.

Atleti Maltin kontra Taljani fil-Gladiators Night 9 It-tim ta’ Mqabba li kiseb rebħa konvinċenti fuq Mosta

L-edizzjoni li jmiss talGladiators Night se ssir fid-29 ta’ Novembru fil-lukanda Dolmen. Din il-kompetizzjoni se ssir taħt l-awspiċi tal-World Kickboxing Network (WKN) filwaqt li l-Boxing se jkun taħt l-Assoċjazzjoni Maltija talBoxing (MBA-Boxing). Hawnhekk grupp ta’ atleti Maltin se jiltaqa’ kontra grupp mill-Italja fid-dixxiplini talKickboxing, K1 u Boxing. Lispettaturi se jassistu għal Fight Card ta’ 16-il taqbida ta’ livell professjonali u semiprofessjonali. Team Malta se jkun magħmul minn atleti talklabbs ta’ Ying Yang Team Noel Kickboxing, Art of

Fighting, Basement Kickboxing, Wu Shu Ky, Brown Boxing u Fight Factory. L-atleti li se jikkompetu fittaqbidiet tal-K1 huma Daniel Zahra, Reuben Azzopardi, Brandon Spiteri, Courtney Vella, Brandon Borg, Keith Micallef u Christian Schembri. Għat-taqbidiet tal-Kickboxing Malta se tkun rappreżentata minn Keith Azzopardi, waqt li għal dawk tal-Boxing se jkunu Tyrone Borg, Richard Vella, Malek Alzanat u Garth Galea. L-isfidi prinċipali se jkunu dawk ta’ Daniel “the Jet” Zahra u Tyron “el Terribile” Borg fuq livell professjonali.

Zahra se jaffaċċa lil Samuel Hadzima mis-Slovakkja f’taqbida K1 ta’ 3x3. Borg se jiltaqa’ ma’ Nardo Calzetti f’taqbida Boxing ta’ 6x3. Se jkun hemm ukoll tliet taqbidiet lokali bir-regoli talKickboxing. Fosthom taqbida għat-Titlu Nazzjonali talGladiators fil-kategorija tat68kg. Din se tkun “rematch” bejn Melvin Fenech minn Team Noel u Darren Scerri mill-Basement Kickboxing. Aktar informazzjoni fuq ilpaġna tal-facebook ta’ Gladiators Promotions jew mingħand Master Noel Mercieca fuq 79208283 u Isaac Chetcuti fuq 79098181.


www.maltarightnow.com

28

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Sfida nteressanti bejn l-Iskozja u l-Ingilterra PARTITI TA’ ĦBIBERIJA

L-Iskozja u l-Ingilterra se jiltaqgħu illum f’waħda mill-ħafna partiti internazzjonali ta’ ħbiberija. Iż-żewġ timijiet għandhom moral għoli wara serje ta’ riżultati pożittivi. L-Iskozja ta’ Gorodn Strachan se jkunu mingħajr Steven Fletcher li tilef ukoll ir-rebħa fuq l-Irlanda minħabba li weġġa’ lgħaksa u l-kowċ ikkonferma li mhux lest li jissogra lill-plejer ta’ Sunderland. Dan ifisser li Chris Martin ta’ Derby County jista’ jibda mill-bidu għall-pajjiż fejn twieled. Barra dan Strachan qal li se jserrraħ bosta plejers millaħħar logħba. L-Ingliżi wkoll se jkollhom plejers neqsin b’Leighton Baines iweġġa’ l-hamstring u lgowlkiper Joe Hart telaq milliskwadra. Luke Shaw li ma kienx eliġibbli għar-rebħa 3-1 fuq is-

Slovenja s-Sibt, mistenni jibda bħala difensur fuq ix-xellug waqt li fil-lasta se jibdew Fraser Forster jew Ben Forster. Madankollu Roy Hodgson insista li t-tim mhux se jieħu llogħba bħala waħda bla interess. “Se nieħdu l-logħba b’serjetà kbira u tieħdux impressjoni oħra. Din hi logħba bħall-oħrajn kollha kif lgħabna kontra n-Norveġja u d-Danimarka. Nagħmilha ċara mal-plejers li ma tantx ikollhom ċans jilagħbu internazzjonalment u kemm jekk nilagħbu ma’ San Marino, kif ukoll mal-Arġentina, il-Ġermanja jew il-Brażil, qed nilbsu l-istess flokk,” qal Hodgson. Fl-aħħar konfront mal-Iskozja, l-Ingliżi kienu rebħu 3-2 f’Wembley f’Awwissu. F’partita oħra l-Albanija se tipprova tfittex sorpriża oħra meta f’Genova tilgħab kontra l-Italja.

SPORT

It-tim immexxi minn Gianni De Biasi għaddej minn forma brillanti u ġej minn draw 1-1 fi Franza. L-Albanija huma rrankjati fit48 post imma ħolqu problemi kbar għal Franza f’partita ta’ ħbiberija nhar il-Ġimgħa. L-Italja se jużaw il-partita bħala ċans biex jaraw plejers oħra wara d-draw 1-1 malKroazja. Ronaldo kontra Messi Il-konfront bejn il-Portugall u l-Arġentina se jerga’ jlaqqa kontra xulxin lil Cristiano Ronaldo u Lionel Messi fuq art newtrali f’Old Trafford ta’ Manchester. Iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa b’Ronaldo jiskorja l-gowl kontra l-Armenja, gowl li bih sar l-aqwa skorer fl-istorja talKampjonati Ewropej. L-Arġentina ta’ Gerardo

Plejers tal-Arġentina iħejju għal-logħba kontra l-Portugall

Martinez qed jippreparaw għallCopa America u għadhom ma lagħbux logħba kompetittiva sa mit-Tazza tad-Dinja. Iż-żewġ naħat iltaqgħu kontra

xulxin seba’ darbiet oħra fl-istorja tagħhom imma din hi l-ewwel darba sa mill-1972. Dan kien fi Frar tal-2011 b’Messi jagħti rrebħa lill-Arġentina minn penalty 2-1. Għall-Portugiżi kien skorja wkoll Ronaldo. F’logħba oħra l-Ġermanja tilgħab kontra Spanja bil-kowċ Ġermaniż Joachim Loew jitlob lill-plejers biex itemmu sena memorabbli fuq nota pożittiva. Sa mir-rebħ tat-Tazza tadDinja, l-Ġermanja rebħu biss żewġ partiti minn ħamsa u tilfu kontra l-Arġentina u l-Polonja. Loew se jkun mingħajr ilgowlkiper Manuel Neuer waqt li Schurrle, Reus, Kramer u Boateng ukoll irtiraw milliskwadra. Dan ħalla lil Loew bi skwadra dgħajfa. Spanja jinsabu mingħajr Diego Costa waqt li Cesc Fabregas irtera bi problemi fil-hamstring u l-gowlkiper De Gea wkoll se jitlef il-logħba. Iż-żewġ naħat iltaqgħu 21 darba bil-Ġermanja jirbħu tmienja u Spanja 7.

Il-programm

Ġappun v Awstralja Tajlandja v New Zealand Ċina v Honduras Iran v Korea t’Isfel Slovakkja v Finlandja Belarus v Messiku Greċja v Serbja Slovenja v Kolombja Estonja v Jordan Awstrija v Brażil Rumanija v Danimarka Ukrajna v Litwanja Ungerija v Russja Irlanda v USA Italja v Albanija Polonja v Żvizzera Portugall v Arġentina Spanja v Ġermanja Franza v Żvezja Skozja v Ingilterra


www.maltarightnow.com

SPORT

Ħamrun jipprotestaw wara li l-U/17 se jilagħbu f’Sezzjoni C Matthew Mamo

Fil-bidu ta’ dan l-istaġun ilYouth Football Association bidlet ir-regoli tal-kampjonati tagħha bl-għan li “l-kampjonat ikun iktar ġust”. Dan wassal biex f’kampjonat tal-Under 17 li ssoltu jkun maqsum fuq Sezzjoni A, B, C1 u C2 issa nħoloq rawnd preliminari fejn kull sena jiġi promoss tim minn kull sezzjoni u flimkien jilagħbu rawnd preliminari bejn erbgħa. Dan ifisser li fil-kampjonat issa nħoloq bħal lig ieħor b’rawnd wieħed. Min jiġi lewwel f’dan ir-rawnd jilgħab f’Sezzjoni A, min jiġi t-tieni jilgħab f’Sezzjoni B, it-tielet jispiċċa Sezzjoni C1 u min jiġi rraba’ jilgħab f’Sezzjoni C2. Ġara li dan l-istaġun iżda nħolqot sitwazzjoni anomala fejn Ħamrun Spartans, Birkirkara u Floriana ġabu punti ndaqs. Hawn ittieħdu inkonsiderazzjoni l-konfronti diretti, fejn il-klabbs ukoll ġew indaqs. Kien

għalhekk li ttieħdet id-differenza ta’ gowls tal-logħob dirett bejn it-timijiet. Dan wassal biex Ħamrun Spartans issa spiċċaw f’Sezzjoni C filwaqt li klabbs oħra li ġabu l-istess punti se jilagħbu Sezzjoni A jew B. Dan qajjem kontroversja sħiħa, b’numru ta’ plejers li kkuntattjaw lil dan il-ġurnal jilmentaw minn dik li sejħulha ‘inġustizzja’. F’kummenti lil dan il-ġurnal, il-Head Coach tal-akkademja ta’ Ħamrun Spartans Stefan Sultana, fisser li ma jistax jifhem min ivvota għal din is-sistema’. “Probabli kienu klabbs li ma jinsabux f’Sezzjoni A jew B. Dan għaliex int tkun ilek taħdem għal snin twal biex tibni reputazzjoni u jirnexxielek twassal littim f’Sezzjoni A, imbagħad sfortunatament fil-bidu tal-istaġun qisek se tilgħab tliet finali għax għandek rawnd wieħed biss.” Sultana kkritika l-mod kif tqassmu l-gruppi. Fil-każ ta’ Ħamrun Spartans, huma suppost kienu f’Sezzjoni A fil-

waqt li bħala tim minn Sezzjoni B tpoġġa tim li kien Sezzjoni A u ġie relegat. Tpoġġew ukoll il-Furjana li kienu promossi għal Sezzjoni A imma tqiesu bħala tim ta’ Sezzjoni B kif ukoll Rabat Ajax li kienu f’Sezzjoni C. “Kemm għan-nursery u t-tfal tagħna din kienet daqqa ta’ ħarta kbira,” spjega Sultana. Hu fakkar li fi staġun sħiħ timijiet ta’ Sezzjoni C se jilagħbu biss seba’ logħbiet u ma jist-

għux jieħdu sehem finKnockout tal-YFA. Sultana appella biex il-YFA ssib il-format vera li jirrifletti l-valuri tat-timijiet għaliex qal li mhux ġust li logħba waħda ħażina mitlufa minn Ħamrun se twassal biex jispiċċaw f ’Sezzjoni C. Qal li għallinqas dan ir-rawnd preliminari għandu jintlagħab fuq żewġ rawnds. Ħadna wkoll il-kummenti tasSegretarju tal-YFA Joe Micallef

29

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

li fakkar kif l-assoċjazzjoni spjegat kollox fil-bidu tal-istaġun u fissret lill-klabbs li jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet simili. “Din hi sistema ġdida u millistaġun li ġej l-affarijiet se jkunu differenti għaliex ikollna sistema’ ta’ D, C, B u A fejn klabbs ta’ Sezzjoni D jilagħbu kontra dawk tas-C u jibqgħu tilgħin hekk,” spjega Joe Micallef. Micallef kompla li bħal kull ħaġa, fl-ewwel sena tranżitorja jista’ jkun hemm min tmissu din ix-xorti ħażina li din is-sena misset lil Ħamrun Spartans. “Wieħed irid jifhem li dan il-format ġdid ta’ kampjonat qed isir biex kemm jista’ jkun ikollna livell bilanċjat u nneħħu riżultati bi skors kbar,” sostna Micallef. Minkejja dan qal li hemm ukoll in-naħa l-oħra tal-munita fejn klabb minn Sezzjoni C sab postu f’Sezzjoni B għax għandu tim iktar b’saħħtu. Is-Segretarju tal-YFA qal li dan it-tibdil ma’ sarx b’kapriċċ imma biex il-kompetizzjoni tissaħħaħ.

Il-Caterham ineħħu Il-kandidaturi kienu qishom il-‘Wild West’ 230 impjegat TAZZA TAD-DINJA

FORMULA 1

L-amministratur tal-Caterham żvela li t-tim temm l-impjieg ta’ 230 impjegat waqt li kkonferma li se jieħu sehem fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun li se jsir ilġimgħa d-dieħla. Dan wara li ttim ħabbar li kien qed iżomm lis-sewwieq Ġappuniż Kamui Kobayashi għall-aħħar GP tassena. Caterham qalu li se jkunu qed iħabbru t-tieni sewwieq fil-jiem li ġejjin. Dan wara li l-Iżvediż Marcus Ericsson li saq ma’ Kobayashi matul dan l-istaġun, ittermina l-kuntratt b’effett immedjat il-ġimgħa l-oħra. Kobayashi li għandu 28 sena saq f’14-il tiġrija dan l-istaġun imma tneħħa għall-GP talBelġju waqt li kkritika wkoll lit-tim għat-tiswija li saret filkarozza tiegħu matul il-GP tarRussja. It-tim il-Ġimgħa kien akkużat minn impjegat li ħeba aħbar ħażina hekk kif it-tkeċċija talħaddiema waslet mas-suċċess ta’ proġett ta’ ġbir ta’ fondi għattim. Imma Finbarr O’Connell qal li dan kollu sar fuq talba tal-istaff.

“Minix ċert jekk din hix aħbar ħażina. Dan hu dak li talbuni nagħmel l-impjegati bħala grupp. Dan hu dak li riedu għaliex tressaqhom aktar viċin li jieħdu l-flus u jekk tkellmu lil xi ħadd mir-rappreżentanti, jikkonfermawlkom li l-14 ta’ Novembru kienet id-data li tawni.” It-tim tpoġġa f’amministrazzjoni x-xahar l-ieħor u l-impjegati ilhom ma jitħallsu mit-30 ta’ Settembru. O’Connell spjega li l-impjegati li tneħħew, fil-maġġoranza tagħhom kienu dawk li talbu biex jibdew proċeduri legali jekk t-tim ma jinbigħx. Il-Caterham ma ħadux sehem fl-aħħar żewġ Grand Prix flIstati Uniti u l-Brażil imma qed jippjanaw li jieħdu tim ta’ 40 persuna fiċ-ċirkwit ta’ Yas Marina għall-aħħar tiġrija talistaġun. O’Connell li qed jirrappreżenta lill-amministraturi Smith & Williamson f’Abu Dhabi se jkun qed jiltaqa’ wkoll ma’ possibilment xerrej li hu jemmen jista’ jsalva lit-tim.

L-eks Ministru tal-Isport Ingliż Sir Hugh Robertson qal li kien mgħarraf li l-kandidaturi għatTazza tad-Dinja tal-2018 u l2022 kienu proċess qisu l-‘Wild West’. Robertson kien parti mit-tim Ingliż li ħa ħsieb il-kandidatura biex jorganizza l-edizzjoni tal2018 li ngħatat lir-Russja fl2010, fl-istess jum li fih il-Qatar rebaħ id-dritt tal-2022. Robertson qal li wieħed mittim tal-kandidatura Ingliża qallu “m’hemmx regolamenti”. Il-Qatar ma nstabx ħati li għamel xi ħaġa ħażina biex rebaħ id-dritt tal-2022 imma Michael Garcia li nvestiga akkużi ta’ korruzzjoni qajjem dubji dwar irrapport. “Il-kliem FIFA u korruzzjoni huma bla dubju marbutin flimkien. L-uniku mezz kif jistgħu jibdew jirranġaw ir-reputazzjoni hu li jippubblikaw ir-rapport kollu biex jitfgħu xaqq dawl f’dalma kbira, imma ċ-ċansijiet huma limitati.” Ir-rapport tal-FIFA li sar millindipendenti Hans-Joachim Eckert, wara li Garcia għamel investigazzjoni ta’ sentejn,

minnhom qalli u se nikkwota ‘M’hemmx regolamenti. Dan hu proċess tal-Wild West’. Dan kollu tort tal-FIFA. Kienu huma li mexxew il-proċess u ma kellhomx regolamenti ċari. Imbagħad komplew kabbru liżball billi għaqqdu flimkien ilvotazzjoni tal-2018 u l-2022 u dan inkoraġġixxa lid-diversi delegati tal-pajjiżi kandidati biex jinnegozjaw il-voti.”

Sir Hugh Robertson baqa’ mpressjonat b’dak li qalulu

akkuża lill-FA Ingliża li bagħbset ir-regolamenti tal-kandidatura. Imma Garcia qal li r-rapport fih “numru kbir ta’ materjal mhux komplut u rappreżentazzjonijiet żbaljati.” Robertson, li nħatar ministru tal-Isport f’Mejju tal-2010 qal li mill-ewwel deher ċar għalih li lproċess kien imbagħbas. “Staqsejt mistoqsija meta sirt ministru tal-isport dwar x’kien permess li stajna nagħmlu u x’ma kienx permess u wieħed

Iħeġġeġ bojkott Sadanittant l-FA Ingliża qed tiġi nstigata biex tħeġġeġ lillUEFA ħalli jkun hemm bojkott mill-Ewropa għat-Tazza tadDinja li jmiss sakemm il-FIFA ma tagħmilx riformi serji. L-eks Chairman tal-FA David Bernstein qal li wasal iż-żmien li jittieħdu miżuri drastiċi kontra lFIFA. “L-Ingilterra waħedha ma tistax tinfluwenza dan. Kieku nipprovaw xi ħaġa bħal din niġu redikolati.” Hu qal iżda li t-Tazza tadDinja mingħajr it-timijiet Ewropej tkun dgħajfa u li bojkott bħal dan isib l-appoġġ tal-pubbliku.


www.maltarightnow.com

30

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Bulgarija vs Malta bir-ritratti EURO 2016

Id-difensur Ryan Camilleri ibiegħed il-periklu b’mod akrobatiku fl-ewwel taqsima (ritratt: EPA)

Andre Agius jipprova jaqta’ cross ta’ Stanislas Manolev (ritratt: Paul Zammit Cutajar)

Stanislas Manolev jaħrab l-markatura ta’ Paul Fenech (ritratt: Paul Zammit Cutajar)

SPORT

Rowen Muscat (lemin) jissielet mas-sostitut Iliyan Mitsanski fl-aħħar battuti tal-logħba (ritratt: Paul Zammit Cutajar)

Andre Schembri f’taqtiegħa ma’ Svetoslav Dyakov (ritratt: Paul Zammit Cutajar)

Il-captain Malti Roderick Briffa jimblokka ħarba ta’ Svetoslav Dyakov (ritratt: Paul Zammit Cutajar)


www.maltarightnow.com

31

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Naħseb li mexjin fit-triq it-tajba – Pietro Ghedin (kowċ ta’ Malta) WARA L-PARTITI MILL-EURO 2016

Pietro Ghedin jemmen li t-tim Malti miexi fid-dIrezzjoni t-tajba wara li ħa l-ewwel punt fid-draw 1-1 mal-Bulgarija minn Grupp H tal-Euro 2016. Clayton Failla skorja minn penalty biex ta d-draw lil Malta fil-Vasil Levski Stadium wara li Galabinov kien fetaħ l-iskor għall-Bulgari. Kien l-ewwel punt tal-Maltin fil-kwalifikazzjoni Ewropeja sa mill-2007 u Ghedin ma setax jaħbi s-sodisfazzjon tiegħu wara li l-aħħar żjara fil-Bulgarija s-sena l-oħra kienet spiċċat b’telfa umiljanti 6-0 fil-kwalifikazzjoni tatTazza tad-Dinja. “Dan hu riżultat fantastiku għalina. Kburi ħafna bil-prestazzjoni u rrid nifraħ lill-plejers kollha minn qiegħ qalbi għal dan irriżultat eċċellenti. Kuntent bittijib tat-tim minn logħba għal oħra u naħseb li mexjin fit-triq ittajba. Irrid nirringrazzja wkoll ilplejers mill-iskwadra ta’ taħt il-21 sena li wrew karattru kbir.” Ir-riżultat kien daqqa ta’ ħarta għat-tamiet tal-Bulgarija hekk kif it-tim ta’ Luboslav Penev issa jinsab sitt punti taħt il-liders. “Hu diffiċli ħafna għalija li nemmen li ma rbaħniex din illogħba. Naħseb li konna l-aħjar tim, ikkontrollajna l-logħba imma sfortunatament tlifna żewġ punti,” qal il-kowċ Bulgaru Luboslav Penev. “Ħlonqa ħafna ċansijiet, ilqatna

darbtejn il-lasta, fallejna penalty u fl-aħħar mill-aħħar xorta ma rbaħniex. Fil-logħba preċedenti (telfa 2-1 fin-Norveġja) ukoll ħloqna ċansijiet u nqasna milli neħduhom. U meta ma tiskorjax ma tirbaħx. Irridu nammettu li m’għandniex l-istint tal-gowl,” qal il-kowċ Bulgaru.

Kovac jitlob skuża Il-kowċ tal-Kroazja Niko Kovac talab skuża għall-imġieba tal-partitarji Kroati wara d-draw 1-1 mal-Italja f’Milan. Il-Kroati xeħtu flares fil-pitch f’nofs it-tieni taqsima u l-logħba kellha tieqaf għal 10 minuti. Kovac deher imħasseb b’dawn linċidenti li issa veru qed idejquh. “Inħoss li rrid nitkellem dwar linċidenti barra l-pitch. Diżappuntat ħafna bil-partitarji tagħna, xi ħaġa li diġà ġrat flIżvizzera fil-partita preċedenti. Kien għalhekk li rrid nitlob skuża lil dawk fil-pitch, lir-referee u lillplejers Taljani. Vera qed jiddispjaċini bl-imġieba tal-partitarji tagħna.” Kovac qal li t-tim kien sfortunat li ma ħax tliet punti u żamm irrekord perfett li kellu hekk kif issa baqgħu b’10 punti daqs l-Italja fi Grupp H. “Naħseb li kkontrollajna l-logħba għal 90 minuta. It-Taljani kienu tajbin fid-difiża imma xorta ħallew spazji warajhom u kellna aktar okkażjonijiet minnhom.

It-tim Malti kif beda kontra l-Bulgarija l-Ħadd (ritratt: Paul Zammit Cutajar)

Niftakar fost l-oħrajn ċans tajjeb ta’ Olic fl-ewwel taqsima u mbagħad Perisic fit-tieni taqsima li kienu jtuna punti massimi. Inħossni ftit diżappuntat għaliex qisna tlifna żewġ punti.” Min-naħa tiegħu il-kowċ Taljan Antonio Conte għaraf li l-Kroati jinsabu preparati aktar minnhom imma kien kuntent bir-riżultat. “Hu pass il-quddiem. Ma kinitx faċli. L-injury ta’ Pasqual xejn ma għenet u għalhekk tajna d-debutt lil Soriano. Ejja ngħid li din illogħba kontra tim li ilu żmien twil flimkien, bi kwalità kbira u b’esperjenza, kienet diffiċli. Għandna bżonn dawn il-plejers ġodda ħalli

Axiaq f’kundizzjoni stabbli BASKETBALL

Anton Axiaq, il-plejer talBasketball Cynergi Virtus, jinsab f’qagħda stabbli wara li lĦadd kien involut f’inċident ikrah u sfortunat waqt waħda mill-partiti tal-Bank of Valletta Knock Out kontra Bupa Luxol. Dan il-ġurnal ilbieraħ ħa lkummenti ta’ Axiaq li bħalissa jinsab rikoverat l-isptar. Huwa qal li ttieħed l-isptar fejn sarulu numru ta’ testijiet li komplew anke lbieraħ fejn inżamm għal osservazzjoni. Axiaq qal li jinsab f’qagħda stabbli u fadallu minn tal-inqas 24 siegħa oħra lisptar. Sadanittant dan il-ġurnal tkelelm ukoll ma’ Paul Sultana, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball (MBA) biex jieħu r-reazzjoni tiegħu għal dan l-inċicent u jekk hux se jittieħdu passi kontra l-plejer ta’ Luxol A. Borg li miegħu ħabat Axiaq fl-inċident. “Ma nistax ngħid x’passi se

ndaħlu entusjażmu u ħeġġa fliskwadra,” qal Conte.

Jikkunsidra li jirriżenja Il-kowċ tal-BożnijaHerzegovina Safet Susic żvela li qed jikkunsidra jekk jirriżenjax mill-kariga wara t-telfa 3-0 talĦadd kontra Iżrael. It-tim ta’ Susic kien qed iġarrab it-tieni telfa fil-kwalifikazzjoni tal-Euro 2016 b’wirja fqira f’Haifa u l-bidu tagħhom f’dawn il-partiti wassal biss biex żied ilpressjoni fuq il-kowċ. U Susic, li kien ħabbar il-ħsieb li jirriżenja wara t-Tazza tadDinja, imma mbagħad iffirma

et, Sultana li kien preżenti u assista għal dak kollu li ġara qal li personalment ma jaqbilx li llogħba tkompliet iżda bħala regola hu r-refree li suppost jieħu d-deċiżjoni. Minħabba l-inċident, il-logħ-

PREMIERSHIP

Sunderlandu QPRimmultati

Il-President tal-MBA Paul Sultana, il-kowċ ta’ Virtus Pal Ferrante u r-referee Bernard Vassallo kienu l-ewwel li resqu biex jagħtu l-għajnuna lil Anton Axiaq (ritratt: Joseph Galea)

jittieħdu. Li hu żgur hu li se jkun qed jitlaqqa’ l-bord biex issir iddixxiplina skont ir-rapport li sar mir-refree tal-partita,” qal Sultana. Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk jaqbilx li l-partita tkompli-

kuntratt ġdid ta’ sentejn oħra, ammetta li qed jikkunsidra lpożizzjoni tiegħu wara erba’ partiti mingħajr rebħa. “Se nieħu deċiżjoni fil-jiem li ġejjin. Ħadt ftit żmien biex naħseb l-affarijiet sewwa meta ġeddidt il-kuntratt u hekk se nerġa’ nagħmel issa. Kont wieħed mill-aktar persuni popolari filBożnija meta kkwalifikajna għatTazza tad-Dinja, illum probabbilment jien wieħed mill-aktar nies mibgħuda u għalhekk irrid nieħu t-tajjeb u l-ħażin.” Il-Bożnija jinsabu t-tieni millaħħar fi Grupp B b’żewġ punti biss minn erba’ partiti.

ba damet wieqfa għal aktar minn 20 minuta sakemm waslet lambulanza li ħadet lil Axiaq ilMater Dei. Il-partita ntrebħet mit-tim ta’ Axiaq Virtus 91-45 u eżatt qabel l-inċident l-iskor kien 55-30.

Sunderland ġew immultati £20,000 mill-FA minħabba imġieba ħażina tal-plejers fiddraw 1-1 kontra Everton. It-tim minn The Stadium of Light ammetta l-akkużi relatati mar-reazzjoni fil-konfront tarreferee Lee Mason wara li ta penalty lil Everton wara li Seamus Coleman spiċċa fl-art wara daħla ta’ Connor Wickham. L-FA qalet, “Sunderland ammettew l-akkużi ta’ mġieba ħażina u aċċettaw il-piena bażika ta’ £20,000 wara l-logħba kontra Everton.” Sadanittant QPR ukoll aċċettaw l-akkużi ta’ mġieba ħażina tal-plejers tagħhom fid-draw 2-2 kontra Manchester City. Il-klabb Londoniż ukoll kien immultat £20,000 għal dan linċident li nqala’ wara li r-referee ħassar gowl ta’ Charlie Austin f’Loftus Road fit-8 tax-xahar.


32

It-Tlieta, 18 ta’ Novembru, 2014

Helena Dalli terġa’ tinqabad tigdeb Il-Ministru ta’ Muscat għandha terfa’ r-responsabbiltà politika

Il-Ministru Helena Dalli għandha terfa’ r-responsabbiltà politika mhux biss għall-fatt li qed tagħmel xogħol illegali fuq farmhouse tagħha li tinsab f’zona ODZ u li għandha avviż ta’ infurzar kontriha, iżda talli gidbet lill-poplu Malti u Għawdxi. Helena Dalli gidbet meta qalet li ma tafx bix-xogħol li qed isir fil-farmhouse tagħha. Il-gaffa li qed tagħmel ix-xogħol illegali hija tal-kumpanija tagħha, PADA Builders. Dan ifisser li mhux talli Helena Dalli kienet taf bix-xogħol li qed isir fuq ilproprjetà tagħha, talli huwa lmakkinarju tal-kumpanija tagħha stess li qed jagħmel dan ix-xogħol. Dan qaluh il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Ippjanar u sSimplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Ryan Callus u l-Kelliem għall-Iżvilupp Soċjali, l-Ambjent u t-Tibdil filKlima Charlò Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha għal

Dan ir-ritratt tal-gaffa li qed tintuża fix-xogħol illegali fuq il-farmhouse ta’ Helena Dalli juri li l-makkinarju huwa tal-kumpanija tagħha stess, PADA Builders. Maġenbu jidher ukoll l-avviż ta’ infurzar li ħarġet ilMEPA fuq dan ix-xogħol illegali.

darba oħra sejħu biex ilMinistru Helena Dalli terfa’ rresponsabbiltà politika. F’dan il-każ, il-Ministru talOpportunitajiet Indaqs qed tgawdi minn drittijiet aktar minn

ħaddieħor. Ryan Callus għamel referenza għall-fatt li Helena Dalli ħbiet din il-farmhouse – li hi mibnija f’zona ’l barra mill-iżvilupp – mid-dikjarazzjoni tal-assi li

għamlet fil-Parlament. Dan lingann ukoll huwa każ serju li Helena Dalli trid tispjega u terfa’ r-responsabbiltà għalih. Iżda mid-dikjarazzjoni tal-assi toħroġ xi ħaġa ċara li Helena

Servizz imqanżaħ mill-Gozo Channel fi tmiem il-ġimgħa

www.maltarightnow.com

LOKALI

Dalli ma tistax taħbiha. Ixxogħol li qed isir fil-farmhouse qed isir mill-kumpanija tagħha, PADA Building. “Ma jistax ikun li Helena Dalli ma tafx li qed isir xogħol fuq il-farmhouse tagħha millkumpanija tagħha stess. Dikjarazzjoni bħal din ma titwemminx,” sostna Ryan Callus. Min-naħa tiegħu, Charlò Bonnici akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li qed jibqa’ sieket quddiem dan il-każ skandaluż minn wieħed millMinistri l-aktar viċin tiegħu. Hu fakkar li l-proprjetà ta’ Helena u Patrick Dalli tinsab ftit metri biss ’il bogħod mid-dar fejn tgħix Helena Dalli u għalhekk hu aktar ovvju li Helena Dalli kienet taf mill-bidu nett dwar ix-xogħol li qed isir fuq ilfarmhouse tagħha stess millkumpanija tagħha stess. Dan huwa każ gravi. Muscat u Dalli għandhom ħafna xi jwieġbu.

Kjuwijiet twal ta’ karozzi biex jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer wara li ħsara fl-MV Gaudos wasslet biex is-servizz jitħaddem b’żewġ vapuri biss Joe Mikallef

Lejn nofs il-ġimgħa li għaddiet, il-vapur MV Gaudos ħabat ma’ parti mill-moll tal-port talImġarr f’Għawdex waqt li kien dieħel b’tagħbija kummerċjali, u dan wassal biex fil-jiem ta’ wara, inkluż fi tmiem il-ġimgħa, isservizz ipprovdut mill-Gozo Channel b’vapur nieqes ikun wieħed imqanżah għall-aħħar. Dawk li fi tmiem il-ġimgħa marru Għawdex jew kellhom jaqsmu minn Għawdex, sabu kjuwijiet twal ta’ karozzi u passiġġieri biex jaqsmu bejn iżżewġ gżejjer. Dan kien dovut għall-fatt li s-servizz tħaddem minn żewġ vapuri biss – l-MV Ta’ Pinu u l-MV Malita. Mhux magħruf meta s-sitwazzjoni mistennija tirritorna għannormal bl-użu tat-tliet vapuri, u dan minkejja li fi tmiem din ilġimgħa hu mistenni traffiku ġmielu ta’ passiġġieri u karozzi bejn Malta u Għawdex minħabba li bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru l-kumpanija se tkun qed toffri tariffi mnaqqsin, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-karozzi.

Is-sitwazzjoni mwiegħra attwali fil-Gozo Channel immaturat nhar il-Ħamis li għadda meta l-MV Gaudos kien involut f’żewġ inċidenti. L-ewwel inċident seħħ filgħodu meta waqt sessjoni ta’ taħriġ ta’ sigurtà abbord dan il-vapur, waħda mid-dgħajjes ta’ salvataġġ magħrufa bħala “RFB” ġarrbet xi ħsarat u ma setgħetx tibqa’ tintuża. It-taħriġ kien qed isir filport ta’ Sa Maison. Lura dakinhar stess lejn Għawdex, l-istess vapur tgħabba b’tagħbija kummerċjali, u kellu trakkijiet b’merkanzija differenti abbord. Proprju meta dan daħal fil-port tal-Imġarr, jidher li żviluppawlu xi ħsarat tekniċi birriżultat li l-MV Gaudos baqa’ dieħel fuq il-moll u inkalja miegħu. Il-Kaptan tal-vapur għamel minn kollox biex jaqla’ lvapur minn mal-moll u sorsi li kienu preżenti fissru li din l-operazzjoni ħadet madwar għaxar minuti. Fost it-trakkijiet abbord l-MV Gaudos dak il-ħin kien hemm ukoll erba’ trakkijiet li jġorru d-diesel. Wara dak l-inċident, il-

L-MV Gaudos nhar il-Ħamis baqa’ dieħel fuq il-moll fil-port tal-Imġarr meta kien mgħobbi bil-merkanzija – s’issa għadu barra mis-servizz

kumpanija Gozo Channel, fi stqarrija, avżat lill-pubbliku li dakinhar waranofsinhar il-vapur MV Gaudos irreġistra ħsara teknika ftit qabel ma rabat malmoll tal-Imġarr. Mill-ewwel analiżi, qalet il-kumpanija, jirriżulta li ntlaqtet biss parti millqiegħ tal-vapur mal-moll. Fl-istqarrija, il-kumpanija qalet li dan ma kienx vjaġġ bilpassiġġieri imma b’tagħbija kummerċjali u li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Qalet ukoll li tim ta’ esperti tekniċi u marittimi bħalissa qed jagħmlu evalwaz-

zjoni biex ikunu stabbiliti l-fatti tal-każ. Fl-istqarrija maħruġa nhar ilĦamis stess intqal li l-operat u lvjaġġi se jibqgħu għaddejjin kif skedat mingħajr inkonvenjent. Imma kuntrarju għal dak li ntqal mill-Gozo Channel f’din listqarrija, fi tmiem il-ġimgħa linkonvenjent għall-passiġġieri kien wieħed kbir ħafna u xhieda ta’ dan kien hemm il-kjuwijiet jistennew biex jaqsmu bejn iżżewġ gżejjer. Jirriżulta li l-vapur għandu daqqa u ħsarat f’parti mill-qiegħ

tiegħu. Għalkemm il-ħsarat kienu evalwati minn surveyer, jidher li s’issa ma nħarġet l-ebda ċertifikazzjoni biex dan il-vapur ikun jista’ jiddaħħal mill-ġdid fliskeda tal-vjaġġi tal-Gozo Channel. Sorsi qrib il-Gozo Channel staqsew jekk dwar din il-ħabta saritx jew hix qed issir xi inkjesta. Staqsew ukoll meta se jissewwew il-ħsarat fil-qiegħ talvapur, kif ukoll meta se tissewwa l-“RFB” li mingħajrha l-vapur ma jkunx jista’ jbaħħar. L-istess sorsi żiedu li jekk ilGozo Channel mhix se tkun kapaċi tirrimedja s-sitwazzjoni fil-ħin, allura fi tmiem din ilġimgħa l-inkonvenjent għall-passiġġieri mistenni jkun ferm u ferm akbar milli kien fi tmiem ilġimgħa li għaddiet.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.