In-Nazzjon 10 ta' Novembru 2014

Page 1

Nru 13,896

It-Tnejn, 10 ta‘ Novembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Daħna kbira mill-power station tal-Marsa

Ara paġna 3

L-MCAST: lejn defiċit ta’ €2 miljun Deċiżjonijiet kompletament żbaljati matul ix-xhur li għaddew wasslu biex issa l-MCAST qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni ta’ paniku minħabba li l-bilanċi finanzjarji tiegħu jinsabu mwiegħra...

Minkejja snin twal ta’ suċċessi u riżultati mill-aqwa, qatt daqs dawn l-aħħar ġimgħat l-MCAST ma kien jinsab f’sitwazzjoni mwiegħra minħabba li ddeċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu wasslu biex illum min hu responsabbli mill-finanzi tiegħu qed jgħid li d-defiċit laħaq iċċifra preokkupanti ta’ €2 miljun. Sorsi li tkellmu ma’ In-

Nazzjon fissru li forsi l-akbar problema li qed tikkaġuna ħafna problemi hi li min qiegħed hemm biex imexxi għandu ħabta li jħalli kollox għall-aħħar. Dan hu sintomu kontinwu. Iddeċiżjonijiet flok jittieħdu b’effiċjenza, ikunu posposti, imbagħad forsi jintesew... u mbagħad meta jkun tard wisq ħafna paniku u ġenn. U fil-

paniku u l-ġenn ma jsirux laffarijiet sew. Persuni li tkellmu magħna fakkruna li huma kienu mwiegħda li l-kompjuters għallużu mill-istudenti kellhom jaslu sal-bidu ta’ Novembru. “Novembru beda u issa għaddew numru ta’ jiem mhux ħażin, iżda bla kompjuters konna u bla kompjuters għadna! U mill-

Ministeru ħadd ma jinteressa ruħu u jieħu azzjoni!” Is-sorsi li tkellmu ma’ InNazzjon żiedu li l-għalliema tal-ICT qed jistaqsu kontinwament lill-Prinċipal meta se jaslu dawn ilkompjuters għax qed isibuha diffiċli ħafna biex jagħmlu llezzjonijiet. għal paġna 3

Suspetti li l-kap tal-ISIS jinsab f’xifer il-mewt wara attakk mill-ajru

Ara paġna 15

Qormi miżmuma minn Pietà u Mosta jegħlbu lil Tarxien

Ara paġna 31


2

www.maltarightnow.com

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

L-Aid to the Church in Need (Malta) tniedi r-Religious Freedom Report 2012-2014

Ħadd ma jista’ jċaħħad lil ħadd il-libertà reliġjuża

L-Aid to the Church in Need (Malta) dan l-aħħar nediet irReligious Freedom Report dwar ilpersekuzzjoni tal-Kristjani u ta’ Komunitajiet oħra. Dan l-avveniment sar filLaboratorju tal-Paċi, Ħal Far, fejn attendew għalih Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apostoliku, u Joe Vella-Gauci, Ambaxxatur u Delegat Permanenti tal-UNESCO għal Malta. Ilmistieden speċjali kien il-Professur Patri Majid McDassy OP. Mons. Charles J. Scicluna, Amministratur Apostoliku, ma setax jattendi minħabba inpenn pastorali ieħor P. Dionisius Mintoff OFM, Direttur tal-Laboratorju tal-Paċi, semma l-missjoni tal-Laboratorju tal-Paċi u l-ħidma li twettqet f’dawn l-aħħar 40 sena bid-djalogu u l-paċi. Hu qal li l-Laboratorju talPaċi se jkompli jaħdem id f’id malAid to the Church in Need b’risq ħutna ppersegwitati. Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta), semma li ddefinizzjoni tal-libertà reliġjuża talbniedem li tinsab fl-Artiklu 18 tadDikjarazzjoni Universali tadDrittijiet tal-Bniedem, tiggarantixxi li kull bniedem għandu d-dritt tallibertà reliġjuża u li din ħadd ma għandu jċaħħadhielu. Il-Professur Patri Majid McDassy OP minn Bagdad, l-Iraq, qal li l-Iraq ilu li tilef il-libertà reliġjuża sa mill-2003 għaliex kien

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, flimkien ma’ Mons. Aldo Cavalli, Nunzju Apostoliku, u Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali Aid to the Church in Need (Malta) waqt it-tnedija tar-Religious Freedom Report 2012-2014 fil-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far

hemm proġett djaboliku biex jinqerdu l-Kristjani fl-Iraq. Din il-gwerra bdiet f’isem iddemokrazija u l-libertà, iżda llum lIraq hu totalment meqrud u n-nies qed isofru ħafna minħabba din issitwazzjoni perikoluża. Mons. Joe Vella-Gauci qal li minn mindu ġie nominat Ambaxxatur u Delegat Permanenti anki Malta għamlet interventi diplomatiċi permezz tal-UNESCO biex tgħin lill-Kristjani ppersegwitati. Fost ħwejjeġ oħra huwa semma li l-uffiċju tiegħu iffaċilita biex tiġi organizzata laqgħa li kienet ilha biex issir bejn lIsqfijiet Insara Ortodossi u Kopti u l-Barunessa Catherine Asthon talUnjoni Ewropea. In-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli feraħ lill-Aid to the Church

in Need ta’ dan ir-rapport u saħaq li biex tieqaf din il-persekuzzjoni u sseħħ il-paċi jeħtieġ li jkun hemm id-djalogu u kulħadd għandu jkollu l-identità tiegħu ċara. Huwa ddjalogu ġenwin li jista’ jagħti l-frott mixtieq biex tkun imħarsa sew illibertà reliġjuża. Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, ferħet lilLaboratorju tal-Paċi għall-ħidma li ilu jwettaq għal 40 sena favur iddjalogu u l-paċi bejn il-pajjiżi. IlPresident qalet li Malta għandha rwol importanti ħafna li ġġib ilkulturi flimkien għaliex Malta tinsab f’post ideali, “bejn tliet kontinenti”. Il-President esprimiet ix-xewqa tagħha li titwaqqaf f’Malta komunità li ġġib ’il quddiem iddjalogu inter-reliġjuż għall-paċi.

LOKALI

Titnieda kampanja online dwar l-ambjent L-għaqda Din l-Art Helwa nediet proġett bl-isem Kampanja għall-Kampanja li jinkludi kampanja fuq l-internet dwar l-ambjent rurali ta’ pajjiżna. Il-proġett se jdum sena u matulu se jinġabru l-ilmenti u suġġerimenti tal-pubbliku dwar il-kampanja u l-ambjent ta’ pajjiżna filwaqt li se jsir eżerċizzju li jwassal biex jitfassal dokument ta’ policy għall-konsultazzjoni. Waqt it-tnedija tkellem ilprofessjonist tal-ambjent Alan Deidun li ħeġġeġ biex nesploraw aktar aspetti tal-ambjent li għadhom ma bdewx jingħataw biżżejjed attenzjoni. Tkellmet ukoll ir-rappreżentant tal-għaqda Youth for the Environment, Julia Farrugia, li appellat biex

naraw li ngħaddu ambjent sabiħ u san lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar u l-ġenerazzjonijiet futuri. Il-President ta’ Din l-Art Helwa Simone Mizzi tkellmet dwar il-bżonn li pajjiżna jħares u jsaħħaħ l-ambjent. Hi rreferiet għall-ittra li ntbagħtet missitt Presidenti li kellha l-għaqda fl-aħħar 50 sena li fiha appellaw lill-Prim Ministru biex jassigura li l-legat tiegħu lejn Malta ma jkunx imfakkar għal aktar qerda fl-ambjent rurali. Simone Mizzi spjegat li lgħaqda għadha ma rċeviet lebda risposta għall-ittra u sostniet li tistenna li lMinistru tal-Ambjent jieħu sehem iktar attiv fil-qasam tiegħu hekk kif donnu tilef lportafoll tiegħu.

Il-Fondazzjoni Save a Life, immexxija mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika Vilhena talFurjana, waqqfet skola talmużika interattiva għat-tfal u għaż-żgħażagħ f’din il-lokalità u oħrajn qrib. Fil-fatt, dan il-proġett, li se jkun qed joffri taħlita ta’ teknoloġija u strumenti mużikali, se jkun jista’ jgħin liż-żgħażagħ biex jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom f’ambjent professjonali bażat fuq il-kur-

rikulu tat-Trinity College. Claudio Grech wera xxewqa tiegħu li dan il-proġett joħloq aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ, ħaġa li hija lgħan ewlieni ta’ din ilFondazzjoni. L-apparat elettroniku li ngħata minn din ilFondazzjoni ntlaqa’ millPresident tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena Christopher Vella, li semma lħidma li se tkun qed tmexxi din is-Soċjetà biex isir l-aħjar użu possibbli ta’ dan l-apparat mużikali.

Proġett ieħor tal-Fondazzjoni ‘Save A Life’


Daħna kbira mill-power station tal-Marsa

www.maltarightnow.com

3

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

Ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-11 dehret tiela’ daħna kbira sewda mill-power station tal-Marsa. Daħna li dehret minn diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-parti tal-impjant li qiegħda tintuża bħalissa hija magħrufa bħala l-B Station. F’dan is-sit fil-Marsa x-xahar l-ieħor kien beda x-xogħol biex din il-power station tingħalaq. Fil-fatt bħalissa għaddej It-twaqqigħ tal-ewwel strutturi mill-impjant li jiffunzjona llum – jiġifieri t-tliet ċmieni u l-erba’ tankijiet li fihom jinħażen il-heavy fuel oil. Hemm ukoll sitt ventilaturi li issa ilhom is-snin ma jintużaw.

L-għalliema tal-MCAST mhedda biex ma jirrikorrux għand l-MUT

Il-Maltin iħallsu l-ogħla prezz tal-fuel fl-Ewropa

Min-naħa tiegħu l-Prinċipal jidher li mhux f’pożizzjoni li jagħti data għax meta ta data din ma nżammitx. Sadattant l-istess għalliema huma inkwetati aktar dwar dawn il-kompjuters għax issa listudenti tagħhom waslu biex jagħmlu l-ewwel assignments. Biex tkompli tikkomplika ruħha din is-sitwazzjoni diġà diffiċli għall-istudenti tal-ICT, dik li hi magħrufa bħala l-Istudy Room li fiha s-soltu l-istudenti jmorru biex ikunu jistgħu jistudjaw u jaħdmu fuq lassignments li jkollhom billi jużaw il-kompjuters li hemm flistess kamra, ma jistgħux jagħmlu dan għax din l-Istudy Room qed tintuża bħala klassi. Dan minħabba nuqqas kbir ta’ klassijiet u allura bilkonsegwenza li l-istudenti lanqas għandhom fejn jistudjaw jew fejn jaħdmu fuq l-assignments li

Minkejja li skont l-aħħar stħarriġ ippubblikat ilbieraħ, lakbar inkwiet għall-Maltin huwa t-traffiku u li skont l-istatistika l-Maltin iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-fuels fl-Ewropa, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat, ilbieraħ filgħodu waqt intervista fuq l-istazzjon Laburista, injora għalkollox dawn l-aktar żewġ temi importanti għall-familji Maltin u Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija, fejn qal li Muscat kien moħħu biss fil-Kap talPartit Nazzjonalista Simon Busuttil u f’45 minuta intervista, aktar semma lil Simon Busuttil milli tkellem dwar dak li qed jagħmel il-Gvern. Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-viżjoni ekonomika, l-unika viżjoni ta’ Muscat hi li jdaħħal

minn paġna 1

jkollhom. Din hi sitwazzjoni ġdida mill-aktar preokkupanti għax fis-snin preċedenti listudenti dejjem kellhom Study Room mgħammra bl-aħħar teknoloġija. In-Nazzjon illum jista’ jiżvela li f’laqgħa li saret ftit tal-jiem ilu, l-għalliema kienu akkużati mittmexxija tal-Kulleġġ li qed jgħaddu l-informazzjoni lillmedia. Huma kienu mhedda biex ma jibqgħux jitkellmu malmedia jew inkella jmorru jirrappurtaw il-problemi kbar li għandhom lill-MUT. Nifhmu li fl-istess laqgħa, lgħalliema wrew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li l-ħin allokat għal-lezzjonijiet tnaqqas b’għaxra fil-mija u fl-istess ħin lgħadd ta’ studenti fi klassi waħda żdied b’tal-inqas ħamsin fil-mija. L-għalliema qalu li dan jista’ jwassal li n-numru tal-istudenti li jfallu mill-eżamijiet jew li ma jkomplux bil-kors għax jaqtgħu qalbhom jiżdied għad-detriment

tal-isem tajjeb li dejjem gawda lIstitut tal-ICT. L-għalliema enfasizzaw ilpunt li dan mhux il-mezz għaqli li għandu jintuża biex ikunu ffrankati l-flus, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li l-MCAST nefaq eluf kbar ta’ ewro biex jgħammar Blokka M, meta kif ikkonferma l-Prinċipal stess din se titwaqqa’ fil-futur qrib! Il-Prinċipal ikkonferma wkoll li mhux se jitwaħħlu sistemi ta’ arja kudizzjonata fi Blokka M, xi ħaġa li se sservi ta’ skumdità kbira kemm għall-għalliema u anki għall-istudenti. Sadattant minn informazzjoni li In-Nazzjon irnexxielu jikseb jirriżulta li l-ħruġ tat-tender għaxxiri u l-istallazzjoni tal-kompjuters fi Blokka M jista’ jkun fiha xamma qawwija ta’ irregolaritajiet. Imma dwar dan il-ġurnal In-Nazzjon għadu qed jiġbor aktar informazzjoni, fosthom dwar aġġustamenti li jista’ jkun li saru wara li ngħata l-kuntratt.

... u Muscat moħħu biss biex jattakka lil Simon Busuttil

3,800 persuna mal-Gvern, kif ukoll għafsa fuq il-pagi u l-pensjonijiet. Il-Prim Ministru żgur mhux nieqes minn nies madwaru li jifhmu fl-ekonomija, bħal pereżempju Konrad Mizzi li qed iħallas lil martu €13,000 fix-xahar minn flus il-poplu Malti u Għawdxi. Il-PN ikompli jgħid li flok jaħli l-ħin fi stil antikwat ta’ politika, kien ikun aħjar kieku Muscat tkellem dwar iż-żieda qawwija fil-kera tal-housing soċjali, l-irduppjar u aktar tassussidju lil kumpanija Spanjola, iż-żjara tinten fi Spanja ta’ Joe Mizzi u James Piscopo, kemm se jkunu nnolijiet tat-trasport pubbliku, u meta se tibda l-power station li suppost għandha tkun lesta sa erba’ xhur oħra bil-piż tarriżenja tiegħu stess.


4

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Tammetti kompliċità f’nar lil residenza

Mara ta’ 29 sena minn Birkirkara ammettiet quddiem il-Maġistrat Carol Peralta li fid-19 ta’ Lulju li għadda, għall-ħabta tal-4pm, fil-Gżira kienet kompliċi ma’ persuni oħra biex tat in-nar lir-residenza ta’ koppja millGżira li jiffosterjaw lil bintha. Il-koppja tinsab ukoll fil-proċess tal-adozzjoni tattifla. Josianne Grech ammettiet li għamlet ħsara fuq il-bieb tar-residenza, liema ħsara hija ta’ aktar minn €2,500 u li għamlet dan biex il-koppja ma tkomplix bil-proċess taladozzjoni tat-tifla. Ir-raġel li jiffosterja littifla qal lill-Pulizija li meta kien qed jipprova jraqqad littifla ta’ Grech, innota li lbieb prinċipali tad-dar tiegħu kien qed jaqbad. Qal ukoll li xi ġimgħa qabel sab iż-żewġ tyres tal-karozza li kienet ipparkjata quddiem id-dar, mifqugħin. It-tifla qed tiġi fosterjata mill-koppja fuq deċiżjoni tal-Aġenzija Appoġġ. Wara li semgħet il-kawża, il-Qorti qalet li l-ewwel se tisma’ x-xhieda tal-uffiċjal tal-probation qabel ma tgħaddi biex tagħti s-sentenza. Il-mara nżammet taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jason Francis Sultana u Saviour Baldacchino.

www.maltarightnow.com

Koppja taqbel fuq l-annullament, imma l-Imħallef jaħsibha mod ieħor Koppja qablet li ż-żwieġ tagħha għandu jiġi annullat minħabba li fost affarijiet oħra m’għadhomx intimi ma’ xulxin, iżda l-Imħallef Robert Mangion, li sema’ t-talba, ma qabilx, u ċaħad it-talba. Quddiem il-Qorti tal-Familja, il-mara spjegat kif hi u żewġha tant ma ridux li jkunu intimi lejn xulxin, li t-tifel kienu jraqqduh f’nofshom biex żgur ma jiġri xejn. Il-koppja żżewġet biċ-Ċivil fl-2005 u tul is-sitt snin li damu flimkien kellhom lit-tifel. Huma ma baqgħux jgħixu flimkien fl2011 u sena wara kisbu s-separazzjoni. Il-mara riedet l-annullament u żewġha qabel ma’ dan iżda ma

kienx tal-istess fehma l-Imħallef Robert Mangion li sema’ t-talba. Fl-affidavit li ppreżentat, il-mara qalet li hija bdiet toħroġ marraġel xahrejn wara li ħassret minn relazzjoni ta’ ħames snin li fiha kellha kollox ippreparat għat-tieġ. Hi ammettiet li għaliha żżwieġ kien mezz biex issolvi lproblemi li kellha peress li kienet imdejqa fid-dar ta’ missierha minħabba li kien ikollha argumenti miegħu ta’ spiss u ma kinetx tifhmu. Skont hi, missierha kien ibati minn ‘obsessive compulsive disorder’ u dan il-fatt spiċċa biex waqqagħha f’dipressjoni. Il-mara qalet li lil żewġha

qaltlu li ma kinetx tħobbu u sostniet li wara li żżewġu hu qalilha li kien ħa dan il-pass kemm għax kien tħassarha kif ukoll għax ried tarbija akkost ta’ kollox. Hi ddeskriviet lil żewġha bħala “charmer”, u “flirter”, li jagħti ħafna kunfidenza lin-nisa, li kien ifittex l-attenzjoni, ivvizzjat fuq il-Facebook u li ma kienx kapaċi jidħol f’rabta ma’ persuna waħda. Dejjem skont hi, il-problemi bdew qabel iż-żwieġ u ż-żwieġ tfarrak meta hu ammetta li kien qed jorqod ma’ persuna oħra. Għalkemm marru għal counselling għand il-Moviment ta’ Kana, ħajja intima ma kellhomx u rari kien ikollhom x’jaqsmu flimkien tant li kienu jraqqdu lit-

Mhux ħati li kellu x’jaqsam ma’ bint is-sieħba tiegħu, ta’ 14

Raġel ta’ 49 sena minn Burmarrad ġie lliberat minn akkużi li kellu x’jaqsam ma’ tfajla ta’ 14-il sena, li tiġi bint is-sieħba tiegħu. Fis-sentenza tagħha, lMaġistrat Audrey Demicoli qalet li r-raġel qed jinħeles minn kull akkuża minħabba xhieda inkonsistenti. Isem ir-raġel ma jistax jissemma biex tiġi protetta l-identità tat-tfajla. Is-sieħba tal-akkużat, li tiġi omm it-tfajla, qalet fil-Qorti li kienet ilha taf lill-akkużat għal ħames snin minħabba li kienet toħroġ miegħu. Qalet li lallegazzjonijiet li għamlet it-tifla fuq l-akkużat kienet għamlithom ukoll fuq il-missier adottiv

tagħha, li saħansitra kienet marret tagħmel rapport fuqu flGħassa ta’ Bormla. Il-Qorti qalet li mhux l-ewwel darba li l-minuri għamlet allegazzjonijiet simili ta’ abbużi sesswali u dan f’mumenti ta’ diffikultà li kienet tkun għaddejja minnhom matul ħajjitha. Per eżempju, fiż-żmien meta ommha u missierha kienu għaddejjin minn fażi ta’ separazzjoni, kienet allegat li missierha kien abbużaha. It-tifla qalet fil-Qorti li ommha u missierha kienu separati, u ommha għal xi żmien kellha partners oħrajn, li anki għamlu żmien jgħixu fid-dar ta’ ommha, l-aħħar wieħed l-akkużat.

Minħabba f’hekk kienet telqet mid-dar ta’ ommha u kien meta marret lura li l-akkużat kien abbuża minnha. It-tfajla kompliet tgħid li limputat kien jgħidilha biex ma tgħid xejn fuq dak li jagħmlu, u li hi kienet spiċċat l-isptar Monte Carmeli peress li l-ħabiba li kienet tħobb telqitha, u r-raġel li kienet taf ikkommetta suwiċidju. Qalet li kienet damet Monte Carmeli seba’ xhur sħaħ minħabba li ommha ma ridithiex tmur lura d-dar qabel ma tbiddel il-verżjoni fuq l-akkużat. Wara, imma, it-tfajla stqarret li qalet dak li qalet għax riedet tpattiha lil ommha.

QORTI

tifel fis-sodda magħhom biex ma jkunux intimi. Ir-raġel għażel li ma jixhedx f’din il-kawża imma ddikjara li jaqbel ma’ martu li ż-żwieġ ta’ bejniethom kellu jiġi dikjarat null. L-Imħallef Mangion, imma, kellu ħsibijiet differenti, u qal li meta r-raġel u l-mara żżewġu kellhom 30 sena u ta’ din l-età persuna hija meqjusa matura biżżejjed biex tifhem il-konsegwenzi taż-żwieġ. Hu qal li meta ż-żewġ partijiet taw il-kunsens tagħhom kienu jafu x’inhuma d-dmirijiet u ddrittijiet. “Mhux biżżejjed għallfinijiet ta’ annullament taż-żwieġ l-infedeltà waqt iż-żwieġ”.

Ċarratlu widnejh għal €20

Raġel ta’ 59 sena, imwieled Għawdex u residenti San Pawl il-Baħar, xehed filQorti kif ġie aggredit minn raġel ieħor u qala’ daqqa ta’ tazza tal-birra f’widintu, talli talbu €20 li kien sellfu madwar erba’ ġimgħat qabel. John Said, l-allegat vittma f’dan il-każ, qal li spiċċa b’widintu mċarrta wara li Jason Sciberras, ukoll residenti San Pawl il-Baħar, tah daqqa ta’ tazza tal-birra, barra l-ħanut Aphrodite Bar. Il-każ seħħ f’San Pawl ilBaħar fit-12 ta’Awwissu ta’ din is-sena għall-ħabta tal-10pm. Il-każ ikompli fl-4 ta’ Diċembru.

Mara miżżewġa mixlija li għamlet allegazzjoni falza fuq is-sieħeb tagħha

Għamlet rapport lill-Pulizija li kkorrompa lil binthom ta’ sentejn u nofs Rita Borg ta’ 46 sena millMosta bdiet għaddejja proċeduri fil-Qorti mixlija li għamlet rapport falz lill-Pulizija meta kienet taf li dan seta’ kellu konsegwenza fuq bniedem innoċenti. F’dan il-każ kienu saru akkużi minnha fuq l-allegatat vittma William Micallef, li l-mara allegat li kien qed jikkorrompi lil binthom ta’ sentejn u nofs. Borg kienet għamlet ir-rapport fit-3 ta’ April 2013, u kienet allegat li William Micallef, li miegħu

kellha relazzjoni, kien daħħal subgħajh fil-parti privata tattifla, iżda meta t-tifla kien sarilha test biex ikun stabbilit jekk kienx sar xi att żieni, ħareġ li kienet għadha verġni. Dan ħareġ mix-xhieda talProsekuzzjoni quddiem ilMaġistrat Anthony Vella, fejn ilProsekutur qal li kien is-Surġent Kevin Buhagiar li infurmah b’dan il-każ, fejn qallu li Rita Borg kienet qalet li William Micallef kien abbuża minn binthom.

L-Ispettur Mifsud qal li hu kien ċempel lill-Maġistrat Inkwerenti, li kien Francesco Depasquale, u dan ħatar lillespert Mario Scerri biex isiru leżamijiet fuq it-tifla. Qal li kienet l-akkużata stess li ħadet lil bintha għat-testijiet, u ħareġ li din kienet għadha verġni. L-Avukati Jason Azzopardi, Martin Fenech u Kris Busietta qegħdin jidhru bħala parti ċivili fil-każ li se jkompli fid-29 ta’ Jannar li ġej.


www.maltarightnow.com

LOKALI

L-importanza tal-iżvilupp Lawrence Gonzi sostenibbli għall-gżejjer Maltin jiffirma l-ktieb tiegħu diskussa fil-Berlin Economic Forum fil-Festival tal-Ktieb

L-eks Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi jindirizza l-Forum ilbieraħ filgħaxija F’diskors ilbieraħ filgħaxija, l-eks Prim Ministru ta’ Malta Lawrence Gonzi indirizza lBerlin Economic Forum 20142024, fejn tkellem dwar ilPerspettiva Maltija dwar lEkonomija u t-Teknoloġija Sostenibbli. Lawrence Gonzi tenna kif din is-sena dan il-forum għandu tifsira akbar minħabba li proprju f’dawn il-jiem qegħdin infakkru l-25 anniversarju millwaqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin, okkażjoni li fiha wieħed għandu jaħseb fuq il-passat u jirrifletti fuq il-valuri li ħarġu minn dan l-avveniment, b’mod speċjali t-tneħħija tal-ħitan artifiċjali li jxekklu l-iżvilupp sostenibbli. Dwar din it-tema, Lawrence Gonzi tenna li l-kunċett tassostenibbiltà joffri ħafna sfidi fih innifsu, sfidi li jmorru lil hinn minn kunċetti bħallenerġija nadifa u t-tkabbir ekonomiku bbażat fuq irresponsabbiltà ambjentali. Minkejja dan, fortunatament illum qed jikber sens ta’ responsabbiltà komuni li dawn l-isfidi ma jaffettwawx biss setturi individwali iżda huma ta’ natura globali. Hawnhekk huwa rrefera wkoll għal diskors mogħti f’dawn il-jiem mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon, li tenna li rapporti xjentifiċi pubblikati

5

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

reċentement urew kif il-mexxejja tal-pajjiżi għandhom jingħaqdu flimkien minħabba li dawn il-problemi qed ikomplu joktru. B’riferenza għall-gżejjer Maltin, Lawrence Gonzi tkellem dwar il-problemi li qed jaffaċċja l-pajjiż, fosthom impatt negattiv minħabba linkwiet fl-Afrika ta’ Fuq u lproblema tal-immigrazzjoni irregolari. Huwa semma wkoll kif ilgżejjer Maltin m’għandhomx riżorsi naturali fuqiex jistrieħu, u kif anki l-produzzjoni talilma għax-xorb mill-ilma baħar toffri l-isfidi tagħha. Minkejja dan, l-ekonomija Maltija kompliet tissaħħaħ, anki fi żmien irriċessjoni globali. Hawnhekk Lawrence Gonzi faħħar il-ħaddiema Maltin, li adattaw ruħhom kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. Fil-fatt, il-ħaddiema Maltin kienu strumentali biex Malta tirnexxi fl-Ewropa, hekk kif ħaddiema u studenti ippenetraw is-suq Ewropew, b’mod speċjali permezz tal-komunikazzjoni u l-informatika. Ir-riżultat tal-ekonomija sostenibbli seta’ jsir realtà biss

wara għadd ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Gvern mis-snin 90 ’il quddiem. Fost dawn kien hemm id-deċiżjoni li jsir investiment fit-teknoloġija moderna u l-edukazzjoni, trasformazzjoni tas-settur tal-manifattura minn wieħed bażat fuq it-tesssuti għal wieħed bażat fuq teknoloġija avvanzata, investiment fis-settur tal-finanzi u ddeċiżjoni li Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea. Is-sħubija ta’ Malta fiz-Zona Ewro kienet ukoll strumentali biex il-pajjiż seta’ jkompli jimxi ’l quddiem. Lawrence Gonzi tkellem ukoll dwar il-problemi biex dawn id-deċiżjonijet setgħu jiġu implimentati, kif ukoll diffikultajiet li għadhom qed jinħassu fil-gżejjer Maltin, fosthom dik tal-produzzjoni talenerġija u tal-ilma tax-xorb. Huwa saħaq li aktar investiment f’teknoloġija li tirrispetta l-ambjent hija soluzzjoni minkejja l-ispazju żgħir talgżejjer Maltin. Tkellem ukoll favur aktar investiment fil-qasam tal-farmaċewtika u dwar il-ħidma biex aktar nisa jinvolvu ruħhom fid-dinja tax-xogħol. Lawrence Gonzi temm iddiskors tiegħu billi rrrifletta fuq xi tfisser għad-dinja l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin, avveniment li għadu prominenti sal-ġurnata tal-lum, 25 sena wara.

Issir l-NGO Connection Day f’Għawdex

Għall-ewwel darba lAssoċjazzjoni tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin flimkien ma’ Microsoft Malta organizzaw l-NGO Connection Day f’Għawdex wara li għal sentejn saret f’Malta. Is-seminar, li dam għaddej nofstanhar, kien indirizzat minn rappreżentanti tal-Microsoft. Is-seminar fetaħ b’diskors ta’ Ryan Mercieca, Segretarju talAssoċjazzjoni tal-Organizzazjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin u segwa b’diskorsi minn Angela Micallef Citizenship and Community Affairs Manager u Jonathan Vella Microsoft Partner Technology Strategist.

Daħla għall-ktieb minn Jean Claude Juncker

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tal-ktieb Gonzi and Malta’s Break with Gaddafi, Recollections of a Premier, din il-ġimgħa qed tiġi pubblikata t-tieni edizzjoni talktieb b’aktar kapitli u aktar ritratti u se tkun għall-bejgh mill-Festival tal-Ktieb bejn nhar il-Erbgħa u nhar il-Ħadd li ġej. It-tieni edizzjoni tal-ktieb fiha daħla mill-President talKummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Juncker, li jaf sew lil Lawrence Gonzi, għamel din id-daħla tal-ktieb propju ftit sigħat wara li daħal fil-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea. Fl-introduzzjoni tiegħu, Jean Claude Juncker ifaħħar lil Lawrence Gonzi għad-determinazzjoni tiegħu fil-ħidma politika tiegħu u talli sa mill-bidu għaraf jagħti appoġġ lill-poplu Libjan. Juncker jikkummenta wkoll dwar il-mod kif Lawrence Gonzi

nnegozja l-ħelsien taż-żewġ piloti Olandiżi li kienu nqabdu ostaġġi mir-reġim ta’ Gaddafi. Lawrence Gonzi u Dr Joseph Cassar, l-awtur tal-ewwel edizzjoni, se jkunu qed jiffirmaw kopji tal-ktieb nhar is-Sibt 15 ta’ Novembru fis-6.30pm f’Dar ilMediterran, fis-6.30 pm Kopji tal-ktieb b’offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni jistgħu jiġu ordnati minn fuq www.kitegroup.com.mt. Il-ktieb fih 520 paġna b’191 ritratt.


www.maltarightnow.com

6

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Proġett li se jnaqqas l-ispazju għall-pubbliku fil-pjazza tal-Ħamrun

LOKALI

Evidenti d-diżgwid bejn il-kunsillieri Laburisti tal-Ħamrun Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun approva proġett ta’ modernizzar tal-pjazza ewlenija tal-Ħamrun bir-riżultat li din il-pjazza se tiċkien għall-pubbliku u jikber lispazju għas-sid tal-kjosk. Jirriżulta li dan il-proġett qed jiġi suġġerit mill-istess sid talkjosk li qed juża l-istess perit talKunsill Lokali tal-Ħamrun. Il-proposta tinkludi limmodernizzar tal-kjosk eżistenti u l-ħolqien ta’ parkeġġi ġodda mal-pjazza bil-konsegwenza li lpjazza se tiċkien għall-pubbliku. Mill-pjanti jirriżulta li l-parkeġġi se jsiru fin-naħa ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp bl-iskop ċar li dawn iservu biex il-karozzi jipparkjaw viċin il-kjosk. Dan se jfisser li lpjazza se tidħol ’il ġewwa minn fejn hi llum u se tiċkien. GħallĦamruniżi l-pjazza ta’ Fra Diegu hi l-uniku post ta’ rikreazzjoni li hemm fil-lokal u hi ċ-ċentru għall-familji u l-anzjani tul ilġurnata. Minkejja li l-proġett hu approvat, din il-proposta kienet

diġà tressqet f’laqgħa preċedenti tal-kunsill iżda sabet loppożizzjoni ta’ diversi membri, fosthom tal-istess Viċi-Sindku Christian Sammut. Quddiem din is-sitwazzjoni u l-probabbiltà li lproġett ma jkunx approvat, isSindku Vincent Bonello waqqaf id-diskussjoni u qal lill-kunsilliera li kien se jerġa’ jressaq il-proġett meta jkun hemm iktar dettalji. Dan sar fil-laqgħa tal-Kunsill lokali Ħamrun li saret din ilġimgħa u li fiha l-kunsilliera kienu qed jistennew li jingħataw iktar dettalji iżda s-Sindku ma tax informazzjoni addizzjonali. Is-Sindku żied biss li Transport Malta kienu qablu ma’ din ilproposta. Għal din il-laqgħa l-ViċiSindku ma attendiex bis-Sindku jressaq din il-proposta għall-vot. It-tliet kunsillieri Laburisti, inkluż is-Sindku, ivvutaw favur il-proġett waqt li l-kunsillieri Nazzjonalisti vvutaw kontra. IsSindku attwa l-casting vote biex il-proposta kienet approvata.

Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun... riskju li tiċkien għar-residenti biex ikun aġevolat biss sid il-kjosk li hemm fiha

Il-pożizzjoni tal-kunsillieri Nazzjonalista Cedric Valletta, Antonello Cuschieri u Judith Bugeja kienet li lill-Ħamruniżi se titteħdilhom parti mill-pjazza biex jiġi aġevolat sid il-kjosk u li l-pjazza saret ta’ individwu li hu sid il-kjosk u mhux talĦamruniżi kollha. Huma spjegaw li mhumiex kontra li jsir proġett ta’ modernizzar fil-pjazza iżda l-prijorità għandha tkun irresidenti. Is-sitwazzzjoni preżenti ta’ din il-pjazza kienet qed iġġib tħassib fost ir-residenti għall-persuni li kienu jiffrekwentaw iz-zona, partikolarment dawk li jkunu filkarozzi.

In-Nazzjon hu infurmat li minkejja li l-kunsillieri Laburisti vvutaw favur dan il-proġett, huma għamlu dan wara li sSindku kien diġà esprima lpożizzjoni tiegħu favurih. Kien evidenti fl-aħħar laqgħa li lkunsillieri Laburisti kienu skomdi jivvutaw favur ilproġett. Sinifikanti wkoll l-assenza talViċi-Sindku tal-Ħamrun għal din il-laqgħa bis-segretarju eżekuttiv tal-Kunsill tikkonferma li l-Viċi Sindku ma kienx qalilha li kien se jkun skużat. Din turi ċar iddiżgwid intern li hemm bejn ilkunsillieri Laburisti tal-Ħamrun. Dan id-diżgwid ma kienx

evidenti biss fil-vot dwar ilproġett tal-pjazza ta’ Fra Diegu iżda wkoll fil-Festival taċĊikkulata li kien iċ-ċentru ta’ diżgwid bejn is-Sindku Vincent Bonello u l-Viċi-Sindku Chrstian Sammut. In-Nazzjon hu infurmat li lViċi-Sindku oġġezzjona għallmod kif kienet qed tkun organizzata din l-attività u għallmod kif is-Sindku qed jiddeċiedi kollox hu. Jirriżulta li l-ViċiSindku għandu l-appoġġ talkunsillieri Laburisti fil-ħidma tiegħu bir-riżultat li s-Sindku Laburista qed isib oppożizzjoni interna biex iwettaq il-ħidma tiegħu.

FERGĦA TAL-HSBC RINNOVATA. Fl-aħħar jiem kienet inawgurata l-fergħa l-ġdida tal-HSBC fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta. Din il-fergħa prinċipali tal-Bank fil-Belt ġiet modernizzata bħala parti minn programm ta’ titjib li l-HSBC Bank Malta qed jagħmel fil-fergħat tiegħu madwar il-gżejjer Maltin b’investiment ta’ €1.2 miljun fuq perjodu ta’ sitt xhur. Ta’ Triq Merkanti kienet l-14-il fergħa li ġiet modernizzata, u kienet inawgurata mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. (Ritratt: DOI, Martin Attard)


www.maltarightnow.com

Is-swieq finanzjarji għadhom b’saħħithom FINANZI

L-indikazzjonijiet kollha juru li bħalissa iktar investituri qed jidħlu fis-swieq u jixtru. Dan hekk kif l-indiċi finanzjarji madwar id-dinja komplew jissaħħu f’dawn l-aħħar jiem. Kontra dak li rajba fil-bidu ta’ Ottubru, fejn kien hemm tnaqqis sostanzjali u bosta analisti kienu qalu li se jinħoloq paniku, fil-bidu ta’ Novembru rajna s-swieq jissaħħu u lprezzijiet ikomplu jogħlew. Saħansitra s-suq Amerikan, magħruf bħala S&P 500, irreġistra rekord. Il-fiduċja fisswieq Amerikani ilha tinħass għal diversi xhur. Bosta jgħidu li l-Amerika hija l-mutur ekonomiku ewlieni bħalissa fid-dinja u għalhekk dawn issinjali pożittivi jawguraw tajjeb. Għall-kuntrarju, l-ekonomija Ewropea mhux qed tilħaq laspettattivi. Dan fid-dawl talfatt li pajjiżi bħal Franza u lItalja qegħdin dejjem jirreġistraw tnaqqis fil-bejgħ u fil-produzzjoni industrijali. Il-qgħad fl-Ewropa jidher li għadu problema u bosta pajjiżi għandhom ħafna dejn. Minkejja dan kollu, il-prezzijiet tal-

7

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

minn MPM Capital Investments Ltd

L-informazzjoni u ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss, u m’għandhomx jiġu kunsidrati bħala parir ta’ investiment

bonds ukoll baqgħu għoljin b’mod ġenerali, inkluż flEwropa. Il-munita ewro wkoll kompliet tbatti mad-dollaru Amerikan u diversi muniti oħra. Id-dollaru Amerikan issaħħaħ ma’ kull munita oħra b’mod tajjeb ħafna f’dawn l-aħħar ġimgħat. Mhux l-istess jista’ jingħad għar-rouble Russu li jinsab taħt pressjoni kbira. Kumpaniji bħal Ali Baba u

BMW raw żieda tajba fil-prezz tal-ishma fl-aħħar jiem. Waħda mill-ikbar żidiet kienet flishma ta’ Ryan Air. Fl-aħħar sena l-prezz tal-ishma ta’ Ryan Air fl-aħħar sena raw żieda ta’ 50% fil-valur tagħhom. L-iktar indiċi finanzjarju Ewropew li mar tajjeb sa issa din is-sena kien dak tadDanimarka segwit minn dak Belġjan. L-iktar wieħed li mar lura kien dak tal-Portugall.

Iż-żejt ikompli jorħos

Ikompli nieżel il-prezz taż-żejt biex issa laħaq l-inqas livelli li kien fih f’dawn l-aħħar ħames snin. F’dawn l-aħħar ġimgħat minn 108 dollari l-barmil, il-prezz niżel għal 76 dollaru. Ħafna qalu li dan huwa konsegwenza talproblemi ekonomiċi f’diversi pajjiżi u għal nuqqas ta’ produzzjoni industrijali.

Nieżel ukoll il-prezz tad-deheb

Mhux biss il-prezz taż-żejt jinsab f’livelli baxxi ferm, miegħu qed jorħos ukoll il-prezz tad-deheb. Jidher li issa l-prezz laħaq illivelli baxxi li kien fihom fl2009. L-istess problema qed tiffaċċja l-fidda. Analisti qalu li l-prezz għandu jieħu ż-żmien biex jirkupra.


8

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Osservazzjonijiet mill-Kamra tad-Deputati... minn Alex Attard Editur tal-Parlament

Marlene Farrugia

Appelli minn ġewwa lill-Gvern

Meta bħal-lum ġimgħa l-Gvern tal-Prim Ministru Muscat ikun qiegħed iressaq il-Baġit għassena d-dieħla, irid jagħti kas għall-appelli li sarulu minn ġewwa matul din il-ġimgħa. Id-Deputat tal-Gvern Marlene Farrugia għamlet żewġ dikjarazzjonijet qawwija li l-Prim Ministru Muscat għandu jagħtihom piż, minkejja l-maġġoranza kbira ta’ deputati li għandu fil-Parlament. Marlene Farrugia ddikjarat li lGvern li tela’ bl-għajta u bilwegħda li jiġġieled ix-xogħol prekarju, għadu m’għamel xejn u l-prekarjat għadha ġerħa kbira fis-soċjetà tagħna. Appell ieħor sottili sar lill-istess Prim Ministru Muscat, biex dawk il-liġijiet li jkun qiegħed jilleġiżla l-Parlament, ikunu “fair”, u dan b’rabta wkoll malabbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Jekk il-Prim Ministru Muscat wiegħed li dan hu Gvern li jisma’, għandu jagħti widen lill-membri tal-istess Gvern tiegħu!

Varist ma jaqbilx ma’ Refalo

Xena mhux komuni assistejna għaliha fil-Parlament, meta rajna lill-Ministru Evarist Bartolo jqum u jintervjeni biex jiġbed lattenzjoni ta’ Ministru sieħbu flistess Kabinett tal-Prim Ministru Muscat, u jikkoreġih. Għalkemm iż-żewġ ministri wieġbu b’mod identiku l-istess mistoqsija parlamentari li saritilhom mid-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg b’rabta ma’ infiq f’safar li għamlu, il-Ministru Bartolo prova jimmnimizza lħsara li kienet qed issir lill-Gvern meta sieħbu, il-Ministru Anton Refalo beda jwieġeb għal misto-

Joseph Muscat

qsijiet supplimentari talOppożizzjoni, b’mod mill-aktar mhux xieraq u b’arroganza. Il-Ministru Refalo ma riedx jagħti informazzjoni dwar safar, saħansitra meta kien mitlub jgħid jekk jiftakarx li siefer fuq xogħol tal-Gvern kemm ilu Ministru. U biex jipprova jiġbor ġieħ ilMinistru Refalo, il-Ministru Bartolo intervjena u qal li mistoqsijiet bħal dawn għandhom ikunu mwieġba, u ddikjara li hu kien se jagħti l-informazzjoni meħtieġa, kif għamel l-għada stess fil-Parlament. Il-Kelliem uffiċjali tal-Gvern fl-uffiċċju tal-Prim Ministru wkoll ipprova jiġbor ġieħ dan innuqqas tal-Gvern, b’ministri jieħdu pożizzjonijiet differenti, u qal li se jkun qiegħed jara u jsegwi li l-informazzjoni mitluba millOppożizzjoni dwar safar talGvern ikunu mwieġba.

Ċapċip mill-istrangers gallary

L-għeluq tad-diskors li għamel ilġimgħa li għaddiet il-Ministru għatTuriżmu Edward Zammit Lewis, intlaqa’ b’ċapċip (ta’ ftit sekondi) minn xi wħud li kienu jisimgħu ddibattitu li kien għaddej dwar labbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, fl-istrangers gallary. Iċ-ċapċip mhux permess waqt is-seduti parlamentari mill-persuni li jkunu awtorizzati biex isegwu d-dibattitu tas-seduta parlamentari, u li ħafna drabi dawn ikunu f’numru żgħir u f’waqtiet biss tas-seduti. Mhux eskluż li f’dak il-ħin tasseduta meta kien qed jitkellem ilMinistru Edward Zammit Lewis, il-persuni li kienu fl-istrangers gallary kienu uffiċjali filMinisteri tal-Gvern li jkunu wkoll qed jassistu lill-ministri fix-xogħol parlamentari.

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Mistoqsijiet Parlamentari mhux imwieġba

It-tweġibiet, u r-risposta għallmistoqsijiet supplimentari li jsiru waqt l-ewwel nofs siegħa tasseduti tal-Parlament, il-ġimgħa li għaddiet kienu għal darb’oħra dominati minn attitudnijiet ta’ wħud mill-Ministri tal-Gvern, blaktar imġiba li stunat kienet dik tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, li baqa’ jirrifjuta li ma jweġibx mistoqsijiet sempliċi u baqa’ jinsisti biex il-mistoqsijiet supplimentari jsiru bil-miktub. Kien evidenti wkoll fl-aħħar ġimgħa ta’ xogħol parlamentari, in-nuqqas ta’ Ministri li kienu msiefra, fosthom, Manuel Mallia, Konrad Mizzi u Leo Brincat. F’isem il-Ministru Manuel Mallia wieġeb il-misto-

qsijiet supplimentari fil-bidu tassedutui parlamenatari, ilMinistru Owen Bonnici, li f’ħafna drabi ma kienx f’pożizzjoni li jwieġeb minħabba li mhux iddekasteru tiegħu. Jibqa’ jkun innutat ukoll li tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru millOppożizzjoni lil diversi ministeri jkunu identiċi, bħalma kien fil-każ tal-mistoqsijiet li saru b’rabta malinfiq f’safar tal-Ministri. Ħafna wkoll mill-mistoqsijiet ikunu wkoll nieqsa mill-informazzjoni li tkun mitluba, bħalma kien fil-każ ta’ tweġiba li ta lMinistru Konrad Mizzi dwar ħlasijiet f’konsulenzi li saru b’direct orders. Minkejja li qal li kien qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-

Ministru

Responsabbiltà

Helena Dalli

Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur

George Vella

Michael Farrugia

Affarijiet Barranin u Libertajiet Ċivili

Familja u Solidarjetà Soċjali

Kamra l-informazzjoni mitluba, id-dokument li poġġa kien nieqes mill-informazzjoni importanti dwar kemm tħallsu l-konsulenti li ngħataw xogħol b’direct orders. L-istess Ministru Konrad Mizzi, li hu responsabbli wkoll għas-settur tas-saħħa, ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report talIsptar Mater Dei għax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru, kif kien mitlub mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech. B’kollox, in-numru ta’ mistoqsijiet li ma ngħatawx tweġiba għalihom, minħabba li linformazzjoni mitluba kienet għadha qed tinġabar millMinistri, kien ta’ 22.

Mistoqsijiet mhux imwieġba 10 3 3

Konrad Mizzi

Enerġija u Saħħa

3

Edward Scicluna

Finanzi

1

Edward Zamit Lewis Turiżmu Anton Refalo

Għawdex

1

1

Uħud mill-mistoqsijiet mhux imwieġba

Chris Said (Segretarju Ġenerali tal-PN) staqsa lill-Ministru Anton Refalo jagħti lista ta’ direct orders li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum.

Marthese Portelli (PN) staqsiet lill-Ministru George Vella jgħid liema huma l-ftehim bilaterali li ffirma pajjiżna bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014 u li ma jinsabux fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru mmexxi minnu

Mario de Marco (Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma tal-Parlament) staqsa lill-Ministru Konrad Mizzi jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014, u f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Claudette Buttigieg (PN) staqsiet lill-Ministru Helena Dalli tgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha żewġ rwoli fi ħdan il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE), u kif jista’ jkun li l-istess persuna hija Kummissarju u Direttur Eżekuttiv; kemm qed titħallas biex tkun Kummissarju u kemm qed titħallas biex tkun Direttur Eżekuttiv. Charlò Bonnici (PN) talab lill-Ministru Michael Farrugia jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Mario de Marco (Viċi Kap tal-PN għall-Ħidma tal-Parlament) talab lill- Ministru Edward Zammit Lewis jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn ilkonsulenti.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR

Il-ħajt li jeħtieġ jibqa’ jaqa’ kuljum

L-EDITORJAL

Bħal-lejl li għadda 25 sena, waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin, issimbolu l-aktar qawwi ta’ dak li kien jissejjaħ is-Soċjaliżmu Reali fl-Ewropa tal-Lvant. Kienet rivoluzzjoni paċifika ta’ ħafna popli f’daqqa dik li 25 sena ilu ħelset lill-Ewropa talLvant mill-Komuniżmu. Il-Ħajt ta’ Berlin Meta wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Berlin, bħall-Ġermanja, inqasmet f’erbgħa taħt l-Amerika, l-Ingilterra u Franza filPunent u taħt l-Unjoni Sovjetika fil-Lvant, Berlin tal-Punent kienet gżira ta’ libertà f’baħar ta’ Komuniżmu. Imma ħafna kienu jaqsmu lejn il-Punent. Il-gvern Komunista l-ewwel imblokka ‘l Berlin tal-Punent, imbagħad fl-1961 bena ħajt madwarha.

Ir-rabtiet tal-Labour Malti ma’ Berlin Komunista Fit-28 sena li dam wieqaf il-Ħajt ta’ Berlin, eluf ippruvaw jaħarbu u mijiet inqatlu mis-suldati Komunisti. Ħafna kienu jaħsbu li l-Komuniżmu kien se jibqa’ għal dejjem. Saħansitra f’Malta kienu jgħidulna li x-xemx titla’ mil-Lvant Soċjalista, il-Gvern Laburista kellu rabtiet mill-qrib ma’ ħafna pajjiżi Komunisti fosthom il-Ġermanja tal-Lvant u dak li kien u għadu l-ideologu tal-Partit Laburista u ta’ Joseph Muscat, Mario Vella, studja fl-Università Komunista proprju f’Berlin tal-Lvant.

Il-quċċata tar-rivoluzzjoni tal-libertà Imma l-1989 fissret il-quċċata tar-rivoluzzjoni non-vjolenti ta’ ħafna popli f’daqqa li qamu għal-libertà. L-idea kienet inżergħet f’Budapest fl-1956, ixxettlet fi Praga fl-1968, issaqqiet minn Solidarjetà fil-Polonja fis-snin 80 u tat il-frott meta l-popli qamu fil-pajjiżi Baltiċi, fir-Rivoluzzjoni talBellus fiċ-Ċekoslovakkja, fil-ħarbien minn Berlin u millĠermanja tal-Lvant, u kompliet fir-Rumanija, aktar tard flUnjoni Sovjetika stess li waqgħet, fl-għaqda tal-Ġermanja u mill-ġdid tal-Ewropa b’ħafna pajjiżi tal-Lvant jissieħbu flUE. Imma s-simbolu l-kbir jibqa’ dak li seħħ bħal-lejl li għadda 25 sena meta s-Soċjaliżmu Reali spiċċa taħt itterrapien tal-Ħajt ta’ Berlin.

Ħitan li jeħtieġ jibqgħu jaqgħu Ħafna eks Komunisti għadhom fil-politika u wħud minnhom u minn dawk li jammirawhom anke reġgħu telgħu fl-istess pajjiżi li ħakmu qabel. U waqt li jgħidu li nbidlu, adattaw kliemhom biex ikomplu jaħtfu kif fisser tant tajjeb George Orwell fil-kotba tiegħu Animal Farm u 1984. U għalhekk jeħtieġ jibqgħu jaqgħu l-ħitan li jnaqqsu l-libertà u d-demokrazija kullimkien. Il-ħajt li jagħlaq it-taxxi li jitħallsu biex dawn jinħatfu minn politikanti Soċjalisti, millqraba tagħhom u mill-imseħbin tagħhom. Il-ħajt tal-ħabi li jostor għemil il-gvernijiet Soċjalisti u dak li jkunu qed jiffirmaw f’isem dawk li jmexxu. Il-ħajt li jifred lillpolitikanti Soċjalisti mir-responsabbiltajiet li jidħlu għalihom. Għalhekk irid ikompli t-twaqqigħ tal-ħitan, dawk li jheddu l-libertà u l-ftuħ.

9

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Grazzi Joseph Muscat ta’ Norman Vella

Kważi sena ilu, eżattament fis27 ta’ Ottubru 2013, Norman Vella kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta meta kienu wkoll ikkonfiskawlu ttablet u l-mobile phone tiegħu. Huwa kien ċaħad kategorikament li kien ħa xi ritratt jew ritratti ta’ Kurt Farrugia u ta’ Ramona Attard (ġojjelli u ġugarelli f’idejn Joseph Muscat) kif ukoll jikkonferma li ma nstabu l-ebda ritratti tagħhom fil-mobile jew fit-tablet proprjetà tiegħu. Il-gwerra kontra Norman mill-Gvern ta’ Malta Tagħna Lkoll kienet diġà bdiet meta mhux biss kienu waqqfulu lprogramm eċċellenti ta’ kuljum TVHemm fuq PBS iżda wkoll tawh transfer ferm vendikattiv. “Tista’ ma taqbilx magħna iżda tista’ taħdem magħna,” kien ħalef il-gran mastru tal-ġuramenti u wegħdiet mhux miżmuma Joseph Muscat. Norman Vella huwa propju l-eżempju klassiku ta’ kif u kemm każbar din il-wegħda. Imma kull deni ħudu b’ġid. Illum Norman Vella, flimkien mal-brava Louise Tedesco, għandu programm ieħor kuljum ta’

siegħa nofs b’udjenza kbira daqs kemm kien ikollu fuq PBS b’opportunitajiet akbar quddiemu. Grazzi Joseph Muscat talli rregalajtilna lil Norman Vella. Kuraġġ Norman. Il-giddieb, ilpompuż, il-pulikarja, il-medjokru, xi darba jew oħra tasal tiegħu wkoll. Janet Brincat Ħaż-Żabbar

Is-Sinodu fuq il-Familja

Dan l-aħħar iltqajt ma’ tabib ħabib tiegħi, u qalli li ma jsirx Musulman għax dawn jiżżewġu aktar minn mara waħda. Jien staqsejtu għaliex qed jirraġuna hekk, u hu qalli li l-mod kif jaħsbuha ċerti Isqfijiet fis-Sinodu tal-Familja li sar f’Ruma, juri li dawn tbiegħdu mit-tagħlim ta’ Kristu. Veru li f’dan is-Sinodu kien hemm ideat differenti, imma lbniedem m’għandux għalfejn jitħawwad u jitlaq il-Fidi Kattolika. L-ewwel nett hija ħaġa ċerta li l-Knisja mhix se titlaq l-għeruq tagħha, mnejn qegħda tixrob il-fidi tagħha, li

25 sena ilu f’In-Nazzjon

huma l-Kelma t’Alla, il-Bibbja, u t-tagħlim tal-Katekiżmu talKnisja Kattolika. Hu veru li ma’ ċerti nies irridu nuru ħafna mogħdrija, nagħtuhom l-għajnuna tagħna, u nuru mħabba kbira lejhom, imma ma jistax ikun li sabiex nakkomodaw ċerti nies, nitilqu lprinċipji nsara tagħna, ilprinċipji kattoliċi, għax inkella nkunu qegħdin ningannawhom, nidħku bihom. Sfortunatament, illum naqas ferm is-sens ta’ sagrifiċċju, u kultant il-bniedem – meta tolqtu xi problema, xi salib fil-ħajja, minflok ifittex is-soluzzjoni fiddawl ta’ Kristu, ifittex modi oħra, anke jekk dawn imorru kontra ttagħlim ta’ Kristu, l-aqwa li mingħalih se jkun komdu, għax jibża’ jerfa’ s-Salib tal-Ħajja. Hija verità li li tkun Nisrani mhix xi xalata, trid tbati, Kristu stess qalilna li min irid jiġi warajh, irid jerfa’ salibu ta’ kuljum u jimxi warajh. Jalla dawn il-prinċipji ngħixuhom f’kull stadju ta’ ħajjitna, biex ingawdu l-vera paċi hawn fl-art u l-ħajja ta’ dejjem fis-sema. Carmel C. Caruana San Ġwann

Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adam aċċetta stedina mingħand Jacques Santer, il-Prim Ministru talLussemburgu, biex jagħmel żjara uffiċjali fil-Lussemburgu. F’komunikat li l-Gvern ta’ Malta u dak tal-Lussemburgu ħarġu flimkien fi tmiem iż-żjara uffiċjali tal-Prim Ministru tal-Lussemburgu, intqal li Jacques Santer kellu taħditiet malPrim Ministru Malti. F’dawn it-taħditiet kien diskuss kif Malta tista’ ssaħħaħ ir-relazzjonijiet malKomunità Ewropea. Eddie Fenech Adami kkonferma lill-Prim Ministru Lussemburgiż li fl-1990 il-Gvern Malti kien se japplika biex Malta tissieħeb fil-Komunità Ewropea. IlPrim Ministru tal-Lussemburgu indika li l-Ftehim tal-Assoċjazzjoni li kien iffirmat fl-1970 jipprovdi fost loħrajn mezzi biex jissaħħu r-rabtiet bejn Malta u l-Komunità Ewropea u li din ir-relazzjoni għandha tkun imħeġġa aktar.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

14

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Inkwiet fit-terminal taż-żejt ta’ Hariga IL-LIBJA

Jidher li ngħalaq il-terminal taż-żejt ta’ Hariga wara rewwixta mill-għassiesa fl-impjant responsabbli għal 120,000 barmil żejt kuljum. Dan hekk kif il-ġlied f’Bengażi m’hu qed juri ebda ħjiel li se jbatti. Fi tmiem ilġimgħa, il-vittmi ta’ tliet ġimgħat ta’ ġlied qalil f’din it-tieni lakbar belt Libjana u benniena tar-rivoluzzjoni kontra d-ditattura ta’ Muammar Gaddafi, issa telgħu għal 300 persuna. Dawk li ħadu l-kontroll tat-terminal ta’ Hariga kienu parti minn taqsima tal-forza tas-sigurtà talIstat Libjan bażat f’Tobruk. Dawn issa issa bdew strajk u ħadu l-kontroll tal-post peress li mhux qed jitħallsu. Sorsi fil-Libja qalu li kien qed

isir sforz biex titranġa s-sitwazzjoni u tkompli normalment ilħidma f’Hariga. Jirriżulta li din l-azzjoni wasslet biex tal-anqas tanker wieħed jispiċċa bejn sema u ilma fil-Mediterran, jistenna biex jingħata l-permess jidħol Hariga ħalli jieħu ż-żejt. Dawn il-problemi f’Hariga mistennija jkompli jnaqqsu l-produzzjoni taż-żejt Libjan għal madwar 500,000 barmil żejt kull jum. Dan meta l-produzzjoni normali tażżejt fil-Libja kienet ta’ madwar 1.5 miljun barmil żejt kull jum. Dan ukoll seħħ hekk kif ingħalaq l-impjant taż-żejt ta’ El Sharara minħabba attakki li saru kontrih. Minn dan l-impjant kienu jiġu ppumpjati 200,000 barmil żejt kull jum.

SPANJA: Raġel bil-gear tat-team tal-football tal-Barcelona jivvota waqt referendum li sar ilbieraħ fir-reġjun tal-Katalonja. Referendum li sar minkejja li l-Qorti Kostituzzjonali Spanjola dikjarat bħala illegali. (Ritratt: EPA)

Lejn l-irħas prezz f’5 snin IŻ-ŻEJT

Esperti fir-Renju Unit qed jikkalkulaw li l-prezz taż-żejt se jorħos għall-inqas livell f’ħames snin bil-prezz tal-petrol ikun ta’ madwar 1.35 ewro jekk is-suq internazzjonali jkompli sejjer kif inhu. Il-Professur Stepehen Glaister, il-kap tar-RAC Foundation, qal li l-mod kif ta’ kuljum qed jonqos il-prezz taż-żejt, din il-possibbiltà issa saret realtà. Bħalissa kull ma jgħaddi żżmien aktar qed ikun hemm roħs fil-prezz internazzjonali taż-żejt.

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat kien sploda għall-prezz rekord ta’ 140 dollaru kull barmil fissajf tal-2008 u għas-snin ta’ wara l-prezz dar madwar il-100 dollaru kull barmil. Issa f’dawn laħħar ġimagħtejn il-prezz qed jinżel biex issa hu ta’ madwar 78 dollaru kull barmil. Fir-Renju Unit, il-prezz talpetrol diġà laħaq l-inqas prezz f’dawn l-aħħar erba’ snin. Glaister ilbieraħ qal li l-aħħar darba li lprezz taż-żejt kien 60 dollaru kull barmil kien fir-rebbiegħa tal-2009.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

15

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Possibbiltà li l-kap tal-ISIS intlaqat f’attakk L-IRAQ

Ir-Reġina Eliżabetta tpoġġi kuruna tal-fjuri mas-Cenotaph ilbieraħ waqt iċ-ċerimonji biex ifakkru s-suldati li mietu fil-gwerer. (Ritratt: EPA)

Żieda fis-sigurtà madwar ir-Reġina IR-RENJU UNITI

Żdiedet is-sigurtà madwar irReġina Eliżabetta u l-bqija talfamilja rjali. Dan wara indikazzjonijiet li aktarx ir-Reġina kienet se tkun fil-mira ta’ attakk b’sikkina l-Ħadd waqt it-tifkiriet għas-suldati li mietu fil-gwerer. Jidher li s-servizzi tas-sigurtà Ingliżi kixfu dan il-kumplott u l-familja rjali Ingliża kienet infurmata b’dan. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Pulizija Ingliża wettqet rejds f’residenzi f’Londra u erbat irġiel, ta’ bejn id-19 u s-27 sena, kienu arrestati. Scotland Yard qed tirrifjuta li titkellem dwar l-allegat

kumplott imma kkonfermat biss li l-arresti kienu parti minn investigazzjoni b’rabta ma’ terroriżmu minn militanti Iżlamiċi. Skont il-media Ingliża, kellu jsir attakk b’sikkina kontra rReġina meta l-Ħadd poġġiet kuruna ta’ fjuri. Fir-Renju Unit ilu x-xhur li llivell ta’ allert tal-forzi tas-sigurtà hu għoli ħafna minħabba possibbiltà ta’ attakk terroristiku u dan kompla jkun imsaħħaħ wara l-qtil ta’ suldat fil-Kanada li kien għassa ma’ monument talgwerra ftit ġranet ilu.

Qed jikbru l-indikazzjonijiet minn sorsi varji li Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap talISIS, indarab serjament jekk mhux inqatel f ’attakk millajru mmexxi mill-Istati Uniti f ’al-Qaim, fil-Punent talIraq u qrib il-fruntiera masSirja. Il-militar Amerikan ikkonferma li attakk mill-ajru Amerikan immexxi mill-Istati Uniti kellu fil-mira t-tmexxija tal-ISIS iżda ma ntqal xejn dwar jekk Baghdadi nqatilx jew le. Sorsi fl-Iraq qalu li fil-mira kien hemm laqgħa ta’ livell għoli tal-ISIS u l-attakk wettaq ħerba sħiħa f’al-Qaim tant li l-isptar

lokali ma setax ilaħħaq malammont ta’ nies midruba li ddaħħlu u ġellieda tal-ISIS daru t-toroq jappellaw in-nies biex imorru jagħtu d-demm. Fl-istqarrija tal-militar Amerikan intqal li fl-attakki li saru l-Ġimgħa filgħaxija, kien hemm ukoll għaxar trakkijiet talISIS li ntlaqtu. L-Istati Uniti flimkien ma’ diversi pajjiżi oħra fosthom Għarab qed iwettqu attakki millajru kontra l-ISIS fl-Iraq u sSirja. Is-Sibt tħabbar li l-Istati Uniti se tibgħat 1,500 suldat biex jingħaqdu mal-1,600 suldat ieħor li hemm fl-Iraq jgħinu fil-ġlieda kontra l-ISIS.


www.maltarightnow.com

16

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Stupri u kaos minn kadetti Libjani IR-RENJU UNIT

L-awtoritajiet tal-Armata Britannika kkundannaw bla riservi l-komportament ta’ suldati Libjani li kienu qed jitħarrġu fir-Renju Unit, fost id-dettalji dwar kif ilLibjani kienu involuti f’każi ta’ stupru – fejn spiċċaw aggrediti nnisa u daqstant ieħor l-irġiel. Il-Prim Ministru Britanniku, David Cameron, ikkritika blaktar mod qalil ‘in-nuqqas taddixxiplina xokkanti’ fost ilkadetti Libjani f’Cambridgeshire u insista li l-ebda wieħed minn dawn il-Libjani ma kellu jingħata l-kenn politiku fir-Renju Unit. Hu saħaq li l-kadetti inkwistjoni wettqu l-azzjonijiet kriminali, b’rapporti oħra jirreferu għall-fatt li l-Gvern tal-Libja għad għandu jħallas il-miljuni tal-liri Sterlina għat-taħriġ tas-suldati Libjani f’dan il-pajjiż. Fl-aħħar jiem, mijiet ta’ suldati Britanniċi ħadu sehem f’eżerċizzji tas-sigurtà fil-Barracks ta’ Bassingbourn, f’Cambridgeshire, waqt li waslu wkoll ir-reinforzi – bilpulizija żżid ir-ronda fl-inħawi wara l-allegazzjonijiet li raġel spiċċa stuprat u li talanqas tliet nisa spiċċaw attakkati għal skop sesswali. Numru ta’ kadetti Libjani spiċċaw arrestati, bil-Kap tal-

Armata, Sir Nicholas Carter, isostni li l-awtoritajiet, bl-ebda mod, ma setgħu jaċċettaw latteġġjament tas-suldati Libjani ‘li wettqu straġi ‘l hinn mill-barracks’ ta’ Cambridgeshire. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Cameron insista biex lOgħla Uffiċjali tal-Armata jispjegaw il-kroll allarmanti fid-dixxiplina – b’mijiet ta’ kadetti Libjani jintbagħtu lura pajjiżhom umiljati. Dan fost allegazzjonijiet li l-kadetti kellhom sehem sostanzjali f’każi ta’ stupru u ġlied fil-postijiet pubbliċi – b’akkużi oħra jinvolvu serq u aġir anti-soċjali millkadetti waqt li kienu fis-sakra. Intant, il-Prim Ministru Cameron għamilha ċara li għandu jieqaf il-programm tal-Gvern Britanniku għat-taħriġ tal-membri tal-Armata Libjana – bilkadetti Libjani kollha jitkeċċew mir-Renju Unit. Dan wara li mal-2,000 kadett Libjan – ilkoll magħżulin millArmata Britannika – suppost li ngħataw it-taħriġ speċifiku (firRenju Unit) biex imexxu ttaqsimiet tas-sigurtà fil-Libja li tinsab mifnija bil-vjolenza u nnuqqas ta’ stabbiltà wara l-era taleks dittatur, Muammar Gaddafi.

Dwieli tal-VinSano nqerdu bil-maltemp Sfida tal-ilma sinifikanti L-ITALJA daqs l-’Ice Bucket Challenge’

L-OLANDA: Knisja f’Eindhoven waqt il-festival tad-dwal magħrufa bħala GLOW li saret fi tmiem il-ġimgħa. (Ritratt: EPA)

Dilettanti tal-inbejjed Taljani jinsabu diżappuntati bl-aħbar li ddwieli kollha ta’ VinSanto ta’ din is-sena – magħruf bħala “Inbid Qaddis” – inqerdu għall-produttur partikulari minħabba s-silġ. L-inbid ċelebri mit-Toscana mistenni jonqos mill-provvista baxxa tiegħu fil-ftit snin li ġejjin, wara li wieħed mill-produtturi prinċipali żvela li mhux se tkun qed issir produzzjoni ta’ dan linbid din is-sena. Kelliem għal Tenuta di Artimino, medda ta’ art ta’ madwar 1,800 tomna u mibnija madwar villa tal-Medici, li issa hi Sit ta’ Wirt Dinji, qal li dawn id-dwieli wkoll se jwaqqfu lproduzzjoni ta’ wieħed mill-aktar inbid aħmar popolari wara li maltempata bis-silġ qerdet lgħeneb qabel ma sar il-ħsad f’Settembru.” “Il-ħsad ma kienx faċli din issena,”qal Alessandro Matteoli, li hu espert dwar id-dwieli.

“Għalkemm l-għeneb kien b’saħħtu, dan ma kienx megħjun mix-xita li niżlet u minn elementi oħrajn tat-temp. Imbagħad ilvinji tagħna ntlaqtu minn maltempata qalila bis-silġ. “Aktar milli niddiżappuntaw laspettattivi ta’ dawk li jafu l-kwalità tal-inbejjed tagħna, iddeċidejna li ma nipproduċux il-VinSanto u lCarmignano Riserva.” Artimino, li tinsab 15-il mil ’il barra minn Firenze fl-għoljiet ta’ Chianti, issoltu tipproduċi madwar 5,000 flixkun ta’ VinSanto kull sena. Tipproduċi wkoll il-Chianti. Ilha ssir produzzjoni tal-inbid VinSanto, jew ‘Inbid Qaddis’, sa żmien il-Medju Evu – u filwaqt li hemm dibattitu dwar l-oriġini tal-isem, uħud jgħidu li l-isem tnissel mill-użu tiegħu waqt iċċelebrazzjoni tal-quddiesa. U għal sekli sħaħ l-inbid kien tradizzjonalment parti mill-ħajja fit-Toscana.

L-ISTATI UNITI

X’tip ta’ ġurnata jista’ jkollha persuna kostretta li tgħix fuq erba’ litri ta’ ilma – il-minimu neċessarju għall-għajxien – għal perijodu ta’ 24 siegħa? Din hi l-isfida talorganizzazzjoni DIGDEEP, li taħdem mingħajr qligħ favur linteressi tal-bniedem u bħala parti minn kampanja għall-edukazzjoni pubblika li mistennija tagħmel ħoss daqs il-famuża Ice Bucket Challenge – il-fenomenu popolari ta’ dan is-sajf. The 4 Liters Challenge hi sfida interessanti u sinifikanti u qed jidher li qabdet sew diġa fil-belt ta’ Los Angeles, b’aktar minn 28 miljun impressjoni fuq il-media soċjali u bil-parteċipanti qed jiċċirkolaw l-eluf tar-ritratti fuq il-websajts. Ma jistax jonqos li l-isfida qed tintlaqa’ minn ismijiet ċelebri, bl-

attriċi Alicia Silverstone u persuni oħra li kisbu fama floqsma rispettivi jissieħbu f’The 4 Liters Challenge. ‘In-nies jafu li qed ngħixu fost waħda mill-agħar perjodi ta’ nixfa fl-istorja,’ sostna George McGraw, il-fundatur u direttur eżekuttiv ta’ DIGDEEP. Intant, McGraw jinsisti li ‘qatt ma kien hawn żmien aħjar biex in-nies jitgħallmu għalfejn l-ilma hu daqstant importanti għalina, filwaqt li jifhmu l-ħtieġa li nipproteġu dan ir-riżors’. Anki mingħajr din in-nixfa, hu kkalkulat li sal-2060 ix-Xmara ta’ Colorado għandha tirreġistra żbilanċ ekwivalenti għallkonsum tal-ilma annwali fil-belt ta’ Los Angeles. McGraw irid li jagħti opportunità lill-Amerikani biex, għall-ewwel darba, ‘jgħixu r-realtà

ta’ sitwazzjoni fejn tiddomina tassew l-iskarsezza tal-ilma’. Sadanittant, mat-800 miljun persuna madwar id-dinja qed jgħixu fi stat ta’ faqar fejn jidħlu riżorsi tal-ilma. Minbarra dan, ħafna nies ma jirrealizzawx li għad fadal kwistjonijiet tal-hekkimsejħa water poverty anki firreġjuni tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, l-isfida ‘tal-24 siegħa’ tesiġi biex persuna tgħix b’erba’ litri ilma biss kuljum bħala l-kriterju l-aktar bażiku għall-għajxien. Bażikament, erba’ litri ilma huma biżżejjed biex persuna tixrob u taħsel idejha, u McGraw jemmen li b’dan l-impenn, lAmerikani jitgħallmu japprezzaw aktar il-valur tal-ilma minbarra li, ’il quddiem, jieħdu aktar inizjattivi biex jipproteġu rriżors essenzjali.


www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

17

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

Bżieżaq li tpoġġew tul il-post fejn darba kien hemm il-Ħajt fil-kapitali Ġermaniża. (Ritratt: EPA)

Il-Kanċillier Merkel tħares lejn parti mill-Ħajt li għad hemm f’Bernauer Strasse. (Ritratt: EPA)

Titfakkar il-waqgħa tal-Ħajt IL-ĠERMANJA

Ilbieraħ laħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru l-25 anniversarju mill‘waqgħa’ tal-Ħajt ta’ Berlin’ – ħajt li għal 28 sena kien simbolu tal-firda fid-dinja bejn l-ideoloġiji politiċi, il-libertà u rripressjoni. Ħajt li fid-9 ta’ Novembru ta’ 25 sena ilu kkrolla simbolikament meta minħabba taħwid f’dikjarazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ġermanja tal-Lvant, l-aċċess għall-Punent ta’ Berlin infetaħ bla xkeil u baħar ta’ nies inġabru u eventwalment qasmu lejn Berlin tal-Punent. Iċ-ċerimonji tal-bieraħ kienu mmexxija mill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, li 25 sena ilu kienet tgħix filĠermanja tal-Lvant taħt ditattura. F’diskors tal-okkażjoni, hi qalet li l-waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin kien wera lid-dinja li lħolm jista’ jsir realtà u xejn ma

għandu jibqa’ kif inhu. Merkel qalet li l-messaġġ għal dawk il-pajjiżi fejn id-drittijiet kienu mhedda kien li l-affarijiet setgħu jitjiebu. Aktar qabel attendiet għal servizz ta’ tifkira għall-vittmi tarreġim, li kien hemm filĠermanja tal-Lvant. Il-Ħajt kien inbena fl-1961 biex irażżan in-nies milli jaħarbu lejn il-Punent. Kien twil 155 kilometru imma llum fadal biss tliet kilometri. Uffiċjalment 139 persuna mietu jippruvaw jaqsmu l-Ħajt lejn il-Punent imma studjużi jemmnu li ċ-ċifra hi ferm ogħla. Preżenti għal dawn l-attivitajiet kien hemm l-aħħar President tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev, li illum għandu 83 sena. Hu wissa li t-tensjoni li hemm illum minħabba l-Ukrajna qed tqarreb id-dinja lejn Gwerra Bierda ġdida.

L-eks mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev f’gallerija li tħares għal fuq il-Kanċell ta’ Brandenburgu. (Ritratt: EPA)

Tifkira għal dawk li nqatlu jippruvaw jaqsmu l-Ħajt tul ix-Xmara Spree f’Berlin (Ritratt:EPA)



www.maltarightnow.com

24

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

TENNIS

Matthew Asciak Champion għall-għaxar sena konsekuttiva

Rosanne Dimech tirbaħ it-titlu tan-nisa

Matthew Asciak reġa’ rebaħ il-kamjonati nazzjonali

Jibda l-proġett ‘Bridging Youth Through Sport’

Stelmar Sports Federation, lorganizzazzjoni responsabbli mill-isport fi ħdan il-Kulleġġ Stella Maris, bħalissa qed torganizza l-proġett ‘Bridging Youth Through Sport’, tal-programm Erasmus+ li hu ffinanzjat b’fondi mill-Unjoni Ewropeja. Fih qed jieħdu sehem 80 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn it-

13 u s-16-il sena minn 17-il pajjiż. Dawn ġejjin millBulgarija, l-Kroazja, irRepubblika Ċeka, l-Eġittu, lEritreja, l-Estonja, Franza, lItalja, l-Litwanja, l-Mali, lPalestina, r-Rumanija, s-Senegal, is-Somalja, Spanja, t-Turkija u Malta. L-avveniment jinkludi sitt

dixxiplini sportivi: bowling, chess, cross country running, cycling, pool u table tennis. Dan l-avveniment jintemm lErbgħa u wieħed jist’ jsegwi laġġornamenti permezz ta’ www.facebook.com/miygames

Matthew Asciak u Rosanne Dimech huma ċ-Champions Nazzjonali tat-tennis tal-irġiel u n-nisa rispettivament. IlKampjonati saru fil-Marsa Sports Club u kienu organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Tennis. Matthew Asciak ikkonferma li qed ikompli jimxi fuq ilpassi ta’ missieru Gordon u li bla dubju hu l-aqwa tennista lokali tal-mument meta ddefenda b’suċċess it-titlu nazzjonali ta’ dan l-Open sponsorjat minn Gatorade. Asciak kien sar Champion nazzjonali għall-ewwel darba ta’ 15-il sena u minn dakinhar baqa’ jirbaħ dan it-titlu kull sena li llum għandu 24 sena. Fi triqtu lejn il-finali, Asciak li kien seed nru 1, elimina lil Miguel Rico-Bernabe 6-0, 6-0 u fil-kwarti tal-finali ltaqa’ kontra Zac Ciappara fejn kellu rebħa dominanti 6-0, 6-0. Fis-semifinali Asciak kompla jkun dominanti u għeleb lil Bradley Callus 6-0, 6-1. Fil-final Asciak kien fi klassi għalih u ġab fix-xejn lil Denzil Agius 6-0, 6-0 f’logħba oħra mingħajr storja. Biex wasal sal-final Agius kien għeleb lil Julian Sammut 6-0, 6-0, Domenico Scordo 6-0, 7-5 u lil Mark Gatt fi tliet sets 2-6, 7-5, 6-0. Fil-kategorija tan-nisa Rosanne Dimech fl-ewwel round eliminat lis-seed nru 2

Brenda Galea 6-0, 6-2 u fissemi-finali ssuperat faċilment lil Valerija Holomjova 6-0, 60. Fil-final Dimech iltaqgħet kontra s-seed nru 1 Katrina Sammut ta’ 15-il sena u għalkemm kien hemm mumenti fejn kienet minn taħt, meta tilfet l-ewwel set 2-6 u kienet ukoll minn taħt 3-4 fittieni set, irnexxielha ddawwar il-logħba favur tagħha u tirbaħ 2-6, 7-5, 6-3. Sammut tat wirja mill-aqwa imma aktar ma għadda l-ħin, Dimech aktar żiedet fil-logħob tagħha. Biex waslet sal-finali Sammut li fl-aħħar xhur uriet titjib enormi, għelbet lil Steffi Sullivan 6-2, 6-1 u lil Giorgia Farrugia Sacco fis-semifinali 6-0, 6-0 biex għat-tieni sena konsekuttiva waslet sal-finali. Din is-sena ċ-Champion tassena l-oħra Elaine Genovese ma ħaditx sehem. Intant fid-Doubles tal-Irġiel, Matthew Asciak u Bradley Callus żammew it-titlu li rebħu s-sena l-oħra meta għelbu lil Denzil Agius u Mark Gatt fil-final 6-2, 6-4. Fi tmiem dawn ilkampjonati li wrew l-aqwa talenti lokali tat-tennis, iċChairman tas-sezzjoni tattennis tal-Marsa Sports Club Godwin Borg flimkien malPresident tal-Federazzjoni David Farrugia Sacco ppreżentaw it-trofej lirrebbieħa.

ssir kull xahrejn. Dawk l-assoċjazzjonijiet li jixtiequ li xi attività li għamlu tidher f’din il-pubblikazzjoni għandhom jibagħtu ritratt wieħed u informazzjoni

dwaru lil janet.debrincat@sportmalta.org.mt. Il-KMS u sSegretarjat Parlamentari jirriserva d-dritt tal-għażla tar-ritratti li jkunu ppublikati.

Newsletter diġitali mill-KMS Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, żŻgħażagħ u l-Isport flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport nhiedew l-ewwel edizzjoni tannewsletter ‘SportMalta’ li se tibda titqassam b’mod diġitali lill-Federazzjonijiet u Assoċjazzjonijiet kollha sportivi. Din in-newsletter se tiġbor fiha inizjattivi, proġetti u attivitajiet bil-għan li l-isport u l-atleti tagħna jitressqu aktar lejn il-poplu Malti. In-newsletter se tkun ġabra ta’ aħbarijiet u ser isservi biex kulħadd ikollu aċċess għal dak li qed issir f’dan is-settur daqstant importanti. In-newsletter tkun tista’ titniżżel b’xejn minn fuq is-sit talKMS www.sportmalta.org.mt. u l-publikazzjoni tagħha se tibda


www.maltarightnow.com

25

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

James Briffa jmexxi lil Alfa Dream lejn l-ewwel rebħa f’pajjiżna fil-klassi Silver (Ritratti: Trevor Sollars)

Nova Kebell ma tfallix fil-klassi Premier TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL Kenneth Vella

L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienu waħda tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u oħra tal-galopp fuq distanza wkoll twila ta’ 1750m. Dawn għamlu parti mis-37 laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet u ntrebħu minn Nova Kebell u Key Art rispettivament. Ħmistax kienu ż-żwiemel miktuba fl-uniku tiġrija tal-klassi Premier. Hekk kif ingħata lbidu uffiċjali osservajna bidu tajjeb għal Quel Noir (Mark Mifsud) li matul l-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir millIżvediża Nova Kebell (Redent Magro) u Blizzard Ad (Frenċu Cassar). Iżda din it-tiġrija ħadet żvolta oħra fid-dritta finali meta Quel Noir inqabeż mill-kwotata Nova Kebell li f’medja ta’ 1.16.8”

ħadet it-tieni rebħa minn daqstant dehriet f’Malta quddiem Palazio Valterne (David Ellul). Ourasi Diams (Anthony Fenech) temm ir-raba’. Fit-tiġrija Gold Julian Farrugia poġġa lit-Taljana Madam Di Poggio quddiem hekk kif iż-żwiemel qabdu jaffrontaw id-dritta finali. Din ħadet it-tieni rebħa tas-sena faċilment b’distakk ta’ madwar tliet tulijiet quddiem Beckham Bob (Paul Galea), Pro Shop (Felix Casha) u Purple Hall (Charles Camilleri). Saru wkoll tliet tiġrijiet Silver li ntrebħu minn Grace Party (Noel Baldacchino) li akkwista l-ħames rebha tas-sena. Alfa Dream (James Briffa) irreġistra l-ewwel rebha f’Malta u t-tiġrija l-oħra Silver intrebħet minn New Style (Melvin Farrugia) li kien kontinwament quddiem.

Fl-uniku tiġrija tal-galopp ġrew biss erba’ żwiemel. Timolin (Michael Sultana) kien l-aktar żiemel li ħareġ b’saħħtu mill-gaġġa tat-tluq. Matul lewwel metri dan fetaħ vantaġġ żgħir minn Key Art (Sarah Borg) u Sleepwalking (Demis Zammit). Iżda hekk kif iżżwiemel qabdu jaffrontaw laħħar 500m tagħhom, Timolin beda jnaqqas sew mill-ġiri. Dlonk inqabeż minn Key Art li ħa l-ewwel rebħa f’Malta wara li qabeż il-linja finali b’vantaġġ ta’ għaxar tulijiet. Ollie Fliptrik (Eric Zammit) temm it-tielet. Il-programm inkluda wkoll żewġ heats tal-ponijiet misjuqa minn tfal li jattendu l-akkademja tal-Malta Racing Club. Dawn it-tiġrijiet fuq distanza ta’ 640m intrebħu minn Esmeralda Grima b’Rosey u minn Jaydon Cutajar b’Forza Rosita.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Voila Dry (I. Bilocca) Ħin - 3.28.6” (1.19”) 2. Dreamed Victory (R. Gatt) 3. Nevada Sun (A. Mifsud) 4. Libre Echange (P. Galea) II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Grace Party (N. Baldacchino) Ħin - 3.27.2” (1.18.5”) 2. Eject (R. Magro) 3. Pema (Ch. Farrugia) 4. Schejken Bill (D. Casha) III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Uranium Des Arkads (K. Saliba) Ħin - 3.32.3” (1.20.4”) 2. Quincy Angot (C. Caruana) 3. Va Brusan (N. Baldacchino) 4. Nympheta De Bisoir (J. Farrugia) IV Tiġrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Key Art (S. Borg) Ħin (1.48.4”) 2. Timolin (M. Sultana) 3. Ollie Fliptrik (E. Zammit) V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Dash Boy (S. Portelli) Ħin - 3.30” (1.19.5”) 2. Miskos Abies (F. Tanti) 3. Maiden Flash (F. Portelli) 4. Mr Snowman (J. Attard) VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist –

2640m. 1. Madam Di Poggio (J. Farrugia) Ħin - 3.25.2” (1.17.7”) 2. Beckham Bob (P. Galea) 3. Pro Shop (F. Casha) 4. Purple Hall (C. Camilleri) VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Alfa Dream (J. Briffa) Ħin - 3.26.7” (1.18.3”) 2. Big Hit (R. Magro) 3. Magnific As (D. Ellul) 4. Niffi (C. Calleja) VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Nova Kebell (R. Magro) Ħin - 3.22.8” (1.16.8”) 2. Palazio Valterne (D. Ellul) 3. Quel Noir (M. Mifsud) 4. Ourasi Diams (A. Fenech) IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. New Style (M. Farrugia) Ħin - 3.29.7” (1.19.4”) 2. Megiddo (C. Camilleri) 3. Zizazimoko (T. Demanuele) 4. Means Nothing (A. Spagnol) X Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Famous Faberge (M. Fenech) Ħin - 3.31.5” (1.20.1”) 2. Noah Stars (J. Farrugia) 3. Andri Boko (T. Demanuele) 4. Sweep The Floor (M. Ellul)

Sodisfatt bil-prestazzjoni speċjalment fl-aħħar metri

– James Briffa, (sewwieq Alfa Dream)

James Briffa (lemin) flimkien ma’ sid iż-żiemel Alfa Dream

F’kummenti li ta lil dan il-ġurnal wara waħda mit-tiġrijiet talKlassi Silver James Briffa tenna li kien kuntent bil-wirja tażżiemel li kiseb l-ewwel rebħa f’pajjiżna. “Alfa Dream verament impressjonani bil-mod kif tela’ laħħar 500m. Wara sensiela ta’

riżultati imħallta rnexxili sa flaħħar inwassal lil dan iż-żiemel għall-ewwel suċċess f’pajjizna. “Nittama li jibqa jżomm ilforma li għaddej minnha bħalissa u nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinuni fil-preparazzjoni ta’ Alfa Dream,” qal James Briffa.


www.maltarightnow.com

26

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Finali bejn Athleta u Virtus BASKETBALL-ST JAMES HOSPITAL SHIELD

Se jkunu Athleta A to Z Electronics u Virtus Cynergi li se jikkontestaw il-finali tas-St James Hospital Shield wara li għelbu lil Bupa Luxol u Floriana Cafe Del Mar fis-semifinali

Ċedew fit-tieni sessjoni Athleta A to Z Electronics ... 79 Bupa Luxol .......................... 54 (8-16, 26-10, 20-8, 25-20) Athleta: M. Naudi 14, R. Vella 5, C. Patus 30, A. Aquilina 12, M. Gauci Montaldo 2, O. Said 16., M. Gouder, I. Tanti. Luxol: CJ Cordina 1, J. Willoughby , A. Portelli 2, A. Borg , JP. Schembri 2, N. Andreevic , O. Rudlege 29, A. Micallef Trigona 6, JP. Bonnici 8, S. Capello 6. Referees: G. Barbara, E. Mangani u C. Terribile. Wara bidu tajjeb, Luxol bdew jitilfu r-ritmu fit-tieni għaxar minuti u Athleta ħadu kontroll u ftit kellhom diffikultà biex jiksbu post fil-finali. Biż-żagħżugħ CJ. Cordina mhux fil-burdata ta’ kontra Siġġiewi, Luxol bdew jsibuha diffiċli biex jinfdu d-difiża aggressiva tal-Athleta. Iż-żewg barranin kellhom logħba tajba. Luxol ħasdu lil Athleta u fetħu vantaġġ ta’ 10-4. Athleta tjiebu imma dan ma kienx biżżejjed għax Luxol komplew jikkontrollaw il-vantaġġ tagħhom sa tmiem is-sessjoni 16-8. Athleta ħarġu aktar determinati għat-tieni għaxar minuti u Luxol bdew jiżbaljaw biex brejk ta’ 14-2 poġġiet lil Athleta 22-18 minn fuq. Luxol dehru imfixklin u Athleta komplew jkunu l-aħjar tim u jmorru jistrieħu 34-26 minn fuq. Wieħed stenna r-reazzjoni talLuxol wara l-intervall, imma wara l-ewwel minuti sofrew tnax il-punt mingħajr risposta u l-vantaġġ tal-Athleta kiber għal- 53-30. Għalkemm Luxol kellhom wirja aħjar fl-aħħar għaxar minuti, Athleta ma kellhomx diffikultà jikkontrollaw.

Fit-tielet sessjoni Virtus Cynergi ..................... 81 Floriana Cafe Del Mar ........ 69 (23-20, 21-20, 23-12, 14-17) Virtus: S. Pace 5, D. Bugeja 10, R. Bonnici 11, C. Doublet , A. Schembri, E. Druinsma 38, A. Felice Pace, A. Axiaq 7, I. Buldakov, G. Colerio, P. Shoults 10, F. Bartolo.

Floriana: N. Ouderdag 19, M. Merceica 15, L. Ross 13, N. Sultana 5, S. Borg, N. Vasovic 5, C. Calleja 2, D. Schembri 7, S. Determerman, O. Shamla, D. Agius 3. Referees: B. Vassallo, E. Mangani u C. Terribile. It-tim ġdid Virtus kiseb rebħa meritata u post fil-finali għas-spejjes tal-Floriana. Għal virtus għamel id-debutt Evon Druinsma li kellu logħba ferm tajba minflok limweġġa’ N. Walkrup. LOlandiż ta’ Floriana N. Oudendag reġa’ kien batut mil-linja tal-free-throw u spiċċa imkeċċi għal żewġ fawls anti sportivi meta Floriana kienu qed jagħmlu laħħar sforzi tagħhom. Virtus rebħu għax kienu aktar attenti fil-passaġġi tagħhom u aktar preċiżi millfree-throws. Virtus li wara lewwel żewg sessjonijiet kienu milquta bil-fawls, irnexxilhom iżommu sattmiem. Tim ma jistax jitlef ħdax ilfree-throw fl-ewwel sessjoni u jitlef pussess tlett darbiet imbagħad jippretendi li jirbaħ. Wara bidu tajjeb ta’ Virtus 10-3 , Floriana kisbu seba’ punti mingħajr risposta biex għamlu l-iskor indaqs . Virtus ħadu vantaġġ minn żbalji filfree-throws ta’ Floriana u reġgħu ħadu tmien punti vantaġġ. Għalkemm Floriana rkupraw kienu Virtus li spiċċaw l-ewwel sessjoni fuq quddiem 23-20. Dan ilvantaġġ kiber għal għaxar punti 32-22 wara tlett minuti. Floriana għaddew minn dan ilmument diffiċli u bdew rimonta. Imma erba’ darbiet tilfu l-pussess minn L. Ross u dan għen lil Virtus imorru jistrieħu basket vantaġġ 34-32. Virtus bdew tajjeb wara lintervall u ħasdu lil Floriana biex wara ħames minuti lvantaġġ ta’ Virtus kiber għal59-44. Floriana għamlu reazzjoni imma blalen mitlufa għenu lil Virtus jibdew laħħar għaxar minuti 67-52. Wara li Virtus kontrollaw tajjeb il-vantaġġ fl-aħħar sessjoni, Floriana bdew jippressaw u bil-mod naqqsu l-iżvantaġġ imma meta waslu sa disa’ punti bogħod, Floriana tilfu lil N. Oudendag b’fawl anti-sportiv wara li kiseb basket u Virtus ikkontrollaw tajjeb sattmien.

Roderick Vella ta’ Athleta jaħrab lil CJ Cordina ta’ Luxol (Ritratt: Trevor Sollars)

ST JAMES HOSPITAL SHIELD FINALI NISA

It-tieni unur għal Luxol

Pavi Depiro ........................... 53 Caffe Moak Luxol ................ 79 (11-23, 13-16, 14-18, 15-22) Jumejn wara li Luxol kisbu post fil-finali wara li kellhom rebħa sofferta kontra Ħibs,

iddominaw il-finali kontra Depiro li kienu taħt il-kowċ C. Benmusbah. Luxol ma setax kellhom bidu aħjar u ħasdu lil Depiro u wara l-ewwel għaxar minuti bnew vantaġġ tajjeb ta’ 23-11. Depiro tjiebu fit-tieni għaxar minuti, imma l-isforzi ta’ S. Evans ma kienux biżżejjed hekk kif Luxol kabbru bi ftit il-

vantaġġ tagħhom sal-mistrieħ 39-24. Wara l-mistrieħ Depiro pprovaw jerġgħu jiftħu r-riżultat, imma Luxol żammew sod biex bdew l-aħħar għaxar minuti 57-41 minn fuq. Bl-eks S. DeMartino jkollha wirja tajba, Luxol ma kellhomx diffikultà jikkontrollaw ilvantaġġ tagħhom sat-tmiem fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

“Ma kienx mument li tiddiskuti mar-referee għaliex il-plejers ikollhom rashom sħuna wara partita bħal dik u jistgħu jiżbaljaw. Mort għidt lill-plejers li r-referee ma nistgħu nagħmlulu xejn. - Issa l-partita spiċċat, ir-referee jagħmel hu u fuq ir-referees hemm Alla li hu kbir u jaf x’inhu jagħmel. Chris Lautier għażel li jagħmel rapport fuq din għax qal li jien għidt dan b’mod sarkastiku.” Hekk qal il-President ta’ Qormi FC Redino Apap meta kkummenta waqt il-programm Replay fuq Nt Tv fuq iż-żewġ partiti sospensjoni li weħel wara d-derby kontra Żebbuġ Rangers. “Mhux se nidħol f’argument jekk kienx fawl jew le. Kulħadd uman u kulħadd jista’ jiżbalja. Dak il-ħin ridt ngħid lill-plejers u nwassal messaġġ li r-referee li

mort hemm mhux biex ngħajru u naqa’ fin-nażba kif waqa’ Lenvaic u ġie sospiż,” kompla Apap. “Fir-rapport li kiteb ir-referee jgħid li semmejt lil Alla biex inkasbru. Jien lil Alla nsemmiegħ biex jgħinni u mhux biex inkasbru. Dan hu razziżmu fir-reliġjon għax għandi dritt nitlob lil Alla jgħinni. Imma iva hekk nemmen li r-referee Malti Alla biss hemm fuqu u Alla jrid itih is-sentenza tiegħu u ħadd ma jista’ jkellmu. Għax id-dixxiplina timxi fuq ir-rapport tar-refere u dan mhux ġust għaliex jekk ir-referee nterpreta b’mod ħażin, m’għandux ikun vittma l-individwu.” Apap qal li jħossu urtat ħafna għaliex la offenda, la abbuża u lanqas kien aggressiv. Tant li rreferee stess kiteb li ‘s-Sur Apap ġie jiġbed il-plejers tiegħu.’ “Għalhekk dort fuq Alla għax

jien min jien biex niġġudika. Inħaddan ir-reliġjon Kristjana u nemmen li hemm xi ħadd aqwa minn kulħadd u nħalli f’idejh. Tiġix tgħidli li żeblaħt lil Alla għax għidt dak il-kliem.” Apap qal li jekk mhux se nbiddlu l-istruttura kollha mhux se nieħdu ruħ għalix affarijiet bħal dawn jitfgħu lura nies bħalu milli jagħtu ħajjithom u flushom lejn il-futbol Malti. “Ir-referees jafu li jien qatt ma offendejt referee għax meta joffendu lili nħoss. Lir-referees nirrispettahom. Jien bħala President kont qed inkellem lill-plejers tiegħi u mhux lir-referee. Jekk għandi neħel żewġ partiti neħilhom imma ejja nkunu sinċiera u jekk ma kellix neħilhom ngħidu li sar żball,” temm il-President ta’ Qormi FC.

Caffe Moak Luxol wara li għelbu lil Pavi Depiro fis-Super Cup, reġgħu tawhom dispjaċir ieħor fil-finali tas-St James Hospital Shield.

Redino Apap urtat biż-żewġ partiti sospensjoni


www.maltarightnow.com

27

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

FORMULA 1

TENNIS

Nico Rosberg irnexxielu jirreżisti għall-isfida ta’ sieħbu talMercedes Lewis Hamilton li miegħu qed jisfida għar-rebħ tattitlu biex rebaħ għall-ewwel darba il-Grand Prix tal-Brażil. Hamilton issielet kemm felaħ u rkupra distakk ta’ seba’ sekondi wara li kien tilef il-kontroll wara madwar terz tat-tellieqa filmument li deher li seta’ jmur quddiem. Imma Rosberg għamel biżżejjed biex żammu warajh f’finali mill-aktar eċċitanti. Dan ifisser li l-vantaġġ ta’ Hamilton issa niżel għal 17-il punt meta fadal 50 punt disponibbli għal-aħħar tiġrija f’Abu Dhabi. “Kuntent bil-mod kif marru laffarijiet tul tmiem il-ġimgħa kollha. Kont qed inħossni komdu fil-karozza u kkontrollajt it-tiġrija ma’ Lewis,” qal Rosberg. Hamiltion jista’ jkun dikjarat Champion tad-dinja jekk jispiċċa mqar fit-tieni post wara Rosberg fil-GP ta’ Abu Dhabi fit-23 ta’ Novembru, anke jekk din se tkun tiġrija b’punti doppji. Imma l-Ingliż jista’ jħossu diżappuntat għal żball li għamel

Ir-Repubblika Ċeka rebħet ilFederation Cup għat-tielet darba f’erba’ snin meta fil-final għelbet lill-Ġermanja. Iċ-Champion ta’ Wimbledon Petra Kvitova rebħet l-ewwel singles tal-Ħadd kontra Angelique Kerber u tat vantaġġ insuperabbli lit-tim tagħha 3-0 fi Praga. Kvitova, li għelbet lil Andrea Petkovic 6-2, 6-4 fl-ewwel singles tas-Sibt, issuperat lil Kerber 7-6, 4-6, 6-4 wara tliet sigħat. B’hekk il-Ġermanja baqgħu mingħajr suċċess fil-Fed Cup sa minn meta Steffi Graf mexxiethom lejn din ir-rebħa fl-1992. Iċ-Ċeki kienu għamlu pass importanti s-Sibt meta Lucie Safarova għelbet lil Kerber 6-4, 6-4 fit-tieni singles u poġġiethom 2-0 minn fuq. Iċ-Ċeki rebħu wkoll din il-kompetizzjoni li hi dik identika għat-Tazza Davis tal-Irġiel, fl-2011 u l-2012.

Rosberg inaqqas id-distakk minm ma’ Hamilton

Nico Rosberg jiċċelebra r-rebħa fuq il-podju fil-Brażil

fit-28 dawra għaliex dan swielu t-tiġrija fil-Brażil. Rosberg kien għamel it-tieni pit stop tiegħu fis-26 dawra meta Hamilton kien anqas minn żewġ sekondi warajh. Hamilton baqa’ barra u għamel anke l-aktar dawra veloċi imma wara li kien aktar veloċi minn

kulħadd fi tliet setturi l-inġiniera żammewh barra biex ikabbar ilvantaġġ fejn imbagħad żbalja firraba’ kantuniera u tilef il-vantaġġ li kien bena. Felipe Massa tal-Williams temm it-tielet minkejja li kellu penalità ta’ ħames sekondi talli saq veloċi fil-pit lane u daħal fil-pit tal-

McLaren bi żball fl-aħħar waqfa. Iż-żewġ inċidenti swewlu l-ħin imma xorta temm it-tielet quddiem Jenson Button tal-McLaren b’Sebastien Vettel jidħol ir-raba’. Iż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari Fernando Alonso u Kimi Raikkonen spiċċaw fis-sitt u sseba’ post rispettivament.

Iċ-Ċeki jirbħu l-Fed Cup

Murray megħlub Intant Andy Murray kellu bidu diżappuntanti fl-ATP World Tour Finals meta tilef fi straight sets kontra l-Ġappuniż Kei Nishikori. Il-Britanniku rkupra minn 4-1 minn taħt fit-tieni set u għamel liskor indaqs imma Nishikori bbrejkja għar-raba darba u rebaħ 6-4, 6-4.

Iċ-Champion Marquez jikser ir-rekord bi 13-il rebħa MOTOGP

Ħuh Alex inkurunat Champion tal-Moto3

Iċ-Champion tad-Dinja talMotoGP l-Ispanjol Marc Marquez rebaħ l-aħħar tiġrija talistaġun li saret f’Valencia biex kiseb it-13-il rebħa tal-2014 u kiser ir-rekord ta’ Mick Doohan li kien ilu mwaqqaf 18-il sena. Kienet ukoll ġurnata memorabbli għall-familja Marquez hekk kif ħuh iż-żgħir Alex Marquez kien dikjarat Champion tal-Moto3. Din kienet l-ewwel darba f’66 sena storja ta’ sport li żewġ aħwa saru Champions tad-Dinja flimkien. It-Taljan Valentino Rossi talYamaha li kien beda mill-pole position temm it-tieni waqt li Dani Pedrosa tal-Honda daħal ittielet b’Andrea Dovizioso jissupera fuq il-linja lil sieħbu tad-Ducati Cal Crutchlow u jtemm fir-raba’ post. Warajhom spiċċaw l-aħwa tal-Monster Yamaha Pol u Aleix Espargaro. It-tiġrija kienet affetwata minn xita ħafif fil-bidu u reġgħet niżlet 13-il dawra mit-tmiem fejn Lorenzo u Andrea Iannone għamlu għażla ħażina li bidlu lmutur.

aħħar kantuniera u ppermetta lill-Iżvizzeru jikseb it-tieni rebħa tal-istaġun wara dik filĠappun. Minkejja t-tieni post Rabat spiċċa Champion b’total ta’ 346 punt fil-Moto2 li hu rekord hekk kif issupera t-328 punt li kiseb Marc Marquez fl-2012. L-aħħar tiġrija tal-Moto3 ntrebħet minn Jack Miller imma t-tielet post kien biżżejjed għal Alex Marquez biex ikun inkurunat Champion. Miller għamel dak kollu possibli biex ikun hu li jirbaħ it-titlu imma biex jagħmel dan ried bilfors li Marquez ma jispiċċax fuq ilpodju.

Marc (nofs) u Alex Marquez (lemin) saru l-ewwel aħwa Champions tad-Dinja fl-istess sena jidher ukoll Thomas Luthi champion tal-Moto2

F’din it-tiġrija ħadu sehem għall-ewwel darba sa mill-2011 is-Suzuki li ngħataw wild card għas-sewwieq ta’ żvilupp tagħhom Randy de Punient, imma rtira f’nofs it-tiġrija bi

problemi tekniċi. Il-Moto2 ukoll kellha tmiem sorprendenti meta Thomas Luthi seraq ir-rebħa mingħand iċChampion Esteve ‘Tito’ Rabat fl-aħħar sprint lejn il-linja finali.

Iż-żewġ sewwieqa kienu ħarbu waħedhom u ssieltu bejniethom għall-ewwel post b’Luthi deher destinat għat-tieni post meta lmutur Kalex ta’ Rabat deher isofri minn nuqqas ta’ fuel fl-

Kif spiċċaw 1. Marc Marquez 2. Valentino Rossi 3. Jorge Lorenzo 4. Dani Pedrosa 5. Andrea Dovizioso 6. Pol Espargaro 7. Aleix Espargaro 8. Bradley Smith 9. Stefan Bradl 10. Andrea Iannone

362 295 263 246 187 136 126 121 117 102


www.maltarightnow.com

28

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

PREMIER LEAGUE

Rimonta minn Swansea f’rebħa memorabbli

Swansea rkupraw minn gowl minn taħt meta b’żewġ gowls lejn it-tmiem kisbu rebħa memorabbli fuq Arsenal fil-Liberty Stadium. Arsenal kienu marru fil-vantaġġ minn Alexis Sanchez li kkonkluda mill-viċin wara ġirja stupenda u passaġġ ta’ Danny Wellbeck. Imma freekick mill-isbaħ ta’ Gylfi Sigurdsson u daqqa ta’ ras stupenda tas-sostitut Bafetimbi Gomis, issiġillaw ir-rebħa għal Swansea. B’din ir-rebħa t-tim ta’ Garry Monk qabeż lill-Gunners filħames post fil-klassifika. It-telfa kienet tfisser ġimgħa ferm ħażina għat-tim ta’ Wenger wara li sfaxxa fiċ-Champions League kontra Anderlecht itTlieta fejn rema vantaġġ ta’ 3-0 u spiċċa 3-3. Stoke City komplew kabbru lproblemi tal-kowċ Mauricio Pochettino b’rebħa 2-1 fuq Tottenham f’White Hart Lane. Gowls minn Bojan Krkic b’azzjoni personali wara biss sitt minuti u ieħor minn Jonathan Walters wara nofs siegħa, taw irraba’ telfa lil Tottenham f’darhom fl-ogħla diviżjoni dan l-istaġun. Kienet ukoll l-ewwel rebħa ta’ Stoke fil-kampjonat għand Tottenham sa mill-2011.

Lippi jimmira lejn in-nazzjonal

Marcello Lippi rtira millkowċing tal-klabbs imma qed iħares lejn kariga ma’ tim nazzjonali ladarba jintemmlu l-kuntratt ma’ Guangzhou Evergrande. It-Taljan ta’ 66 sena il-ġimgħa loħra ċeda postu wara li rebaħ ilkampjonat Ċiniż għat-tielet sena konsekuttiva. Floku nħatar l-eks captain tat-tim nazzjonali Taljan Fabio Cannavaro b’Lippi jieħu rwol ta’ direttur tekniku. Lippi li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006 mal-Italja, qal li lest jieħu ttmexxija ta’ tim nazzjonali. “Kemm il-darba pproponewli lkariga mat-tim nazzjonali Ċiniż u għidt le. Meta jintemmli l-kuntratt ma’ Guangzhou, nista’ nevalwa tim nazzjonali. Ma nħossnix xiħ għalissa imma daqshekk mexxejt klabbs. Guangzhou talbuni s-sena l-oħra jekk Cannavaro riedx ikun direttur tekniku imma Fabio kien ħerqan li jsir kowċ. Għalhekk dan l-istaġun iddeċiedejt li nċedi posti u tajthom żewġ ismijiet: Cannavaro jew Ciro Ferrara. Jidher li jħobbu lil Cannavaro,” qal Lippi.

Is-sostitut Bafetimbi Gomis jissiġilla r-rebħa għal Swansea kontra Arsenal

Tottenham wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u naqqsu l-iskor minn volley mill-isbaħ ta’ Nacer Chadli minn angolu kważi impossibli fit-78 minuta. Imma hekk kif Spurs għafsu għd-draw, tkeċċielhom Kyle Naughton talli waqqaf kontra-attakk perikoluż u Stoke żammew sod għat-tieni rebħa barra minn darhom dan listaġun u telgħu fost l-ewwel 10 fil-klassifika. Ayoze Perez kompla bil-forma brillanti tiegħu quddiem il-lasta hekk kif Newcastle kisbu lħames rebħa konsekuttiva meta

għelbu lil West Brom 2-0. L-Ispanjol beda mill-bidu flimkien ma’ Remy Cabella u Massadio Haidara wara li skorja l-gowl rebbieħ fl-aħħar żewġ partiti ta’ Newcastle. Il-plejer akkwistat mingħand Tenerife reġa’ rrisponda billi poġġa lil Newcastle fil-vantaġġ flaħħar minuta tal-ewwel taqsima. West Brom ippressaw għaddraw fit-tieni taqsima imma nqabdu bil-kontra-attakki bilcaptain Fabricio Coloccini jaċċerta bir-ras bit-tieni gowl hekk kif West Brom issa rebħu

TAZZA AFRIKANA 2015

darba biss fl-aħħar sitt partiti. Newcastle issa jinsabu fis-seba’ post. Penalty fit-tieni taqsima minn Leighton Baines aċċerta draw 1-1 għal Everton għand Sunderland. Sebastian Larsson kien qajjem il-partitarji fuq saqajhom fi Stadium fi Light meta skorja freekick mill-isbaħ fis-67 minuta u poġġa lil Sunderland fil-vantaġġ. Imma d-difensur internazzjonali Ingliż Baines, ma żbaljax mill-11-il metru wara li Connor Wickham kien waqqa’ lil Seamus Coleman għal 1-1.

Il-Marokk jibqa’ ma jikkonfermax Il-Marokk naqas milli jilħaq lultimatum biex jikkonferma jekk hux se jorganizza t-Tazza tanNazzjonijiet Afrikani f’Jannar tal-2015. Il-pajjiż mill-Afrika ta’ Fuq kien talab biex ikun hemm posponiment tat-turnament minħabba l-biżgħa tal-marda talEbola. Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Afrikan (CAF) irrifjutat it-talba u kienet tat ultimatum sat-8 ta’ Novembru biex il-Marokk jikkonferma jekk hux se jorganizza t-turnament. Dan l-ultimatum ingħata wkoll lil kwalunkwe pajjiż li seta’ jinteressa ruħu li jorganizza t-turnament minflok il-Marokk. Stqarrija mill-Ministeru tal-

Isport tal-Marokk kienet tgħid. “Id-deċiżjoni hi ddettata minn raġunijiet ta’ saħħa minħabba ttheddida serja tal-Ebola u rriskju li din tinfirex.” Deċiżjoni dwar il-futur tat-turnament tal-2014 se tittieħed itTlieta 11 ta’ Novembru waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-CAF li se ssir fil-Kajr fl-Eġittu. Il-Marokk li l-aħħar li organizza t-turnament kien fl-1988 u li se jkun qed jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs ix-xahar iddieħel, kien talab biex it-turnament ta’ 16-il tim finalista jsir f’Ġunju tal-2015 jew Jannar tal2016. Madankollu l-eżekuttiv talCAF qabel unanimament li jżomm id-dati tal-kompetizzjoni

tas-sena d-dieħla li għandu jsir bejn is-17 ta’ Jannar u t-8 ta’ Frar. “Qatt m’aħna se nieħdu riskju jekk ma nkunux ċerti dwar jekk kompetizzjoni hix ta’ theddida għal pajjiż organizzatur. Dan ikun diżastru kemm għalina kif ukoll għal kwalunkwe pajjiż li jkollu lvirus,” qal is-Segretarju talCAF, Hicham El Amrani. Huwa qal li kien hemm konslutazzjoni anke malOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) u kien għalhekk li rrifjutaw it-talba tal-Marokk. “Il-parir tagħhom kien ċar, fissens li jirrakkomandaw li ma jsirux avvenimenti tal-massa filpajjiżi l-aktar affetwati bħal Guinea, l-Liberja u Sierra Leone.

SPORT

Riżultati Premier League Sunderland v Everton Tottenham H v Stoke C West Brom v Newcastle Swansea City v Arsenal Kif Jinsabu LRDT F Chelsea 11 9 2 0 28 Southampton 11 8 1 2 23 Man. City 11 6 3 2 22 West Ham Utd 11 5 3 3 19 Swansea City 11 5 3 3 15 Arsenal 11 4 5 2 19 Man. United 11 4 4 3 17 Newcastle Utd 11 4 4 3 13 Stoke City 11 4 3 4 12 Everton 11 3 5 3 20 Liverpool 11 4 2 5 14 Tottenham H. 11 4 2 5 14 West Brom. 11 3 4 4 13 Sunderland 11 2 6 3 12 Hull City 11 2 5 4 13 Aston Villa 11 3 2 6 5 Crystal Palace 11 2 3 6 14 Leicester City 11 2 3 6 11 QPR 11 2 2 7 11 Burnley 11 1 4 6 6 FA Cup Halifax T v Bradford C. Blyth S. v Altrincham Braintree T v Chesterfield Coventry C v Worcester Forest GR v Scunthorpe Gosport B. v Colchester Norton Utd v Gateshead Portsmouth v Aldershot T Stevenage v Maidstone Wrexham v Woking Notts C v Accrington S Premier Skoċċiż Aberdeen v Celtic

Riżultati lokali Premier Hibs v Balzan B’Kara v Floriana Pietà H v Qormi Mosta v Tarxien I Div. Mqabba v Pembroke A Gżira Utd v St. Andrews. II Div. Siġġiewi v Sirens Xgħajra T. v Ħamrun S. Senglea A. v Mellieħa Marsa v San Ġwann Għargħur v Żabbar SP Għaxaq v Żejtun Nisa U/16 Pembroke A. v Tarxien R. Mġarr Utd v Gozo Ħamrun S. v Kirkop Utd GFA I Div. Kerċem A. v Sannat L Oratory Y v St. Lawrence IASC II Div. Zabbar CB v Mġarr F Gżira Utd v Safi AFC Żurrieq W. v Rovers Utd. YFA U/17 St. Andrew v Dingli Sliema W. v Lija-Iklin Balzan v Kirkop U/15 Pietà H v Cottonera San Ġwann v Naxxar Floriana v Qormi MAFA Zejtun RS v Valletta S Marsa WS v Mqabba A Vittoriosa L v Valletta SP BASKETBALL St. James Hosp. Shield II Div. SF Hibs v SN Suns I Div SF Athleta v Luxol Virtus v Floriana Nisa Finali Depiro v Luxol HOCKEY Sliema Hs v Floriana YS Rabat v Poiatti Qormi

1-1 1-2 0-2 2-1 K 11 5 12 14 11 13 14 15 13 18 15 16 15 19 15 16 20 18 22 19

Pt 29 25 21 18 18 17 16 16 15 14 14 14 13 12 11 11 9 9 8 7 1-2 4-1 0-6 1-2 0-2 3-6 0-4 2-2 0-0 3-0 0-0

1-2

illum illum 0-0 2-1 2-3 0-2

1-3 0-3 1-1 0-2 1-4 0-3 0-3 1-2 2-3 2-1 3-3 1-3 1-1 1-2 8-0 6-0 1-1

5-0 1-0 3-1

1-1 8-0 6-4

79-56

79-54 81-69 53-79

1-2 1-2


www.maltarightnow.com

28

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

PREMIER LEAGUE

Rimonta minn Swansea f’rebħa memorabbli

Swansea rkupraw minn gowl minn taħt meta b’żewġ gowls lejn it-tmiem kisbu rebħa memorabbli fuq Arsenal fil-Liberty Stadium. Arsenal kienu marru fil-vantaġġ minn Alexis Sanchez li kkonkluda mill-viċin wara ġirja stupenda u passaġġ ta’ Danny Wellbeck. Imma freekick mill-isbaħ ta’ Gylfi Sigurdsson u daqqa ta’ ras stupenda tas-sostitut Bafetimbi Gomis, issiġillaw ir-rebħa għal Swansea. B’din ir-rebħa t-tim ta’ Garry Monk qabeż lill-Gunners filħames post fil-klassifika. It-telfa kienet tfisser ġimgħa ferm ħażina għat-tim ta’ Wenger wara li sfaxxa fiċ-Champions League kontra Anderlecht itTlieta fejn rema vantaġġ ta’ 3-0 u spiċċa 3-3. Stoke City komplew kabbru lproblemi tal-kowċ Mauricio Pochettino b’rebħa 2-1 fuq Tottenham f’White Hart Lane. Gowls minn Bojan Krkic b’azzjoni personali wara biss sitt minuti u ieħor minn Jonathan Walters wara nofs siegħa, taw irraba’ telfa lil Tottenham f’darhom fl-ogħla diviżjoni dan l-istaġun. Kienet ukoll l-ewwel rebħa ta’ Stoke fil-kampjonat għand Tottenham sa mill-2011.

Lippi jimmira lejn in-nazzjonal

Marcello Lippi rtira millkowċing tal-klabbs imma qed iħares lejn kariga ma’ tim nazzjonali ladarba jintemmlu l-kuntratt ma’ Guangzhou Evergrande. It-Taljan ta’ 66 sena il-ġimgħa loħra ċeda postu wara li rebaħ ilkampjonat Ċiniż għat-tielet sena konsekuttiva. Floku nħatar l-eks captain tat-tim nazzjonali Taljan Fabio Cannavaro b’Lippi jieħu rwol ta’ direttur tekniku. Lippi li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2006 mal-Italja, qal li lest jieħu ttmexxija ta’ tim nazzjonali. “Kemm il-darba pproponewli lkariga mat-tim nazzjonali Ċiniż u għidt le. Meta jintemmli l-kuntratt ma’ Guangzhou, nista’ nevalwa tim nazzjonali. Ma nħossnix xiħ għalissa imma daqshekk mexxejt klabbs. Guangzhou talbuni s-sena l-oħra jekk Cannavaro riedx ikun direttur tekniku imma Fabio kien ħerqan li jsir kowċ. Għalhekk dan l-istaġun iddeċiedejt li nċedi posti u tajthom żewġ ismijiet: Cannavaro jew Ciro Ferrara. Jidher li jħobbu lil Cannavaro,” qal Lippi.

Is-sostitut Bafetimbi Gomis jissiġilla r-rebħa għal Swansea kontra Arsenal

Tottenham wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u naqqsu l-iskor minn volley mill-isbaħ ta’ Nacer Chadli minn angolu kważi impossibli fit-78 minuta. Imma hekk kif Spurs għafsu għd-draw, tkeċċielhom Kyle Naughton talli waqqaf kontra-attakk perikoluż u Stoke żammew sod għat-tieni rebħa barra minn darhom dan listaġun u telgħu fost l-ewwel 10 fil-klassifika. Ayoze Perez kompla bil-forma brillanti tiegħu quddiem il-lasta hekk kif Newcastle kisbu lħames rebħa konsekuttiva meta

għelbu lil West Brom 2-0. L-Ispanjol beda mill-bidu flimkien ma’ Remy Cabella u Massadio Haidara wara li skorja l-gowl rebbieħ fl-aħħar żewġ partiti ta’ Newcastle. Il-plejer akkwistat mingħand Tenerife reġa’ rrisponda billi poġġa lil Newcastle fil-vantaġġ flaħħar minuta tal-ewwel taqsima. West Brom ippressaw għaddraw fit-tieni taqsima imma nqabdu bil-kontra-attakki bilcaptain Fabricio Coloccini jaċċerta bir-ras bit-tieni gowl hekk kif West Brom issa rebħu

TAZZA AFRIKANA 2015

darba biss fl-aħħar sitt partiti. Newcastle issa jinsabu fis-seba’ post. Penalty fit-tieni taqsima minn Leighton Baines aċċerta draw 1-1 għal Everton għand Sunderland. Sebastian Larsson kien qajjem il-partitarji fuq saqajhom fi Stadium fi Light meta skorja freekick mill-isbaħ fis-67 minuta u poġġa lil Sunderland fil-vantaġġ. Imma d-difensur internazzjonali Ingliż Baines, ma żbaljax mill-11-il metru wara li Connor Wickham kien waqqa’ lil Seamus Coleman għal 1-1.

Il-Marokk jibqa’ ma jikkonfermax Il-Marokk naqas milli jilħaq lultimatum biex jikkonferma jekk hux se jorganizza t-Tazza tanNazzjonijiet Afrikani f’Jannar tal-2015. Il-pajjiż mill-Afrika ta’ Fuq kien talab biex ikun hemm posponiment tat-turnament minħabba l-biżgħa tal-marda talEbola. Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Afrikan (CAF) irrifjutat it-talba u kienet tat ultimatum sat-8 ta’ Novembru biex il-Marokk jikkonferma jekk hux se jorganizza t-turnament. Dan l-ultimatum ingħata wkoll lil kwalunkwe pajjiż li seta’ jinteressa ruħu li jorganizza t-turnament minflok il-Marokk. Stqarrija mill-Ministeru tal-

Isport tal-Marokk kienet tgħid. “Id-deċiżjoni hi ddettata minn raġunijiet ta’ saħħa minħabba ttheddida serja tal-Ebola u rriskju li din tinfirex.” Deċiżjoni dwar il-futur tat-turnament tal-2014 se tittieħed itTlieta 11 ta’ Novembru waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-CAF li se ssir fil-Kajr fl-Eġittu. Il-Marokk li l-aħħar li organizza t-turnament kien fl-1988 u li se jkun qed jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs ix-xahar iddieħel, kien talab biex it-turnament ta’ 16-il tim finalista jsir f’Ġunju tal-2015 jew Jannar tal2016. Madankollu l-eżekuttiv talCAF qabel unanimament li jżomm id-dati tal-kompetizzjoni

tas-sena d-dieħla li għandu jsir bejn is-17 ta’ Jannar u t-8 ta’ Frar. “Qatt m’aħna se nieħdu riskju jekk ma nkunux ċerti dwar jekk kompetizzjoni hix ta’ theddida għal pajjiż organizzatur. Dan ikun diżastru kemm għalina kif ukoll għal kwalunkwe pajjiż li jkollu lvirus,” qal is-Segretarju talCAF, Hicham El Amrani. Huwa qal li kien hemm konslutazzjoni anke malOrganizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) u kien għalhekk li rrifjutaw it-talba tal-Marokk. “Il-parir tagħhom kien ċar, fissens li jirrakkomandaw li ma jsirux avvenimenti tal-massa filpajjiżi l-aktar affetwati bħal Guinea, l-Liberja u Sierra Leone.

SPORT

Riżultati Premier League Sunderland v Everton Tottenham H v Stoke C West Brom v Newcastle Swansea City v Arsenal Kif Jinsabu LRDT F Chelsea 11 9 2 0 28 Southampton 11 8 1 2 23 Man. City 11 6 3 2 22 West Ham Utd 11 5 3 3 19 Swansea City 11 5 3 3 15 Arsenal 11 4 5 2 19 Man. United 11 4 4 3 17 Newcastle Utd 11 4 4 3 13 Stoke City 11 4 3 4 12 Everton 11 3 5 3 20 Liverpool 11 4 2 5 14 Tottenham H. 11 4 2 5 14 West Brom. 11 3 4 4 13 Sunderland 11 2 6 3 12 Hull City 11 2 5 4 13 Aston Villa 11 3 2 6 5 Crystal Palace 11 2 3 6 14 Leicester City 11 2 3 6 11 QPR 11 2 2 7 11 Burnley 11 1 4 6 6 FA Cup Halifax T v Bradford C. Blyth S. v Altrincham Braintree T v Chesterfield Coventry C v Worcester Forest GR v Scunthorpe Gosport B. v Colchester Norton Utd v Gateshead Portsmouth v Aldershot T Stevenage v Maidstone Wrexham v Woking Notts C v Accrington S Premier Skoċċiż Aberdeen v Celtic

Riżultati lokali Premier Hibs v Balzan B’Kara v Floriana Pietà H v Qormi Mosta v Tarxien I Div. Mqabba v Pembroke A Gżira Utd v St. Andrews. II Div. Siġġiewi v Sirens Xgħajra T. v Ħamrun S. Senglea A. v Mellieħa Marsa v San Ġwann Għargħur v Żabbar SP Għaxaq v Żejtun Nisa U/16 Pembroke A. v Tarxien R. Mġarr Utd v Gozo Ħamrun S. v Kirkop Utd GFA I Div. Kerċem A. v Sannat L Oratory Y v St. Lawrence IASC II Div. Zabbar CB v Mġarr F Gżira Utd v Safi AFC Żurrieq W. v Rovers Utd. YFA U/17 St. Andrew v Dingli Sliema W. v Lija-Iklin Balzan v Kirkop U/15 Pietà H v Cottonera San Ġwann v Naxxar Floriana v Qormi MAFA Zejtun RS v Valletta S Marsa WS v Mqabba A Vittoriosa L v Valletta SP BASKETBALL St. James Hosp. Shield II Div. SF Hibs v SN Suns I Div SF Athleta v Luxol Virtus v Floriana Nisa Finali Depiro v Luxol HOCKEY Sliema Hs v Floriana YS Rabat v Poiatti Qormi

1-1 1-2 0-2 2-1 K 11 5 12 14 11 13 14 15 13 18 15 16 15 19 15 16 20 18 22 19

Pt 17 25 21 18 18 17 16 16 15 14 14 14 13 12 11 11 9 9 8 7 1-2 4-1 0-6 1-2 0-2 3-6 0-4 2-2 0-0 3-0 0-0

1-2

illum illum 0-0 2-1 2-3 0-2

1-3 0-3 1-1 0-2 1-4 0-3 0-3 1-2 2-3 2-1 3-3 1-3 1-1 1-2 8-0 6-0 1-1

5-0 1-0 3-1

1-1 8-0 6-4

79-56

79-54 81-69 53-79

1-2 1-2


www.maltarightnow.com

29

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Riżultati u Klassifiki

Juventus jixxalaw u Empoli jissorprendu lil Lazio SERIE A

Il-liders Juventus kisbu l-akbar rebħa fis-Serie A sa mill-1983 meta għelbu lil Parma 7-0 u żammew il-vantaġġ f’ras il-klassifika. Empoli wettqu waħda millakbar sorpriżi tal-ġurnata meta għelbu lil Lazio waqt li Napoli approfittaw min-nofs żelqa ta’ Sampdoria u għelbu lil Fiorentina biex kienu huma li marru fit-tielet post qabel ilwaqfa minħabba n-n-nazzjonal. VERONA – Chievo għelbu lil Cesena 2-1 fi dwell bejn żewġ timijiet fiz-zona relegation u qabżuhom fil-klassifika. Il-gowls waslu fit-tieni taqsima u għal Chievo skorja doppjetta Pellissier waqt li Duric deher li ta punt lil Cesena fit-88 minuta. EMPOLI – Sa fl-aħħar Empoli nqalgħu miz-zona relegation meta wettqu waħda mill-akbar sorpriżi tal-ġurnata u għelbu lil Lazio 2-1. Empoli ħasdu lil Lazio b’żewġ gowls fi tliet minuti minn Barba u Maccarone bejn it-52 u l-55 mnuta. Għal Lazio naqqas l-iskor Dordevic. TURIN – Il-liders Juventus ġabu fix-xejn lil Parma u rebħulhom 7-0. L-attakkanti Carlos Tevez, Fernando Llorente u Alvaro Morata kollha skorjaw doppjetta kull wieħed waqt li Stephan Lichsteiner ukoll kien fost l-skorers. Fi tmiem il-partita l-kowċ Allegri faħħar lill-plejers għall-wirja impekkabbli. PALERMO – Palermo komplew jitbiegħdu miz-zona

EURO 2016

Kif jinsabu

Juventus Roma Napoli Sampdoria Lazio Genoa Milan Udinese Inter Verona Fiorentina Palermo Torino Sassuolo Cagliari Empoli Atalanta Chievo Cesena Parma Carlos Tevez jiskorja wieħed mill-gowls ta’ Juventus kontra Parma

perikoluża bi draw 1-1 kontra Udinese li fetħu l-iskor minn Thereau imma Dybala minn penalty kiseb id-draw għallIsqallin. Palermo kellhom anke ċans jieħdu punti massimi imma Vazquez falla penalty. FIRENZE – Gowl ta’ Gonzalo Higuain fit-tieni taqsima ta rebħa ferm importanti lil Napoli 1-0 fuq Fiorentina u poġġiethom waħedhom fit-tielet post tal-klassifika.. SARDINJA – Cagliari fallew żewġ punti importanti fi draw 1-1 f’darhom kontra Genoa. Cagliari marru fil-vantaġġ millBrażiljan Farias imma Genoa kisbu d-draw minn awto-gowl ta’

Balotelli u Cerci fl-iskwadra ta’ Conte

Il-kowċ nazzjonali Taljan Antonio Conte sejjaħ għallewwel darba lill-attakkant ta’ Liverpool Mario Balotelli, lil dak ta’ Milan El Shaarawy kif ukoll lil Alessi Cerci. Barra dan kien inkluż għallewwel darba d-difensur ta’ Torino Emiliano Moretti u lmidfielders ta’ Genoa u Sampdoria Andrea Bertolacci u Roberto Soriano. Dawn kienu ssorpriżi prinċipali ta’ Conte għall-partita kontra l-Kroazja mill-Euro 2016 fis-16 tax-xahar f’Milan. L-iskwadra kollha hi din:

Gowlkipers: Buffon (Juventus), Perin (Genoa), Sirigu

Serie A Cagliari v Genoa Chievo v Cesena Empoli v Lazio Juventus v Parma Palermo v Udinese Fiorentina v Napoli Inter v Verona Roma v Torino Sassuolo v Atalanta Sampdoria v Milan

(Paris Saint Germain). Difensuri: Chiellini (Juventus), Moretti (Torino), Ogbonna (Juventus), Ranocchia (Inter), Rugani (Empoli). Midfielders: Bertolacci (Genoa), Bonaventura (Milan), Candreva (Lazio), Cerci (Atletico Madrid), Darmian (Torino), De Rossi (Roma), De Sciglio (Milan), El Shaarawy (Milan), Marchisio (Juventus), Parolo (Lazio), Pasqual (Fiorentina), Soriano (Sampdoria), Verratti (Paris Saint Germain). Attakkanti: Balotelli (Liverpool), Giovinco (Juventus), Immobile (Borussia Dortmund), Pellè (Southampton), Zaza (Sassuolo).

Rossettini. Lejn it-tmiem Cagliari ngħataw penalty wara li li tkeċċa Sturaro imma Avelar ra x-xutt mill-11-il metru salvat minn Perin. Dan ifisser li Zeman għadu mingħajr rebħa f’Cagliari waqt li t-tim ta’ Gasperini issa ilu ma jitlef sitt partiti. MILAN – Inter komplew bisserje ta’ wirjiet inkonsistenti meta ħadu biss punt fi draw 2-2 f’darhom kontra Verona. Luca Toni fetaħ l-iskor għal Verona u falla penalty importanti fit-tieni taqsima met al-iskor kien 21 favur Inter.. Icardi skorja gowl

f’kull taqsima għat-tim ta’ Mazzarri u s’issa skorja 7 gowls dan l-istaġun. Fil-51 minuta Inter spiċċaw b’għaxra meta tkeċċa Medel li kkommetta l-penalty u dabbar it-tieni karta safra biex minuta mit-tmiem kien Lopez li ta draw meritat lil Verona 2-2. RUMA – Roma żammew ittieni post fil-klassifika wara li għelbu lil Torino fl-Olimpico b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima minn Torosidis u Seydou Keita. It-tim ta’ Rudi Garcia kien superjuri għal ħinijiet twal aċċerta lpunti b’gowl ieħor ta’ Ljajic.

Ivan Zammit hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC waqt li Gilbert Agius issa hu l-assistent tiegħu. Dan tħabbar ilbieraħ waqt ilprogramm Replay fuq Net TV bil-Viċi-President ta’ Valletta Alex Fenech jikkonferma dan pubblikament.

Wara r-rebħa fuq Żebbuġ Zammit qal li fl-bħalissa hemm affarijiet żgħar li jridu jirranġawhom u jrid ikun hemm rispett lejn kulħadd. Qal li linteress tiegħu hu li jaħdmu għattim u jiksbu r-rebħ u mhux min hu l-kowċ u min hu l-assistent.

Iċ-Champion Maltija tan-nisa tal-Bowling Sue Abela, spiċċat fl-24 post b’total ta’ 5646 pins wara li kienet eliminata fit-tieni fażi tal-50 edizzjoni taklKampjonati tad-Dinja li saru f’Wroclaw fil-polonja. Fil-kompetizzjoni tan-nisa ħadu sehem 70 kompetitur minn madwar id-dinja u fit-tieni fażi Abela kellha skor ta’ 211, 149,

223, 189, 176, 182, 220 u 194. Iċ-Champion nazzjonali talirġiel Neil Sullivan temm fis-26 post b’total ta’ 4256 pins minn 20 logħba. Sullivan li fl-ewwel ġurnata ta’ logħob kien għamel strike f’logħba sħiħa, kien qed jikkompeti flimkien ma’ 82 kompetitur ieħor u naqas milli javanza għat-tieni fażi għal żewġ pożizzjonijiet.

Ivan Zammit kowċ ta’ Valletta FC

BOWLING

Abela ttemm fl-24 post

L 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11 11

RD 9 1 8 1 6 3 5 5 6 1 5 4 4 5 5 2 4 4 3 5 3 4 3 4 3 3 2 6 2 4 2 4 2 4 2 2 1 4 2 0

1-1 2-1 2-1 7-0 1-1 0-1 2-2 3-0 0-0 2-2

T 1 2 2 1 4 2 2 4 3 3 4 4 5 3 5 5 5 7 6 9

F 25 19 20 14 21 15 20 14 17 13 10 12 7 10 17 12 4 8 8 14

Serie B Bologna v Carpi Brescia v Pescara Catania v Varese Cittadella v Latina Frosinone v Trapani Modena v Avellino Perugia v Virtus Entella V. Lanciano v Livorno Vicenza v Pro Vercelli Spezia v Crotone Bari v Ternana Kif jinsabu

Frosinone Carpi Spezia Avellino Virtus L. Bologna Livorno Trapani Perugia Pro Vercelli Bari Catania Modena Varese * Entella Brescia Pescara Vicenza Cittadella Ternana Latina Crotone * Varese -1

L 13 13 13 13 13 13 13 13 13 13 12 13 13 13 13 13 13 13 13 12 13 13

RD 7 4 7 4 7 2 6 5 5 7 6 4 6 3 6 3 5 5 5 2 4 4 4 3 3 6 4 4 4 3 3 5 3 4 3 4 2 6 2 5 1 7 2 4

T 2 2 4 2 1 3 4 4 3 6 4 6 4 5 6 5 6 6 5 5 5 7

Pt 28 25 21 20 19 19 17 17 16 14 13 13 12 12 10 10 10 8 7 6

0-0 1-3 2-1 1-1 4-1 1-2 2-1 1-0 2-1 2-1 illum F 22 22 16 15 21 16 20 21 12 16 16 20 10 19 11 12 21 9 18 11 11 12

Lega Pro Grupp A Sassari T v Alessandria Pordenone v Pro Patria Giana E v Renate Albinoleffe v Real Vicenza Lumezzane Pavia Feralpisalo v Suditrol Novara v Como Cremonese v Monza Bassano V v Mantova Logħob li jmiss Serie A Is-Sibt 22 Nov. Atalanta v Roma Lazio v Juventus Il-Ħadd 23 Nov Torino v Sassuolo Cesena v Sampdoria Verona v Fiorentina Napoli v Cagliari Parma v Empoli Udinese v Chievo Milan v Inter It-Tnejn 24 Nov Genoa v Palermo

K 4 6 12 8 13 11 16 14 14 18 10 18 12 15 17 19 11 16 18 28

K 9 12 11 13 15 12 11 27 10 13 16 20 11 24 19 15 22 17 20 17 17 20

Pt 25 25 23 23 22 22 21 21 20 17 16 15 15 15 15 14 13 13 12 11 10 10 0-2 2-3 3-0 1-2 1-0 4-1 4-0 0-1 3-1

1800 2045

1230 1500 1500 1500 1500 1500 2045 2045


www.maltarightnow.com

30

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Gowl fl-aħħar ta’ Laudisi jagħti l-punti lil Pembroke BOV L-EWWEL DIVIŻJONI

MQABBA ............................... 2 PEMBROKE A. ..................... 3 Mqabba – K. Calleja, M. Bonnici, O. Farrugia, R. Gomes, M.A. Psaila, C. Micallef (D. Azzopardi), C. Calleja, K. Cutajar, D. Da Silva Silveira, R. Schembri, A. Camilleri (P. Oladetun Taiye) . Pembroke A – M. Calleja Cremona, C. Mamo, O. Sidibe, G. Azzopardi, A. Azzopardi (G. Spiteri), A. Agius, D. Sammut, A. Ludisi, L. Omerou, S. Arab (L. Micallef), R. Bajada. Referee – Trustin Farrugia Cann

Kif Jinsabu

St. Andrew’s Melita Gudja U Pembroke A Vittoriosa S Lija A Mqabba Gżira U Fgura Utd St. George’s Zurrieq Msida SJ Rabat A Birżebbuġa SP

L 8 7 7 8 8 8 8 8 7 7 7 8 7 8

R 5 5 4 4 4 4 4 3 2 3 3 3 2 0

DT F 1 2 19 0 2 12 2 1 19 2 2 18 2 2 13 0 4 13 0 4 16 1 4 12 3 2 8 0 4 10 0 4 10 0 5 7 2 3 5 1 7 7

K 15 8 7 9 7 9 14 15 9 13 15 19 10 22

Pt 16 15 14 14 14 12 12 10 9 9 9 9 8 1

Gowl ta’ Laudisi fl-aħħar mumenti tal-logħba ta r-raba’ rebħa konsekuttiva lil Pembroke li issa jinsabu fil-postijiet ta’ quddiem. Kienet logħba bejn iżżewġ timijiet promossi fl-istaġun li għadda, u kienet ferm bilanċjata deċiża fl-aħħar. L-ewwel taqsima kienet filverità ftit fjakka, iżda fit-tieni waħda tjiebet ferm fejn Mqabba għal darba darbtejn kisbu d-draw iżda fl-aħħar ħarġu b’idejhom vojta. Douglas Da Silva Silveira kien l-aħjar għal Mqabba meta skorja doppjetta, filwaqt li għal Pembroke kellu wirja mill-aqwa Lucky Omerou li minbarra li skorja gowl, kellu sehem determinanti fiż-żewġ gowls l-oħra. Kienet verament ħasra li dan ilplejer irrovina kollox meta kien muri t-tieni karta safra fl-aħħar sekondi tal-logħba. Fl-ewwel taqsima kien biss flaħħar għaxar minuti li Pembroke verament iddominaw u xeħtu lillavversarji taħt pressjoni. L-azzjoni tal-gowl ta’ Pembroke kienet l-ewwel waħda perikoluża tagħhom wara 40 minuta. Kienet azzzjoni millaqwa ta’ Lucky Omerou li ħalla lil kulħadda warajh b’serje ta’ dribblings li ġabuh quddiem illasta fejn qassam lejn ANDREW AGIUS li b’lasta vojta minn metru bogħod kompla ġewwa.

It-tieni taqsima bdiet b’azzjoni perikoluża ta’ Douglas Da Silva Silveira li x-xutt tiegħu għadda ftit għoli. Ftit wara fil-55 minuta l-mira ta’ DA SILVA SILVEIRA kienet iktar preċiża għaliex ixxutt bomba tiegħu minn madwar 25 metru spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka għal gowl verament sabiħ. Il-logħba saret issa iktar bilanċjata u missielta u Mqabba kellhom xutt ta’ Claudio Calleja direttament minn freekick imur għoli. Fid-69 minuta Pembroke reġgħu fil-vantaġġ meta Omerou seraq ballun fil-midfield lil Mauro Bonnici u qassam lejn Siraj Arab li rritorna l-ballun lejn LUCKY OMEROU li waħdu quddiem Calleja ma żbaljax. Fis-77 minuta Mqabba iżda kisbu d-draw wara azzjoni millisbaħ bejn is-sostitut Taiye u Karl Cutajar b’dan tal-aħħar jiżmarka lil DA SILVA SILVEIRA li skorja b’xutt preċiż fil-baxx. Eerba’ minuti mit-tmiem kienu Pembroke li skorjaw il-gowl tarrebħa. Għal darb’oħra kellu sehem fl-azzjoni Lucky Omerou li qassam preċiż lejn ARIEL LAUDISI li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Kris Calleja. Mqabba xeħtu kollox fl-attakk biex isalvaw il-logħba iżda ma rnexxilhomx jagħmlu dan anki jekk fl-aħħar mumenti tal-logħba Pembroke spiċċaw b’għaxra wara li l-aħjar plejer tagħhom Omerou ntwera t-tieni karta safra.

Il-Malta Football Association reġgħet ipposponiet il-partiti millKampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu oriġinarjament isSibt fil-Hibernians Stadium u ġew posposti għall-Ħadd. Dawn ilpartiti issa se jintlagħbu llum. Intqal fi stqarrija li l-MFA, per-

mezz tad-Dipartiment talKompetizzjonijiet tagħha, ħadet din id-deċiżjoni wara spezzjoni talpitch li saret il-Ħadd filgħodu flimkien mal-Grounds Managment tal-Hibernians Stadium fejn intlaħaq qbil li l-pitch mhux f’kundizzjoni li jintuża.

St. Andrew’s fl-ewwel post Omerou ta’ Pembroke jissielet ma’ Mark Anthony Psaila ta’ Mqabba (ritratt: Trevor Sollars)

GŻIRA U. ............................... 0 ST. ANDREW’S ..................... 2 Gżira U – A. Curmi, S. Moreno Marin (R. Dalli), D. Scerri, G. Calabretta, S. Meilak (A. Shennowo), J.P. Scerri (D. Vukovic), M. Avila Perez, J. Pace, G. Aquilina, J. Mifsud, Y. Tonna. St. Andrew’s – S. Bartolo, M. Johnson, M. Sehitaj, B. Said, J. Farrugia, D. Camilleri (N. Bradshaw), M. Guilaumier, E. Lattes, T. Grozev, M. Desira Buttigieg (L. Busuttil), N. Vella Petroni (D. Zampa). Referee – Chris Lautier Gowl ta’ Trayo Grozev u ieħor ta’ Emiliano Lattes lejn tmiem illogħba taw rebħa ferm importanti lil St. Andrew’s fuq Gżira United, biex bis-saħħa ta’ din ir-

Il-partiti fil-Hibs Stadium jerġgħu posposti għal-lum

B’hekk, il-partita bejn Balzan Youths FC u Hibernians FC tintlagħab llum tibda fis-6.00pm waqt li -partita bejn Birkirkara FC u Floriana FC tibda fit8.00pm. L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.

rebħa it-tim immexxi minn Billy Mock issa jinsab fl-ewwel post tal-klassifika anki jekk is-Saints lagħbu logħba iktar. Is-Saints kien jimmeritahom ir-rebħa grazzi għall-wirja tajba fit-tieni taqsima fejn urew l-aħjar ideat u ħolqu wkoll l-aħjar azzjonijiet ta’ skor, wara li flewwel taqsima l-logħob kien maqsum, b’mumenti twal ta’ logħob medjokri. Għal St. Andrew’s wirja oħra tajba ta’ Brian Said fid-difiża, filwaqt li Lattes kien ferm effettiv fuq ix-xellug, u Joseph Farrugia kellu wkoll prestazzjoni millaqwa fir-reġija ta’ nofs ilgrawnd. Għal Gżira jkompli l-mument negattiv tagħhom fejn it-telfa talbieraħ kienet it-tielet waħda konsekuttiva u l-kowċ Michael Woods irid isib soluzzjoni għallproblemi tal-Maroons li kultant jidhru neqsin mill-ideat. Iż-żewġ naħat affrontaw din illogħba bl-iktar mod miftuħ blattakkanti mill-ewwel jippruvaw isibu spazju fid-difiża avversarja. L-ewwel azzjoni kienet ta’ Gżira permezz ta’ Moises Avila Perez impenja lil Bartolo. Kienu mumenti tajbin għallMaroons li resqu qrib b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Josef Mifsud li minn taħt il-lasta għamel limpossibli u xeħet għoli. IsSaints ma qagħdux iħarsu anzi

bis-solitu Grozev u b’Lattes ferm attiv fuq il-linja, huma bdew ikunu ta’ theddida għal-lasta avversarja. L-ewwel kien Nicky Vella Petroni li mpenja lil Anthony Curmi b’xutt minn qagħda angolata u fit-28 minuta kien Matteo Desira Buttigieg li mpenja lil Curmi b’xutt fil-baxx. Ftit wara minn freekick ta’ Joseph Farrugia kien Dale Camilleri li bir-ras xeħet barra. It-tieni taqsima fetħet bisSaints ifallu ċans tajjeb ta’ skor wara azzjoni tajba ta’ kontrattakk fejn Emiliano Lattes temm lazzjoni b’xutt li għadda ftit bogħod minn sieq il-lasta. St. Andrew’s komplew juru l-aħjar ideat u fit-63 minuta kienu sfortunati meta minn azzjoni ta’ korner kien hemm id-daqqa ta’ ras ta’ Michael Johnson li għelbet lil Curmi iżda minn fuq il-linja kien Gianluca Calabretta li evita gowl ċert. St. Andrew’s komplew jilagħbu aħjar u Matteo Desira Buttigieg ta ballun pinġut lil Guillaumier li dam jaħsibha quddiem il-lasta u x’ħin ikkonkluda kellu l-ballun imblukkat minn difensur. Fil-75 minuta azzjoni tajba tas-Saints fejn Joseph Farrugia qassam lejn Nicky Vella Petroni li dar tajjeb ma’ difensur iżda xeħet ftit barra.


www.maltarightnow.com

31

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

SPORT

Mosta jwaqqfu s-serje negattiva KAMPJONAT BOV PREMIER Roderick Vella

MOSTA ................................... 2 TARXIEN R. .......................... 1 MOSTA: O. Borg, K. Magro, T. Farrugia, A. Borg, R. Ekani, D. Bueno, N. Milovanovic, K. Frendo, P. Calcado, M. Micallef, B. Kaljevic. Sost: 46min M. Brincat flok A. Borg, 62min K. Zammit flok Calcado, 87min Y. Lo flok Bueno. TARXIEN R.: S. Mintoff, O. Bugeja, A. Rodrigues, T. Caruana, W. Lima, R. Sammut, C. Hevia, A. Cini, M. Tabone, A. Lopes, J. Santos Silva. Sost: 46min Clebinho flok A.Rodrigues, 67 M.Caruana flok M.Tabone. Imwissija: K.Magro, P.Calcado (M) M.Tabone, T.Caruana, O.Bugeja (T) Skurjaw: 13min M.Micallef, 54min Clebinho (T), 72min Kaljevic Referee: Sandro Spiteri In-Nazzjon plejer tal-logħba: Welsey Lima

Wara ħames telfiet infila, Mosta sa fl-aħħar waqqfu s-serje negattiva u rritornaw għar-rebħ f’partita diffiċli kontra Tarxien li m’għamlulhomx il-ħajja faċli u kien ħaqqhom jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront. Mosta kienu mmexxija millassistent Peter Smith u kienu

Kif Jinsabu

Hibernians Birkirkara Valletta Balzan Mosta Qormi Sliema W. Tarxien R. Floriana Naxxar L. Pieta` H. Żebbuġ R.

L 10 10 11 10 11 11 11 11 10 11 11 11

RD 9 1 7 0 6 1 4 4 5 1 4 3 3 4 2 6 2 5 2 4 2 3 0 4

T 0 3 4 2 5 4 4 3 3 5 6 7

Illum 1800 Hibs v Balzan 2000 B’Kara v Floriana

F 29 17 19 15 11 13 11 14 15 13 7 12

K 6 7 8 13 20 13 13 14 19 17 17 28

Pt 28 21 19 16 16 15 13 12 11 10 9 4

mingħajr is-sospiż Ryan Grech. Mosta mill-ewwel perikolużi wara biss minuta b’Kaljevic li ra l-gowlkiper Mintoff - li żamm postu mal-ewwel ħdax, b’Cini li rritorna minn sospensjoni jkun fuq il-bank – isalva tajjeb . Fit-13-il minuta Mosta fetħu liskor. Kaljevic qassam lil Ekani li niżżel il-ballun lejn MICALLEF li skurja t-tieni gowl tiegħu tal-istaġun. Tarxien ippruvaw iwettqu reazzjoni immedjata bi freekick ta’ Hevia li mpenja lil Borg. Man-nofs siegħa logħob Mosta resqu viċin it-tieni gowl b’Kaljevic, li wara ħarba minn tiegħu, qassam lil Calcado li ra lil Mintoff isalva. Fit-32 minuta ċans għal Tarxien b’Caruana jixxuttja fil-pront imma għoli. Ftit minuti wara salva fil-baxx il-gowlkiper

Kyle Frendo ta’ Mosta attakkat minn Caruana ta’ Tarxien (Ritratti: Trevor Sollars)

Mosti Borg fuq xutt perikoluż ta’ Wesley Lima. Tarxien bdew tajjeb it-tieni taqsima bis-sostitut Clebinho li pprova x-xutt bid-dawra u għal ftit ma sabx il-lasta. Ir-Rainbows baqgħu jagħfsu u fit-52 minuta Wesely Lima mpenja lil Borg li salva b’siequ. Il-gowl tad-draw wasal fl-54 minuta bi CLEBINHO li reġa’ pprova x-xutt biddawra u din id-darba għeleb lil

Borg. Tarxien ma waqfux u freekick ta’ Lima Silva kien inżidjuż. Fit63 minuta Wesley Lima għal ftit ma poġġiex lit-Tarxiniżi fil-vantaġġ bil-ballun iħakkek mallasta. Imma fit-72 minuta kienu Mosta li reġgħu skurjaw. KALJEVIC approfitta minn indeciżjoni fid-difiża ta’ Tarxien u l-Montenegrin irritorna għallgowl b’xutt b’saħħtu. Ir-

Rainbows ma qatgħux qalbhom u Clebinho baqa’ jkun perikoluż u mpenja serjament lil Borg. Fil-ħin miżjud kienu Mosta li setgħu għalqu l-partita imma Mintoff ħareġ u salva fuq Kaljevic. B’din ir-rebħa l-Blues għalqu l-ewwel rawnd b’bilanċ ta’ ħames rebħiet, ħames telfiet u draw. Tarxien baqgħu fit-tmien post bi tnax-il punt.

gowlkiper Cassar u salva. Fl-ewwel taqsima ballun tiela u nieżel imma ftit kien hemm azzjonijiet fl-attakk. Fit-28 minuta reġa’ pprova Temile bix-xutt tiegħu li salvat fil-baxx mingħajr problemi minn Cassar.

Fis-37 minuta Pietà kellhom xutt dajagonali minn tarf ilkaxxa ta’ Rafael Zacarias li ma sabx il-lasta. Fit-tieni taqsima l-andament ma nbidilix u l-ewwel xutt reġa’ kien minn barra l-kaxxa, ta’ Anderson Santos li għadda għoli. Qormi kienu aktar perikolużi fis-60 minuta b’xutt ta’ Temile li kien imxellef, bil-ballun jitla’ malmimduda b’Cassar xi ftit fortunat. Fis-66 minuta Hotspurs dawru lballun sew bejniethom bi Frances, Fortunato u finalment is-sostitut Anonam li kkonkluda għoli. Fis-77 minuta l-aħjar azzjoni li matul il-partita kollha, b’xutt b’saħħtu ta’ Anderson Santos imma Cassar wettaq save spettakolari. Santos u Cassar kienu fost l-aħjar plejers fil-grawnd. Id-dħul tas-sostituti Viggiani u Licari fl-attakk taż-żewġ timijiet ma biddel xejn u fl-aħħar kwarta ma kien hemm ebda azzjoni oħra perikoluża biex iż-żewġ timijiet għalqu l-ewwel rawnd b’punt kull wieħed.

Punt kull wieħed f’partita monotona PIETA’ H. ............................... 0 QORMI .................................. 0 PIETA’ H.: D. Cassar, C. Attard, L. Fortunato, C. Grech, J. Pisani, T. Agius, K. Cesare, R. Rodrigues, R. Zacarias, C. Frances, G. Da Silva. Sost: 52min M. Licari flok K. Cesare, 64min O.Anonam flok J. Pisani, 81min Tasic flok Frances QORMI: M. Farrugia, A. Bruce, M. Mazzetti, S. Agius, A. Effiong, F. Temile, R. Micallef, E. Vella, D. Pisani, J. Bondin, A. Quatrochi Santos. Sost: 61min B. Bondin flok S. Agius, 72min P. Viggiani flok A. Effiong Imwissija: M. Mazzetti, D. Pisani, A. Bruce (Q) L. Fortunato, G. Da Silva (P) Referee: Alan Mario Sant In-Nazzjon plejer tal-logħba: Anderson Santos

F’partita monotona għall-aħħar u bi ftit azzjonijiet ta’ skor, Pietà u Qormi ikkuntentaw bi draw ta’

Albert Bruce ta’ Qormi jaħrab lil Licari u Rafael Rodrigues ta’ Pietà

mingħajr gowls, biex b’hekk iżżewġ timijiet baqgħu filpożizzjonijiet rispettivi tagħhom fil-klassifika bil-punt li ħadu. Qormi żammew il-ħames post u lHostpurs baqgħu qabel tal-aħħar. Qormi kienu mingħajr Levnaic

u Azzopardi li kienu sospiżi waqt li Dylan Agius kien nieqes għallPietà. Għall-Yellows iżda rritorna Temile u kien proprju hu li kellu l-ewwel ċans tal-partita fit-13-il minuta wara pass filtranti ta’ Anderson Santos. Imma ħareġ il-


www.maltarightnow.com

32

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

LOKALI

TITFAKKAR ĠRAJJA KBIRA TA’ 25 SENA ILU. Żgħażagħ miġbura fuq dak li fadal mill-Ħajt ta’ Berlin waqt wirja li saret ilbieraħ bħala parti mill-attivitajiet biex jitfakkar il-25 anniversarju minn mindu twaqqa’ l-Ħajt ta’ Berlin. Mill-Ħajt illum il-ġurnata kulma fadal huma madwar tliet kilometri. Għall-okkażjoni kien hemm tmiem il-ġimgħa mimlija ċelebrazzjonijiet u tifkiriet. (Ritratt: EPA). Ara wkoll paġna 17.

Imfakkar Jum it-Tifkira

Waqt il-Quddiesa ta’ Tifkira fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, l-Isqof Awżiljarju u Amministratur Appostoliku Charles Scicluna tkellem dwar il-bżonn li Malta tieħu sehem aktar attiv fil-komunità internazzjonali biex il-familja bażata fuq ir-rispett reċiproku u t-tolleranza tiġi protetta. Huwa tkellem ukoll dwar ilbżonn li l-vittmi taż-żewġ gwerer dinjija tas-Seklu 20 jiġu mfakkra, filwaqt li rrefera għal dak li ġara f’jum il-Milied tas-sena 1914 meta truppi għedewwa ngħaqdu f’jum ta’ paċi biex iċċelebraw ilMilied flimkien. Dan huwa ta’ kuntrast qawwi mal-gwerer li jinsabu għaddejjin illum, fejn qed isiru atroċitajiet kbar f’isem ir-reliġjon. F’din l-okkażjoni, Mons. Scicluna rringrazzja lill-membri tal-Forzi Armati tal-ħidma

tagħhom, li ddeskrivieha bħala waħda neċessarja biex ikunu mħarsa l-paċi u d-demokrazija. Għal din il-Quddiesa attendiet ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u membri parlamentari miż-żewġ naħat talKamra, kif ukoll mistiedna distinti oħrajn. Wara l-Quddiesa, dawn il-personalitajiet ħadu sehem f’ċerimonja simbolika ta’ tqegħid talfjuri biswit il-Monument talGwerra fil-Furjana, li għaliha attendew veterani tal-gwerra u qraba tagħhom. Saret ukoll parata bis-sehem ta’ membri tal-Pulizija u talForzi Armati ta’ Malta, flimkien ma’ bosta organizzazzjonijiet oħrajn.

(Fuq): Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tispezzjona l-Gwardja tal-Unur f’Jum it-Tifkira lbieraħ filgħodu (Ritratt: DOI). Fir-ritratt iż-żgħir l-Isqof Charles Scicluna jidher jikkonċelebra l-Quddiesa ta’ Tifkira fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.