In-Nazzjon 15 t'Ottubru 2014

Page 1

Nru 13,874

L-Erbgħa, 15 ta‘ Ottubru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Kull Gvern għandu jkun liberu li jixtri l-elettriku bl-orħos prezz POŻIZZJONI ĊARA MINN SIMON BUSUTTIL

F’dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ filgħaxija quddiem ilParlament, il-Kap talOppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamilha ċara li l-Oppożizzjoni se tkun qed tara li l-Gvern ma jintrabatx maċ-Ċiniżi li jixtri lelettriku bilfors mill-impjant talBWSC, anke jekk pajjiżna ma jkollux bżonnu. Bil-ftehim li għamel il-Gvern Malti mal-Gvern Ċiniż, l-impjant il-ġdid tal-BWSC issa hu f’idejn iċ-Ċiniżi, imma fl-aħħar

sigħat ħareġ li n-negozjati malkumpanija Shanghai Electric Power waqgħu lura għax iċĊiniżi jidher li qed jitolbu aktar kjarifiki mingħand il-Gvern Malti. Skont rapporti, fost l-oħrajn qed jagħmlu kundizzjoni li jingħataw il-garanzija li lEnemalta dejjem tixtri d-dawl prodott minn dan l-impjant, li se jgħaddi f’idejhom. Simon Busuttil kompla li lOppożizzjoni Nazzjonalista se tkun qed tara wkoll li l-Gvern

ma jintrabatx li jixtri l-elettriku bi prezz li jista’ jkun ogħla milli kieku jixtrih minn bnadi oħrajn, jew mill-prezzijiet tas-suq, bħal per eżempju mill-interconnector, fejn jista’ jkun irħas. Simon Busuttil innota li lGvern diġà ntrabat li jixtri l-elettriku mingħand l-ElectroGas, ilkumpanija li se tibni l-power station il-ġdida tal-gass, proġett li issa waqa’ lura. U allura ma jagħmilx sens li jintrabat ukoll li jagħmel l-istess maċ-Ċiniżi. Għalhekk, kompla jwissi

Simon Busuttil, jekk il-Gvern ma jżommx mal-linji bażiċi li diġà ntrabat magħhom, allura lOppożizzjoni tagħmilha ċara li dan ma jkunx aċċettabbli għaliha, u fil-Parlament beħsiebha toġġezzjona għal dan il-ftehim. Il-Kap tal-PN temm jgħid li lPrim Ministru ma jista’ jemmnu ħadd. Kien wiegħed li lPowerstation tkun lesta f’Marzu li ġej, imma issa qed jammetti li din il-mira mhux se tintlaħaq, u hemm dubji kemm id-dewmien verament se jkun ta’ ftit xhur.

Il-Gvern jaħbi self ta’ €80 miljun biex jiffinanzja r-roħs MANUVRI FL-ENEMALTA

Minflok bil-power station tal-gass kif imwiegħed, ir-roħs tal-kontijiet tad-dawl iffinanzjat billi d-Diviżjoni tal-Petroleum tgħaddi f’idejn il-Gvern Ara l-istorja f’paġna 6

13-il sena ħabs għall-akkużat fil-ġuri tal-Mid-Med

Ara paġna 5

Imut pazjent bl-Ebola fil-Ġermanja

Ara paġna 13

More Supermarkets jiffaċċjaw problemi finanzjarji

Ara paġna 32

Il-Petroleum Division tal-Enemalta f’Birżebbuġa (Ritratt: Martin Agius)


www.maltarightnow.com

2

L-Erbgħa, 15 ta’Ottubru, 2014

LOKALI

Ingliż imfittex f’pajjiżu arrestat f’Għawdex

Roderick Macdonald kien imsemmi b’rabta mal-każ tal-għajbien ta’ Madeleine McCann Ingliż imfittex f’pajjiżu biex iservi piena ta’ priġunerija fuq reati sesswali fil-konfront ta’ minorenni, kien arrestat millpulizija f’Għawdex. Stqarrija tal-Pulizija qalet li lIngliż kien arrestat nhar it-Tnejn fl-inħawi ta’ Ta’ Sannat. Ir-raġel, li għandu 76 sena, u jismu Roderick Macdonald, kien intraċċat u ġie arrestat fl-appartament fejn kien qed jgħix f’Ta’ Ċenċ. Hu kien imfittex għal abbuż sesswali fuq tifla li għandha inqas minn 13-il sena. L-Ingliż tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, u wara talba talawtoritajiet Ingliżi, se jiġi estradit lejn l-Ingilterra biex jiffaċċja l-ġustizzja f’pajjizu. Macdonald, li huwa minn Aldershot, ma kkontestax it-talba biex jiġi estradit, u ttieħed lejn ilĦabs ta’ Kordin. L-Ingliż ilu mfittex mill-Pulizija għal dawn laħħar 25 sena u ta’ spiss kien issuġġett ta’ stejjer fuq it-tabloids Ingliżi fosthom id-Daily Mail u d-Daily Mirror li saħanistra allegaw li hu kien fil-viċinanzi tal-

Algarve, ir-reġjun turistiku filPortugall fejn għebet Madeleine McCann. Hu kien ġie arrestat ukoll fitTajlandja qabel ħarab lejn lAwstralja fl-1988 waqt li kien qed jistenna biex jgħaddi proċeduri fuq abbuż ripetut fuq tifla. Kien ġie arrestat fl-Awstralja sena wara, imma waqt li kien bil-libertà proviżorja mar lejn New Zealand fejn ukoll kien mixli li abbuża minn numru ta’ bniet. Finalment, wara li reġa’ ħarab, kien inqabad grazzi għallInterpol fil-Portugall f’April 2010.

Tfajla ta’ 18-il sena weġġgħet serjament wara li waqgħet minn gallarija f’Ħ’Attard. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu meta t-tfajla waqgħet għoli ta’ sular, mill-gallarija tar-residenza

fejn kienet tgħix, fi Triq ilKampanella. Il-pulizija qalet li linċident seħħ ftit wara l-10.30 a.m. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. IlPulizija qed tinvestiga l-każ.

Roderick Macdonald

Taqa’ sular minn gallarija

L-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar sigħat kienet impenjata f’ħidma ta’ salvataġġ barra l-kosta tal-Greċja. Membri tal-FAM salvaw numru ta’ immigranti mill-baħar, wara li d-dinghy li kienu fuqu ltaqa’ ma’ xi diffikultajiet. X’aktarx li l-immigranti kienu telqu mit-Turkija. Membri tal-Armata Maltija ilhom mill-bidu ta’ Awwissu jieħdu sehem f’missjoni tal-FRONTEX fl-ibħra madwar il-gżira Griega ta’ Lesvos. (Ritratt: AFM Crew P02 Maritime Squadron)

Serqa mhux tas-soltu

€80,000 biex tkabbar sidirha u ssebbaħ wiċċha Joe Mikallef

Il-Pulizija tat-Taqsima ta’ Kontra l-Frodi qed tinvestiga serqa mhux tas-soltu li kienet skoperta fil-jiem li għaddew wara li kontijiet finali ma ġewx jaqblu mal-invoices, meta saret rikonċiljazzjoni bejniethom. Sorsi infurmati tajjeb qalu lill-ġurnal In-Nazzjon li bħalissa l-Ispettur Jonathan Ferris mit-Taqsima ta’ Kontra l-Frodi tal-Pulizija qiegħed jinvestiga każ tassew kurjuż. Dan il-każ jirrigwarda tfajla ta’ 19-il sena mill-inħawi talMosta u n-Naxxar li għal dawn l-aħħar snin kienet taħdem bħala skrivana ma’ kumpanija li timporta prodotti tal-ikel iffriżat, li tinsab bejn ĦażŻebbuġ u s-Siġġiewi. Jirriżulta li matul ix-xhur li għaddew, din it-tfajla twebblet li tkabbar sidirha u li ssebbaħ lilha nnifisha. Madankollu, flus biex tidħol għal din l-ispiża ma kellhiex, anki jekk kienet taħdem u kellha paga tajba dieħla. Imma jidher li din it-tfajla qatgħetha li taqta’ xewqitha xorta waħda, billi ftit ftit, tisraq flus kontanti li jgħaddu minn taħt idejha fix-xogħol tagħha. U hekk bdiet tagħmel. Minħabba li ta’ kuljum tħabbat wiċċha ma’ ħafna klijenti li jixtru l-prodotti impurtati, u minħabba li bħala parti mixxogħol tagħha, kellha wkoll ir-

Skrivana ma’ kumpanija li timporta l-ikel iffriżat iddawwar favur tagħha ammonti ta’ flus kontanti biex tidher aktar sabiħa u attraenti

responsabbiltà li toħroġ linvoices, ħasbet li kien aktar faċli li tibda ddawwar favur tagħha flus kontanti. B’dan il-ħsieb iberren f’moħħha, din it-tfajla bdiet regolarment tisraq mill-cash sal-punt li t-total tela’ sew u qarreb it-€80,000. Naturalment, b’dawn il-flus kollha mhux tkabbar sidirha u ssebbaħ aktar lilha nnifisha biss setgħet, imma setgħet ukoll – kif fil-fatt għamlet – tixtri ammont ta’ ħwejjeġ u tgħix lifestyle ta’ tgawdija. Imma, kif jgħid il-Malti, ilġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser. U hekk ġara f’dan il-każ għax is-sidien, meta kienu qed isiru l-kontijiet tal-kumpanija, bdew jaraw li aktar sejrin lura milli ’l quddiem u dan minkejja l-volum tajjeb ta’ xogħol li kellha l-kumpanija. Is-sidien ma setgħux jaċċettaw li l-kontijiet finanzjarji talkumpanija ma kinux inkoraġġanti, u għalhekk manwalment irrevedew il-proċeduri kollha tal-invoices u dan wassal biex sabu li kellhom raġun – xi

ħadd kien qiegħed ibill idu filcash! Fid-dawl ta’ dan, is-sidien qatgħuha li jistudjaw il-filmati tas-CCTV u hemmhekk inqabad il-ġurdien, hekk kif ilfilmati wrew lit-tfajla tieħu lflus u taħbihom f’partijiet differenti ta’ ġisimha, fosthom f’sidirha u f’partijiet intimi oħra! Ikkonfrontata b’din is-sitwazzjoni, it-tfajla qajla kellha minn fejn tiżgiċċa, u waqt li ammettiet, wegħdet ukoll li se tirritorna l-flus li kienet serqet. Madankollu, b’din is-serqa mhux tas-soltu, is-sidien infurmaw ukoll lill-Pulizija ta’ Kontra l-Frodi li bdew l-investigazzjonijiet tagħhom u interrogaw ukoll lit-tfajla li stqarret li kienet qed tisraq dawk il-flus biex twettaq waħda mill-ħolmiet ta’ ħajjitha, dik li tkabbar sidirha u tagħmel lilha nnifisha aktar sabiħa u attraenti! Il-ħolmiet sbieħ tat-tfajla issa taru mar-riħ, anzi, se jwassluha biex fil-jiem li ġejjin titressaq il-Qorti u tkun akkużata b’miżapproprjazzjoni ta’ flus.


www.maltarightnow.com

3

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Il-migrazzjoni lejn l-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija mistennija tibda lejn l-aħħar tas-sena Hekk kif Ottubru huwa xxahar li fih isiru kampanji fuq għarfien dwar il-kanċer tassider, il-Kelliem talOppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech żar l-Isptar Boffa, fejn jingħataw is-servizzi tal-onkoloġija. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-ġnien tal-isptar, Claudio Grech faħħar d-dedikazzjoni tal-dawk li jaħdmu f’dan l-isptar. Hu tkellem ukoll mal-ġurnal In-Nazzjon fuq din l-esperjenza. Claudio Grech qal li meta wieħed iżur l-isptar Boffa jirre-

alizza l-valur tax-xogħol imprezzabbli li jagħmlu l-ħaddiema f’dan l-isptar. Hu faħħar is-servizz, l-etika u l-għożża li dawn il-ħaddiema juru lejn ilpazjenti morda bil-kanċer. Grech qal li matul iz-zjara tkellem mal-uffiċjali tal-Isptar dwar il-pjani tal-migrazzjoni lejn l-isptar il-ġdid talOnkologija f’Tal-Qroqq – proġett ta’ Gvern Nazzjonalista li kien ippjanat li jitlesta f’nofs din is-sena. Hu qal li l-migrazzjoni mistennija issir lejn l-aħħar tassena u tkompli fil-bidu tal-

L-insistenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, u tal-Oppożizzjoni li l-Prim Ministru m’għandux jilgħab mad-demokrazija wasslet biex nhar it-Tnejn il-Gvern ħabbar li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali skedati għas-sena ddieħla se jsiru propju s-sena ddieħla, kif skedat u skont il-liġi. Ftit xhur ilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeċieda li lelezzjonijiet lokali tas-sena ddieħla jitħassru u jsiru fl-2019. Madanakollu, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, Muscat ħabbar li lelezzjonijiet tas-sena d-dieħla se jsiru. Dan il-ġurnal hu nfurmat li dan seħħ wara li l-Prim Ministru ffaċċja pressjoni interna u pressjoni mill-Grupp Parlamentari Laburista li ltaqa’ t-Tnejn filgħodu stess fiċĊentru Nazzjonali Laburista. Wara l-laqgha tal-Grupp Parlamentari Laburista, il-Gvern ħareġ sejħa għal konferenza talaħbarijiet li saret it-Tnejn stess wara nofsinhar. Din kienet indirizzata millMinistru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Owen Bonnici, u misSegretarju Parlamentari Stefan Buontempo, u matulha tħabbar li se jsiru l-elezzjonijiet tal2015, waqt li se jiġu mċaqilqa dawk tal-2017, għas-sena 2019, meta l-poplu Malti jerġa jivvota għall-Membri Parlamentari Ewropej. L-aħbar li l-elezzjoniijet li jmiss mhux se jiġu kanċellati wasslet għal reazzjoni pożittiva mill-media. Dan wara li fl-aħħar xhur, minbarra l-insistenza talOppożizzjoni fuq il-ħarsien talprinċipju tad-demokrazija, saru

wkoll stqarrijiet pubbliċi minn opinjonisti, u saħansitra deputati u kunsillieri Laburisti. L-opinjonista Lino Spiteri kien kiteb f’The Sunday Times, li wieħed mis-sinjali ta’ demokrazija li taħdem huwa li jkun hemm elezzjonijiet li jkunu regolari u li jsiru fiż-żmien skedat. F’Lulju li għadda, waqt programm fuq l-RTK, l-eks Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia kien esprima nuqqas ta’ qbil mal-proposta tal-Prim Ministru li ma jsirux l-elezzjonijiet lokali tul din il-leġiżlatura. Hu kien qal li dawn l-elezzjonijiet izommu lill-Gvern fuq ponot subgħajh, u sostna li ddemokrazija m’għandhiex prezz. Kien wissa wkoll li jekk ma jsirux dawn l-elezzjonijiet, se tintilef opportunità tad-deheb għax fihom kienu se jivvutaw iżżgħażagħ ta’ 16-il sena. Id-Deputata Laburista Marlene Farrugia wkoll kienet espremiet opinjoni kontra l-proposta li ma jsirux l-elezzjonijiet. Hi kienet qalet li jekk “naslu f’estremità li dawn il-kunsilli ma jkunux qed jissejħu biex jiffurmaw kif suppost, naħseb li nkunu qegħdin nieħdu ċans ikrah li nħottu dak li bnejna b’tant saħħa ta’ xogħol u dedikazzjoni.” Waqt programm fuq Radio 101, il-Viċi Sindku Laburista ta’ Ħal Qormi Jesmond Aqulina wkoll kien saħaq li d-deċiżjoni li jitħassru l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali tista’ twassal sabiex f’ċerti kunsilli tibda tispikka l-apatija. Hu kien qal li l-elezzjonijiet iżommu lis-Sindki u Kunsillieri fuq ix-xwiek, u b’hekk in-nies jinqdew aħjar.

Muscat kellu pressjoni interna IL-U-TURN DWAR L-ELEZZJONIJIET

2015. Id-deputat tal-PN qal li lGvern għadu ma tax data meta se jitlesta dan l-isptar il-ġdid tal-kanċer, iżda sostna li lOppożizzjoni se titlob li tingħata din l-informazzjoni filParlament. Saħaq li hekk kif pajjiżna qed jagħmel qabża filkwalità minħabba l-isptar ilġdid, jeħtieġ li jkun hemm investiment biex ir-riżorsa umana tikkumplimenta din ilqabża fis-servizzi. Claudio Grech enfasizza li issa wasal iż-żmien li jkun hemm dibattitu fuq kif se jkun hemm iktar ekwità u

aċċessibiltà għall-persuni li jkollhom bżonn trattamenti speċifiċi għall-kanċer, li ma jkunux finanzjati mill-Gvern. Hu spjega li dawn huma każi individwali, u li din is-sitwazzjoni ma bdietx issa, pero’ saħaq li issa hu ż-żmien li jinħolqu gwidi ċari ta’ kif tingħata għajnuna finanzjarja lil każi bhal dawn, biex ma jibqax ikun hemm diskriminazzjoni bejn min jiflaħ ihallas għal dawn il-mediċini, u min ikollu jagħżel li ma jixtrihomx minħabba limitazzjoni finanzjarja.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech ilbieraħ żar l-isptar Boffa (Ritratt: Martin Agius)

Malta l-agħar fl-Ewropa fl-industrija Il-Partit Laburista, fil-bidu talmanifest elettorali tiegħu, kien sostna li “dan il-programm elettorali huwa roadmap ċara ta’ fejn irridu naslu flimkien” bħala parti minn “proċess realistiku minsuġ fuq il-viżjoni tagħna li rridu nkunu l-aqwa fl-Ewropa.” Fejn tidħol l-industrija, pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ pajjiżna, u sors ta’ postijiet taxxogħol għal eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin, l-Unjoni Ewropea qed tiċċertifika lil pajjiżna bħala l-agħar flEwropa. Dan hekk kif statistika oħra li ħarġet ilbieraħ uriet li l-produz-

zjoni industrijali niżlet b’7%, lakbar daqqa ‘l isfel minn fost it28 stat membru tal-istess Unjoni. It-tnaqqis tal-produzzjoni industrijali f’pajjiżna kien saħansitra ikbar minn dak talGreċja (6%), pajjiż li fl-aħħar snin għadda minn diffikultajiet ekonomiċi kbar li ħallew problemi soċjali enormi fuq il-popolazzjoni tal-pajjiż. Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li dawn irriżultati mhumiex il-frott ta’xi kriżi maġġuri fuq livell internazzjonali. Huma sfidi li jitolbu proprju li l-Gvern ikun “handson” fuq is-sitwazzjoni, u li jkun

kapaċi jidentifika dawk l-inizjattivi u inċentivi li jixprunaw lil dan is-settur biex jadatta għarrealtajiet tal-ġurnata. Dan għandu jsir qabel ma jkun tard wisq u jibdew jintilfu l-impjiegi talħaddiema Maltin u Għawdxin. Il-PN qal li jittama li din l-istatistika ma taqax fuq widnejn torox u tixpruna lill-Gvern biex jieħu nota tas-serjetà tas-sitwazzjoni, u minn issa sal-Baġit, ifassal miżuri u inizjattivi konkreti li jixprunaw din l-industrija biex iddawar dawn l-isfidi f’opportunità ta’ tkabbir u b’hekk jingħata serħan tal-moħħ lill-ħaddiema u l-familji tagħhom.


www.maltarightnow.com

4

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Toqgħodx iddurilna mal-lewża

– Tony Zarb lill-Ministru Joe Mizzi Il-GWU tlaqqa’ lill-eksħaddiema tax-xatt u l-werrieta dwar il-Fond tal-Pensjoni u Kontinġenza “Jekk inti se tiġi għal-laqgħat biex toqgħod iddurilna mallewża, aħjar ma nibdew dawn illaqgħat xejn. Aħjar ma nagħmlu laqgħat xejn, u aħna nagħmlu li għandna nagħmlu, biex nagħmlu l-affarijiet ċari.” Dan il-kliem tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb kienet indirizzat lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, u ntqal waqt li Zarb kien qed jindirizza numru mdaqqas ta’ eksħaddiema taxxatt u l-werrieta tagħhom, f’laqgħa msejħa apposta għalihom mill-GWU nhar il-Ġimgħa. Il-laqgħa saret biex jiġi spjegat lilhom fiex waslet il-kwistjoni dwar il-Fond tal-Pensjoni u Kontinġenza, li huma ilhom iħallsu għalih mill-1973. Il-GWU qed tinsisti li dawn ilħaddiema u werrieta jieħdu dak li ħaqqhom, u daqskemm ħa ħaddieħor. Is-Segretarju Ġenerali talGWU informa lil dawk preżenti li l-każ tressaq quddiem ilKabinett nhar il-Ħamis 2 ta’ Ottubru, u fuq insistenza talGWU li riedet tkun taf xi ddeċieda l-Kabinett, il-Ministru Mizzi kkonferma dak li qal kemm-il darba Zarb, fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’ dawn il-ħaddiema, li qed jiġu assigurati li kollox se jitranġa.

F’ittra li l-Ministru bagħat lil Zarb dakinhar, il-Ġimgħa stess, hu stieden lis-Segretarju Ġenerali u lir-rappreżentanti ta’ dawk preżenti għal laqgħa li se ssir għada l-Ħamis 16 ta’ Ottubru, sabiex jinfurmahom b’dak li ddeċieda l-Kabinett. Din il-laqgħa kienet intalbet millGWU fis-26 ta’ Settembru. Għalhekk, qal Zarb, il-GWU sejħet lill-ħaddiema halli jibagħtu messaġġ ċar lill-Gvern. Kien hawn li s-Segretarju Ġenerali wissa lill-Ministru Mizzi biex ma joqgħodx idur mal-lewża waqt illaqgħa li se ssir għada l-Ħamis, u qal li jittama li jkun hemm risposti pożittivi li bihom ikun

Il-protesta li kienet saret fil-Belt f’Novembru 2012, li fiha l-GWU kienet heddet bl-arma tal-vot (Ritratt: Michael Ellul)

jista’ jsir progress, ħalli malajr kemm jista’ jkun jingħalaq dan il-każ darba għal dejjem. Fl-aħħar tal-laqgħa Tony Zarb ressaq mozzjoni li tgħid ċar li dak li hu tal-ħaddiema u l-werrieta wasal iż-żmien li jeħduh, u ma jistax ikun li jibqa’ jitwal aktar iż-żmien. Il-mozzjoni, li ġiet approvata

minn dawk kollha preżenti, tgħid li l-ħaddiema u l-werrieta għandhom fiduċja li l-Gvern se jżomm kelmtu u ssir ġustizzja magħhom, iżda fin-nuqqas ta’ dan, ikunu liberi li taħt it-tmexxija tal-GWU jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa. Wara, Zarb qal lill-ħaddiema u l-werrieta biex ikunu lesti għas-

Il-Prim Ministru Joseph Muscat nhar il-Ħadd ammetta li l-proġett tal-power station ilġdida, l-ikbar wegħda tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni li għaddiet, se jittardja b’xi xhur. Imma l-għada li l-Prim Ministru ammetta dan, ilMinistru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qalilna li dan il-proġett

qiegħed “on track”. “Il-proġett tal-power station qiegħed ‘on track’. Jien nirreferik għall-ispjegazzjoni li se jagħti l-Ministru Konrad Mizzi fil-Parlament,” saħaq Owen Bonnici. Mistoqsi jekk din il-problema li żviluppat lill-Gvern Laburista ġietx diskussa internament,

Owen Bonnici kompla li “dak li jiġi diskuss fil-Kabinett jibqa’ fil-Kabinett iżda aħna naturalment nafu li l-proġett hu ‘on track’.” Mistoqsi wara laqgħa li saret fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista nhar it-Tnejn waranofsinhar, anke s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo qal l-istess filwaqt li l-Prim Ministru Muscat lanqas biss tana ċans nagħmlu lmistoqsija tagħna u qalilna li kellna ċans nistaqsu f’attività oħra iktar kmieni tul il-ġurnata. Deputati oħra għażlu li ma jwiġbux jekk jafux xi pjan alternattiv għandu l-Gvern Laburista issa, għall-enerġija. Il-Ministru George Vella qalilna li dak mhux kompitu tiegħu u ma riedx jikkummenta dwar x’kien diskuss fil-laqgħat bejn ilmembri tal-Gvern. Min-naħa l-oħra, Helena Dalli injoratna, Michael Farrugia qalilna biex nistennew sa ma tingħata

Il-GWU se tiltaqa’ mal-Gvern fuq din il-kwistjoni għada. Il-ħaddiema ġew imwiegħda minn Joseph Muscat li se jingħataw dak li ħaqqhom

sejħa tal-GWU biex jaġixxu skont kif se jmorru ddiskussjonijiet, u jekk ikun hemm bżonn, jieħdu l-azzjoni li tkun xierqa. Waqt il-laqgħa saru appelli lil dawk preżenti biex dawk li mhumiex imsieħba, jissieħbu fil-GWU. Dwar din il-kwistjoni, taħt lamministrazzjoni Nazzjonalista, il-GWU kienet torganizza protesti quddiem Ministeri u anke quddiem Kastilja. Qabel lelezzjoni kienet anke heddet lillGvern bl-arma tal-vot, minħabba dewmien burokratiku. Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, kien wiegħed li malli jkun fil-Gvern,

Deputati tal-Gvern ma jwiġbux dwar il-power station il-ġdida

jagħti lil dawn il-ħaddiema dak li ħaqqhom, iżda issa li għaddew kważi sentejn minn meta laħaq Prim Ministru, minn dan kollu għadu ma sar xejn, għajr aktar wegħdiet u laqgħat li ma wasslu mkien, ikkummentaw magħna għadd ta’ ħaddiema wara llaqgħa. Skont l-informazzjoni li għandu ‘In-Nazzjon’, it-talba talħaddiema tammonta għal €46 miljun. Imma minkejja li Transport Malta qed tgħid li m’hemmx dawk il-flus, il-ħaddiema qed jistennew bid-dritt li jingħataw dak li huwa dovut, għax il-PM Muscat wegħidhom li se jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt.

Wara li l-PM ammetta li mhux se jwettaq il-wegħda elettorali prinċipali li għamel, l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni biex isir dibattitu fil-Parlament, li se jsir it-Tnejn li ġej

l-ispjegazzjoni fil-Parlament, u Ian Borg qalilna biss “no comment”. Min-naħa tagħha, il-backbencher Laburista Marlene Farrugia tenniet l-appell li għamlet fuq Facebook u wriet ixxewqa tagħha li l-mistoqsijiet li qamu b’rabta mad-dewmien talproġett tal-power station jiġu mwieġba. “Nhar l-Erbgħa se jkun hemm il-Ministru Konrad Mizzi li se jagħti stqarrija lill-Parlament. Aħna se nkunu hemm biex nistaqsu, bħalma se tkun lOppożizzjoni, u nittamaw li l-

mistoqsijiet jiġu mwieġba dakinhar,” saħqet Marlene Farrugia. Aktar tard, il-Gvern ħabbar li l-istqarrija mhix se ssir wara li laqa’ t-talba tal-Oppożizzjoni li ressqet mozzjoni biex ilParlament jiddiskuti l-aħħar żviluppi, u d-dibattitu se jsir nhar it-Tnejn. Mistoqsija jekk id-Deputati tal-Gvern jafux il-pjan minn hawn ’il quddiem, Marlene Farrugia wieġbet hekk: “Il-pjan mhux xi ħaġa sigrieta, il-pjan hu r-roadmap li rebbħitna l-elezzjoni. Issa naraw il-pjan kif qed jipprogressa.”


www.maltarightnow.com

5

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

QORTI

13-il sena ħabs IL-ĠURI TAL-MID-MED George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa kien kundannat 13-il sena ħabs mill-Imħallef Michael Mallia, wara li l-ġurati sabuh ħati tal-attentat ta’ qtil ta’ żewġ pulizija, u ta’ attentat ta’ hold-up li kien falla, minn dak li kien ilMid-Med Bank tas-Swieqi f’Marzu 1996. Il-Qorti ordnat ukoll li jitnaqqas iż-żmien li hu għamel taħt arrest preventiv, li hu ta’ ftit inqas minn sena. Wara 14-il siegħa ta’ deliberazzjoni, sebgħa nhar it-Tnejn, u sebgħa oħra lbieraħ, il-ġurati ħarġu bil-verdett ta’ ħtija b’7 voti kontra 2 fuq l-attentat ta’ qtil ta’ żewġ Kuntistabbli tal-

Pulizija. Sabuh ħati wkoll bi 8 voti kontra 1 tal-akkużi l-oħrajn kollha, li kienu attentat ta’ serq, serq ta’ revolver, kompliċità fis-serq ta’ vann, u li kellu fil-pussess tiegħu arma bla liċenzja tal-Pulizija. Hu nstab ħati wkoll li sar riċediv. Wara li l-ġurati qraw il-verdett tagħhom, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukat Lara Lanfranco, f’isem l-Avukat Ġenerali, esebixxiet il-kondotta ta’ George Xuereb, li b’din issentenza sar riċediv. Hi qalet li r-reati tal-akkużat setgħu wasslu għal ċirkostanzi ferm agħar, l-aktar dak tal-atten-

Mart “Il-Porporina” ippruvat iddaħħal droga fi sptar

tat ta’ qtil ta’ pulizija li kienu filpost qed jaqdu dmirhom. Apparti minn hekk, l-akkużat ma tgħallimx, u mis-27 ta’ Marzu tal1996, meta seħħ dan ir-reat, s’issa, George Xuereb xorta ma qagħadx bi kwietu. L-Avukat Difensur Raphael Fenech Adami qal li l-Qorti għandha tikkunsidra d-dewmien tal-proċess, u li dan ma kienx ittort tal-akkużat. Tenna wkoll li lQorti semgħet dan il-każ, u ċertu dubju xorta jibqa’. Hu talab lill-Qorti biex tikkunsidra ż-żmien li Xuereb għamel taħt arrest preventiv fuq dan ilkaż.

Tiġi kundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn

Mart Alfred Bugeja, “IlPorporina”, li għanda 37 sena, u li hija mill-Belt Valletta, instabet ħatja li ppruvat iddaħħal id-droga f’sala tal-Isptar San Luqa fejn kien hemm żewġha. Dwar dan, hija kienet kundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Is-sala hija magħrufa bħala St. Michael’s Ward, u minkejja li qegħda fl-isptar San Luqa, tagħmel parti mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Helen Bugeja nstabet ħatja li fis-27 ta’ Settembru 2005 kellha fil-pussess tagħha l-eroina u ssustanza Dihydrocodeine, kif ukoll il-mediċini Diazepam u Bromazepam, mingħajr awtorizzazzjoni.

tal-Ħabs li dak il-ħin kienu stazzjonati f’din is-sala kienu għamlu tfittxija fuq l-akkużata li kienet se żżur lil żewġha. Dan tal-aħħar kien qed jinżamm f’din is-sala peress li kien qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Waqt ittfittxija, il-gwardjani sabu fuq ilmara żewġt iqratas b’pilloli u sustanza suspettuża. Iż-żewġ gwardjani nisa xehdu li huma għamlu ‘strip search’ fuq l-akkużata u għalkemm fuqha ma sabu xejn, fil-portmoni li kien ġol-handbag, sabu borża żgħira bi ftit pilloli u pakkett trab kannella. L-Ispiżjar Mario Mifsud, li eżamina dak li sabu ż-żewġ

Hija nstabet ħatja wkoll li bħala persuna li mhix impjegata fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, ippruvat iddaħħal oġġett projbit, u li kisret sentenza tal-Qorti talMaġistrati. Is-Supretendent Norbert Ciappara, li mexxa lProsekuzzjoni f’dan il-każ, spjega lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif meta ġara l-każ hu kien infurmat li żewġ gwardjani

gwardjani, xehed li sab żewġ pilloli Augmentin li jintużaw bħala antibijotiċi, seba’ pilloli oħra Dihydrocodeine, 10 pilloli Diazepam u Bromazepam li huma trankwilizzanti u t-trab kannella kien 0.1 gramma eroina li kellha purità ta’ 33%. Fl-istqarrija tagħha lillPulizija, Bugeja kkonfermat li marret biex tara lil żewġha u li lqratas tal-eroina kienu tagħha. Hi

Helen Bugeja tinstab ħatja li ppruvat iddaħħal id-droga lil żewġha li dak iż-żmien kien rikoverat f’sala f’St Luke’s, li tagħmel parti mill-Ħabs

ċaħdet li kienet se tagħtihom lil żewġha u sostniet li dak iż-żmien ma kinitx qed tuża l-eroina imma d-DHC, għax kienet dieħla “Dar l-Impenn”, imma peress li qabduha d-dwejjaq, kienet se taħraq l-eroina. Meta xehdet quddiem ilMaġistrat Galea Sciberras, Bugeja reġgħet saħqet li d-droga kienet intiża għaliha u li kienet xtratha minn ħdejn l-istess sptar. Wara li semgħet il-provi, ilMaġistrat qalet li hi temmen li fil-verità d-droga li kellha Bugeja kienet intiża għaliha tant li xħin waslet fis-sala mill-ewwel talbet iċ-ċavetta tal-locker sabiex tħalli l-basket hemm. Madanakollu qalet li lakkużata kienet taf fejn sejra, u li ma setgħetx iddaħħal droga hemm, imma flok ħaditha d-dar jew xtratha wara, għażlet li tibqa’ sejra bid-droga b’kollox għaż-żjara tagħha lil żewġha. Hi sabitha ħatja biss li kellha l-eroina u d-dihydrocodeine u li ppruvat iddaħħal oġġett projbit fil-konfini tal-ħabs, imma ma sabithiex ħatja li kellha filpussess tagħha s-sustanzi loħrajn. Meta ġiet biex tagħti l-piena, ikkunsidrat fost oħrajn il-kondotta ta’ Helen Bugeja, li minnha jirriżulta li ilha bil-problema tad-droga mill-1993 fejn f’erba’ okkażjonijiet instabet ħatja ta’ reati relatati ma’ dan ilvizzju.

Kumpens fuq art esproprjata fi żmien Gvern Laburista Il-proprjetarji ta’ art fiżŻurrieq li kienet ġiet espropjata fi żmien Gvern Laburista fl1973, ingħataw kumpens ta’ €13,000 kull wieħed wara li lQorti ddikjarat li d-drittijiet talinkwilini għat-tgawdija paċifika tal-proprjetà tagħhom ġew miksurin. Il-Qorti ddikjarat ukoll li d-drittijiet fundamentali talfamilja Gauci kienu miksura. L-aħwa Ġuża, Frans u Nina Gauci qalu lill-Qorti li huma kienu proprjetarji ta’ art b’daqs ta’ 285 metru kwadru fiżŻurrieq. Eventwalment, din l-art ġiet esproprjata mill-Gvern 41 sena ilu. L-aħwa sostnew li l-awtoritajiet m’għamlu ebda użu mill-art. Qalu wkoll li ma kien hemm ebda skop għaliex l-art kellha tiġi esproprjata għall-użu pubbliku.

Apparti hekk, il-familja qatt ma ngħatat kumpens. Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Anthony Ellul qal li l-familja ppruvat li l-art hija tagħha. Minnaħa l-oħra, il-Kummissarju talArtijiet ma tax prova ta’ x’seta’ kien l-interess ġenerali li l-art tibqa’ milquta minn ordni ta’ esproprjazzjoni, u dan għal aktar minn 40 sena, mingħajr ma jsir xejn. Fil-bidu kienu se jsiru xogħlijiet mis-sezzjoni tal-Works biex issir “playing field”. Imbagħad, fl-2006 kienet ġiet immarkata bhala spazju pubbliku miftuħ. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti ddikjarat li hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-propjetarju tal-art u ordnat lill-Kummissarju tal-Arijiet iħallas is-somma ta’ €41,000 lill-familja.


www.maltarightnow.com

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

6

LOKALI

Tħassib fuq kif il-Gvern se jilħaq il-miri finanzjarji

Minn informazzjoni li għandu l-ġurnal In-Nazzjon, jirriżulta li t-taqsima tal-Enemalta magħrufa bħala l-“Petroleum Division”, li fl-aħħar snin kienet l-unika taqsima fil-Korporazzjoni li kienet qed tagħmel il-qligħ, għaddiet lassi kollha tagħha lil kumpanija li waqqaf il-Gvern bl-isem Enemed Company Limited. Jidher li dan seħħ fit-28 t’Awwissu li għadda, iżda dwar dan, il-Gvern ma ħareġ l-ebda stqarrija. B’hekk, effettivament ilPetroleum Division għaddiet f’idejn il-Gvern, transazzjoni li saret sabiex minflok bil-Power Station il-ġdida tal-gass – ilwegħda elettorali prinċipali li għamel Joseph Muscat qabel laħħar elezzjoni, li issa hu magħruf li mhux se titwettaq filħin – il-Gvern ikun jista’ jiffinanzja xorta waħda r-roħs filkontijiet tad-dawl. Dan kollu nżamm moħbi, imma In-Nazzjon hu infurmat li numru ta’ fornituri f’dawn laħħar jiem bdew jirċievu ittri li infurmawhom li kellhom jirtiraw invoices li kienu nħarġu lillEnemalta, biex minflok joħorġuhom f’isem il-kumpanija Enemed Co Ltd, li issa qed tamministra t-taqsima tax-xiri u lbejgħ taż-żejt. Dan il-ġurnal sar jaf b’din linformazzjoni minn sorsi li spje-

gaw kif il-Gvern l-ewwel waqqaf kumpanija li jisimha “Petromal Company Limited”, li ġiet imwaqqfa permezz tal-Malta Government Investments Ltd, fit-23 ta’ Mejju 2014. L-informazzjoni, kif tidher firreġistru tal-kumpaniji turi, li mbagħad, fid-19 ta’ Awwissu, din il-kumpanija rreġistrat kumpanija sussidjarja, bl-isem “Enemed Co Ltd”. Aħna infurmati li fl-1 ta’ Settembru 2014, il-kumpanija Enemed ħadet f’idejha l-operazzjoni ta’ dik li kienet magħrufa bħala l-Petroleum Division talEnemalta. Sorsi spjegaw lil dan il-ġurnal li biex sar dan, il-Gvern, permezz tal-kumpanija Enemed, issellef €80 miljun minn banek lokali. Dawn il-flus, imbagħad, lEnemed għaddiethom lillKorporazzjoni Enemalta, bħala ħlas biex tixtri l-assi talPetroleum Division. Il-kumpanija “Enemalta plc” li twaqqfet ftit tax-xhur ilu, u li ħadet l-obbligi kollha talKorporazzjoni, minbarra l-ħaddiema li r-responsabbiltà tagħhom għaddiet għand kumpanija separata, kienet qed titlef madwar €6 miljun fixxahar. Dan minhabba r-roħs tal-kontijiet tal-enerġija, u minħabba lfatt li t-€30 miljun li kellhom

Interconnector ma’ Sqallija qed jaħdem. Il-proġett talInterconnector kien tnieda minn Gvern Nazzjonalista. Dan il-ġurnal jinsab infurmat li sorsi li jafu kif qed jipprogressaw dawn ilproġetti qed jgħidu li anke lproġett tal-Interconnector, li kellu jkun lest sa Marzu li għadda, waqa’ lura. Filwaqt li dawn il-proġetti li qabel l-elezzjoni kien qed jingħad li se jwasslu għar-roħs tal-kontijiet mhux se jitlestew fil-ħin stipulat, il-Prim Ministru Joseph Muscat, nhar ilĦadd li għadda qal li l-Gvern se jkun qed jiffinanzja r-roħs permezz ta’ miżuri li mhux se jirriżultaw f’iktar taxxi fuq ilpoplu. Sorsi qalu lil In-Nazzjon li dan kollu kien qed iseħħ hekk kif ilMinistru tal-Finanzi Edward Scicluna jinsab taħt pressjoni kbira mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenziji talCredit Ratings, bħal Standard & Poor’s. Is-sorsi qalu li minħabba li lKummissjoni Ewropea bdiet turi dubji dwar kemm il-Gvern vera-

ment laħaq il-miri finanzjarji tassena li għaddiet, u kemm se jilħaq il-miri għal din is-sena, ilMinisteru tal-Finanzi kellu juri li l-Gvern qed iddaħħal flus millKorporazzjoni. Dan meta fil-verità, il-Gvern mhux biss ma daħħalx l-ammont dovut mill-Enemalta sa Gunju 2014, kif maqbul mal-Unjoni Ewropea, imma dan l-ammont żdied b’€40 miljun għal madwar €150 miljun. L-istess Ministru tal-Finanzi kien qal li d-dejn li lKorporazzjoni għamlet taħt dan il-Gvern kien se jitħallas permezz tat-€30 miljun li kellhom jiġu mill-ElectroGas u mill-kuntratti maċ-Ċiniżi. Dan il-ġurnal hu nfurmat li kien minħabba li dawn il-flus għadhom ma daħlux, li lMinistru sab ruħu f’paniku u ħareġ bis-soluzzjoni li jwaqqaf il-kumpannija Enemed li permezz ta’ flus mislufa, għaddiet madwar €80 miljun lill-Enemalta ħalli l-Gvern jaħbi l-problema finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea. Dan iqanqal tħassib fuq ilmod kif il-Gvern qed jipprova jasal għar-riżultati finanzjarji li l-UE qed tistenna li jilħaq. Imma, agħar minn hekk, aktar ta’ tħassib hu l-fatt li l-Gvern żamm moħbija informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji ġodda, is-self li dawn ħadu, l-assi li ġew trasferiti lilhom mill-Petroleum Division, u l-flus li dawn il-kumpaniji għaddew lill-Enemalta, li m’huma xejn ħlief flus mislufa li l-Gvern issellef permezz tal-istess kumpaniji.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) innutat b’dispjaċir li l-President tal-Union Maltija tal-Għalliema (MUT) Kevin Bonello, f’sezzjonijiet tal-media ġie rappurtat li qal li tfal b’diżabbiltà mhux qed jitgħallmu u qegħdin iżommu lura lil sħabhom fil-klassi. Fl-istess konferenza stampa tal-MUT ftit jiem ilu, qalet ilKNPD, Bonello rrimarka li ledukazzjoni inklussiva hija “ta’ uġigħ ta’ ras” iżda “taħdem filmaġġoranza tal-każi”. Il-KNPD qalet li tħoss li kummenti bħal dawn mhumiex ġusti fil-konfront ta’ studenti b’diżabbiltà meta wieħed faċilment jista’

jinduna li l-problemi li hemm marbutin ma’ din is-sistema, li ilha titħaddem mill-1994, huma loġistiċi u tekniċi u ċertament ma ħolquhomx huma. “X’jaħtu l-istudenti b’diżabbiltà jekk is-sistema mhux qed titħaddem sew, jew hemm nuqqasijiet fiha?” qalet ilKNPD. Filwaqt li rringrazzjat lillMUT u l-uffiċjali tagħha għallħidma tagħhom biex titjieb issistema edukattiva għall-ġid talistudenti kollha f’pajjiżna, ilKNPD stiednet lill-President talUnion biex fil-futur jevita kummenti infeliċi bħal dawk li ġew rappurtati riċentement fil-media.

Il-Petroleum Division kienet l-unika taqsima tal-Enemalta li kienet qed tagħmel il-qligħ

jiġu bil-quddiem mingħand lElectroGas, inkarigata mill-bini tal-Power Station il-ġdida, ma waslux, hekk kif dan il-proġett waqa’ lura, kif ġie żvelat fl-aħħar jiem. Dan it-telf, il-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tiffinanzjah billi ma tagħtix lill-Gvern iddħul li kienet qed tiġbor bħala sisa fuq il-fuel. Dan il-ġurnal hu nfurmat li salaħħar ta’ Lulju 2014, l-ammont dovut mill-Enemalta lill-Gvern tela’ għal madwar €150 miljun. Il-fatt li l-Enemalta issa mhux se jibqa’ jkollha d-dħul u l-qligħ tal-Petroleum Division, u l-fatt li l-proġett tal-Power Station ilġdida waqa’ lura, se jkompli jżid it-telf mill-operat tal-Enemalta. Jidher li dan it-telf mhux se jbatti qabel pajjiżna jkollu l-

Il-KNPD twieġeb għal kummenti tal-MUT


www.maltarightnow.com

7

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

ANNIVERSARJU

35 sena mit-Tnejn l-Iswed Ħamsa u tletin sena ilu s-soċjetà Maltija kienet ixxukkjata b’wieħed mill-iktar każi serji ta’ vjolenza politika li qatt seħħew f’pajjiżna. Każ li fih ma kinux attakkati każin ta’ partit politiku, jew folla waqt mass meeting, iżda kienet attakkata dar ta’ familja ta’ kap ta’ partit politiku. Kienet attakkata familja – ilfamilja tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Kien it-Tnejn 15 ta’ Ottubru 1979, meta grupp imdaqqas ta’ partitarji Laburisti attakkaw u kissru ddar tal-familja ta’ Eddie Fenech Adami fi Triq il-Kbira, f’Birkirkara. It-Tnejn 15 ta’Ottubru 1979 ma jibqax imfakkar biss għal dan il-każ, iżda wkoll għaliex dakinhar l-istess grupp ta’ partitarji Laburisti attakkaw, kissru u ħarqu listamperija ta’ The Times fil-Belt u l-każini tal-PN fil-Furjana, il-Belt u Birkirkara. Kienet ukoll il-ġurnata li fiha seħħ inċident f’Kastilja fejn partitarju Laburist insista li jkellem lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff, iżda spiċċa attakkat u saħansitra sparaw fuqu.

Tensjoni u vjolenza organizzata Kien proprju dan l-inċident f’Kastilja li bena t-tensjoni ta’ filgħaxija, li wasslet għall-vjolenza fit-toroq. Minkejja li fl-1979 kienet diġà bdiet bil-qawwa l-vjolenza politika, kienu għadhom ma twettqux attakki fuq djar privati fil-livell ta’ dak li sar fuq il-familja Fenech Adami. Sa dakinhar, il-vjolenza politika tas-sebgħinijiet kienet isseħħ b’attakki minn pulizija u partitarji Laburisti waqt meetings u dimostrazzjonijiet tal-PN. Din ilvjolenza kienet diġà eskalat sal-livell li l-partitarji Nazzjonalisti ġew feruti gravi fid-dimostrazzjonijiet, waqt li kien attakkat u ferut ukoll ilViċi Kap tal-PN ta’ dak iż-żmien Guido de Marco. Fil-fatt, il-vjolenza tas-sebgħinijiet kienet biss il-preludju għal dak li kellu jseħħ fit-tmeninijiet meta ddrittijiet fundamentali tal-bniedem mhux biss kienu mhedda, iżda f’ħafna aspetti minnhom, intilfu. Qabel il-15 ta’ Ottubru 1979, ilpartitarji Laburisti kienu diġà wettqu vjolenza politika organizzata u serja billi prattikament kissru u ħarqu l-każini kollha tal-PN mad-

It-tkissir tad-dar ta’ Fenech Adami seta’ kisser pajjiż, iżda l-viżjoni tal-PN kienet maħfra mhux tpattija

war Malta. Minkejja li l-persuni li kienu jwettqu din il-vjolenza kienu magħrufa, il-pulizija ta’ dak iżżmien qatt ma ressqu lil ħadd ilQorti. Għalhekk, dan il-grupp ta’ partitarji Laburisti kiseb il-poter li jagħmel li jrid għax kien ċert li mhux se jittieħdu passi kontrih. Fil-15 ta’ Ottubru 1979, is-sitwazzjoni nbidlet għaliex issa lvjolenza politika kienet qed tidħol fid-djar tan-nies. Issa bdew jiġu attakkati l-familji waqt li dawn ikunu fi djarhom u waqt li r-raġel ikun xogħol. Dan kien il-każ talfamilja Fenech Adami. Dakinhar ilfamilja kollha kienet miġbura d-dar waqt li l-missier, Eddie Fenech Adami, kien il-Parlament.

F’Kastilja filgħodu ...raġel ferut b’tiri L-inċident ta’ filgħodu f’Kastilja seħħ meta partitarju Laburist millMosta, Karmenu Grima, mar Kastilja biex ikellem lill-Prim Ministru Mintoff fuq xi kwistjoni li kellu dwar biċċa art. Jirriżulta li Grima kien ilu jipprova jkellem lillPrim Ministru għal perjodu twil iżda qatt ma ngħata appuntament. Dakinhar, Karmenu Grima mar Kastilja determinat li jkellem lillPrim Ministru u rnexxielu jitla’ fuq fis-sular fejn kien hemm isSegreterija tal-Prim Ministru.

Jirriżulta li Karmenu Grima safa vittma ta’ tiri sparati lejh meta kien Kastilja u kien meħud immedjatament l-Isptar San Luqa. Dan l-inċident kien proġettat mix-xandir talistat u mill-MLP bħala attakk tanNazzjonalisti fuq Mintoff. Meta filverità l-PN ma kien involut xejn. Numru ta’ partitarji Laburisti marru l-Isptar San Luqa biex iħebbu għal Karmenu Grima, iżda flok attakkaw lil Grima, spiċċaw attakkaw pazjent ieħor. Il-każ ta’ Karmenu Grima ma waqafx hemm, għaliex fil-fatt irriżulta li fuq Grima kien sar frame-up bl-intenzjoni li lħtija tal-inċident f’Kastilja tintefa’ fuqu u biex skorrettament jingħad li kien Grima li spara f’Kastilja, meta dan kienx minnu. It-tensjoni politika dakinhar kienet qawwija, bil-partitarji Laburisti jmexxu l-kelma għal dimostrazzjoni l-Belt, filgħaxija. Għal din id-dimostrazzjoni, li kienet waħda normali mill-MLP, numru ta’ partitarji Laburisti daħlu l-Belt armati b’ħadid u njam. Ilpjan kien li jsiru attakki vjolenti fuq il-każini Nazzjonalisti tal-Furjana u l-Belt, u li tiġi attakkata wkoll iddar tal-Kap tal-PN b’Birkirkara. Kif kien iseħħ is-soltu, meta jiġu organizzati dimostrazzjonijiet Laburisti fil-Belt, il-partitarji Laburisti kissru l-każini Nazzjonalisti tal-Furjana u l-Belt Valletta, u minn hemm marru lejn Triq San Pawl fejn kien hemm listamperija ta’ The Times. Minkejja li kien ovvju li l-partitarji Laburisti kienu se jattakkaw din l-istamperija u jippruvaw jidħlu ġewwa, ma sar l-ebda attentat millpulizija biex dan l-attakk jinżamm. Bla xkiel, il-partitarji Laburisti kissru u ħarqu t-Times, bil-ħaddiema jaħarbu minn fuq il-bjut biex isalvaw ħajjithom.

Mill-Belt għal Birkirkara Mill-Belt, il-partitarji Laburisti marru lejn Birkirkara fejn attakkaw il-Każin Nazzjonalista fi Triq ilWied. Il-każin tkisser, bl-għamara tintefa’ barra fit-triq u tingħata nnar. F’dan il-mument, l-aħbarijiet ta’Xandir Malta ħabbru b’mod qarrieq li f’Birkirkara kien tkisser ilkażin Laburista u mhux il-każin Nazzjonalista. Kienet aħbar qarrieqa li kompliet saħħnet il-qiegħa u li tibqa’ mniżżla fl-istorja bħala waħda mill-aħbarijiet ta’ Xandir Malta li jikkonfermaw l-istat li kien fih ix-xandir pubbliku dak iżżmien. Kien jonqos l-aħħar parti tal-pjan. Il-partitarji Laburisti, bil-libertà kollha, telgħu minn Triq il-Wied għal Triq il-Kbira lejn id-dar talfamilja Fenech Adami, proprju ftit metri ’l isfel mill-Għassa talPulizija. Wara li nġemgħu quddiem id-dar u bdew jitfgħu ġebel u oġġetti oħra lejha, grupp mill-partitarji Laburisti daħal ġewwa u beda jkisser il-kmamar u dak kollu li sab quddiemu. Fuq ġewwa fid-dar kien hemm ittfal ta’Mary u Eddie Fenech Adami flimkien ma’ omm Eddie Fenech Adami u għalliema tal-mużika li kienet qed tagħti lezzjonijiet lil wieħed mit-tfal. Fl-istess mument tal-attakk, Mary Fenech Adami u bintha Maria kienu qed jirritornaw id-dar. Mary Fenech Adami ppruvat tidħol ġewwa biex tiddefendi lil uliedha mill-attakki tal-irġiel li daħlu f’darha.

Quddiem il-paniku tal-attakki u lbiża’, it-tfal maqbuda fuq ġewwa telgħu fuq il-bejt u flimkien ma’ nannithom qabżu sular minn fuq ilbjut biex sabu kenn f’dar oħra. B’dan il-mod huma evitaw l-attakki. Mary Fenech Adami kienet attakkata fiżikament u ma tħallietx tidħol fid-dar. Wara xi ħin Mary Fenech Adami kisbet l-informazzjoni li wliedha kienu qawwijin u sħaħ għand familja fuq in-naħa ta’ wara tad-dar tagħhom. Fl-istess mument li kien qed isir dan l-attakk, Eddie Fenech Adami kien fil-Parlament u immedjament mar għand il-Prim Ministru Mintoff u talbu biex il-pulizija tintervjeni u ma tħallix din il-vjolenza teskala. Eddie Fenech Adami insista li jintbagħat stakkament ta’ pulizija quddiem id-Dar Ċentrali tal-PN f’TalPietà biex ikun evitat li l-marmalja tkompli tkisser u tavvanza lejn idDar Ċentrali tal-PN.

Pajjiż ixxukkjat Is-soċjetà kienet f’xokk. Il-familja Fenech Adami u l-PN kisbu solidarjetà mill-maġġoranza assoluta tal-poplu waqt li ftit ġranet wara, eluf ta’ Maltin u Għawdxin imlew Triq il-Kbira f’Birkirkara f’wieħed mill-ikbar mass meetings ta’ solidarjetà li qatt saru. Il-messaġġ ta’ Eddie Fenech Adami f’dak il-mass meeting ma kienx ta’ għajn għal għajn u sinna għal sinna, ma kienx messaġġ ta’ tpattija, iżda kien messaġġ ta’ maħfra u reżistenza. Eddie Fenech Adami kellu l-viżjoni korretta li lvjolenza m’għandhiex tkun miġġielda bil-vjolenza, iżda b’politika ta’ reżistenza passiva bbażata fuq is-sewwa. Illum, 35 sena wara, l-avvenimenti u ż-żmien taw raġun lil Eddie Fenech Adami u lill-PN tassebgħinijiet u t-tmeninijiet li għażlu dik il-politika meta ma kien jidher lebda xaqq ta’tama. Mal-PN, dak iżżmien kien hemm il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin, li flimkien mal-PN biddlet lil dan ilpajjiż f’wieħed miftuħ, demokratiku u liberu. 35 sena ilu tkissret id-dar tal-familja Fenech Adami iżda l-viżjoni tal-PN dak iżżmien wasslet biex ma jitkissirx pajjiż.


8

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Il-Ministru Refalo jirrifjuta li jagħti dettalji fuq xogħlijiet ta’ manutenzjoni lill-Gozo Channel Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fil-Parlament irrifjuta li jagħti dettalji dwar kuntratt ta’ xogħol lil kumpanija jew persuni responsabbli millmanutenzjoni tal-apparat elettroniku tal-vapuri tal-Gozo Channel. Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, l-Oppożizzjoni insistiet li l-Ministru Refalo għandu jkun trasparenti u jagħti l-informazzjoni mitluba lilu fil-Parlament. Il-mistoqsija li kien qed iwieġeb għaliha l-Ministru Refalo saret mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, li staqsa wkoll lill-Ministru biex jgħid kif ġew mogħtija x-xogħlijiet mill-Gozo Channel, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet, u/jew b’direct order. It-tweġiba tal-Ministru Refalo kienet xotta u ġenerika, li l-Gozo Channel tqabbad diversi kumpaniji u individwi biex jagħmlu l-manutenzjoni talapparat elettroniku tal-vapuri, u

żied jgħid li l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali. Għal din it-tweġiba, idDeputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech talab lillMinistru Refalo jwieġeb il-mistoqsija, u sostna li l-Gvern hu aktar f’obbligu li jagħti informazzjoni f’każ li l-kuntratt jngħata b’direct order. Irrimarka li l-Gvern għandu jimxi bi trasparenza sħiħa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament. Francis Zammit Dimech insista mal-Ministru Refalo, li ddomanda saret bil-miktub u hu

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo baqa’ jaħrab milli jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Oppożizzjoni sakemm il-ħin tal-mistoqsijiet għadda u l-Kamra kellha tgħaddi għax-xogħol fuq l-aġenda tagħha

fl-obbligu tal-Ministru li jagħti tweġiba kif mitlub, bil-miktub. Il-Ministru Refalo qal li hu wieġeb skont l-istanding orders tal-Kamra. Mistoqsi mill-Oppożizzjoni

jikkwota l-istanding orders, ilViċi Kap tal-Oppożizzjoni għallĦidma tal-Parlament, Mario de Marco, staqsa lill-Ispeaker jekk il-Ministru hux awtorizzat biex jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni

mitluba u biex jikkwota l-istanding orders li qed jirreferi għalihom il-Ministru Refalo. Il-Ministru Refalo ma weġibx għal dawn l-osservazzjonijiet u lmistoqsijiet tal-Oppożizzjoni minħabba li kien għadda l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, filwaqt li l-Ministru Refalo baqa’ ma tax l-informazzjoni mitluba fuq għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet mill-Gozo Channel.

Il-Gvern għadu jirrifjuta li jippubblika u jressaq fil-Parlament il-kuntratt li l-Ministru Konrad Mizzi ffirma għall-bini tal-power station il-ġdida f’Delimara. Fil-Parlament, il-Ministru Kontrad Mizzi, meta wieġeb mistoqsija parlamentari, qal li linformazzjoni rilevanti tiġi ppubblikata fil-mument opportun. Id-Deputat Nazzjonalista George Pullicinio talab f’mistoqsija li ressaq fil-Parlament f’Lulju li għadda, lill-Ministru Konrad Mizzi jpoġġi fuq ilmejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija wara li l-Prim Ministru fis-16 ta’ Mejju li għad-

da, qal li ma jsibx diffikultà li jiġi ppubblikat. Dan in-nuqqas li qiegħed jibqa’ jippersisti fih il-Gvern, li jibqa’ ma jippubblikax il-kuntratt, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista lbieraħ għamlet ukoll referenza għalih fil-mozzjoni li ppreżentat fil-Parlament ilbieraħ ukoll. Il-mozzjoni ssejjaħ lill-Gvern biex jiddiskuti fil-Kamra tadDeputati l-aħħar żviluppi dwar il-wegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jibni power station sa Marzu li ġej. L-Oppożizzjoni saħqet ukoll fil-mozzjoni li se tkun diskussa

fil-Parlament nhar it-Tnejn li ġej, li dan il-kuntratt għadu ma nġiebx għall-iskrutinju talKamra tar-Rappreżentanti,

minkejja l-appelli kontinwi talOppożizzjoni biex il-Gvern ikun trasparenti, kontabbli u li jwettaq dak li wiegħed qabel l-elezzjoni.

Il-Gvern hu aktar f’obbligu li jagħti informazzjoni f’każ li l-kuntratt jingħata b’direct order

Il-Gvern jibqa’ ma jippubblikax il-kuntratt dwar il-bini tal-power station Ma jgħidx kemm tħallew pazjenti fuq stretcher f’Mater Dei Il-Ministru Konrad Mizzi responsabbli mis-settur tassaħħa, ma tax l-informazzjoni fil-Parlament mitluba bil-miktub mill-Oppożizzjoni dwar innumru ta’ pazjenti li tħallew jistennew fuq stretcher fis-sala talosservazzjoni jew f’xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena. Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Konrad Mizzi qal biss li ttagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Il-mistoqsija parlamentari saret fis-17 ta’ Lulju li għadda, u tul is-sajf kollu meta l-Parlament kien wieqaf, il-

Ministru Konrad Mizzi jew luffiċjali tiegħu fil-Ministeru, ma ġabrux l-informazzjoni mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech. Għal mistoqsija oħra dwar kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta bejn Jannar u Mejju ta’ din issena, il-Ministru Mizzi qal li ntbagħtu 247 pazjent; f’Jannar 55; fi Frar 38; f’Marzu 58; f’April 55 u f’Mejju 41 pazjent. Il-Ministru Mizzi ma weġibx il-mistoqsija dwar f’liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni.

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Il-Parlament isellem il-memorja ta’ Alexander Cachia Zammit

Il-Parlament sellem il-memorja tal-eks-Ministru Nazzjonalista Alexander Cachia Zammit li f’Lulju li għadda miet fl-età ta’ 89 sena.IlKap tal-Oppożizzjoni sellem ilmemorja tat-TabibAlexander Cachia Zammit u rringrazzjah għal dak kollu li għamel għal pajjiżna, għal-lokalità tiegħu u għall-Partit Nazzjonalista. Huwa sellem ukoll lill-qraba tiegħu li kienu wkoll preżenti filkamra. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario de Marco sellem il-memorja ta’Alexander Cachia Zammit bħala “tabib politiku” li ta dimensjoni soċjali lill-politika tiegħu. Mario de Marco fakkar li Alexander Cachia Zammit ħabb il-professjoni medika li tatu kuntatt man-nies fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Huwa fakkar ukoll flattività kulturali ta’ Alexander Cachia Zammit partikolarment fil-lokalità taż-Żejtun. “Grazzi Dr Cachia Zammit għal dak kollu li għamilt mal-poplu Malti,” temm it-tislima tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco. Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru George Vella sellmu l-memorja tat-Tabib Alexander Cachia Zammit. Il-Ministru Vella tkellem dwar id-dedikazzjoni tatTabib Alexander Cachia Zammit kemm bħala tabib kif ukoll bħala politiku responsabbli miż-żewġ oqsma importanti tas-servizzi soċjali u tas-saħħa, kif ukoll bħala Ambaxxatur tas-Santa Sede u lOrdni ta’ San Ġwann. Hu fakkar ukoll li Alexander Cachia Zammit serva wkoll bħala President tal-Banda Beland fiżŻejtun. … u lil missier id-Deputat Laburista Chris Agius Il-Parlament ingħaqad ukoll biex isellem lil missier id-Deputat Laburista Chris Agius. Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja ta’ Victor Agius u qal li l-fatt li missier Chris Agius kien involut f’diversi oqsma, ressqu qrib ta’ ħafna nies. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista ngħaqad mal-Prim Ministru f’din it-tislima u qal li Victor Agius kien persuna maħbuba min-nies tal-lokalità u li ta prinċipji tajbin lil uliedu kif rifless fil-ħidma tad-Deputat Chris Agius. Id-Deputat Chris Agius irringrazzja lil dawk kollha li wrew is-sogħba tagħhom għal din ittelfa, u qal li missieru tah il-valuri tax-xogħol u l-bżulija u, minbarra missier, kien ukoll ħabib kbir.


9

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Il-vaċċin kontra l-Ebola jista’ jkun fis-suq is-sena d-dieħla

Il-Kummissarju Ewropew Malti Tonio Borg iddiskuta u ttratta mal-membri tal-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa, lisfida dinjija tal-Ebola u qal li lvaċċin kontra l-virus tal-Ebola jista’ jkun fis-suq bħala kura kontra dan il-virus, is-sena ddieħla. Filwaqt li għamel analiżi tassitwazzjoni fl-Ewropa, ilKummissarju Ewropew qal li lkażi tal-Ebola qed jonqsu riżultat ukoll tal-livell għoli ta’ iġjene u ndafa li jgawdu l-isptarijiet flEwropa. Tonio Borg spjega wkoll lillKumitat Parlamentari Malti, li lEwropa għandha proġett li qed timplimenta kontra dan il-virus, iżda li s’issa r-riżultati għadhom ma ġewx klinikament ittestjati. Tonio Borg irrefera wkoll għas-sitwazzjoni tas-saħħa f’pajjiżna meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Tonio Borg qal li ebda sistema ta’ servizzi tas-saħħa ma tkun sostenibbli jekk ma tkunx riformata u aġġornata. Fisser li pajjiżi Ewropej qed jiffaċċjaw sfidi simili – l-akbar waħda l-isfida ta’ kull gvern li jkun irid jinvesti aktar fondi pubbliċi fis-settur talkura u tas-servizzi tas-saħħa – laktar fi programmi ta’ prevenzjoni. Enfasizza li l-prevenzjoni tista’ twassal għal spiża anqas fil-kura tas-saħħa primarja. Bħala eżempju, ilKummissarju Ewropew Malti qal li tnaqqis ta’ tnejn fil-mija ta’ dawk li jpejpu jista’ jfisser iffrankar ta’ biljuni ta’ ewro missettur tas-saħħa, u li dawn ikunu jistgħu jintużaw f’oqsma oħra tal-ekonomija. Spjega wkoll li l-Kummissjoni Ewropea kienet waqqfet grupp ta’ esperti biex joffru pariri dwar kif tista’ tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa. Tonio Borg irrefera wkoll għal tliet oqsma li minnhom Malta tista’ tgawdi fis-settur importanti tas-saħħa – il-programm għal proġetti għas-saħħa b’fond ta’ 460 miljun ewro, il-fondi strutturali għas-saħħa li Malta diġà bbenefikat minn ħames proġetti ewlenin li għalihom kien hemm nefqa ta’ 65 miljun ewro, blakbar wieħed ikun l-Isptar talOnkoloġija; u mill-Fond għarRiċerka u l-Innovazzjoni. Il-Kummissarju Ewropew

ukoll iltaqa’ u ddiskuta malWorking Group tal-Parlament dwar id-Dijabete.

www.maltarightnow.com

PARLAMENT

Il-Kummissarju Ewropew Malti Tonio Borg indirizza l-Kumitat Parlamentari dwar is-Saħħa u l-Working Group tal-Parlament dwar id-Dijabete


10

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Muscat mhux kredibbli

Teżisti sitwazzjoni li wieħed irid bilfors jaċċetta li teżisti; il-poplu Malti u Għawdxi qed jitlef l-interess u l-fiduċja filGvern u l-politika ta’ pajjiżna għax qed jintebaħ li dak ilkliem sabiħ li tant kien jitkellem bih Joseph Muscat qabel l-elezzjoni ġenerali, kien sempliċement kliem li jqarraq u ma jwassal għal imkien. Muscat m’għadux kredibbli u min kien jemmen li hu kredibbli, illum qed jintebaħ li dan hu politiku falz u artifiċjali. Fl-aħħar jiem kompliet tinkixef il-maskra ta’ Muscat; mexxej ta’ partit politiku li lest li jqarraq basta jirbaħ lelezzjoni li tkun ġejja. Dan li qed ngħid joħroġ ċar minn diversi sitwazzjonijiet. Waħda minn ħafna hi l-bini ta’ power station ġdida sa sentejn wara li jitla’. Din kienet wegħda falza li turi preċiżament x’inhu Muscat; bniedem ta’ ħafna kliem iżda xejn sustanza. Ir-realtà hi li Muscat gideb bil-kbir meta qal li l-power station tal-BWSC hi ‘fabbrika tal-kanċer’. Biex jilħaq liskopijiet tiegħu, Muscat kien lest juża familja li tbati millkanċer għall-gideb tiegħu għaliex dik li hu sejħilha bħala ‘fabbrika tal-kanċer’ ħallieha għaddejja. Ladarba l-bini tal-power station il-ġdida mhux se jsir fil-ħin kif ippjanat, dan juri li Muscat falla. Fuq kollox, Muscat qed jintebaħ li hemm differenza kbira meta tkun flOppożizzjoni u fil-Gvern. Faċli titkellem u tikkritika kif kien jagħmel hu; il-ħobż tih lil min jaf jieklu, u llum joħroġ ċar li Muscat qatt ma kellu jkun fdat bir-responsabbiltà ta’ pajjiżna. Muscat qed ifalli bħala Prim Ministru wara ftit xhur ta’ tmexxija, u dan żgur li ma jawgurax tajjeb fil-ħidma politika ta’ pajjiżna. Pajjiżna jixraqlu aħjar minn hekk u pajjiżna għandu bżonn tmexxija u Prim Ministru serju li jitkellem b’sens u mhux jipprova jgħaddi lillpoplu biż-żmien. Ir-realtà hi waħda: Muscat kien jgħid li lpower station tal-BWSC mhix effiċjenti, il-Gvern iżda żamm din il-power station u qed jiffranka 50 miljun ewro fissena, li jfisser li r-roħs li ta fil-kontijiet li tant iħobb jitkellem dwarhom, hu biss mertu ta’ dak li għamel qablu l-Gvern Nazzjonalista. Tgħid

www.maltarightnow.com

OPINJONI

David Casa

david.casa@europarl.europa.eu

Muscat se jkollu l-kuraġġ jammetti dan? Naħseb qed nistenna ħafna mingħand Prim Ministru li saħansitra lest juża l-mard ta’ familja biex jagħmel gwadann politiku, u wara kulħadd jintebaħ li kien żbaljat. Mingħand Muscat tistenna kollox, anke li ma jgħidx ilverità biex jidħak bik, basta jirbaħ il-punti politiċi li jrid mingħandek.

Ladarba l-bini tal-power station il-ġdida mhux se jsir fil-ħin kif ippjanat, dan juri li Muscat falla

Fl-isfond ta’ dan kollu, ilpoplu qed jitlef il-fiduċja f’persuna li tant kien jemmen fiha qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Il-poplu m’għadux jemmen f’Muscat bħal qabel, għax ilpoplu qed jintebaħ li Muscat għandu wisq paroli iżda m’għandu ebda sustanza. Muscat ma jżommx il-kelma. Iż-żmien jagħtina parir u żżmien diġà ta parir lill-elettorat għaliex illum nafu aktar minn qatt qabel li Muscat mhux qed jgħid il-verità dwar ħafna oqsma li min jaf kemm tkellem u ftaħar dwarhom qabel l-elezzjoni. Lil Muscat ma tistax temmnu u ma tistax tieħdu bis-serjetà għaliex meta l-poplu ħadu bis-serjetà, hu daħak bih. Hekk għamel u hekk jerġa’ jagħmel!

Iż-żmien jagħtina parir u ż-żmien diġà ta parir lill-elettorat għaliex illum nafu aktar minn qatt qabel li Muscat mhux qed jgħid il-verità dwar ħafna oqsma li min jaf kemm tkellem u ftaħar dwarhom qabel l-elezzjoni


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Il-Partit Nazzjonalista kellu raġun fuq l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-kwistjoni dwar it-tħassir tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu li ġej hi kwistjoni maqlugħa mill-Prim Ministru għalxejn għax issa ta raġun lill-Partit Nazzjonalista. Imma hi kwistjoni li ttebba’ bil-qawwi lkredenzjali demokratiċi ta’ Joseph Muscat li hu mexxej ta’ partit ukoll bi kredenzjali mtebbgħin ħafna fid-demokrazija. Għax nafu x’ried Muscat u nafu b’rajh x’kien jagħmel. Tħassir tal-elezzjonijiet li Muscat ilu jinsisti fuqu mill-1 ta’ Ġunju Il-Ħadd l-1 ta’ Ġunju li għadda, Joseph Muscat fil-Każin Laburista tan-Nadur, Għawdex, għamel diskors li fih ħabbar li ried ineħħi, jikkanċella, iħassar, l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali li għandhom isiru f ’Marzu li ġej. Dan li ried Muscat. Pajjiż fallut u għajjien Għal erba’ xhur sħaħ u nofs, Joseph Muscat qagħad jgħid li l-pajjiż hu għajjien tant bl-elezzjonijiet li ma jiflaħx jivvota aktar. U – agħar – Joseph Muscat qagħad jgħid li lpajjiż hu fallut tant taħt it-tmexxija tiegħu li ma jiflaħx jagħmel imqar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f ’nofs ilpajjiż.

Jew il-pajjiż fallut jew Joseph Muscat giddieb Dawn ir-raġunijiet Muscat issa telaqhom, imma qalhom. U dik li l-pajjiż ma jiflaħx elezzjonijiet hi serja. Tixhed li Joseph Muscat qed imexxi l-pajjiż ħażin, biex hu fallut tant li ma jistax jagħmel elezzjonijiet. Jekk mhux hekk, hi gidba ta’ Joseph Muscat. Li m’għandux minn fejn joħroġ: jew il-pajjiż fallut jew Joseph Muscat giddieb.

Insistenza qawwija ta’ Joseph Muscat mal-ġurnalisti U baqa’ għaddej hekk, jgħid li jrid iħassar l-elezzjonijiet lokali. U b’insistenza. Meta ġurnalista tal-MaltaToday staqsietu jekk dak li kien qed jgħid kienx sempliċiment biex jitlaq idea u jara xi tkun ir-reazzjoni, Joseph Muscat qalilha b’qawwa li meta jitkellem hu ma jmurx jifflowtja lideat imma jkun qed jitkellem bis-serjetà.

Il-Partit Nazzjonalista b’argumenti qawwijin... Il-Partit Nazzjonalista għamel pressjoni qawwija biex jiddefendi d-demokrazija lokali. L-argumenti tal-Partit Nazzjonalista favur id-demokrazija fil-Kunsilli rebħu largument għax huma s-sens komun u loġiku favur id-dritt tan-nies li jitkellmu bil-vot.

... u bir-raġun mogħti lill-Partit Nazzjonalista Hu Joseph Muscat stess li quddiem it-tbajja’ li hu stess tebba’ lilu nnifsu fihom fid-demokrazija lokali, daqq l-irtirata. L-elezzjonijiet tal-2015 se jsiru, hekk qal hu stess. IlPartit Nazzjonalista kellu raġun jiddefendi d-demokrazija lokali mit-tħassir tal-elezzjonijiet li ried Muscat.

11

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Il-PL jibża’ minn Philip Vella?

Kif ġie rappurtat f’dan il-ġurnal stess, is-Sindku Laburista f’Ta’ Sannat irrifjuta l-medjazzjoni proposta minn Dr Toni Abela, fil-laqgħa li saret fil-każin Laburista tar-Rabat, Għawdex. Kull min dakinhar inzerta bħali, kien għaddej għall-affari tiegħu mill-Pjazza tat-Tokk, seta’ jisma’ t-ton aggressiv u arroganti tas-Sindku żagħżugħ fil-konfront ta’ dawk preżenti fil-laqgħa, inkluż id-Deputy Leader Laburista. Żgur li mhux mod u manjiera ċivili kif titkellem, speċjalment fil-preżenza tassuperjur tiegħek u uffiċjal talpartit. Jien, bħal ħafna fir-raħal ta’ Ta’ Sannat, ninsab ferm imħasseb kif il-partit irnexxielu jikkonvinċi lit-tliet kunsillieri nisa biex jirtiraw il-mozzjoni ta’ sfiduċja fisSindku, imma kien impotenti filkonfront tas-Sindku biex jirtira ttalba għal investigazzjoni li ressaq quddiem il-Bord ta’ Governanza. Għaliex Philip Vella qed ikompli jagħmel li jrid minkejja l-aġir

irresponsabbli kontinwu tiegħu? Kif ħadd mill-Partit Laburista ma jista’ jrażżnu? Tgħid hemm ħafna aktar li ma nafux? Nazzjonalist, eks vot tas-Sindku Ta’ Sannat

Bankina tad-daqqiet ta’ ħarta f’Ħaż-Żebbuġ

Hawn bankini f’numru ta’ toroq f’Malta li huma tal-mistħija. Hawn oħrajn tal-biki. U hawn oħrajn, diżastru. Fost dawn, u minn ta’ quddiem hemm il-bankina fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq l-Isqof Caruana, (illum Triq France Sammut), f’Ħaż-Żebbuġ. Fiha d-dnubiet kollha possibbli. U dawn jinkludu ħofor, inżul u tlajja’, kultant xi żurżieqa, madum imkisser u sfrundat. Ftit minn kollox. F’kelma waħda, diżastru. Biex inkun ġust ma’ min għamilha u ppjantaha, triq bħala ħafna oħrajn ippjanata mhux għan-nies, iżda għall-kumdità talkarozzi u l-garaxxijiet.

25 sena ilu f’Il-mument

Li fiha speċjali l-bankina ta’ din it-triq hu li magħmula ħażin mill-bidu. Ma tistax timxi bi pram jew pushchair fuqha u jkollok tinżel taħtha għall-periklu kbir tal-omm u t-tarbija. U biex tkompli tgħaxxaqha, ilbankina tinsab fi triq prinċipali tal-iskola fejn ħafna ommijiet iwasslu liċ-ċkejknin tagħhom fil-Kindergarten. Nissuġġerixxi lill-Kunsill biex bħalma sebbaħ Vjal il-Ħelsien u Triq Sciortino, jieħu ħsieb joħroġ tender biex dil-bankina terġa’ ssir mill-qiegħ u jara li jagħmilha xi ħadd li jaf jagħmel il-bankini. Bħalma l-Kunsill biddel lisem ta’ din it-triq kontra lvolontà ta’ 80 fil-mija tar-residenti, għandu għall-inqas jisma’ minnhom u miż-Żebbuġin loħrajn li jużaw din it-triq u jagħmel bankina suret in-nies. Phylis Borg Ħaż-Żebbuġ L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Tħabbar li saret ġustizzja ma’ impjegat tatTarzna li kienu ċaħħdulu l-ħatra, ittrattawh ħażin u għal għaxar xhur, tħalla ma jagħmel xejn. Dan wara li t-Tribunal Industrijali ordna li Kenneth Abela, impjegat tat-Tarzna, jingħata lkariga li kien ilu mċaħħad minnha għal diversi snin mit-tmexxija tat-Tarzna. Il-każ kien tressaq quddiem it-Tribunal ftit tax-xhur qabel mill-Ministru tal-Politika Soċjali li talab li jiġu eżaminati r-raġunijiet li wasslu biex Abela mhux biss tħalla xhur twal diżokkupat fitTarzna, imma anke ġie trattat ħażin mill-management. Il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami ħalla Malta lejn il-Malasja biex jieħu sehem filKonferenza tal-mexxejja tal-pajjiżi talCommonwealth f’Kuala Lumpur. Fuq l-aġenda tat-taħditiet kien hemm il-klima u l-ambjent. IlPM Malti kellu jiltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru ta’ Singapore.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

LIL HINN MINN XTUTNA

L-Iraq: Bejgħ ta’ nisa u tfal mill-Istat Iżlamiku

Ilna nisimgħu b’massakri bla ħniena hekk kif it-terroristi talIstat Iżlamiku tal-Iraq u s-Sirja (ISIS) bdew jaħtfu dejjem iżjed artijiet minn dawk iż-żewġ pajjiżi diġà mifnija bi ġlied intern. Issa rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni Għolja tadDrittijiet Umani fl-Iraq tanNazzjonijiet Uniti, li ħareġ aktar kmieni dan ix-xahar, mhux biss jikkonferma dan, iżda wkoll abbużi kontra nisa u tfal minn dawn it-terroristi, minbarra li ħafna minnhom qed jinbiegħu fi swieq apposta bħal fi żmien ilKalifati, jew Saltniet Musulmani (mill-bidu tagħhom fis-seba’ seklu), bħalma jridu jwaqqfu lISIS. Ir-‘Report on the Protection of Civilians in Armed Conflict in Iraq’, jirrakkonta dak li sabet ilKummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bejn is-6 ta’ Lulju u l-10 ta’ Settembru li għaddew, u huwa laktar rendikont dettaljat min-NU dwar reati kriminali mill-ISIS jew l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku filwaqt li jixħet aktar dawl fuq l-iskjavitù massiċċa ta’ nisa u bniet. Ħafna mill-intervisti saru fil-bliet ta’ Erbil u Doħuk (fejn eluf ħarbu mill-offensiva) ma’ min ra b’għajnejh dak li seħħ. Fl-aħħar ta’ Awwissu, in-NU kisbet il-provi ta’ madwar 2,500 ċivili, l-aktar nisa u tfal, li nħatfu fit-Tramuntana tal-Irak fir-reġjuni ta’ Sinjar u Tal-Afar, u l-pjanuri ta’ Nineveh u Xirkan. Waqt li kienu miżmuma priġunieri, xhieda qalu lill-investigaturi tan-NU li ġellieda Iżlamiċi attakkaw sesswalment lis-subien u l-bniet adolexxenti. Dawk li rrifjutaw li jikkonvertu ssugraw li jinqatlu.

Rigali lit-terroristi “Nisa u tfal li rrifjutaw li jagħmlu dan kienu jingħataw bħala ‘rigal’ lill-ġellieda tal-ISIS jew jinbiegħu …fi swieq apposta f’Mosul u f’Raqqa fis-Sirja,” skont ir-rapport. “Nisa miżżewġa li aċċettaw li jikkonvertu intqalilhom mill-ISIS li ż-żwiġijiet tagħhom ma baqgħux validi skont il-liġi Iżlamika fl-Istat Iżlamiku, dik tax-Xarija u li huma, flimkien ma’ oħrajn mhux miżżewġa, se jingħataw lill-ġellieda bħala n-nisa tagħhom.” Suq għall-bejgħ tan-nisa maħtufa nfetaħ f’al-Quds fl-inħawi ta’ Mosul. Skont ir-rapport tan-NU, “Nisa u tfal jittieħdu hemm b’tikketta bil-prezz lest fuqhom, fejn ixxerrejja jagħżlu minnhom u jistgħu jinnegozjaw il-prezz.”

Suq għall-bejgħ ta’ nisa u tfal fi żmien il-Kalifat Għarbi …bħalma qed jagħmlu l-ISIS illum

Joe Calleja

jocal@me.com “Ix-xerrejja ntqal li jkunu żgħażagħ mill-komunitajiet lokali. Milli jidher, l-ISIS kienu qed ‘ibigħu’ dawn in-nisa millkomunità tal-Jazidi liż-żgħażagħ bħala mezz biex iħajruhom jingaġġaw fl-ISIS.” It-traffikar ta’ skjavi tas-sess hu faċċata waħda tal-kampanja vjolenti tal-Istat Iżlamiku biex jibdlu meded ta’ artjiet fl-Iraq u fis-Sirja f’Kalifat Iżlamiku. Qawwiet leali lejn Abu Bakr Bagdadi li ħatar lilu nnifsu Kalif, wettqu għadd ta’ delitti tal-massa kontra minoranzi etniċi u reliġjużi bħal dawk tal-Jazidi, Xiti Iraqin, u anki Musulmani Sunni li rrifjutaw li “jindmu” u jiddikjaraw twemmin fl-idea fundamentalista tal-Iżlam tal-ISIS. Proprju fil-ġimgħa li ħareġ dan ir-rapport tan-NU, il-moviment ta’ Bagdadi ħanxar l-irjus ta’ għaxra li inkludew tliet nisa, li kienu qed jiġġieldu fl-armata tal-

Kurdi, skont l-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani. Ir-rapport tan-NU jgħid li “lISIS direttament u sistematikament jattakka diversi komunitajiet etniċi u reliġjużi fl-Iraq, vittmi ta’ għadd ta’ abbużi tad-drittijiet umani, inklużi qtil, stupru u attakki fiżiċi u sesswali oħra kontra nisa u tfal, ingaġġ sfurzat ta’ tfal fl-armata, b’dawn it-tfal jgħassu t-toroq biex dawk maħkumin ma jiksrux il-liġi fundamentali tax-Xarija, użu ta’ ċivili bħala ‘tarki’ umani waqt attakki mill-qawwiet tal-Gvern jew l-Alleati, serq u distruzzjoni ta’, u minn, proprjetà u postijiet reliġjużi u kulturali, konverżjonijiet bilfors, nuqqas ta’ aċċess għal servizzi umanitarji bażiċi …u politika sistematika bl-iskop li xxekkel, tindif etniku permanenti jew tkeċċija, u xi daqqiet, il-qerda ta’ dawk il-komunitajiet fl-artijiet maħkuma minnhom.” 8,500 maqtula B’kollox, fl-Iraq inqatlu kważi 8,500 ċivili u aktar minn 15,700 ndarbu matul din l-aħħar sena, b’aktar minn 11,000 minn dawn iseħħu bejn Ġunju u Awwissu, flistess żmien tal-kampanja militari tal-ISIS. Minn Awwissu ’l hawn, imbagħad, aktar minn miljun u 800,000 Iraqin kellhom jaħarbu minn darhom, ir-raħal jew il-belt tagħhom. Dawk l-aktar fil-mira tal-ISIS jinkludu membri tal-armata talgvern u pulizija, mexxejja

Skont ir-rapport tan-Nazzjonijiet Uniti, nisa u tfal jittieħdu hemm b’tikketta bil-prezz lest fuqhom, fejn ix-xerrejja jagħżlu minnhom u jistgħu jinnegozjaw il-prezz

reliġjużi jew tal-komunità, professjonisti (bħal tobba, għalliema, ġurnalisti u impjegati filmedia, eċċ.), fl-iskop preċiż li jeqridu l-klassi dominanti li lejha tirrikorri l-komunità, u b’hekk huma jieħdu posthom, bħalma kien sar fl-Afganistan mitTalibani. Il-kampanja tal-ISIS għandha ħafna minn dawk ta’ tindif etniku: f’Lulju l-Ġiħadisti bdew jimmarkaw id-djar tal-Insara flinħawi ta’ Mosul bil-kliem “nun” jew l-ittra ‘N’, l-ewwel ittra talkelma Għarbija “Nasara” għal Nazzareni jew Insara, bħala proprjetà tal-Istat Iżlamiku. Id-djar tal-Musulmani Xiti bdew jiġu mmarkati bil-kelma “raa” jew biss bl-ittra ‘R’, lewwel waħda tal-kelma “Rafida”, l-isem li bih ħafna estremisti Sunni jirreferu għaxXiti. F’jum minnhom l-ISIS qassmu fuljetti li fihom l-Insara ġew ordnati biex “jew jikkonvertu jew iħallsu l-‘jizjah’ (it-taxxa tat-tolleranza/protezzjoni), inkella jitilqu jew jinqatlu.” “L-għadd ta’ ksur u abbużi li qed iwettqu l-ISIS u l-gruppi li

qed jappoġġjawhom ibellhek, u ħafna mill-aġir tagħhom jammonta għal reati kriminali talgwerra u reati kontra l-umanità,” iddikjara l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet Umani, Zejd Ra’ad al Ħussejn, fi stqarrija li ħareġ mar-rapport. Zejd qed iħeġġeġ lill-gvern Iraqi biex jingħaqad mal-Qorti Internazzjonali biex hekk il-prosekutur tal-Qorti jkollu awtorità jinvestiga u jipproċedi kontra min iwettaq reati fuq iż-żewġ naħat tal-ġlied, għax ir-rapport jinkludi wkoll xi rapporti ta’ ksur u abbużi anki minn xi qawwiet tal-gvern u milizzji alleati magħhom. Huwa ċar li dawn waħedhom diffiċli jlaħħqu mal-ISIS, kemm fl-Iraq kif ukoll fis-Sirja. B’xorti tajba, dejjem aktar gvernijiet talPunent u anki Għarab qed jifhmu dan, u qed jingħaqdu fil-ġlieda kontra din l-ikbar theddida għaċċiviltà ta’ żmienna, biex ma nerġgħux insibu ruħna fi żmien il-barbari, appuntu żmien ilbejgħ tal-bnedmin bħal bhejjem f’xi Kalifat Iżlamiku tas-seklu 21!


www.maltarightnow.com

13

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-Kurdi jaħtfu mill-ġdid għolja strateġika f’Kobane IT-TURKIJA

Ġellieda Kurdi li qed jattakkaw lill-militanti tal-ISIS reġgħu ħatfu għolja strateġika u importanti fil-Punent ta’ Kobane fil-fruntiera bejn is-Sirja u tTurkija. L-avvanzi saru wara serje ta’ azzjonijiet militari mill-ajru millkoalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti. L-għolja Tall Shair, kienet inħatfet aktar minn għaxart ijiem ilu mill-estremisti Iżlamiċi, li kienu assedjaw iz-zona għal xahar sħiħ. Il-President Amerikan Barack

Obama laqqa’ taħditiet ma’ kapijiet militari ta’ aktar minn 20 pajjiż dwar kif l-ISIS għandu jkun attakkat fis-Sirja u fl-Iraq. Il-laqgħa f’Washington kienet l-ewwel waħda li saret għal uffiċjali militari f’karigi għoljin minn tant pajjiżi li ngħaqdu flimkien mindu twaqqfet koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti matul ix-xahar li għadda. Sadattant milizzji Shia fl-Iraq ħatfu u qatlu għexieren ta’ nies ċivili Sunni fix-xhur li għaddew. Rapport mill-grupp Amnesty International stqarr li l-qtil sar bi

Provvisti militari għall-Kurdi jinsabu maqbuda fis-Sirja

tpattija għal attakki mill-ISIS. Amnesty International qal li lmilizzji kienu appoġġjati u armati mill-gvern tal-Iraq. Il-Prim Ministru Haider alAbadi ammetta dwar żbalji kbar

li saru minn forzi tas-sigurtà u wiegħed li jiggverna għall-Iraqin kollha. Barra minn hekk, provvista militari li ntbagħtet mir-reġjun Kurd fl-Iraq għall-Kurdi Sirjani, tinsab maqbuda fil-Grigal tas-Sirja hekk kif it-Turkija qed tirrifjuta li tiftaħ aċċess għall-għajnuna. L-għajnuna kienet intenzjonata li tgħin lil ġellieda Kurdi f’Kobane sabiex jiġġieldu kontra l-militanti tal-ISIS li qed javvanzaw fil-qalba tal-belt mal-fruntiera Torka. Fi żvilupp separat, ajruplani

tal-ġlied Torok, nhar it-Tnejn ibbumbardjaw qagħdiet ribelli tal-Partit tal-Ħaddiema talKurdistan (PKK) fil-provinċja ta’ Hakkari qrib il-fruntiera malIraq, b’riżultat li nqatlu għexieren ta’ nies. Dan l-attakk ikkonferma lewwel azzjoni militari prinċipali tat-Turkija fuq il-PKK mindu kien intlaħaq ftehim għal waqfien mill-ġlied f’Marzu tas-sena li għaddiet. Il-Kurdi huma rrabjati talli t-Turkija qed tirrifjuta li tgħin biex tiddefendi l-belt ta’ Kobane.

IT-TURKIJA: Nies iġorru tebut ta’ waħda minn erba’ ġellieda Kurdi nisa – li nqatlu fi ġlied kontra l-militanti tal-ISIS f’Kobane, is-Sirja – waqt funeral fid-distrett ta’ Suruc, f’Sanliurfa (Ritratt: EPA)

Imut ħaddiem tan-Nazzjonijiet Uniti bl-Ebola IL-ĠERMANJA

Ħaddiem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li kien infettat bilmarda tal-Ebola, miet fi sptar fil-Ġermanja. It-tobba fi sptar f’Leipzig qalu li r-raġel, ta’ 56 sena, miet fissigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu. Ir-raġel kien qed jaħdem bħala uffiċjal mediku fi ħdan inNazzjonijiet Uniti fil-Liberja – wieħed mill-aktar pajjiżi milquta minn din il-marda qalila – meta ġie infettat bl-Ebola. Il-ħaddiem tan-NU, ta’ nazzjonalità Sudaniża, wasal għallkura fil-Ġermanja nhar il-Ħamis

li għadda u ġie trasferit f’taqsima iżolata. Hu kien it-tielet pazjent bl-Ebola li ngħata l-kura għal din il-marda qalila filĠermanja wara li ġie infettatat bil-virus fil-Liberja. Pazjent ieħor għadu qed jingħata l-kura fi sptar fi Frankfurt, filwaqt li persuna oħra ħarġet minn sptar f’Hamburg wara ħamest ijiem ta’ kura. Sadattant, l-ajruport ta’ Heathrow se jibda proċess ta’ screening fost il-passiġġieri li jaslu l-Ingilterra minn pajjiżi fil-

Punent tal-Afrika fejn inxterdet il-marda. L-iscreening se jibda minn Terminal 1 u se jkun estiż għat-terminals l-oħrajn kif ukoll fl-ajruport ta’ Gatwick u lEurostar sa tmiem din ilġimgħa. Matul ix-xahar li għadda kien hemm elf persuna li waslu firRenju Unit mill-Punent talAfrika. Il-ħaddiema tas-saħħa huma laktar f’riskju li jkunu infettati bil-marda, u aktar minn 90 persuna mietu kawża tal-virus filLiberja biss.


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Lejn Katalunja aktar awtonoma SPANJA

L-UKRAJNA: Attivisti u sostenituri tal-All-Ukrainian Union Svoboda (Freedom) Party jieħdu sehem f’dimostrazzjoni biex jitfakkar il-Jum tal-Kosakki Ukreni fi Pjazza Indipendenza, fi Kiev (Ritratt: EPA)

Attitudni iżjed pożittiva dwar l-omosesswalità IL-VATIKAN

L-ogħla awtoritajiet reliġjużi li qed jieħdu sehem fl-analiżi tat-tagħlim Kattoliku dwar ilfamilja, talbu lill-Knisja biex tadotta attitudni iżjed pożittiva dwar l-omosesswalità. Rapport preliminari miktub mill-isqfijiet matul is-sinodu talVatikan qal li persuni omosesswali għandhom “kwalitajiet sbieħ x’joffru”. Ir-rapport ma jisfidax loppożizzjoni dejjiema talKnisja għal żwiġijiet bejn per-

suni tal-istess sess, iżda wħud mill-gruppi dwar id-drittijiet talomosesswali faħħru dan ir-rapport. Gruppi konservattivi rrifjutaw ir-rapport u grupp partikulari fissru bħala “tradiment”. Aktar minn 200 isqof ilhom jieħdu sehem f’dan is-sinodu mill-5 ta’ Ottubru. Is-sinodu nfetaħ mill-Papa Franġisku bl-iskop li jiddiskuti suġġetti kontroversjali bħall-abort, il-kontraċettivi, l-omosesswalità u d-divorzju.

Il-Kap tar-Reġjun talKatalunja qal li l-elezzjoni dwar l-indipendenza se ssir fid-9 ta’ Novembru u żied li din mhix se tkun l-aħħar sforz dwar l-awtonomija tarreġjun. Oriġinarjament Artur Mas kien sejjaħ referendum iżda sab oppożizzjoni mill-gvern f ’Madrid u kien sospiż minn Qorti Kostituzzjonali. Artur Mas qal li elezzjoni li ma torbotx lill-poplu se ssir taħt qafas legali differenti. Il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy kien laqa’ rapporti li r-referendum ġie kkanċellat. Iżda nuqqasijiet

ekonomiċi u kulturali wasslu biex żdied in-nazzjonaliżmu fir-reġjun Katalan. Dan ir-reġjun għani ta’ 7.5 miljun persuna jikkontribwixxi aktar lill-ekonomija Spanjola minn kemm tirċievi fondi mill-gvern ċentrali. Bħal reġjuni Spanjoli oħrajn, il-Katalunja tgawdi ċerta awtonomija iżda sostenituri dwar l-indipendenza ta’ dan ir-reġjun qed jakkużaw lillgvern f ’Madrid talli dan laħħar qed jaħdem biex jostakola l-użu tal-Katalan, u minflok jiffavorixxi lIspanjol bħala l-ilsien prinċipali għat-tagħlim fl-iskejjel.

IL-ĠORĠJA: Mużiċisti żgħażagħ libsin kostumi tradizzjonali jiżfnu waqt vaganza reliġjuża fi Mtskheta, qrib Tbilisi (Ritratt: EPA)

Ħidma kontra l-immigrazzjoni illegali L-UNJONI EWROPEA

Il-Presidenza Taljana talUnjoni Ewropea għadha kif nediet ħidma ta’ ġimagħtejn mill-pulizija kontra l-immigrazzjoni illegali tul il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. Eluf ta’ pulizija minn 26 pajjiż li huma membri fizzona Schengen qed jintbagħtu mal-fruntieri Ewropej, fi stazzjonijiet tal-ferroviji, f’depots tal-karozzi tal-linja u fi mkejjen oħrajn f ’operazzjoni li ngħatat l-isem ‘Mos Maiorum’. Iz-zona Schengen tinkludi 22 stat membru kif ukoll inNorveġja, l-Iżvizzera, Liechtenstein u l-Iżlanda. Iżda pajjiż partikulari fix-Schengen irrifjuta li jipparteċipa.


www.maltarightnow.com

15

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Il-pulizija jneħħu l-barrikati mit-toroq HONG KONG

Mijiet ta’ pulizija użaw srieraq mekkaniċi biex jiżmantellaw ilbarrikati li tqiegħdu minn attivisti favur id-demokrazija qrib l-ufiċċji tal-gvern f’Hong Kong. Il-pulizija wkoll fetħu millġdid arterja prinċipali f’Causeway Bay li hi distrett magħruf ħafna għax-xiri. Ilbieraħ kien it-tieni jum ta’ ħidmiet li l-pulizija qed twettaq biex ittaffi l-problemi fit-traffiku u mhux biex tneħħi liddimostranti mit-toroq. L-attivisti favur id-demokrazija okkupaw partijiet minn Hong Kong għal aktar minn ġimagħtejn. Id-dimostranti, li huma taħlita ta’ studenti u grupp favur iddemokrazija bl-isem ta’ Occupy Central, qed jitolbu li ssir elezzjoni demokratika bl-aktar mod sħiħ fl-2017. Iċ-Ċina, li għandha l-kontroll ta’ Hong Kong, qalet li r-residenti jistgħu jivvutaw – iżda se tkun qed tagħżel hi min huma lkandidati eliġibbli. Nhar it-Tnejn, inqala’ l-ġlied bejn dawk li jopponu l-moviment u d-dimostranti wara li lpulizija neħħew xi barrikati mid-distrett ċentrali. Fi ġlied simili fis-sit fejn kienu qed isiru l-protesti f’Mong Kok għaxart ijiem ilu, il-pulizija qalet li wħud minn dawk involuti kellhom rabtiet kriminali jew assoċjazzjoni mattriads. Albert Ho, deputat fi ħdan ilPartit Demokratiku stqarr li din

Il-folol bdew jonqsu fl-aħħar jiem

kienet waħda mit-tattiki użati mill-Komunisti fiċ-Ċina minn żmien għal żmien. Dawn jużaw organizzazzjonijiet kriminali jew marmalji li jappoġġjaw lill-gvern sabiex jippruvaw jattakkaw liddimostranti ħalli l-gvern ma jkunx jista’ jassumi responsabbiltà. Sadattant, il-pulizija ta’ Hong Kong qalet fi stqarrija li sabiex tkun assigurata s-sigurtà pubblika, il-pulizija trid tieħu l-azzjoni neċessarja biex jitneħħew il-barrikati f’zoni okkupati sabiex ittraffiku jkun jista’ jibqa’ għaddej. Uħud mid-dimostranti kienu viżibbilment urtati. “Aħna biss residenti u studenti,” sostna wieħed mid-dimostranti u żied li “aħna se nitilqu għax m’aħniex kapaċi niġġildulkom iżda mhux se naqtgħu qalbna”. Fil-bidu tal-protesti matul ixxahar li għadda, eluf ta’ persuni kienu fit-toroq, b’mijiet jorqdu mal-lejl. Madankollu, il-folol bdew jonqsu fl-aħħar jiem. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-mexxej ta’ Hong Kong CY Leung qal li d-dimostranti m’għandhomx ċans li jbiddlu lħsieb ta’ Beijing dwar ir-riforma kostituzzjonali. Hu qal li l-moviment favur id-demokrazija tilef il-kontroll tal-azzjonijiet tiegħu.

Jagħmel dehra pubblika

HONG KONG: Il-pulizija tgħasses lid-dimostranti favur id-demokrazija mill-moviment Occupy Central fi triq li tagħti għal Queensway fid-Distrett Ċentrali (Ritratt: EPA)

Qed jintuża software malizzjuż kontra l-mowbajls tad-dimostranti HONG KONG

Kumpanija tas-sigurtà fittelefonija ċellulari qalet li lgvern Ċiniż probabbilment hu l-moħħ wara software sofistikat li ġie ddisinjat biex jikkomprometti l-ismartphones taddimostranti f’Hong Kong. Mindu l-hekk imsejħa ‘umbrella revolution’ bdiet tikkarga f’Hong Kong, għadd ta’ rapporti rreferew għall-użu ta’ applikazzjonijiet bl-ismartphone bħala għodda organizzattivi mid-dimostranti. Applikazzjoni bl-isem ta’

FireChat kienet downloaded minn aktar minn 100,000 persuna li tuża l-ismartphone f’Hong Kong f’inqas minn 24 siegħa. Hu mifhum li FireChat qed tippermetti lid-dimostranti biex jibqgħu jikkomunikaw ma’ xulxin anki meta l-apparat individwali tagħhom ma jkunx kapaċi jaqbad ma’ qafas ċellulari. Iżda ditta bbażata f’Kalifornja, dwar is-sigurtà fit-telefonija ċellulari, avżat li l-gvern Ċiniż jista’ juża tali

applikazzjonijiet sabiex jikkomprometti l-ismartphones ta’ dimostranti favur iddemokrazija fl-ekskolonja tarRenju Unit. Fi stqarrija li ġiet posted fuq il-websajt tagħha, id-ditta tassigurtà qalet li, malli jkun downloaded minn persuna li tuża smartphone, is-software malinn jagħti aċċess lil dak li jkun għall-ktieb tal-indirizzi, ilcommunication logs u tagħrif kunfidenzjali ieħor maħżun flapparat tal-individwu.

IL-KOREA TA’ FUQ

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un għamel l-ewwel dehra pubblika wara dik li kienet saret fit-3 ta’ Settembru. L-aġenzija uffiċjali tal-aħbarijiet KCNA qal li lbieraħ Kim “ta gwida fil-post” f’distrett reġjonali ġdid mibni għax-xjenzjati. Il-gazzetta Rodong Sinmun ippubblikat diversi ritratti taddittatur Korean, li kien qed juża bastun biex jimxi, u li deher jispezzjona s-sit. In-nuqqas tal-mexxej Komunista ta’ 32 sena kien qajjem tħassib kbir u spekulazzjoni dwar saħħtu. Xi osservaturi qalu li Kim

Jong-un jista’ jkun li qed ibati minn problemi f’siequ u fl-għadma ta’ qaddu. Persuni oħrajn staqsew ukoll jekk għadux filkontroll tal-istat dittatorjali. Madankollu r-ritatti li ġew ippubblikati jindikaw li Kim Jong-un għadu fil-poter. Jista’ jkun minnu jew le li ż-żjara kienet f’xi kumpless residenzjali għal xjenzjati li jaħdmu fuq issatelliti – it-tip ta’ nies li jaħdmu fuq it-teknoloġija tal-missili. Il-media uffiċjali tal-istat speċifikat dwar “skumdità personali” bħala r-raġuni għannuqqas ta’ Kim Jong-un fil-pubbliku.

IL-KOREA T’ISFEL: Suldati jieħdu sehem f’verżjoni drammatizzata dwar ir-rebħa tal-Armata tal-Korea t’Isfel fuq il-Korea ta’ Fuq matul il-Gwerra fil-Korea, fiċ-ċentru ta’ Chuncheon, fil-provinċja ta’ Gangwon (Ritratt: EPA)


16

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Mhumiex daqstant aġġornati mal-aħbarijiet ta’ barra L-ISTATI UNITI

Stħarriġ li jikkalkula kemm ilpubbliku fl-Istati Uniti hu konxju ta’ ċerti stejjer tal-aħbarijiet żvela li anqas minn nofs dawk li wieġbu, fil-fatt wieġbu sewwa għall-mistoqsijiet u anqas minn tletin fil-mija taw it-tweġibiet xierqa għal domandi partikulari. L-istħarriġ tal-Pew Research Center ibbaża fuq 1,002 adulti u jservi bħala barometru għal kemm l-Amerikani huma aġġornati dwar fatti importanti. Filwaqt li diffiċli biex wieħed iqabbel ir-reazzjonijiet għaddomandi, każ b’każ, l-istudju jagħti idea dwar kif qed tiċċirko-

la l-informazzjoni speċifika. Eżempju tipiku minn dan listħarriġ hu li 73 fil-mija ta’ dawk li ħadu sehem jafu kemm hi l-paga minima fuq livell federali (fl-Istati Uniti), iżda mbagħad, ċerti dettalji tal-politika barranija ma jkunux trattati daqstant bir-reqqa mill-istampa Amerikana. Il-maġġoranza tagħhom ma wiġbux b’mod korrett għal ħames mistoqsijiet partikulari konnessi mal-politika barranija; b’29 fil-mija biss jagħżlu l-Iran meta wieġbu għad-domanda dwar fejn qed jgħixu l-aktar

Musulmani Xiti (minn Musulmani Sunniti) fil-pajjiżi fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Iżlamiċi. Intant, 20 fil-mija wieġbu li lGvern tal-Istati Uniti qed jonfoq l-aktar flus fuq is-sigurtà soċjali, u anqas minn 25 fil-mija talparteċipanti fl-istħarriġ kienu jafu li James Yellen hu ċChairman tal-Bord tar-Riservi Federali. Meta mbagħad, kellhom jindikaw il-Prim Ministru ta’ Iżrael, 38 fil-mija għażlu lil Benjamin Netanyahu mil-lista tal-ismijiet quddiemhom.

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Dan meta 11 fil-mija għażlu lil Ariel Sharon, sebgħa fil-mija indikaw lil Hosni Mubarak ileks-President tal-Eġittu) u wieħed fil-mija saħansitra għażlu lill-Prim Ministru Britanniku, David Cameron. Kien hemm imbagħad, 43 filmija li ma kinux jafu min hu lPrim Ministru Iżraeljan. Il-maġġoranza lanqas ma dehru aġġornati sew dwar il-fattur tal-Ebola, b’46 fil-mija jagħżlu l-Liberja mil-lista talpajjiżi Afrikani tal-Punent li ġarrbu l-inċidenza tal-virus qattiel.

Madankollu, kien hemm ukoll suġġetti tal-aħbarijiet ta’ barra fejn il-maġġoranza ħarġu bi tweġibiet tajbin. Madwar 67 filmija kienu konxji tal-fatt li sSirja hi wieħed miż-żewġ pajjiżi (l-ieħor hu l-Iraq) fejn it-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) qed jikkontrollaw l-artijiet. Min-naħa tagħha, Carroll Doherty, direttur tar-riċerka politika ma’ Pew, qalet li filwaqt li din ma kinitx ‘domanda terribbli’, wieħed jista’ jevalwa kemm it-theddida tal-IS qed toħloq preokkupazzjoni fost il-ġnus mir-reġjuni kollha tad-dinja.

Jużaw il-biċċiet ta’ statwa ta’ Lenin biex jiġġeneraw il-fondi

L-IŻVIZZERA: Mudell tat-Titanic waqt il-wirja ‘Titanic: The artifact exhibition’, f’Ġinevra, li fiha aktar minn 200 oġġett li kienu nġabru mill-fdalijiet tat-Titanic (Ritratt: EPA)

L-UKRAJNA

Statwa enormi ta’ Vladimir Lenin li nġibdet minn fuq pedestall minn folla ta’ nies irrabjati fil-belt ta’ Kharkiv saret is-sors ta’ kummerċ mhux daqstant komuni hekk kif partijiet minn din l-istatwa tal-eksMexxej Komunista qed ikunu offruti għall-bejgħ. L-istatwa inkwistjoni – li fiha 8.5 metri u tiżen diversi tunnellati – kienet meqjusa bħala litwal waħda ta’ Lenin fl-Ukrajna u għadha fil-post eżatt fejn kienet twaqqgħet.

Kien proprju fil-lejl tat-28 ta’ Settembru meta l-folla użat ilcables biex twaqqa’ din l-istatwa wara li xi nies issegaw waħda minn ‘saqajn’ Lenin. Dan waqt li l-pulizija baqgħu jħarsu, mingħajr ma jirreaġixxu, bil-folol ixejru l-bnadar tal-Ukrajna u jifirħu bilġest ta’ sfida fil-konfront tassimbolu tal-eks-Unjoni Sovjetika li kien ilu jiddomina fuq Pjazza Ħelsien ta’ Kharkiv mill-1967. Intant, fl-aħħar jiem, bdew ifeġġu l-offerti biex jinxtraw partijiet tal-istatwa ta’ Lenin – fos-

thom l-imnieħer u l-widnejn tarras tal-iskultura. Il-bejjiegħa indikaw ukoll li hemm aktar partijiet għall-bejgħ f’każ li jitħajru l-kollezzjonisti. Raġel partikulari ppreżenta limnieħer maqlugħ tal-istatwa ta’ Lenin – li waħdu għoli 25 ċentimetru u wiesa’ madwar 36 ċentimetru – lis-servizzi tal-istampa Ukrajni f’Kharkiv. Il-bejjiegħ potenzjali ma identifikax ruħu b’ismu u kien liebes skufja waqt il-preżentazzjoni. Intant, ir-raġel qal li kien lest

biex ibigħ ‘l-imnieħer’ lil kull min jista’ jagħmel kontribuzzjoni siewja lill-voluntiera Ukrajni li qed jiġġieldu kontra s-separatisti li jappoġġjaw lir-Russja flUkrajna tal-Lvant. Ir-raġel qal li jekk xi ħadd joffri biex jiffinanzja l-uniformijiet u l-materjal utli għal battaljun ta’ suldati li qed jikkumbattu lisseparatisti, hu jkun lest li jagħtih l-imnieħer tal-istatwa ta’ Lenin. Intant, l-istess bejjiegħ potenzjali jirriserva d-dritt li jagħżel l-aktar offerta vantaġġuża.

Waħda mill-widnejn tal-istatwa ta’ Lenin ittellgħet għallirkant fuq Facebook minn raġel mill-Ukrajna, Aleksandr Makarenko, li hu residenti f’Kharkiv. Makarenko wkoll qal li hu qed jagħmel dan biex jiġġenera l-fondi għall-qawwiet li qed jiġġieldu biex iżommu lillUkrajna magħquda. Madankollu, ħadd ma jaf eżatt jekk dawn l-imprendituri li qed ibigħu l-biċċiet tal-istatwa ta’ Lenin jistgħux jagħmlu hekk mingħajr il-biża’ ta’ prosekuzzjoni.


L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

www.maltarightnow.com

17

AĦBARIJIET TA’ BARRA

2

Il-ġlied fis-Sirja

1

1) Tfajjel Iraqi jimxi tul sit fejn seħħet splużjoni ta’ karozza bomba fid-distrett ta’ Mashtal, fil-Lvant ta’ Bagdad 2) Għadd ta’ persuni jħarsu minn għolja fit-territorju Tork waqt ġlied bl-armi bejn ġellieda Kurdi u militanti tal-ISIS f’Kobane, filfruntiera mas-Sirja 3) Tifla Sirjana bl-affarijiet personali tagħha quddiem kamp tarrefuġjati wara li ħarbet mill-vjolenza tal-ISIS fid-distrett ta’ Suruc, f’Sanliurfa 4) Qarib mhux identifikat tal-ġellied Kurd, Seydo Mehmet Cumo, li nqatel fi ġlied kontra l-estremisti Iżlamiċi, jibki waqt funeral fid-distrett ta’ Suruc, f’Sanliurfa 5) Tifla refuġjata tagħmel xagħarha f’kamp għar-refuġjati wara li ħarbet minn ġlied qalil (Ritratti: EPA)

5

3

4


18

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Inizjattiva ta’ Drink Aware Malta matul il-Freshers Week fl-Università

The Sense Group din is-sena reġa’ ħa l-inizjattiva li jagħmel kuntatt mal-eluf ta’ studenti li attendew il-Freshers Week talUniversità ta’ Malta, biex jippromwovi l-kultura ta’ moderazzjoni meta jixorbu l-alkoħol. Bl-użu tal-websajt tiegħu w w w. d r i n k a w a r e m a l t a . c o m bħala l-bażi ta’ tagħrif kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għal adulti ta’ età ikbar fuq il-fatti dwar l-alkoħol, The Sense Group kompla bil-programm tiegħu li jirrakkomanda kawtela dwar l-użu ħażin ta’ xorb alkoħoliku u dwar il-konsegwenzi negattivi kollha li prattiki abbużivi joħolqu. The Sense Group twaqqaf lejn l-aħħar tas-snin disgħin mill-kumpaniji l-kbar f’Malta li joperaw fl-industrija tax-xorb

alkoħoliku. Din is-sena qawwa l-kampanja tiegħu dwar ixxorb, Be Drink Aware, b’dawk li jissejħu ‘infomercials’ li minn Awwissu ’l hawn ġew segwiti onlajn għal aktar minn 30,000 darba. Fil-Freshers Week, listudenti kienu mistiedna jżuru l-websajt, il-paġna ta’ Drink Aware Malta fuq Facebook u jaraw il-produzzjoni tal-video fuq l-iskrin, fil-kampus. Kien hemm ukoll interazzjoni li matulha l-istudenti ppruvaw il-kwizz dwar kemm il-konsum eċċessiv tal-alkoħol jista’ jeffettwa l-moħħ, u ħafna minnhom kienu ppremjati b’vawċers ta’ skontijiet mill-eCabs biex jagħmlu użu tat-taxis meta jkunu xorbu l-alkoħol minflok ma jsuqu huma lura ddar.

www.maltarightnow.com

MADWARNA

Rappreżentanti ta’ The Sense Group jippromwovu l-kultura ta’ xorb alkoħoliku b’moderazzjoni fost l-istudenti tal-Università matul il-Freshers Week


www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

FINANZI

Il-Fond Monetarju Internazzjonali baxxa t-tkabbir globali din il-ġimgħa u qal li z-zona ewro qed tiffaċċja riskju ta’ reċessjoni. Fir-ritratt jidher Mario Draghi, il-president tal-IMF

Rapport finanzjarju tal-ġimgħa

Stokks Ewropej kellhom l-akbar tnaqqis fuq perjodu ta’ ġimgħa minn Mejju 2012 Stokks globali komplew jinbiegħu u d-Dow Jones Industrial Average ħassar ilqligħ għal din is-sena hekk kif telf fost dawk li jagħmlu ċ-ċips infirex fis-suq fost tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku. L-ishma globali tilfu $3.5 triljun tal-valur minn meta laħqu livell rekord ix-xahar li għadda. Il-President tal-Bank Ċentrali Mario Draghi ma qabilx mal-ministru tal-finanzi Ġermaniż fuq il-passi meħtieġa biex iqajmu t-tkabbir fiz-zona ewro filwaqt li uffiċjali tarRiserva Federali qalu li lekonomija tal-Istati Uniti tista’

tkun qiegħda f’riskju mittnaqqis globali. Stokks globali kienu negattivi u kellhom l-akbar tnaqqis fuq perjodu ta’ ġimgħa minn Mejju 2012 fost tħassib li l-bank ċentrali tar-reġjun se jiffaċċja ostakli fil-miżuri biex iqajjem fuq saqajha l-ekonomija tarreġjun. L-iStoxx Europe 600 Index tilef l-aktar minn Mejju 2012 għal din il-ġimgħa bi tnaqqis ta’ 4.1 fil-mija. Id-DAX tilef 12 fil-mija mil-livell rekord milħuq f’Lulju. Fi Franza lCAC 40 Index tilef 11 fil-mija mill-ogħla livell milħuq f’Ġunju.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali baxxa t-tkabbir globali din il-ġimgħa u qal li zzona ewro qed tiffaċċja riskju ta’ reċessjoni. Draghi wiegħed fil-laqgħa annwali tal-IMF li jerħi aktar il-politika monetarja jekk ikun hemm bżonn u sejjaħ lil dawk il-gvernijiet li jistgħu jerħu l-politika fiskali biex jagħmlu dan. Dan kien ta’ kuntrast ma’ dak li qal il-Ministru tal-Finanzi Ġermaniż Wolfgang Schaeuble li wissa kontra llaxkar monetarju bħal dak talIstati Uniti u ħeġġeġ biex tibqa’ d-dixxiplina fuq il-baġit. Fil-Ġappun, it-Topix tilef 3.1

fil-mija matul din il-ġimgħa u tilef 7.7 fil-mija mill-ogħla livell li kellu fil-25 ta’ Settembru. In-Nikkei 225 Stock Average tilef 2.6 fil-mija fit-tielet ġimgħa negattiva tiegħu. Stokks tas-swieq emerġenti komplew fl-itwal sensiela ta’ ġimgħat negattivi f’aktar minn sena fuq tħassib li t-tnaqqis flEwropa se jxekkel it-tkabbir globali. Il-komoditajiet ġew innegozjati viċin l-aktar livell baxx mill-2009 hekk kif iż-żejt kompla jitlef mill-valur fost sinjali ta’ provvista qawwija filwaqt li l-metalli industrijali tilfu fuq

tħassib li tnaqqis fit-tkabbir flEwropa u ċ-Ċina se jnaqqas iddomanda.

Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., l-Imrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata millMFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz tal-email infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur ilwebsajt www.vfm.com.mt.


www.maltarightnow.com

20

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Nhar il-Ħadd li ġej hi l-Ġurnata Missjunarja Charles Muscat

Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru hi l-Ġurnata Missjunarja u fil-messaġġ tiegħu għal din il-ġurnata, il-Papa Franġisku qal li lĠurnata Missjunarja hi mument speċjali li bih il-fidili tad-diversi kontinenti jimpenjaw ruħhom bit-talb u ġesti konkreti ta’ solidarjetà biex jgħinu lill-knejjes flartijiet tal-missjoni. Hi ċelebrazzjoni ta’ grazzja u ta’ ferħ, sostna l-Papa. Malta għandha l-grazzja li għal ħafna snin bagħtet mijiet ta’ missjunarji, fosthom isqfijiet, saċerdoti, sorijiet, lajċi u voluntiera f’ħafna pajjiżi tal-missjoni biex jgħinu kemm b’mod reliġjuż u anke materjali lil miljuni ta’ nies foqra, morda u ppersegwitati u li m’għandhom xejn.

Il-Mission Fund Waħda mill-aktar għaqdiet f’pajjiżna li ilhom snin twal jikkontribwixxu favur il-missjoni hi l-Mission Fund. Din hi għaqda volontarja reġistrata bi 30 sena ta’ ħidma b’risq mijiet ta’ missjunarji Maltin u Għawdxin, f’aktar minn 40 pajjiż. Fost il-missjunarji Maltin u Għawdxin hemm min ilu aktar minn 60 sena jiddedika ħajtu għal ħaddieħor. Dawn il-missjunarji jingħataw donazzjonijiet mill-Mission Fund fuq bażi ta’ roster, €4,000 lil kull wieħed mid-disa’ Isqfijiet u €2,000 lil kull missjunarju ieħor. Bil-ġenerożità tal-poplu Malti, il-Mission Fund qed jirnexxilha tagħti dawn id-donazzjonijiet kull sena.

MISSJONI

Proġetti u voluntiera Kull sena, għal dawn l-aħħar 23 sena, grupp ta’ madwar 25 voluntier mill-Mission Fund mar f’xi pajjiż biex għen ħalli jitwettqu proġetti biex jitjieb il-livell tal-edukazzjoni jew tas-saħħa. Saret ħidma fil-Kenja, flAlġerija, fit-Tuneżija, fil-Perù, fl-Indja, fil-Gwatemala u fitTanzanija. Il-voluntiera jħallsu lispejjeż tal-vjaġġ minn buthom u jippreparaw għal seba’ xhur permezz ta’ laqgħat kull ġimgħa. Wara l-preparazzjoni, jaħdmu għal ħames ġimgħat fuq proġetti mitluba mill-missjunarji Maltin. Fost l-24 proġett li saru s’issa, inbnew skejjel fil-Perù, fitTanzanija u fil-Kenja, inbnew fish farm fil-Gwatemala, hostels għall-istudenti fil-Kenja u flIndja, kif ukoll blokk tal-maternità u ieħor għall-akkomodazzjoni fi sptar fit-Tanzanija.

Proġetti li għaddejjin bħalissa Bħalissa l-Mission Fund għaddejja b’diversi proġetti fil-Kenja u anke fis-Sudan t’Isfel. FilKenja bħalissa qed jitkompla lproġett tal-bini ta’ hostel f’St Xavier College li hu wieħed mill-ħafna istituti edukattivi li jitmexxew mill-Ġiżwiti. Fis-sena 2012 kien beda x-xogħol tal-bini tal-hostel biex tilqa’ l-istudenti bniet tal-kulleġġ li parti minnu kienet iffinanzjata mill-fondi mogħtija mill-Mission Fund. Bilgħajnuna ta’ grupp ta’ voluntieri tal-Mission Fund, is-sular t’isfel tal-hostel tlesta u llum qed jilqa’ 94 studenta. Din is-sena l-proġett ewlieni jikkonsisti fil-bini tal-

Il-Maltin, xhieda ta’ poplu b’qalb kbira li lest jgħin lil min hu batut

Kull sena, għal dawn l-aħħar 23 sena, grupp ta’ madwar 25 voluntier mill-Mission Fund mar f’xi pajjiż biex għen ħalli jitwettqu proġetti biex jitjieb il-livell tal-edukazzjoni jew tas-saħħa

ewwel sular tal-hostel li se jkun jista’ jilqa’ 104 studenti oħra. Dan se jwassal biex l-istudenti bniet li ġejjin minn familji tattribujiet, l-aktar dawk foqra, jattendu l-iskola biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar, jilħqu livell ta’ edukazzjoni tajjeb, isibu impjieg diċenti u jrabbu familja. Fil-Kenja wkoll, il-Mission Fund qed tgħin fil-bini tas-sular

t’isfel taċ-Ċentru Shalom, ċentru residenzjali għat-tfal b’diżabbiltà. Bħalissa dawn it-tfal jgħixu fi kmamar bis-saqaf taż-żingu u la għandhom ilma tal-vit u lanqas elettriku. Proġett ieħor tal-Mission Fund hu t-tħaffir ta’ 40 bir li kull wieħed se jipprovdi l-ilma lil grupp żgħir ta’ familji. S’issa diġà tħaffru għaxart ibjar u qed jipprovdu l-ilma filwaqt li għaddej ix-xogħol fuq il-bjar l-oħra. Il-Mission Fund qed tiffinanzja wkoll diversi proġetti oħra marbutin mal-provvista tal-ilma. Wieħed minn dawn hu l-bini ta’ ġibjun f’Baharini, fil-Kenja wkoll. Fis-Sudan t’Isfel, il-Mission Fund tat il-flus biex jitħaffru żewġ boreholes fil-lokalità ta’ Wau fejn in-nies jgħixu f’għerejjex magħmulin mill-ħaxix bla ma għandhom il-bżonnijiet bażiċi tal-ilma u d-drenaġġ.

Bini ta’ skola għal 9,000 student fl-Indja Fit-22 ta’ dan ix-xahar, grupp ta’ 21 voluntier mill-Mission Fund se jmorru fil-provinċja ta’ Dumca, fl-Indja, fejn qed isir proġett kbir ta’ bini ta’ skola li se tkun tista’ tilqa’ madwar 9,000 student u studenta. Dawn il-voluntiera, li ilhom seba’ xhur sħaħ jippreparaw għal din il-missjoni, se jdumu madwar ħames

ġimgħat jagħtu l-ħidma volontarja fl-Indja bil-bini ta’ sular ieħor ta’ din l-iskola. Il-Ġiżwiti Maltin f’din il-provinċja jwettqu ħidma missjunarja ma’ madwar 40,000 tifel u tifla. Dawn il-voluntiera se jħallsu minn buthom il-vjaġġ u anke lakkomodazzjoni b’nefqa ta’ madwar €1,200 kull wieħed.

Voluntieri li jaħdmu maċ-Ċivil ma jingħatawx leave bi ħlas Normalment, matul is-snin li għaddew, dawk il-voluntieri li jaħdmu maċ-Ċivil kienu jingħataw ħames ġimgħat leave bi ħlas mill-Gvern permezz ta’ Programm tal-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jwettqu lħidma volontarja f’pajjiż ieħor. Sfortunatament, din is-sena lil dawk il-voluntiera li jaħdmu maċ-Ċivil u li se jmorru l-Indja biex jgħinu fil-bini ta’ dan ilproġett, il-Gvern preżenti mhux se jagħtihom leave bi ħlas, imma biss leave bla ħlas. Kien hemm xi voluntiera oħrajn li jaħdmu maċ-Ċivil li minkejja li għamlu l-perijodu ta’ taħriġ biex imorru għal missjoni flIndja, issa kienu infurmati li mhux se jingħataw leave u għalhekk kellhom jabbandunaw din il-missjoni. għal paġna 21


www.maltarightnow.com

MISSJONI

Mijiet ta’ missjunarji Maltin qed jiddedikaw ħajjithom għal nies foqra minn paġna 20

Attivitajiet mill-Mission Fund Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Mission Fund organizzat diversi attivitajiet fil-Każin talBanda L’Isle Adam fir-Rabat, fosthom maratona ta’ 50 siegħa snooker, irkant tal-arti, quddiesa fil-Knisja Ta’ Ġieżu u ikla fit-triq maġenb il-każin biex jinġabru fondi b’risq il-Mission Fund. Wieħed jista’ jgħin billi jagħmel kuntatt mal-Mission Fund li tinsab numru 500, Eureka Court, Block A Flat 6, Main Street, il-Mosta, permezz tal-email: missionfund@global.net.mt jew jidħol fil-websajt: www.missionfund.org.mt. Wieħed jista’ jċempel 21413664 jew 99262626. Issena li għaddiet il-poplu Malti u Għawdxi kkontribwixxa €1.2 miljun f’donazzjonijiet lillMission Fund.

Attivitajiet mill-Uffiċċju Missjunarju Sadattant, fl-okkażjoni talĠurnata Missjunarja, MISSIO, lUffiċċju Missjunarju ħejja diversi attivitajiet li se jsiru fisSeminarju Tal-Virtù, ir-Rabat, biex ifakkar din il-ġurnata dinjija. Nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru l-klabb Missio Tfal se jippreżen ta r-reċta, ‘Oqogħdu Kwieti jekk Tafu’, bi storja bbażata fuq ilħajja ta’ San Filippu Neri fis-7 p.m. Nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru bejn id-9 a.m. u s-1 p.m. se jsir forum bl-isem ‘Il-Ferħ filMissjoni’, bil-parteċipazzjoni tal-Isqof Charles Scicluna, Sister Pauline Farrugia, Oliver Friggieri u Dun John Curmi. Mis-6 p.m. ’l quddiem ikun ippreżentat Festival tanNazzjonijiet b’mużika, ikel, fotografija u esperjenzi missjunarji. Fis-7.30 p.m. quddiesa għaż-żgħażagħ iċċelebrata minn Patri Charles Tabone O.P. Nhar il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru fid-9 a.m. tkun iċċelebrata quddiesa animata mill-grupp Musicalibera li se tixxandar diretta fuq TVM2, għall-ħabta tal-10 a.m. Issir ċerimonja talkafè Etjopjan u wara diskussjoni. Mill-11.30 a.m. ’l quddiem, ikompli l-Festival tanNazzjonijiet. Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2014 Dan hu l-messaġġ sħiħ tal-

21

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja ta’ din is-sena. “Illum għad hawn ħafna nies li ma jafux lil Ġesù Kristu. Għalhekk tibqa’ ta’ urġenza kbira l-missjoni lill-ġnus, li fiha lmembri kollha tal-Knisja huma msejħa biex jieħdu sehem, għax il-Knisja hija min-natura tagħha missjunarja. Il-Ġurnata Missjunarja hi mument speċjali li bih il-fidili tad-diversi kontinenti jimpenjaw ruħhom bit-talb u ġesti konkreti ta’ solidarjetà biex jgħinu lill-knejjes fl-artijiet talmissjoni. Hi ċelebrazzjoni ta’ grazzja u ta’ ferħ. Ta’ grazzja għaliex l-Ispirtu s-Santu, mibgħut mill-Missier, joffri għerf u s-saħħa lil dawk li huma xbieha tiegħu. Ferħ, għaliex Ġesù Kristu, mibgħut biex jevanġelizza d-dinja, jgħinna u jakkumpanjana fil-ħidma missjunarja tagħna. Proprju fuq il-ferħ ta’ Ġesù u tad-dixxipli missjunarji, nixtieq noffri ikona biblika, li nsibu fil-Vanġelu ta’ San Luqa (cfr 10,21-23). 1. L-Evanġelista jgħid li lMulej bagħat it-72 dixxiplu, tnejn tnejn, fil-bliet u l-irħula, ixandru l-wasla ta’ Ġesù. Wara li wettqu din il-missjoni, marru lura mimlija ferħ: il-ferħ jagħmel parti importanti mill-esperjenza missjunarja. Il-Mulej qalilhom: ‘Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet.’ F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: ‘Infaħħrek, Missier.’ (...) Imbagħad dar lejn id-dixxipli u qalilhom: ‘Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom.’ (Lq 10, 20-21.23). 2. Id-dixxipli kienu mimlija bil-ferħ, ferħana li kellhom issetgħa li jeħilsu n-nies mix-xjaten. Madankollu, Ġesù wissiehom: ‘Mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet.’ (Lq. 10, 20). Huma ngħataw limħabba ta’ Alla u li jaqsmuha. San Luqa jsemmilna dan il-ferħ: F’dak l-istess ħin Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: ‘Infaħħrek, Missier, Sid issema u l-art, għax int dawn ilħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.’ (Lq 10, 21). Alla wriena l-misteri tas-saltna tiegħu u r-rebħa tiegħu fuq il-ħażin. Alla ħeba kollox lil min hu mimli bih innifsu u jaħseb li jaf kollox u għomja bil-preżunzjoni

Minkejja t-tbatijiet li qed jgħaddu minnhom dawn it-tfal, it-tbissima li għandhom fuq fommhom tixhed kuntentizza u trankwillità (Ritratt: Fr. Marcellino Micallef OFM)

tagħhom. Dawn in-nies diġà kienu jeżistu fi żmien Ġesù, li wissa diversi drabi. Il-fqir, issempliċi, l-emarġinati, mingħajr vuċi, għajjiena u oppressi huma l-iktar umli, li Ġesù jsejħilhom imbierka. Nistgħu naħsbu f’Marija u f’Ġużeppi, fis-sajjieda tal-Galilija u d-dixxipli msejħa matul it-triq fil-prietki. 3. ‘Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.’ (Lq 10,21). Din il-frażi trid tiftiehem b’referenza għall-ferħ, fejn il-grazzja tfisser il-pjan ta’ tfaddil u l-grazzja talMissier lejn il-bnedmin. Ġesù feraħ b’din il-grazzja, għaliex ilMulej għażel li jħobb lill-bnedmin bl-istess imħabba li għandu lejn ibnu Ġesù. San Luqa jsemmilna wkoll il-ferħ ta’ Marija: ‘Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla sSalvatur tiegħi.’ (Lq 1, 46-47). Marija, b’Ġesù fil-ġuf tagħha, marret iżżur lill-qariba tagħha Eliżabetta, li hija wkoll kellha fil-ġuf tagħha lil Ġwanni lBattista: ‘Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, ittarbija fil-ġuf qabżet bil-ferħ.’ (Lq. 1, 41). Il-Mulej huwa s-sors ta’ ferħ. Ibnu huwa l-manifestazzjoni talferħ, l-Ispirtu s-Santu huwa l-animatur. Wara li faħħar lill-Mulej, jgħid l-Evanġelista Mattew, Ġesù jgħidilna: ‘Ejjew għadni, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jien inserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jien ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu

Mijiet ta’ missjunarji Maltin u Għawdxin f’aktar minn 40 pajjiż l-mistrieħ għal ruħkom. Għax ilmadmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.’ (Mt.11, 28-30). 4. L-ikbar riskju llum fid-dinja, mifnija mill-konsumiżmu u individwaliżmu li ġej mid-dwejjaq tal-qalb u r-riċerka għall-pjaċir superfiċjali. (ibid, Gaudium N. Evangelii, 2). L-umanità għandha bżonn kbir li tikseb is-salvazzjoni li ġabilha Kristu. Id-dixxipli huma dawk li jħallu l-imħabba ta’ Ġesù tikber dejjem aktar fihom biex ikunu messaġġiera tal-ferħ tal-Vanġelu. Id-dixxipli kollha tal-Mulej huma msejħin biex iżommu ħaj il-ferħ talEvanġelizzazzjoni. L-isqfijiet, bħala l-ewwel responsabbli taxxandir, għandhom id-dmir li jinkuraġġixxu l-għaqda talKnisja lokali fl-impenn missjunarju. Il-ferħ li jxandru lil Ġesù Kristu jesprimuh kemm meta jagħmlu dan fil-postijiet l-aktar imbiegħda u kemm meta jmorru fit-trufijiet tat-territorju tagħhom fejn hemm nies foqra li qegħdin jistennewhom. F’ħafna nħawi qegħdin jonqsu l-vokazzjonijiet għas-saċerdozju u l-ħajja kkonsagrata. Spiss dan ġej min-nuqqas ta’ ħajja appostolika u ta’ entużjażmu fil-komunità. Il-ferħ tal-Vanġelu jiġi millaqgħa ma’ Kristu u mill-qsim

tal-ġid mal-foqra. Għalhekk ninkuraġġixxi lill-komunitajiet parrokkjali, l-għaqdiet u l-gruppi biex jgħixu ħajja ta’ aħwa, mibnija fuq l-imħabba għal Ġesù u attenta għall-bżonnijiet ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. 5. ‘Alla jħobb lil min jagħti bilferħ’ (2 Kor. 9, 7). Il-Ġurnata Missjunarja hi wkoll mument biex insaħħu x-xewqa u d-dmir morali tal-parteċipazzjoni bilferħ fil-missjoni lill-ġnus. Il-kontribut ekonomiku personali huwa s-sinjal tal-offerta tagħna, lewwel lill-Mulej u mbagħad lillaħwa, biex l-offerta materjali tagħna ssir mezz ta’ Evanġelizzazzjoni ta’ umanità li tinbena fuq l-imħabba. F’din il-Ġurnata Missjunarja lħsieb tiegħi jmur fuq il-knejjes lokali kollha. Id-dixxiplu talMulej jibqa’ jgħix fil-ferħ talVanġelu meta joqgħod miegħu, jagħmel ir-rieda tiegħu u jissieħeb miegħu fil-fidi, it-tama u l-imħabba evanġelika. Lil Marija, mudell ta’ Evanġelizzazzjoni umli u ferħana, nagħmlu t-talb tagħna, biex il-Knisja ssir dar għal ħafna, omm għall-popli kollha u tagħmel possibbli t-twelid ta’ dinja ġdida,” itemm il-messaġġ tal-Papa Franġisku.


www.maltarightnow.com

L-Erbg[a, 15 ta’ Ottubru, 2014

22

TV#RADJU

06>00

Radio 101 Breakfast Club b’waqfiet g[al Sports News fis-06>45, A[barijiet fis-07>00 u fit-08>00< 0740 Anali]i tal-:urnali< Avvi]i tal-Mejtin u Angelus fit-07>55)

08>00 08>05 09>00 09>05

A[barijiet fil-Qosor (ikompli) 101 Breakfast Club A[barijiet fil-Qosor Magazine 101 (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-10>00)

11>00 11>03 11>55 12>00 12>15 14>30 15>00 15>05

Editorjal Club 101 Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet The Big Show Hitsteria A[barijiet fil-Qosor (ikompli) Hitsteria (b’waqfa g[all-A[barijiet fil-Qosor fl-16>00)

17>00 17>55 18>00 18>20 20>00 21>30 22>30 22<40 22>45

Newsdesk Avvi]i tal-Mejtin A[barijiet Il-Kelma u l-Mu]ika Fuzzbox - Lito Talktime G[ada fl-Istampa Editorjal Sizxties Music Club (r)

G[at-tfal fuq il-Cable Disney Channel 06:15 - Austin

& Ally 06:40 Sabrina Secrets of a Teenage Witch 07:05 - Win, Lose or Draw 07:30 Good Luck Charlie 07:55 - Good Luck Charlie 08:20 - Sonny With a Chance 08:45 - Sonny With a Chance 09:10 - The Suite Life on Deck 09:35 - The Suite Life on Deck 10:00 That’s So Raven 10:25 That’s So Raven 10:50 - A.N.T. Farm 11:15 A.N.T. Farm 11:40 - Good Luck Charlie 12:05 - Good Luck Charlie 12:30 - Jessie 13:00 - Austin & Ally 13:20 - Austin & Ally 13:55 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 14:20 Gravity Falls 14:45 - Dog With a Blog 15:10 – Violetta 16:00 - Space Buddies 17:30 - Wolfblood 18:00 Mako Mermaids: An H2O Adventure 18:30 - Violetta 19:20 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 19:45 Sabrina Secrets of a Teenage Witch 20:10 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 20:35 - Sabrina Secrets of a Teenage Witch 21:00 - Good Luck Charlie 21:25 - A.N.T. Farm 21:50 Shake It Up! 22:10 - Wolfblood 22:35 - Wolfblood 23:00 - Violetta 23:45 The Hive 23:50 - Art Attack. Nickelodeon 07:05 -

The Penguins of Madagascar 07:30 - SpongeBob SquarePants 07:55 - SpongeBob SquarePants 08:20 - Dora the Explorer 08:45 - Umizoomis 09:10 - Tickety Toc 09:28 - Little Kingdom 09:35 PAW Patrol 10:00 - Zack and Quack 10:25 - Olive the Ostrich 10:50 Bubble Guppies 11:15 - Winx Club 11:40 - Totally Spies! 12:05 - T.U.F.F. Puppy 12:30 - iCarly 12:55 Victorious 13:20 - Big Time Rush 13:45 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:10 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 14:40 - The Penguins of Madagascar 15:05 - The Penguins of Madagascar 15:30 - Rocket Monkeys 15:55 Rabbids Invasion 16:20 - Marvin Marvin 16:45 - iCarly 17:10 - Big Time Rush 17:35 - T.U.F.F. Puppy 18:00 - Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 18:25 - The Penguins of Madagascar 18:50 - The Fairly OddParents 19:15 - SpongeBob SquarePants 19:40 - Victorious 20:05 – iCarly 20:30 - SpongeBob SquarePants 20:55 - Avatar: The Legend of Aang 21:20 - Big Time Rush 21:45 - Big Time Rush 22:10 The Penguins of Madagascar 22:35 The Penguins of Madagascar 23:00 iCarly 23:25 - iCarly 23:50 – Victorious.

Jim Jam 07:00 Nouky

& Friends 07:05 – Rubbadubbers 07:15 - Gombby’s Green Island 07:30 - Fluffy Gardens 07:40 - Noksu 07:45 Jarmies 08:00 Kipper 08:10 - Shapes 08:20 - What’s The Big Idea? 08:25 - What’s The Big Idea? 08:30 - Gazoon 08:35 Snapatoonies 09:00 - Heroes of the City 09:15 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 09:40 - Hip Hip Hurray 09:55 - Benjamin’s Farm 10:00 - See the Sea 10:05 - Lots & Lots Of... 10:20 - Bob the Builder 10:30 - Fireman Sam 10:40 - Thomas and Friends 10:50 - See the Sea 10:55 - Nouky & Friends 11:00 Rubbadubbers 11:10 - Pingu 11:15 Tiny Planets 11:20 - Woody Buddies 11:25 - Woody Buddies 11:30 Monkey See, Monkey Do 11:40 Barney & Friends 12:10 - Fluffy Gardens 12:20 - Noksu 12:25 – Jarmies 12:40 - What’s The Big Idea? 12:45 - What’s The Big Idea? 12:50 Hip Hip Hurray 13:05 - Heroes of the City 13:20 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 13:45 - Gombby’s Green Island 14:00 - Woody Buddies 14:05 - Woody Buddies 14:10 Snapatoonies 14:35 - My Animal Family 14:50 - Gazoon 14:55 - See the Sea 15:00 - Fluffy Gardens 15:10 - Noksu 15:15 - Jarmies 15:30 Angelina Ballerina 15:45 - Monkey See, Monkey Do 15:55 - Barney & Friends 16:25 – Pingu 16:30 - Tiny Planets 16:35 - Pingu 16:40 - Tiny Planets 16:45 - Gombby’s Green Island 17:00 - Bob the Builder 17:10 - Fireman Sam 17:20 - Thomas and Friends 17:30 - See the Sea 17:35 Monkey See, Monkey Do 17:45 Dougie in Disguise 17:55 - Heroes of the City 18:10 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 18:35 Hip Hip Hurray 18:50 - What’s The Big Idea? 18:55 - What’s The Big Idea? 19:00 - My Animal Family 19:15 - Noksu 19:20 Shapes 19:30 Monkey See, Monkey Do 19:40 Barney & Friends 20:10 - Woody Buddies 20:15 - Woody Buddies 20:20 - Gombby’s Green Island 20:35 - Connie the Cow 20:45 - Hip Hip Hurray 21:00 - Jakers: The Adventures of Piggley Winks 21:25 Heroes of the City 21:40 - What’s The Big Idea? 21:45 - What’s The Big Idea? 21:50 - Tiny Planets 21:55 Pingu 22:00 - Bob the Builder 22:10 - Fireman Sam 22:20 - Thomas and Friends 22:30 - See the Sea 22:35 Dougie in Disguise 22:45 - Slim Pig 22:55 - Connie the Cow 23:05 Kipper.

Cellular – Canale 5, 23:30

Film thriller Amerikan li n[adem fl-2005 b’re;ija ta’ David R. Ellis u li g[andu fil-parti tal-protagonista lill-attri/i Kim Basinger (fir-ritratt). Mara tin[ataf b[ala osta;;, bla ma taf e]attament x’inhi r-ra;uni. Waqt li tkun qed tin]amm ma[tufa, ji;i f’idejha telefown /ellulari u fil-ftit [in li jkollha g[addispo]izzjoni //empel numru bl-addo//. Iwie;eb ]ag[]ug[ u jkun jixtieq jg[inha. I]da kif jista’ jag[mel dan mill-ftit affarijiet li jkun sar jaf? Fost l-atturi nsibu wkoll lil Chris Evans, William H. Macy u Jason Statham. TVM 07:00 - TVAM 08:30 – Times talk 09:30 – The Final Prophecy 10:30 – G[awdex illum 11:00 – Gadgets 11:30 Teleshopping 12:00 - News 12:10 TVPM 15:00 – A[barijiet 15:05 – {bieb u G[edewwa 15:45 – Teleshopping 16:20 – Kids TV 17:50 – Pap paq on test 18:00 - News 18:15 – Teleshopping 18:45 Realtà 20:00 - News 20:50 – Merlin 21:35 - Mrs Brown’s Boys 22:10 A[barijiet 22:15 – Mixage 22:45 Paqpaq on test 23:00 – A[barijiet 23:20 – {bieb u G[edewwa. TVM 2 08:30 – TVAM 10:00 – Secrets of Deep 11:00 – Il-Gwerra l-Kbira 11:30 – Valletta 12:00 – Kurrenti 13:00 – Times Talk 14:00 - Secrets of the Deep 15:00 – It-triq #Twelid 15:10 - TVPM 18:00 Gadgets 18:30 – 3 Pointer 19:00 Valletta 19:30 – Secrets of the Deep 20:30 - News for the hearing impaired 20:40 – Boxing - Rock Solid 23:15 Sports News 23:30 - Financial News 23:35 – News in English. One

07:30 - One news 07:00 – One breakfast 08:45 - Telebejg[ 09:00 – Sieg[a }mien 10:00 – Telebejg[ 11:00 Aroma Mattina 12:30 - One News 12:40 Kalamita 16:15 – Sal-:ister 16:55 Telebejg[ 17:30 - One news 17:40 – Telebejg[ 18:00 - Better Living 19:00 – Snajja’ Maltin 19:30 - One News 20:30 – Samsara 20:30 – Talk To Me 21:30 – S41 22:50 - {ilithom 23:30 - One News. Raiuno 07:00 -

Heartland 07:40 - Le Sorelle McLeod 09:05 - Pasión Prohibida 09:50 - Parlamento Spaziolibero 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 - I Fatti Vostri 14:00 Detto Fatto 16:15 - Castle - L’apparenza inganna 17:00 - SuperMax TV 17:45 -

Parlamento Telegiornale 17:55 - Tg2 Flash L.I.S. # Meteo 2 18:50 - N.C.I.S. Los Angeles 20:30 - Tg2 21:00 - LOL :) 21:10 - Un Mercoledì da Eroi 21:12 Real Steel 23:25 - Tg2 23:40 - Emozioni - Bobby Solo e Little Tony 01:00 Hawaii Five-0 01:45 - Meteo 2 01:50 Zodiaco07:10 - Unomattina (Jinkludi tTg1 u Che tempo fa fid-9am, fid-9:30am u fil-11am) 09:35 - Linea Verde Meteo Verde 10:00 - Storie Vere 11:10 - A conti fatti 12:00 - La prova del cuoco 13:30 - Telegiornale 14:00 - Tg1 Economia 14:05 - Dolci dopo il Tiggì 14:40 - Torto o ragione? Il verdetto finale 16:00 - La vita in diretta 16:27 - Che tempo fa # Tg1 16:40 - La vita in diretta 18:50 - L’Eredità 20:00 - Telegiornale 20:30 - Flavio Insinna Affari tuoi 21:10 - Carosello Reloaded 21:15 - Velvet - Il giorno dopo 22:45 - Miss Fisher 23:35 Tg1 60 Secondi 23:40 - Porta a Porta 01:15 - Tg1 notte # Che tempo fa 01:50 Sottovoce. Raidue 07:00 -

Heartland 07:40 - Le Sorelle McLeod 09:05 - Pasión Prohibida 09:50 - Parlamento Spaziolibero 10:00 - Tg2 Insieme 11:00 - I Fatti Vostri 13:00 Tg2 giorno 14:00 - Detto Fatto 16:15 Castle - L’apparenza inganna 17:00 SuperMax TV 17:45 - Parlamento Telegiornale 17:55 - Tg2 Flash L.I.S. # Meteo 2 18:50 - N.C.I.S. Los Angeles 20:30 - Tg2 21:00 - LOL :-) 21:10 - Un Mercoledì da Eroi 21:12 - Real Steel 23:25 - Tg2 23:40 - Emozioni 01:00 Hawaii Five-O. Raitre 07:00 - Tgr Buongiorno Italia 08:00 Agorà 10:00 - Mi manda RaiTre 11:00 Elisir 11:10 - Tg3 Minuti 11:13 - Elisir 11:55 - Meteo 3 # Tg3 12:45 - Pane quotidiano 13:10 - Il tempo e la Storia Leopardi, il rivoluzionario 14:00 - Tg Regione # Meteo 3 15:10 - Terra nostra 15:55 - Aspettando Geo 16:40 - Geo

19:00 - Tg3gione Meteo 20:00 - Blob 20:15 - Sconosciuti 20:35 - Un posto al sole 21:05 - Chi l’ha visto 00:00 - Tg3 Linea notte 01:05 - Parlamento Telegiornale 01:15 - Viaggio nell’Italia che cambia Vissi d’arte 02:15 - Fuori Orario. Cose (mai) viste. Canale 5 06:00 - Prima pagina # Traffico 07:56 - Borse e monete 07:58 - Meteo.it # Tg5 08:45 - Mattino cinque 11:00 - Forum 13:00 - Tg5 # Meteo.It 13:41 - Beautiful 14:15 - Centovetrine 14:45 - Uomini e donne 16:15 - Il segreto 17:00 Pomeriggio cinque 18:45 - Avanti un altro 19:57 - Tg5 - Prima pagina 20:00Tg5 # Meteo.It 20:40 - Striscia la notizia 21:11 - Squadra antimafia 6 23:30 - Cellular 00:00 - Dracula 01:00 Tg5 # Rassegna 01:26 - Meteo.It 01:27 Striscia la notizia. Rete 4 07:10 - Hunter 08:05 - Bandolera 09:30 - Carabinieri 10:35 - Sai cosa mangi? 10:45 - Ricette all’Italiana 11:30 - Tg4 # Meteo.it 12:00 - Detective in corsia 13:00 - La signora in giallo 14:00 Lo sportello di forum 15:30 - Hamburg distretto 21 16:37 - Tobruk 18:55 - Tg4 # Meteo.it 19:35 - Il segreto 20:30 Tempesta d’amore 21:15 - The mentalist 23:05 - Bones 01:10 - Tg4 night news 01:32 - Ieri e oggi in tv 02:47 - Zora - La vampira. Italia 1 07:05 - La vita secondo Jim 07:30Mike & Molly 08:25 - The Closer 10:25 - Person of interest 12:25 - Studio aperto # Meteo.it 13:02 - Sport mediaset 14:05 - I Simpson 14:35 - Futurama 15:00 - 2 broke girls 15:50 - Big Bang Theory 16:45 - Chuck 18:30 - Studio aperto # Meteo.it 19:20 - C.S.I. New York 21:10 - Le iene show 00:00 Invincibili 01:45 - Sport mediaset 02:10 - Studio aperto - La giornata.


www.maltarightnow.com

L-Erbg[a, 15 ta’ Ottubru, 2014

23

TV#RADJU F Living 07:00 – Teleshopping 08:30 – Living Stars 10:00 – {in g[al Kul[add 12:00 Teleshopping 13:00 - F Living Magazine 16:00 - Teleshopping 20:30 – Madagascar 22:30 - Nintrefa ’il Fuq 24:00 - F Living Show. Xejk 07:30 – Just for Laughs 07:45 – Total request 09:45 – Football daily 09:50 – Shout out 10:00 – Love & Romance 10:45 -Telemarket deals 11:45 – Just for laughs 13:30 – The 80’s 14:00 – Idoli Italiani 15:00 – The 90’s 16:30 – Hits 16:50 – Shout Out 17:00 – Local Issues 17:45 – Maltese Music 18:00 – Total reques 20:15 – Shout out 21:55 – Football daily 22:00 – Local angle 23:00 – Local issues 23:45 – Telemarket

deals

Melita More 08:30 - Rude Tube 09:00 - Grey’s Anatomy 09:45 - Private Practice 10:30 - Criminal Minds 11:15 - Chicago Fire 12:00 - The Mentalist 13:00 - Days Of Our Lives 13:45 - Grey’s Anatomy 14:30 - Rude Tube 15:00 - Private Practice 15:45 - Criminal Minds 16:30 - Person Of Interest 17:15 - Psych 18:15 - Days Of Our Lives 19:00 Person Of Interest 19:45 - The Mentalist 20:30 - Devious Maids 21:15 - 2 Broke Girls 21:45 - Psych 22:30 - Mike & Molly 23:00 - VEEP 23:30 - So You Think You Can Dance 00:30 - Dallas 01:15 - Rude Tube 01:45 – Smash. GO Stars 07:20 - Cirque du Soleil: Worlds Away 08:50 - The Hunt for Red October 11:00 - The Office 11:30 - Patriot Games 13:25 - To Rome with Love 15:15 - Two and a Half Men 15:40 - The Croods 17:15 - Joyful Noise 19:10 Immortals 21:00 - Rust and Bone 23:00 - Shakespeare in Love 01:00 - Broken City 02:50 - The Croods. Mediaset Italia 06:35 - Caro maestro 07:20 - Casa Vianello 07:50 - Casa Vianello 08:20 Non e la Rai 09:45 - Nonno Felice 10:10 - Dietro le quinte di 10:20 - I Cesaroni IV 11:01 - La sai l’ultima?

11:15 -

Centovetrine 11:40 - Uomini e donne 12:45 - Avanti un altro 13:35 Vivere III 14:00 - I Cesaroni IV 14:40 - Casa Vianello 15:10 - Casa Vianello 15:40 - Carabinieri 16:30 - Fornelli d’Italia 17:10 - Forum 18:35 Centovetrine 19:00 – Tg5 19:35 - I Cesaroni IV 20:15 - Caro maestro 20:35 - Le tre rose di Eva 21:00 - La sai l’ultima? 21:10 - Uomini e donne 22:15 - Colorado 23:10 - Torte d’Autore 23:35 – Sarabanda.

Christie’s Poirot 09:35 - Great Women 09:50 – Ironside 10:45 - Quincy, M.E. 11:40 - Agatha Christie’s Poirot 13:25 Great Women 13:40 - ER 14:30 - JAG 15:25 - Quincy, M.E. 16:25 - Agatha Christie’s Poirot 18:13 - Great Women 18:25 - JAG 19:20 - Quincy, M.E. 20:20 - Alfred Hitchcock Presents 20:50 - Great Women 21:00 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 22:05 - Miss Fisher’s Murder Mysteries 23:10 - Agatha Christie’s Poirot

BBC Entertainment 07:00 - Nina and the Neurons: In the Lab 07:15 - Me Too! 07:35 - Boogie Beebies 07:50 - Teletubbies 08:15 The Weakest Link 09:00 - As Time Goes By 09:30 - One Foot in the Grave 10:00 - EastEnders 10:30 - Doctors 11:00 - New Tricks 11:50 - The Paradise 12:40 - As Time Goes By 13:10 - One Foot in the Grave 13:40 2point4 Children 14:10 - EastEnders 14:40 - Doctors 15:10 - New Tricks 16:00 - The Paradise 16:55 - As Time Goes By 17:25 - The Weakest Link 18:10 – EastEnders 18:40 – Doctors 19:10 - New Tricks 20:00 - Me and Mrs Jones 20:30 - The Omid Djalili Show 21:00 - Rock and Chips 21:55 - Afterlife 22:40 - Absolutely Fabulous 23:10 -

Discovery Channel 06:00 - How It’s Made 06:25 Auction Kings: Civil War Iron Knuckles 06:50 - Auction Hunters: Flying Ton, Creeping Allen 07:15 - Extreme Fishing with Robson Green 08:10 - Man, Woman, Wild: Amazon 09:05 - Alaska: The Last Frontier: The River Wild 09:55 - Outback Truckers 10:50 - Mega Builders: Mighty Shovel 11:40 Wheeler Dealers: Mazda RX7 12:35 Fast N’ Loud: Monkey Business Dragster 13:30 - Rods N’ Wheels: Hollywood Hot Rod 14:25 - Bear Grylls: Escape From Hell: Desert 15:20 - Bear Grylls: Escape From Hell: Canyons 16:15 - Bear Grylls: Escape From Hell: Mountains 17:10 Container Wars: Fur Play 17:40 Storage Hunters: Door Number One 18:05 - Auction Hunters: Little-Ton Jones 18:35 - Auction Kings: WWII Harley-Davidson; 1800s Gambler’s Watch-Gun 19:00 - How It’s Made 19:30 - How It’s Made 20:00 - Siberian Cut: Ice Gauntlet 21:00 - Gold Divers: The Bitter End 22:00 - Outback Truckers 23:00 - Abalone Wars.

Whitechapel

TCM 07:20 - Vengeance Valley 08:45 Ride, Vaquero 10:15 - The Main Attraction 11:45 - Pat and Mike 13:20 On the Town 15:00 - Across the Wide Missouri 16:20 - North by Northwest 18:35 - The Dirty Dozen 21:00 - Cat on a Hot Tin Roof 22:45 - Elvis on Tour MGM Movie 06:40 - French Kiss 08:30 Madhouse 10:00 - Rich in Love 11:40 Cold Heaven 13:20 - Hawaii 15:55 MGM’s Big Screen 16:10 - The

Extreme Adventures of Super Dave 17:40 - The Curse of Inferno 19:05 Fish Don’t Blink 20:35 - The Border 22:00 - Body and Soul 23:45 - Last Rites. Diva Universal 06:55 - Wolff’s

Turf 07:50 - Agatha

07>00 08>30 09>00 09>30 12>00 12>45 14>00 14>05 15>45 16>00 16>05 16>45 18>00 18>05 18>30 19>00 19>30 19>50 20>40 21>40 21>45 22>15 23>00

Sport fuq il-Cable

Discovery World 07:15 - GT Racer 08:05 Mega Beasts 08:55 - Bizarre Foods 09:45 - Combat Countdown 10:35 - I Shouldn’t Be Alive 11:25 - Extreme Engineering 12:15 Long Way Down 13:05 - GT Racer 13:55 - Prophets of Science Fiction 14:45 - Mega Beasts 15:35 Combat Countdown 16:25 - I Shouldn’t Be Alive 17:20 - Extreme Engineering 18:15 - North America 19:10 - Long Way Down 20:05 - GT Racer 21:00 North America 21:55 - Death Machines 22:50 - I Faked My Own Death.

Fox Sports Europe 07:00 - Bass Fishing 08:00 - Bass Fishing 09:00 - Bass Fishing 10:00 Major League Baseball 12:30 - MLB Whiparound 13:30 NASCAR Race Hub 14:30 - Major League Baseball 17:00 - MLB Whiparound 18:00 NASCAR Race Hub 19:00 - World Championship Ping Pong 20:00 -

World Championship Ping Pong 21:00 - World Championship Ping Pong 22:00 - MLB Whiparound 23:00 - NASCAR Race Hub GO sports 1 07:00 - Serie

Klinika

NET News Klinika Telebejg[ Eli & I Telebejg[ Xift NET News (ikompii) Xift Telebejg[ NET News Big Time Malta Llejla NET News (ikompli) Malta Llejla Klinika News Feed NET News (ikompli) News Feed Iswed fuq l-Abjad NET News Distinti Style Watch NET News

– NET Television, 18:30 Matul din il-;img[a t-tema rikorrenti f’dan il-programm ta’ kuljum mit-Tnejn sal-:img[a se tkun relatata mas-sa[[a mentali. Dawn huma l-eating disorders b[all-anoressija u l-bulimja, filwaqt li s-su;;ett l-ie[or hu l-addiction. Intant fost il-mistednin residenti tal-programm insibu lil Maja Petrovic (fir-ritratt mal-pre]entatri/i u produtri/i tal-programm Marica Mizzi) li twassal lit-telespettaturi tag[rif dwar vitamini u supplimenti.

A - Round 6 Fiorentina v Inter 09:00 - Barclays U21 Premier League - Week 9 Norwich City U21 v Tottenham H U21 11:00 - Aviva Premiership Round 6 - Wasps v Bath Rugby 13:00 - Barclays Premier League - Week 8 Tottenham H v Southampton 15:00 PGA European Tour - Volvo World Match Play Championship - Day 1 (Live) 18:00 - ATP Masters 1000 Shanghai Rolex Masters 19:00 - Trans World Sport #1433 20:00 - Premier League World #09 20:30 - Serie A Round 6 - Juventus v Roma 22:30 ATP Masters 1000 - Shanghai Rolex Masters – Final 01:30 - Vincennes Horseracing.

GO sports 7 07:00 - PGA

European Tour Portugal Masters - Day 4 11:30 Vincennes Horseracing 14:00 - Serie A - Round 6 - Sampdoria v Atalanta 16:00 - Barclays Premier League Week 8 - Liverpool v West Brom Albion 18:00 - ATP Masters 1000 Shanghai Rolex Masters - Semi Finals 23:00 - Premier League World #09 23:30 - PGA European Tour Volvo World Match Play Championship - Day 1 02:30 - Ligue 1 - Round 9 - SM Caen v Olympique de Marseille 04:30 - FIFA Futbol Mundial #491 05:00 – Aviva Premiership - Round 6 - Northampton Saints v Sale Sharks. GO sports 8 09:00 - PGA

European Tour Portugal Masters - Day 4 13:30 Vincennes Horseracing 16:00 Serie A - Round 6 - Sampdoria v Atalanta 18:00 - Barclays Premier League - Week 8 - Liverpool v West Brom Albion 20:00 - ATP Masters 1000 - Shanghai Rolex Masters - Semi Finals 01:00 Premier League World #09 01:30 - PGA European Tour - Volvo World Match Play Championship Day 1.


www.maltarightnow.com

L-Erbg[a, 15 ta’ Ottubru 2014

TA{BIL IL-MO{{ U TAG{RIF

TISLIBA

24 1

2

5

3

4

Rapport tat-temp

6

7

UV INDEX

8

6

9

10

11

IT-TEMP Il-bi//a l-kbira xemxi b'ammonti varjabbli ta' s[ab g[oli. VI}IBBILTÀ :eneralment Tajba IR-RI{ {afif g[al moderat min-Nofsinhar g[axXlokk, li jsir lokalment moderat g[al ftit qawwi g[al xi [in, li jsir [afif u varjabbli wara nofsinhar. BA{AR {afif li jsir moderat IMBATT Ftit li xejn li jsir moderat mix-Xlokk TEMPERATURA L-og[la 29˚C XITA F’dawn l-a[[ar 24 sieg[a 0.1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 48.9mm IX-XEMX titla’ fis-07.07 u tin]el fis-18.29

Il-[amest ijiem li ;ejjin 12

13

14

15

16

17

Mimdudin> 5. Mara li tista’ ter;a’ ti]]ewwe; (5) 6. Pre/i], la i]jed lanqas inqas (5) 7. Jekk tie[du ingassa jew u]a gomma (5) 10. u 11. Li ma t[arrkux minn fehemtu (10) 11. Ara 10 12. Tajt lil kul[add indaqs (5) 14. Dawn jitilg[u biex tara t-timijiet kif se jilag[bu kontra xulxin (5) 16. }boxxla, mar minn mo[[u (5) 17. Duttur Lhudi (5) 18. Bokka (5)

18

Weqfin> 1. Ippriva (6) 2. Palkett, plan/ier (6) 3. Titla’ mal-iskaluni tieg[u biex til[aq (6) 4. Rasu iebsa (6) 8. Tibqax hawn (5) 9. Pastur bil-;wiena[ fil-presepju (5) 12. Mhix twila (6) 13. Fsied ]ejjed (6) 14. Tempju orjentali (6) 15. Ma mexiex sew (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-biera[ Mimdudin> 5. I[oll; 6. Aptit; 7. Bjuda; 10. u 11. Bekkamorti; 12. Sadid; 14. Polka; 16. Trott; 17. Porog; 18. Li]ar. Weqfin> 1. Midneb; 2. Qlajja’; 3. Damdam; 4. Stampi; 8. Skeda; 9. Drill; 12. Skappa; 13. Deroga; 14. Petali; 15. Awgura.

Sudoku Bejn [afifa u moderata:

qieg[ed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru l-kbir. Kull numru g[andu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru ]g[ir ta’ tliet kaxxi bi tlieta.

Soluzzjoni Sudoku

IT-TLIETA L-og[la 29˚C L-inqas 24˚C

L-ERBG{A L-og[la 28˚C L-inqas 23˚C

IL-{AMIS L-og[la 28˚C L-inqas 21˚C

IL-:IMG{A L-og[la 28˚C L-inqas 21˚C

IS-SIBT L-og[la 27˚C L-inqas 21˚C

UV

UV

UV

UV

UV

5

5

6

5

5

Temperaturi fi bliet barranin It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar [in ta’ Malta) lbiera[ kienet: Malta 29˚ ftit imsa[[ab, Al;eri 29˚C ftit imsa[[ab, Amsterdam 26˚C xemxi, Ateni 25˚C ftit imsa[[ab, Li]bona 20˚C imsa[[ab, Berlin 23˚ xemxi, Brussell 21˚C imsa[[ab, il-Kajr 33˚C ftit imsa[[ab, Dublin 17˚C imsa[[ab, Kopen[agen 20˚C xemxi, Frankfurt 18˚C xita, Milan 18˚C imsa[[ab, Istanbul 20˚C xita, Londra 24˚C ftit imsa[[ab, Madrid 24˚C ftit imsa[[ab, Moska 14˚C imsa[[ab, Pari;i 27˚C xemxi, Bar/ellona 28˚C imsa[[ab, Ruma 28˚C ftit imsa[[ab, Tel Aviv 30˚C xemxi, Tripli NA, Tune] 33˚C imsa[[ab, Vjenna 20˚C imsa[[ab, Zurich 22˚C imsa[[ab, Munich 23˚C imsa[[ab, St. Petersburg 19˚C xemxi

Tag[rif JAG{LQU SNINHOM ILLUM Joe Psaila Savona (70 sena) eks politiku mal-Partit Nazzjonalista; Valerie Borg (58 sena) eks kunsilliera fil-Kunsill Lokali Valletta; Owen Cutajar (42 sena) konsulent tal-IT; Hermann Farrugia Frantz (40 sena) kompo]itur u surmast talbanda; Vittorio Gauci (28 sena) kantant. WIRJA FILATELIKA G[ada l-{amis, 16 ta’ Ottubru fil-17:30 f’The Green Lounge, fil-Lukanda Phoenicia filFurjana, il-President ta’ Malta

Marie Louise Coleiro Preca se tinawgura wirja filatelika li qed tittella’ mis-So/jetà Filatelika ta’ Malta. Is-slogan g[al din issena hu Changes in Philately. Esebiti se jkun hemm bolol tradizzjonali, o;;etti li g[andhom x’jaqsmu mal-istorja postali, kartolini antiki Maltin kif ukoll kollezzjonijiet b’temi varji. Il-wirja tkun miftu[a g[all-pubbliku l-:img[a u sSibt bejn id-09:00 u s-18:00 u l{add bejn id-09:00 u nofsinhar. LEJL CASAL FORNARO Nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru

f’{al Qormi mis-19:00 ’il quddiem se ssir it-8 edizzjoni ta’ Lejl Casal Fornaro. Se jkun hemm diversi karatteristi/i li huma sinonimi ma’ {al Qormi. Fosthom se jkun hemm wirjiet ta’ snajja’ tradizzjonali. Se jkun hemm varjetà kbira ta’ [ob] frisk, platti tradizzjonali bl-ikel Malti, fosthom il-pudina tal[ob]. Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm mixg[ela b’aktar minn 700 xemg[a, in-1904 Siddeley - l-ewwel karozza re;istrata fil-g]ejjer Maltin, kif ukoll wirja ta’ karozzi klassi/i u armar tal-festi minn diversi r[ula u bliet Maltin. PATRI AVERTAN FENECH Nhar il-:img[a 31 ta’ Ottubru, fl-okka]joni ta’ g[eluq il-71 sena mill-newt ta’ Patri Avertan Fenech, sa/erdot Karmelitan ta’ fama qaddisa, se ssir Quddiesa Solenni fil-Knisja Rotunda tal-Mosta fis-18.30 p.m. Wara se ji;i inawgurat monument b’tifkira tieg[u, xoghol liskultur Mosti mwieled fl-1971 Savio Deguara, fil-bidu tat-Triq

li hija msemmija g[alih u li tinsab wara l-Knisja Rotunda tal-Mosta.


www.maltarightnow.com

MADWARNA

Ejja skopri l-Università

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Ottubru, lUniversità ta’ Malta qed tistieden lill-pubbliku, staff, studenti preżenti, studenti prospettivi, alumni, lill-ħbieb u l-familji tagħhom biex iżuru l-kampus u jieħdu sehem f’numru kbir ta’ attivitajiet li qed jiġu organizzati biex juru kif taħdem din l-istituzzjoni, li għandha 400 sena. Il-viżitaturi jistgħu jisimgħu dwar riċerka avvanzata, iduru madwar partijiet tal-kampus fejn qatt ma marru u jsiru jafu dwar dak li jiġri fl-Università. Bejn l-10 a.m. u l-5 p.m. wieħed jista’ jingħaqad mattours, jisma’ taħditiet, iżur wirjiet u jipparteċipa f’attivitajiet sportivi. Il-kantin se jkun miftuħ il-ġurnata kollha u wieħed jista’ jipparkja fil-parkeġġ Nru 6 ħdejn l-entratura prinċipali, fuq in-naħa tal-Isptar Mater Dei. Fil-‘Marquee’ (Parkeġġ Nru 4), wieħed jista’ jżur zoni differenti, li jinkludu dawk li għandhom x’jaqsmu mal-Kreattività, iċ-Ċentru għall-Arti u x-Xjenzi Liberali. Wieħed jista’ wkoll jikseb informazzjoni dwar l-iskoperta tal-vapur mgħarraq ta’ żmien il-Feniċi li ġie skavat dan laħħar, kif ukoll jgħaddi ftit talħin fiz-zona dinamika tax-xjenza, li din is-sena qed tiġi ppreżentata b’mod speċjali biex jiġi ċċelebrat il-100 anniversarju tal-Fakultà. Il-Ġimgħa Miftuħa għallPubbliku, ‘Skopri l-Università’, se tkun bejn is-26 u l-31 ta’ Ottubru. Minn nhar it-Tnejn 27 sal-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru, lattivitajiet huma prinċipalment riservati għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji u studenti tas-Sixth Form. L-attivitajiet se juru l-ħafna aspetti tal-Università permezz ta’ numru ta’ temi li jinkludu:

Korsijiet, ir-Riċerka; Fakultajiet u Dipartimenti/Istituti/Ċentri; IlĦajja tal-Istudent; l-Isport; Attivitajiet Kulturali; ilLibrerija; il-Malta University Holding Company u t-Trust għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u lIżvilupp. F’padiljun f’Atriju Vassalli se jkun hemm attivitajiet akkademiċi u kulturali b’attenzjoni speċjali fuq il-mediċina u lkirurġija, filwaqt li tinda oħra se jkollha logħob diġitali eċċitanti u l-karozza tat-tlielaq talUniversità ta’ Malta. Il-bini modern tal-Fakultà talICT, il-Librerija, il-bini talFakultà tal-Ambjent Mibni u ċĊentru għall-Intraprenditorija u għall-Inkubazzjoni tan-Negozju se jkunu wkoll miftuħin għallviżitaturi. Għal aktar informazzjoni u lprogramm sħiħ żuru www.um.edu.mt/discoveruniversity.

25

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014


www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

KLASSIFIKATI

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983. Paola MAISONETTE arjuż ħafna f’area kwieta b’żewġ kmamar tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-banju u bitħa. Ċemplu 99428000. VETTURI BMW 320 DIESEL tal-2009, mileage ta’ 73,000, 184bhp model, full extras, kundizzjoni perfetta, dejjem iggaraxxjata. Ċemplu 99928362. AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour.

Bl-irħas prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705. JINĦTIEĠU Delivery Person PART-TIME għal filgħodu u filgħaxija. Min hu interessat iċempel Ir-Rokna Restaurant fuq 21384060 bejn id-9.00am u l11.30am u bejn il-5.30 u s7.00pm. Xufiera BIL-liċenzja tal-minibuses 16 seater. Importanti li min japplika jkun jitkellem bl-Ingliż. Ċemplu 21580688/9 jew 99499803. KM Distributors JEĦTIEĠU delivery person għal impjieg full-time. Ċemplu 99445044.


www.maltarightnow.com

27

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Athleta A to Z jirbħu t-tieni unur BASKETBALL - ST JAMES H SUPER CUP

Athleta A to Z .....................119 Pavi Depiro............................53 (30-13, 28-16, 30-13, 31-11) Athleta: M. Naudi 24, R. Vella 12, C. Patus 34 , A. Aquilina 8, M. Gauci Montaldo, O. Said 25, M. Gouder 9, I. Tanti 7, S. Schembri. Depiro: J. Attard, D. Farrugia , D. Schembri 4, R. Rizzo 4, T. Zammit 8, N. Grech 2, M. Todorovic 23, R. Zammit, S. Zammit 6, K. Calleja, M. Borg 6, R. Grima.

Referees: B. Vassallo, E. Mangani u L. Camilleri. Kif kien mistenni, Athleta ma kellhomx diffikultà jegħlbu littim żagħżugħ tad-Depiro li hu tim mibdul kompletament minn dak tal-istaġun l-ieħor. Depiro żammew kuntatt biss fl-ewwel minuti 16-8 għax misseba’ minuta, Athleta żiedu rritmu u kisbu break ta’ 23-6. Depiro kellhom l-aħjar mument tagħhom wara t-tielet minuta tattieni sessjoni u sal-mistrieħ Athleta kienu 58-29 minn fuq. Bid-Depiro mhux kapaċi jżidu fil-logħob tagħhom, kien wieħed mill-eks R. Vella li ħames minuti mit-tmiem kiseb il-mitt punt.

Il-Ħadd intlagħbu wkoll lewwel żewg partiti mis-St James Hospital Shield tan-nisa fejn Hibs bdew b’rebħa fuq Honey Athleta waqt li Caffe Moak Luxol kisbu rebħa tajba fuq Phoenix. Hibs li tilfu lill-playmaker B. Zammit u J. Borg Cardona li marru ma’ Luxol, saħħew ittim bl-akkwisti ta’ C. Grima li l-istaġun l-ieħor kienet tilgħab fi Sqallija u J. Doughty mingħand Starlites. Wara li Athleta kellhom laħjar bidu 11-7 minn fuq, Hibs tjiebu u sa tmiem l-ewwel sessjoni qasmu l-logħob 19-13. Fit-tieni sessjoni wara li Athleta kienu erba’ punti

bogħod, seba’ punti mingħajr risposta għenu lil Hibs jerġgħu jitbiegħdu u marru jistrieħu 30-23 minn fuq. Wara tielet sessjoni bilanċjata, Athleta kellhom bidu tajjeb għall-aħħar għaxar minuti u maru punt vantaġġ 47-46. Hibs għaddew minn dan il-mument diffiċli u rkupraw il-vantaġġ li żammewh sat-tmiem 56-50. Luxol ma tantx kellhom jitħabtu biex għelbu lil Phoenix 71-22. Phoenix wara l-ewwel tlett minuti ġew dominati u sal-mistrieħ il-vantaġġ ta’ Luxol kien 30-12. Bir-reazzjoni tal-Phoenix ma tasalx, Luxol komplew jiddominaw sat-tmiem.

Il-holders Athleta A to Z Electronics rebħu t-tieni unur talistaġun meta fil-finali tas-St. James Super Cup għelbu lil Pavi.

ST JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

Bidu tajjeb għal Hibs

Angelo Borg (lemin) u Chrles Aquilina (xellug) flimkien mar-referee Mark Gauci

TABLE FOOTBALL

Jirbaħ l-ewwel turnament

Dan l-aħħar il-Valletta Lions Table Football Club organizza l-ewwel Open Turnament tal-istaġun tatTable Football fit-12th May Band Club f’Ħaż-Żebbuġ fejn Angelo Borg rebaħ 3-2 filfinali kontra Charles Aquilina. Fis semi-finali Angelo Borg

rebaħ lil Joseph Mifsud 2-1 waqt li Charles Aquilina rebaħ lil Mark Gauci 3-1. Angelo Borg issa jinsab fl-ewwel post tar-rankings b’50 punt segwit minn Charles Aquilina bi 30 punt u Joseph Mifsud u Mark Gauci it-tnejn b’20 punt. It-tieni turnament hu skedata għal Novembru.

Marco Todorovic ta’ Depiro, issikkat mill-eks plejer ta’ Depiro Isaac Tanti (lemin) u Chad Patus ta’ Athleta (ritratt: Joseph Galea)

Erba’ timijiet b’punti massimi SWAN

Iċ-Champions renjanti Valletta St.Pauli għelbu lil Ta’ Giorni Wolves 4-3,biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva filKampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tas-SWAN. Senglea Gunners għelbu lill-ġirien Cospicua Dynamos 3-1, Lija/Iklin rebħu kontra Mrieħel Juventude 3-0 u Dingli Eagles għelbu lil Għargħur Bushwackers 8-0. B’hekk dawn l-erba’ timijiet għandhom punti massimi minn żewġ logħbiet u jinsabu jaqsmu l-ewwel post Id-derby bejn Senglea Gunners u Cospicua Dynamos wassal biex il-Bormliżi ġarrbu ttieni telfa konsekuttiva għalkemm urew titjieb mil-logħba ta’ qabel. Fit-22 minuta l-Gunners marru fil-vantaġġ permezz ta’ Jurgen Pace li tefa’ fir-rokna tax-xibka. Fit-tieni taqsima Senglea ħarġu biex ikabbru l-iskor u fit43 minuta Carmel Formosa żied il-vantaġġ, imma l-Bormlizi għamlu reazzjoni u fil-45minuta naqqsu l-iskor permezz ta’ Christian Tabone. Il-Gunners reġgħu ħadu l-vantaġġ doppju għax fis-60 minuta Colin Gatt issiġilla r-rebħa 3-1.

Dingli Eagles komplew misserje pożittiva tagħhom meta għelbu lit-tim modest ta’ Għargħur Bushwacker 8-0. Partita bla storja fejn Dingli Eagles kienu superjuri u skurjaw erba’ gowls kull taqsima permezz ta’ doppjetti minn Ezzedden Muftah Saih u Jeffrey Azzopardi fl-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Dingli komplew jiddominaw u kisbu poker permezz ta’ tripletta personali ta’ Mariolino Bugeja u gowl ieħor ta’ Julian Camilleri. Valletta St. Pauli għelbu l-isfida qalbiena Ta’ Giorni Wolves 43 meta dawru telfa f’rebħa u telgħu fl-ewwel post b’punti massimi minn żewġ logħbiet. Ta’ Giorni qasmu l-logħob u kienu sfortunati li sofrew il-gowl flaħħar ħinijiet biex għadhom ifittxu l-ewwel punt staġjonali. Il-bidu kien kollu Ta’ Giorni Wolves li fl-ewwel attakk wara biss tliet minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kurt Cutajar. Fil-5 minuta Valletta kisbu ddraw permezz ta’ Glenn Barry imma ma tantx gawdewh għax fid-disa’minuta difensur Belti ta’ pass lura lill-gowlkiper li kien ħareġ minn postu bil-ballun

jispiċċa fix-xibka għal auto gowl klassiku. Fit-tieni taqsima l-Beltin ħarġu aggressivi u fil-45 minuta s-solitu Glenn Barry tefa’ fixxibka u fis-47 minuta l-istess Glenn Barry għaqqad it-tripletta personali b’gowl ieħor. Fit-58 minuta Kurt Cutajar b’xutt minn 20 metru kiseb id-draw u doppjetta personali, imma fil-65 minuta Valletta kellhom penalti u mill-11-il metru Jeffrey Zammit ma żbaljax għal 4-3. Lija/Iklin AFC għelbu lil Mrieħel Juventude wara li tul ilpartita kollha kienu aħjar millavversarji. Lija/Iklin wara biss 4 minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ Mark Cremona u fis17-il minuta kabbru l-iskor permezz ta’ David Mamo għal 2-0. Fit-tieni taqsima Lija/Iklin issiġillaw r-rebħa permezz ta’ Mark Cremona li kiseb dappjetta. Mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni Luqa Juniors għelbu lil Baħrija AFC 3-2 u kisbu lewwel rebħa staġjonali waqt li Fleur De-Lys wettqu s-sorpriża tal-ġurnata meta għelbu lil Marsa St. Micheal’s 2-1 biex ukoll ħadu l-ewwel rebħa staġjonali.


28

www.maltarightnow.com

L-Erbgħa, 15 ta’Ottubru, 2014

Difensur Żvediż imut ta’ 33 sena

Id-difensur Żvediż Piontus Segerstrom miet fl-età ta’ 33 sena u xahrejn wara li nstab li kellu kanċer f’moħħu. Il-captain ta’ IF Brommapojkarna lagħab 14-il logħba fl-ogħla diviżjoni Żvediża qabel instab li kellu kanċer wara li kien jilmenta minn uġiegħ ta’ ras. L-aħħar logħba tiegħu kienet partita ta’ kwalifikazzjoni millEuropa League kontra Torino fil31 ta’ Lulju.

SPORT

Jules Bianchi mhux se jċedi FORMULA 1

Is-sewwieq tal-Marussia Jules Bianchi “mhux se jċedi” minkejja li għadu f’kundizzjoni kritika wara l-inċident li kellu fil-GP talĠappun. Dan qalu missieru Philippe. Il-Franċiż ta’ 25 sena sofra injuries serji f’rashu meta baqa’ dieħel taħt tractor li kien qed ineħħi l-karozza maħbuta ta’ Adrian Sutil mill-ġenb taċ-ċirkwit. “Is-sitwazzjoni hi ddisprata” qal Philippe Bianchi. “Kull darba li jċempel it-telefon, nafu li jista’ jkun l-isptar biex jinformana li Jules hu mejjet. Mhux se jċedi. Ninsab ċert. Dan nista’ narah u nemmen fih.” Hu żied jgħid waqt intervista ma’ La Gazzetta dello Sport, “Inkellmu u naf li qed jismagħni. It-tobba qalulna li dan diġà hu miraklu għaliex ħadd qatt ma għex daqshekk wara inċident bħal dan. Imma Jules mhux se jċedi. It-

trainer tiegħu Andrea qal li jekk hemm persuna waħda li tista’ tagħmilha, hu Jules.” Philippe qal li l-familja hi kommossa bl-affett qawwi missewwieqa tal-Formula 1 li nġabru quddiem il-grid qabel il-GP tarRussja b’idejhom fuq spallejn xulxin b’sinjal ta’ solidarjetà għal Jules. “Qatt ma rajt ħaġa bħal din. Ħassejna ruħna kommossi u nirringrazzjaw lil kull wieħed minnhom. Ħafna minnhom kitbuli, Alonso, Vergne, Massa, kollha kellhom messaġġi qawwija. Hamilton kitibli email mill-isbaħ li fiha qalli li jekk hemm xi ħaġa li jista’ jagħmel, qiegħed hemm. Anke Rossi u Marquez millMotoGP.” Philippe qal ukoll li qed juża linċident li kellu s-seba’ darbiet champion tad-Dinja Michael Schumacher - li qed jirkupra saħħ-

Jules Bianchi – diġà hu miraklu li għadu ħaj

tu fid-dar tiegħu wara li weġġa’ rasu b’mod gravi - bħala punt ta’ riferiment. “Kont dispjaċut ħafna meta weġġa’ Schumacher u kont nistaqsi għalfejn ma jgħidulniex aktar dwar kif inhu. Illum ninsab fl-istess sitwazzjoni u nista’ nifhem. Kulħadd jistaqsini dwar

Jules imma ma nistax nirrispondi. M’hemmx risposta. Hi serja ħafna imma hu stabbli. Kultant jidher ftit aħjar u drabi oħra ftit agħar. Ittobba ma jgħidulek xejn. Il-ħsara tal-inċident hi kbira imma ma nafux kif se tevolvi. Anki Schumacher ħa xhur biex ħareġ mill-koma. Irridu biss nistennew.”

Fl-Afrika t’Isfel, kompla ttieni jum tas-smiegħ dwar is-sentenza li għandha tingħata lillatleta, Oscar Pistorius, bilProsekuzzjoni qed tanalizza lħidma ta’ Pistorius b’riżq il-karità waqt li tipprova tippreżenta lprovi irrifjutabbli li ħaqqu jmur il-ħabs għall-qtil tat-tfajla tiegħu, Reeva Steenkamp. Steenkamp, mudella ta’ 29 sena u gradwata fil-liġi, kienet inqatlet b’diversi tiri li Pistorius kien spara minn bieb tat-toilet magħluq, fir-residenza tiegħu fi Pretorja. Il-Prosekutur Gerrie Nel, ilbieraħ, iddubita l-veru skop wara x-xogħol filantropiku ta’ Pistorius u qed jallega li xxogħol kien intiż biex jgħin ilkarriera tiegħu. Dan meta lProsekuzzjoni ma taċċettax li sentenza ta’ priġunerija għandha

titqies bħala piena mhix xierqa għal Pistorius u skont ma qalu lavukati tad-difiża. Fl-istess ħin, Gerrie Nel qed jipprova juri li Pistorius hu aktar moħħu f’li jippromwovi lilu nnifsu għall-interessi personali u kummerċjali milli jiddedika ruħu b’mod ġenwin għall-kampanji karitatevoli. Il-Prosekuzzjoni ma taqbilx b’mod partikolari mas-suġġeriment li Pistorius għandu jiskonta sentenza ta’ priġunerija fid-dar tiegħu u anki jagħti s-servizz filkommunità. Oscar Pistorius jista’ jeħel sa ħmistax il-sena ħabs, għalkemm l-Imħallef, Thokozile Masipa, tista’ tiddeċiedi biex timmultah jew tagħtih sentenza sospiża. Is-smiegħ tas-sentenza fi Pretorja mistenni jdum diversi jiem.

Erba’ gowls ta’ Neymar għenu lill-Brażil ta’ Carlos Dunga jikseb rebħa faċli 4-0 fuq il-Ġappun f’partita ta’ ħbiberija fisSingapore Stadium. Neymar li kien il-captain tattim nazzjonali laqat il-lasta minn freekick qabel fetaħ l-iskor. Fit-tieni taqsima Neymar rdoppja b’azzjoni personali u

mbagħad aċċerta r-rebħa b’żewġ gowls oħra lejn it-tmiem. L-Arġentina għelbu lil Hong Kong 7-0 b’Gaitan, Higuain u Messi jiskorjaw doppjetta kull wieħed wara li Banega kien fetaħ l-iskor. F’partiti oħra Costa Rica rebħu 3-1 kontra l-Korea t’Isfel u ċ-Ċina għelbu lill-Paragwaj 2-1.

M’hix konvinta bil-ħidma ta’ Pistorius għall-karità

Poker ta’ Neymar FUTBOL


www.maltarightnow.com

30

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Conte sodisfatt bir-raba’ rebħa tiegħu fit-tmexxija EURO 2016 - WARA L-PARTITA MALTA VS ITALJA

Il-kowċ Taljan Antonio Conte kien diżappuntat bir-rebħa minima wara li t-tim tiegħu fl-ebda ħin ma deher qrib xi goleada bħalma setgħu ħasbu wħud qabel il-partita. Huwa għaraf il-fatt li t-tim fadallu ħafna x’jaqdef wara l-battikata kontra Malta bl-uniku gowl jasal mid-debuttant Graziano Pelle u għal 40 minuta sħaħ naqsu milli japprofittaw minn plejer aktar. “Ir-riżultat hu tajjeb. Stajna għamilna aktar fl-attakk imma lqatna wkoll erba’ darbiet illasta. Nistgħu nkunu aħjar imma konvint li b’9 punti minn tliet partiti l-moral hu għoli.” Conte jinsab ottimist dwar ilprospetti tal-Italja mill-grupp u li f’Novembru tiffaċċja lillKroazja mingħajr id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci li tkeċċa u postu mistenni jieħdu Angelo Ogbonna. Conte faħħar l-organizzazzjoni effettiva tal-Maltin anki wara li spiċċaw b’għaxra, għalkemm qal li ddefendew wisq għal ħinijiet twal. Hu jemmen li l-Italja tista’ turi titjib fil-logħbiet li jmiss u ma teżisti l-ebda logħba faċli f’dan il-livell. “Il-plejers għamlu sforz u kienet it-tieni logħba fi tliet ijiem fejn uħud mill-plejers ħassew lgħejja. Irbaħna, stajna konna aktar konsistenti quddiem il-lasta u kkumplikajna l-affarijiet bittkeċċija ta’ Bonucci, anke jekk naħseb li kienet deċiżjoni żbaljata. Il-plejers taw kulma kellhom. Dawn huma erba’ partiti f’sitt ġimgħat wara Tazza tad-Dinja diżastruża u l-Italja rebħet lerbgħa li huma. Apparti ċans wieħed qatt ma għaddejna minn xi periklu fuq wara.” Conte kompla li hu u l-plejers qed jittrattaw kull logħba u

Il-gowlkiper Malti Andrew Hogg isalva d-daqqa ta’ ras ta’ Bonucci fuq il-linja, nofs sekonda qabel Pelle skorja mir-rebound (ritratti: Roberto Runza)

avversarju bir-rispett dovut u skont il-merti tagħhom. Conte, fl-istess ħin, irrikonoxxa t-talent kbir fliskwadra tal-Kroazja u tkellem dwar ir-responsabbiltà li jridu jerfgħu l-plejers tiegħu, minkejja li ħafna minnhom għadhom qed isibu posthom fit-tim Taljan. Hu saħaq li l-plejers Taljani jeħtieġu jkomplu jaħdmu u jemmnu filkapaċitajiet tagħhom meta liskwadra tiegħu tinsab fi żmien ta’ tranżizzjoni. Tkellem ukoll l-awtur tal-gowl Pelle u l-attakkant ta’ Southampton qed jittama li lgowl tar-rebħa tiegħu ikun ippremjat b’aktar partiti mannazzjonal. “Kuntent ħafna. Kulħadd għandu vjaġġ differenti u kuntent li wasal hawn, speċjalment li skorjajt il-gowl importanti bħala attakkant. Kelli ċans ieħor u hi ħasra li ma daħalx. Minn banda nħossni pożittiv imma jien iebes ukoll miegħi innifsi u stajt għamilt aktar. Ma’ Ciro (Immobile) ħdimt tajjeb u matul

Banner imwaħħal mill-partitarji Taljani preżenti f’Ta’ Qali li jgħid li ġew Malta għal ‘sessjoni ta’ taħriġ’.

il-ġimgħa ħdimna mal-kowċ biex insibu għażliet ġodda. Jien Taljan u kburi li qed nilbes il-flokk talAzzurri. Nittama li jkolli ċans nerġa’ nilbsu,” qal Pelle. Claudio Marchisio ħass li lItalja setgħu kisbu rebħa akbar li kieku żammew il-pass għoli flattakk. “Il-mentalità li dħalna biha għal dawn il-partiti kienet tajba, kemm għal dik tal-Ġimgħa kif ukoll din f’Malta imma naħseb li għandna t-tendenza li nnaqqqsu wara li mmorru fil-vantaġġ. Meta nagħmlu hekk qed ikollna dif-

Andre Schembri jiġbed lil Candreva mill-flokk biex iwaqqfu milli jkompli l-azzjoni

fikultajiet kontra timijiet li jagħlqu tajjeb u jkollhom ħafna plejers wara l-ballun. Minn dan il-lat irridu nitjiebu. Ma rridux nibdlu l-istil wara li niskurjaw.” Sadanittant il-kowċ nazzjonali, Pietro Ghedin sodisfatt builprestazzjoni tal-plejers tiegħu, għall-mod kif qamu għallokkażjoni u innota li – kuntrarju għal kif żvolġiet il-logħba manNorveġja – il-Maltin kienu aktar dixxiplinati u rnexxielhom jagħlqu l-ispazji lit-Taljani li bdew jidhru frustrati aktar ma beda jgħaddi l-ħin.

Il-captain Malti, Michael Mifsud deher iddispjaċut ferm bit-tkeċċija tiegħu u jħoss li ddeċiżjoni tar-referee Rumen li kkommetta diversi żbalji oħra, ma kenitx xierqa. Hu qal li dak il-ħin kien antiċipa l-ballun u li lplejer avversarju ixxuttjalu saqajh, b’hekk ma jistax jifhem kif hu seta’ jintwera l-ħamra. Intant, Mifsud faħħar lil sħabu għall-wirja dixxiplinata u qal li lplejers Maltin kollha ħadmu u stinkaw għal xulxin f’kull dipartiment tal-ground.

Ciro Immobile jipprova xutt għal-lasta ssikkat minn Ryan Camilleri


www.maltarightnow.com

31

L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Ix-xutt ta’ Giovinco fl-aħħar ħinijiet li għeleb lill-gowlkiper Hogg imma spiċċa ma’ sieq il-lasta. Kienet ir-raba’ lasta li laqtu l-Italja fil-partita (ritratti: Martin Agius)

Mill-partita Malta vs Italja (0-1) EURO 2016

Rowen Muscat jipproteġi l-ballun issikkat minn Verratti u Pascqual (xellug)

Andre Agius jantiċipa lil Pelle bir-ras

L-awtur tal-gowl, id-debuttant Pelle mfixkel minn Zach Muscat f’tarf il-kaxxa ż-żgħira

Ciro Immobile jipprova xutt għal-lasta ta’ Hogg imdawwar bejn Andre Agius (xellug), Rowen Muscat (fuq wara) u Roderick Briffa (lemin)


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 15 ta’Ottubru, 2014

LOKALI

Tul tmiem il-ġimgħa li għadda u f’li ġej, f’Santa Luċija, f’Għawdex, il-Kumitat Amministrattiv qed jorganizza għat-tielet sena konsekuttiva attività tradizzjonali li tipprovdi spettaklu għal kull min iżur dan ir-raħal żgħir Għawdxi. ‘A Symphony of Lights’ fetħet nhar il-Ħadd, meta biex tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna ta’ Fatima li ħabtet l-għada, il-qalba tar-raħal inxtegħlet b’mijiet ta’ fjakkli fil-‘Fjakkolata’ annwali. L-attività tkompli nhar il-Ġimgħa, meta fil-pjazza żgħira ta’ Santa Luċija, jittella’ spettaklu ieħor tal-logħob tan-nar u dwal, bis-sehem tal-Gozo Youth Wind Band li se ttella’ programm varjat ta’ mużika ta’ kull ġeneru. (Ritratt: Kunsill Lokali Ta’ Kerċem)

More Supermarkets jiffaċċjaw problemi serji

Parzjalment migduma mill-frodi ta’ €40 miljun minn Ryan Schembri, More Supermarkets qed isibu diffikultajiet kbar biex ilaħħqu mal-ispejjeż u mal-ħlas lill-kredituri Joe Mikallef

Il-katina ta’ supermarkets More Supermarkets, li hi mifruxa ma’ Malta bi stabbilimenti kbar fil-Ħamrun, il-Mosta, il-Belt Valletta, San Ġiljan, il-Fgura u anki f’Ħaż-Żebbuġ, qed tiffaċċja problemi finanzjarji kbar ħafna, parzjalment dovuti għall-ingann ta’ €40 miljun fi frodi li bħalissa jinsab fuq fomm kulħadd. Sorsi qrib ħafna tal-kumpanija li tmexxi din il-katina ta’ supermarkets ilbieraħ qalu lil InNazzjon li għalkemm matul dawn l-aħħar ġimgħat ilkumpanija ffaċċjat ċertu tip ta’ problemi finanzjarji, jidher li flaħħar jiem dawn il-problemi żdiedu b’mod drastiku ħafna, anki minħabba li bosta suppliers irrikorrew għandha biex jitħallsu ta’ xogħol li tqassam tul ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew. Is-sorsi fissru li minn Settembru ’l hawn il-kumpanija bdiet toqgħod ferm attenta flordnijiet li kienet qed tagħmel mingħand id-diversi distributuri tagħha biex hekk l-infiq isir blaktar mod għaqli u sostenibbli. Madankollu jidher li minn meta faqqa’ l-iskandlu ta’ €40 miljun li fih hemm imdaħħal Ryan Schembri, li sa ftit xhur ilu

Bejn it-Tnejn filgħaxija u lbieraħ, More Supermarket fil-Ħamrun kien magħluq wara li s-servizzi tad-dawl kienu sospiżi minħabba li waqa’ lura fil-ħlas tal-arretrati

kien direttament involut f’More Supermarkets, il-kredituri bdew jiġru wara flushom ferm aktar minn qatt qabel. Is-sorsi li tkellmu ma’ InNazzjon fissru li t-tmexxija ta’ More Supermarkets fil-jiem li għaddew għamlet ħilitha kollha biex tikkonvinċi lill-kredituri tagħha li dan il-mument ta’ diffikultà hu biss wieħed temporanju u li b’għaqal jgħaddi b’wiċċ ilġid. Madankollu bosta mill-kredituri baqgħu jinsistu li mhux biss ma jagħtux aktar prodotti lil More Supermarkets, iżda li jridu wkoll fi żmien qasir il-flus dovuti lilhom jew inkella pjan konkret kif se jitħallsu. Nifhmu li fid-dawl ta’ din issitwazzjoni mwiegħra, it-tmexxija ta’ More Supermarkets sejħet laqgħa għall-kredituri kollha

tagħha u din il-laqgħa mistennija ssir għada l-Ħamis. F’din illaqgħa t-tmexxija tal-kumpanija mistennija mhux biss tagħti rendikont dettaljat dwar il-qagħda li tinsab fiha l-kumpanija, iżda se tfisser ukoll il-pjan tagħha ta’ ristrutturar biex More Supermarkets tkun tista’ tissokta b’suċċess l-operat tagħha. Sadanittant, dawk kollha li nhar it-Tnejn filgħaxija u lbieraħ marru More Supermarket filĦamrun, sabuh magħluq wara li s-sidien kienu kostretti jissospendu s-servizzi tagħhom wara li rċivew talba oħra millKorporazzjoni Enemalta biex b’mod immedjat iħallsu millinqas €50,000 biex ikunu koperti parti mill-arretrati li l-kumpanija għandha tagħti lill-Enemalta. ‘In-Nazzjon’ ilbieraħ f’ħinijiet

differenti tal-ġurnata żar Daniel’s Shopping Complex, fi Triq ilKbira, il-Ħamrun, u seta’ jinnota avviż imwaħħal mal-bieb prinċipali li kien jgħid “Supermarket Temporarily Closed – we apologise for any inconvience caused”. ‘In-Nazzjon’ kien ilu mitTnejn filgħaxija jsegwi mill-qrib dak li kien qiegħed jiġri f’More Supermarket tal-Ħamrun li nhar it-Tnejn filgħodu fetaħ bħassoltu, iżda aktar tard matul il-jum kellu jingħalaq ħesrem minħabba li l-Korporazzjoni Enemalta qatgħet il-provvista tad-dawl. Nifhmu li s-sidien ta’ More Supermarket ilbieraħ iltaqgħu biex jiddiskutu din il-problema serja u kif tista’ tkun solvuta b’mod immedjat ħalli l-istabbiliment fil-Ħamrun ikun jista’ jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu. Sa April jew Mejju ta’ din issena, wieħed mill-proprjetarji ta’

More Supermarkets kien Ryan Schembri li bħalissa hu mfittex mill-Pulizija u minn għadd kbir ta’ investituri u negozjanti b’rabta ma’ frodi li taqbeż l-€40 miljun. Kien il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ li b’mod esklussiv żvela din laħbar kbira ta’ frodi mifruxa li fiha hemm migdumin għadd kbir ta’ investituri u negozjanti Maltin. Dan il-ġurnal qed ikompli jinvestiga din l-istorja u qed jiltaqa’ ma’ aktar negozjanti migduma f’din il-frodi li wasslet biex Ryan Schembri jaħrab minn Malta f’nofs Settembru li għadda.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.