In-Nazzjon 10 ta' Ottubru 2014

Page 1

www.maltarightnow.com

4

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Il-burokrazija ttellef fondi mill-UE lill-MUT

Il-burokrazija żejda li teżisti f’pajjiżna u r-riżorsi umani limitati fl-iskejjel qed iwasslu biex ilUnion tal-Għalliema titlef fondi Ewropej, jew inkella tagħżel li ma tapplikax minħabba li ssibha diffiċli biex timmaniġġja dawn il-fondi. Dan qalu l-President tal-MUT Kevin Bonello, waqt laqgħa li kellu mal-MEP Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li qed tiltaqa’ ma’ entitajiet differenti li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni. Kevin Bonello tkellem ma’ dan il-ġurnal u qal li teżisti ħafna burokrazija, fosthom formoli li jridu jimtlew. “Nifhem li jrid ikun hemm ċerti regolamenti imma għaqdiet

b’limitazzjonijiet bħall-MUT għandu jkollhom entità jew xi ħadd li xogħlu jkun li jgħin biex isiru applikazzjonijiet għallfondi Ewropej,” sostna Kevin Bonello. Hu enfasiżża wkoll fuq ilħtieġa li f’pajjiżna jitwaqqaf Bord permanenti ffurmat minn rappreżentanti tal-Gvern u lOppożizzjoni, kif ukoll rappreżentanti ta’ dawk li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni biex jiġu diskussi l-problemi veri ta’ dan is-settur. Tkellimna wkoll dwar ma’ Therese Comodini Cachia dwar dak li tixtieq tikseb permezz talħidma tagħha fuq livell Ewropew. Hi spjegat li l-UE trid tasal għal tip ta’ edukazzjoni

ħolistika li tipprepara wkoll lillistudent fil-karattru tiegħu, filħiliet u biex ifittex impjieg u jidħol fid-dinja tax-xogħol. Kompliet li l-Unjoni Ewropea hemm bżonn li tagħti kull sapport u toħloq kull miżura possibbli biex issaħħaħ l-għalliema li għandhom vokazzjoni u responsabbiltà li jwasslu lit-tfal biex jinbidlu f’żgħażagħ. L-ewroparlamentari tal-PN, li hi membru tal-Kumitat talParlament Ewropew dwar lEdukazzjoni u l-Kultura, esprimiet ix-xewqa tagħha li din tkun waħda minn sensiela ta’ laqgħat mal-MUT li matulhom jiġu diskussi problemi kurrenti li jqumu minn żmien għal ieħor.

Illum il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali

Kate Gonzi waqt it-tqassim tal-€20,500 li nġabru mill-ktieb tagħha, lil entitajiet li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa mentali (Ritratt: Martin Agius)

Lejliet il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, disa’ entitajiet li jaħdmu ma’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali bbenefikaw minn għotjiet ta’ flus miġbura mill-bejgħ talktieb “Kate Gonzi: From the Heart”. Il-ktieb tnieda f’Diċembru li għadda, u l-1,200 kopja tiegħu nbiegħu immedjatament biex mill-qligħ tiegħu, u bl-appoġġ ukoll ta’ numru ta’ sponsors, inġabret is-somma ta’ €20,500. Dawk li gawdew huma lFondazzjoni Richmond, lAssoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali, is-St. Jeanne Antide Foundation, il-Gozo Mental Health Association, il-Friends of

Mount Carmel Hospital, il-Malta Autism Parents Association, itThursday Club ta’ Caritas Malta, Lejn Xefaq Ġdid u Suret ilBniedem. Il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali jitfakkar kull 10 t’Ottubru bilgħan li jitqajjem għarfien dwar problemi ta’ saħħa mentali. Il-ktieb tas-Sinjura Gonzi kellu l-iskop li minbarra jiġbor fondi għal din il-kawża, jitqajjem ukoll għarfien dwar problemi ta’ saħħa mentali. F’kummenti lil dan ilġurnal, Kate Gonzi fissret ruħha sodisfatta, speċjalment li qed jiġu mgħejuna dawn l-għaqdiet li tant jaħdmu ma’ persuni fl-iktar mumenti diffiċli f’ħajjithom.

Saret anke laqgħa f’Dar Kenn għal Saħħtek li tipprovdi servizz u programmi għal persuni li jbatu bl-obeżità. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Nazzjonalista għandu dan il-qasam għal qalbu u apparti l-preżentazzjoni ta’ din il-liġi fil-Parlament, organizza numru ta’ attivitajiet oħrajn marbutin ma’ dan il-qasam, fosthom konferenza dwar l-isport f’Ġunju li għadda kif ukoll “healthy living corner” fuq ilFosos waqt l-attivitajiet talIndipendenza.

Waqt l-attività fil-Junior College tkellem ukoll Ben Mifsud, żagħżugħ ta’ 36 sena li fi ftit żmien irnexxielu jibdel listil tal-ħajja tiegħu, tant li minn persuna obeża, illum mhux biss jipprattika l-isport, iżda anke huwa atleta tattriathlon. Ben, li kien jiżen 120 kilo, illum ma jaqbiżx it-80 kilo u appella lil kulħadd, partikolarment liż-żgħażagħ biex ikunu determinati u kuraġġużi meta jiġu biex jagħmlu għażla dwar l-istil ta’ ħajja tagħhom.

L-Oppożizzjoni se tressaq il-liġi dwar l-obeżità għat-tieni stadju fil-Parlament L-MEP tal-PN Therese Comodini Cachia fil-laqgħa mal-MUT ilbieraħ (Ritratt: Martin Agius)

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tara li nhar il-Ħamis 6 ta’ Novembru, il-Parlament jibda ttieni qari tal-Liġi dwar l-Obeżità u l-Ħajja Sana li kienet tressqet mill-Oppożizzjoni quddiem ilParlament f’Ġunju li għadda. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert

Cutajar ħabbar dan waqt konferenza li saret fil-Junior College fl-Imsida, dwar il-ħajja sana. Robert Cutajar qal li fl-aħħar xhur, il-Gvern kaxkar saqajh fuq din il-liġi wara li din għaddiet mill-ewwel qari fil-Parlament. Qal li madankollu l-

Oppożizzjoni se tkun qed tuża lġurnata fil-Parlament iddedikata għax-xogħol tal-Oppożizzjoni, biex din il-liġi tibda tiġi diskussa bis-serjetà fl-istadju tat-tieni qari. F’kumment lil dan il-ġurnal, Robert Cutajar qal li wara li jsir it-tieni qari, imbagħad il-liġi tgħaddi għat-tielet qari li jsir flistadju ta’ Kumitat. Hu qal li jista’ jkun li l-liġi tiġi emendata, anke wara aktar laqgħat li hu kellu f’isem lOppożizzjoni ma’ numru kbir ta’ msieħba f’dan il-qasam.

Robert Cutajar maż-żgħażagħ wara l-konferenza fil-Junior College lbieraħ


www.maltarightnow.com

6

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Irridu nifhmu li l-familja llum tinkludi forom differenti

– l-Isqof Mario Grech waqt is-Sinodu

L-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech bħalissa qed jieħu sehem fis-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma

Ħaddiema tan-Nylon Knitting inkwetati fuq l-impjieg tagħhom

Ħaddiema tal-fabbrika Nylon Knitting infurmaw lil dan il-ġurnal li fl-aħħar sigħat ġew avżati li meta jiġi fi tmiemu l-kuntratt taxxogħol tal-ħaddiema f’diversi dipartimenti, dan mhux se jiġi mġedded. Il-ħaddiema li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ qalu wkoll li madwar 40 ħaddiem fl-aħħar xhur telqu minn mal-fabbrika, jew ma kellhomx il-kuntratt imġedded, filwaqt li lfabbrika ma daħħlitx ħaddiema oħra biex jieħdu posthom. Il-ħaddiema nnutaw ukoll li flaħħar xhur kien hemm dipartimenti li naqqsu l-magni tal-produzzjoni bin-nofs. Il-ħaddiema sostnew li dan qed iwassal għal inkwiet kbir għalihom u għall-familji tagħhom hekk

kif joħloq inċertezza kbira fuq ilfutur tal-impjieg tagħhom u talfabbrika f’Malta. ‘In-Nazzjon’ għamel kuntatt mad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani ta’ Nylon Knitting, iżda qalulna li l-fabbrika m’għandhiex kummenti x’tagħmel. Tkellimna wkoll mar-rappreżentant tal-General Workers Union, Pawlu Bugeja, li talabna nibagħtulu email bil-mistoqsijiet. ‘In-Nazzjon’ talbu jikkonferma l-informazzjoni li bagħtulu l-ħaddiema u x’qed tagħmel il-GWU biex tissalvagwardja l-impjieg tagħhom. Imma jidher li anke lGWU m’għandhiex kummenti x’tagħmel, hekk kif Pawlu Bugeja ma bagħat l-ebda risposta sal-ħin stipulat minn dan il-ġurnal.

Mingħajr ma nbiddlu u nxejnu l-Vanġelu tal-familja, irridu nifhmu li l-familja llum hi anki dik tar-raġel u l-mara divorzjati, u li qed jgħixu fit-tieni relazzjoni, u dik li fiha wlied b’orjentazzjoni omosesswali. Dan kien parti mill-indirizz tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech waqt is-sitt laqgħa talAssemblea Ġenerali Straordinarja tas-Sinodu talIsqfijiet, li qed isir fil-Vatikan. Id-diskors ta’ Monsinjur Mario Grech sar fil-preżenza tal-Papa Franġisku.

Fl-indirizz tiegħu, l-Isqof Mario Grech qal li l-Knisja għandha tkun taf tajjeb lillfamilji tagħha, bil-għan li tkun tista’ twassal il-Vanġelu b’mod konkret. Monsinjur Grech irrefera wkoll għal-lingwaġġ tal-Knisja, li fi kliemu, għandu jkun lingwaġġ ta’ Knisja li hi omm ħanina u fl-istess ħin tabib. Qal li ħass dan il-bżonn filKnisja wara li sema’ lill-familji ta’ persuni b’orjentazzjoni omosesswali, li jħossuhom imweġġgħin bil-lingwaġġ użat

għalihom f’xi kitbiet, inkluż filKatekiżmu tal-Knisja Kattolika, u minħabba f’hekk qed ibatu biex iżommu ħajja l-fidi tagħhom fi Kristu. Il-lingwaġġ iebes tal-Knisja kien trattat b’mod estensiv f’dan is-Sinodu, b’diversi Isqfijiet u kelliema jitkellmu dwar il-mod kif il-mexxejja talKnisja xi drabi jittimbraw linnies b’ċertu diskors li mhux neċessarjament huwa diskors li jistieden lill-poplu Nisrani biex iqarreb lilu nnifsu lejn ilKnisja.

Is-sena l-oħra, f’pajjiżna kienet iġġenerata 1.6% biss talenerġija li tiġġedded, bil-maġġoranza assoluta, 83.7%, tkun enerġija ġġenerata minn pannelli fotovoltajċi. Il-kumplament, 16.3% kienet iġġenerata minn sorsi oħra. Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Minkejja li l-persentaġġ hu wieħed baxx, l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli prodotta fl2013 tela’ għal 36,692 megawatt

minn 1,731 megawatt iġġenerati fl-2010. L-istess statistika tal-NSO turi li d-domanda għall-enerġija f’pajjiżna naqset b’2.3% fl-2013 wara li kienet żdiedet b’4.6% fl2012. B’hekk l-ogħla domanda għall-enerġija kienet reġistrata fl-2007 segwita mis-sena 2008. Jirriżulta wkoll li madwar 20% tal-enerġija kollha ġġenerata f’pajjiżna tintuża fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, b’medja ta’ 407 u 405 megawatt rispettivament.

Transport Malta qed tinvestiga l-kawża ta’ tixrid ta’ żejt fil-Port ta’ Marsaxlokk u f’Birżebbuġa. S’issa għadu mhux magħruf xi kkawża dan it-tixrid taż-żejt, u bdiet immedjatament ħidma ta’ tindif biex jitneħħew l-irqajja’ taż-żejt miz-zoni kontaminati. L-operazzjoni ta’ tindif qed tiġi kkordinata mill-uffiċjali talAwtorità filwaqt li xi vapuri li kienu jinsabu fit-terminals talMalta Freeport se jkollhom jitnaddfu qabel ibaħħru biex ma jkomplix jinfirex it-tniġġis.

Fl-2013, 1.6% biss Tixrid tal-enerġija f’Malta ta’ żejt kienet rinnovabbli fil-baħar


www.maltarightnow.com

7

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

KUNSILLI LOKALI

Kumment

Kompromess sieket Id-drama b’rabta mal-proposta tal-Gvern Laburista li jħassar l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali sas-sena 2019 kompliet tieħu xejra oħra, hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li se jbiddel il-proposta tiegħu

f’waħda li skont hu, se tkun il-frott tal-kompromess, u għalhekk twassal għal kunsens wiesa’. Interessanti, iżda, li millewwel ħareġ li għal darb’oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat bl-ebda mod ma kkon-

sulta mal-Kap talOppożizzjoni dwar din ilmaterja. Il-Prim Ministru qed jerġa’ jagħżel li jimxi waħdu u għal rasu, u jistenna bħala dritt awtomatiku, li kulħadd ibaxxi rasu. U ġaladarba ma tkellimx

Festa ta’ għaqda u kultura f’Ħal Balzan Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan immexxi minn maġġoranza tal-Partit Nazzjonalista llejla se jkun qed jorganizza festa ta’ spettaklu, kultura, u fuq kollox, għaqda fir-raħal. Dan hekk kif illejla mis-7.30 p.m. ’l quddiem se jkun qed

ittella’ l-attività ‘Festa Kultura’, fil-pjazza prinċipali tar-raħal. Fiha se jieħdu sehem kantanti magħrufa bħal Mike Spiteri u Marisa D’Amato u talent ieħor bħal In Guardia, flisfond ta’ żfin u nar, iżda fuq

kollox, se jieħdu sehem lgħaqdiet kollha tal-lokal. Fost l-għaqdiet hemm iż-żewġ każini tal-banda fil-lokal, iċ-ċentru taż-żgħażagħ u anke lKumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Laburista.

Il-faċċata tal-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, immexxi minn maġġoranza Laburista, bħalissa qed tqanqal ħafna lmenti minn bosta residenti. Ilmenti li saħansitra qegħdin isiru fuq il-media lokali wkoll. Dan hekk kif il-faċċata tal-uffiċċju tal-Kunsill, diġà deskritta minn ħafna bħala waħda mitluqa, kompliet ħadet daqqa ta’ ħarta hekk kif pajp installat minħabba airconditioner ġdid twaħħal mal-faċċata bl-aktar mod ta’ malajr u mingħajr ebda konsiderazzjoni għall-element estetiku.

mal-Kap tal-Oppożizzjoni, li bla dubju huwa “key player” f ’dawn l-elezzjonijiet, ma’ min eżatt ħass li għamel kompromess il-Prim Ministru? U fuq kollox, x’inhi allura issa l-proposta tal-Gvern? U għaliex il-Gvern qiegħed jip-

persisti li jħalli lil kulħadd fid-dlam? Marzu 2015 jinsab wara lbieb, u numru kbir ta’ Kunsilli Lokali issa jinsabu fid-dlam aktar minn qatt qabel. Dan mhu xejn għajr diżrispett assolut mill-Gvern Laburista!

‘In-Nazzjon’ ta’ spiss qed ikollu l-okkażjoni juri x-xeni tal-mistħija ta’ telqa u ħmieġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar li fil-preżent għandha Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista. Jidher li grupp ta’ residenti f’San Pawl il-Baħar li huma membri f’paġna fuq Facebook iddedikata lir-residenti, reċentement ħadu l-inizjattiva u għamlu dak li m’għamilx il-Kunsill Lokali – taw tindifa lil numru ta’ zoni fil-lokalità. Inizjattiva li żgur għandha tqanqal reazzjoni pożittiva fost ħafna.

KKLPN Live on Air L-iskeda l-ġdida ta’ Radio 101, li ġabet magħha numru ta’ bidliet, rat ukoll l-introduzzjoni ta’ programm ġdid imtella’ millKulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista. Il-KKLPN se jkun qed itella’ programm li se jkollu

fiċ-ċentru tal-attenzjoni tiegħu lKunsilli Lokali, kull nhar ta’ Ġimgħa bejn id-9.30 p.m. u l10.30 p.m. fuq Radio 101. Lgħan tal-programm hu li jkompli dejjem isaħħaħ ir-rabta bejn issemmiegħa u l-Kunsilli Lokali.


www.maltarightnow.com

8

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Is-sitwazzjoni fil-Punent mhix megħjuna mill-fatt li l-qawwa ekonomika dejjem tikber taċ-Ċina qed twassal lill-pajjiżi tal-Punent biex jisktu kważi għalkollox quddiem l-abbużi kontra d-drittijiet umani li kienu u għadhom iseħħu hemmekk, ma jmurx inaffru l-investiment Ċiniż

L-invażjonijiet barbariċi, it-tieni rawnd

L-istorja tgħallmek. U bħalma qal George Santayana, min jinsa l-istorja huwa kkundannat jirrepetiha. Dan jgħaddili minn moħħi meta nirrifletti dwar dak li għaddej bħalissa fil-Lvant Nofsani, bl-avvanz donnu bla rażan tal-qawwiet tal-Istat Iżlamiku u wkoll ta' militanti Iżlamici dejjem iktar aggressivi f'partijiet oħra tad-dinja. Tistħajlek qiegħed fil-perjodu madwar ir-raba' u l-ħames seklu wara Kristu meta l-Imperu Ruman tant kien infirex u sar dekadenti, li tribujiet relattivament żgħar ta' barbari (b'armati ferm inqas dixxiplinati u b’saħħithom mill-eżerċtu Ruman fl-aqwa tiegħu) bdew jaħtfu partijiet kbar minnu. Saħansitra waslu biex għal tliet darbiet, f'inqas minn mija u ħamsin sena, jidħlu fil-belt ta' Ruma nfisha fejn wettqu ħerba liema bħalha. Dakinhar tal-ewwel ħerba, imwettqa millViżigoti taħt Alariku fl-410WK, San Ġlormu (il-pijunier tal-istudji bibliċi li kien qed jgħix Betlem) qal: "Il-Belt li ħadet id-dinja kollha issa ttieħdet hi wkoll." Forsi l-istess għad jingħad dwar il-kultura Oċċidentali (talPunent) li aħna niffurmaw parti minnha. Matul is-sekli li għad-

dew, l-ewwel l-Imperu Ingliż (flimkien ma' qawwiet kolonjali oħra Ewropej) u mbagħad l-Istati Uniti tal-Amerka "ħadu d-dinja", megħjunin mill-qawwa ekonomika u teknoloġika tagħhom. Tmur fejn tmur fid-dinja ssib interessi kummerċjali tal-Punent, ħwienet tal-fast-food Amerikani, u xewqa għal stil ta’ ħajja bħal tal-Punent. Iżda aħna li ngħixu fil-Punent nafu li r-realtà mhijiex daqshekk sempliċi. Ilna numru ta’ snin nisimgħu dwar kriżi demografika fl-Ewropa, jiġifieri li n-numru ta’ trabi li jitwieldu (b’mod speċjali f’pajjiżi bħall-Italja) mhuwiex biżżejjed biex ipatti għall-imwiet u jsostni l-ekonomija tal-pajjiż. Ma’ dan irridu nżidu diversi sitwazzjonijiet oħra li – min għandu naqra sens komun – faċilment jarahom bħala sintomi ta’ kultura marida (jekk mhux ukoll moribonda). Il-kriżi ekonomika ta’ dawn l-aħħar snin u l-qgħad kroniku (b’mod speċjali fost iżżgħażagħ) huma sintomi ċari li forsi kulħadd jaċċettahom. Iżda hemm sintomi oħra li mhux kulħadd jammettihom, jew li saħansitra jarawhom bħala avvanz. L-abort, pereżempju, li bosta jqisuh bħala kisba soċjali għax joffri lill-mara l-hekk imse-

Il-Punent li xi darba kien l-għira tad-dinja issa sar qisu tallab marid!

Dun Brendan M. Gatt brendissimo@gmail.com

jħa “għażla” fuq il-fakultajiet riproduttivi u l-ġisem tagħha (u konvenjentement jinsew li dan wassal għal ġenoċidju ta’ miljuni ta’ trabi). Jew inkella l-permissività sesswali li estendiet ruħha għal kull aspett tal-ħajja tagħna, mir-reklamar sal-mużika popolari, mill-films u t-televiżjoni salmoda. Jien ma nqisx lili nnifsi skrupluż, imma l-ilbies li kultant tara waqt xi tieġ jew okkażjoni soċjali jġiblek għajnejk wara widnejk. Jew tkun għaddej bilkarozza mad-dawra ta’ Paceville u tara l-biċċa l-kbira tat-tfajliet (xi wħud minnhom żgur taħt letà) libsin ħwejjeġ li iktar jixirqu lil xi prostituta jew stripper milli lil tfajla jew mara f’sensiha.

U dan għadu mhu xejn ħdejn dak li għaddej f’pajjiżi oħra. Ilfamuża ideoloġija tal-gender ukoll dejjem qed issir iktar aggressiva, bi tfal ta’ età dejjem iżgħar jiġu sesswalizzati u użati għal skopijiet ideoloġiċi. Smajna f’dawn l-aħħar jiem każ mill-istat Amerikan ta’ Colorado dwar tifel ta’ sitt snin (imma li jħoss li hu tifla) li l-ġenituri tiegħu qed itellgħu lill-iskola tiegħu l-qorti għad-danni għax l-iskola ma tippermettilux juża l-kamra talbanju tal-bniet. Għalxejn l-iskola (li hi meqjusa progressiva) ipprotestat li diġà għandhom kmamar tal-banju “gender neutral” jiġifieri li jista’ jużahom kulħadd, hu x’inhu s-sess jew issesswalità ta’ dak li jkun. Il-ġenituri baqgħu jsostnu li la dan ittifel iħoss li hu tifla, allura għandu jitħalla juża t-toilet tal-bniet għax inkella jiġi sottomess għal bullying u vittimizzazzjoni. Kellu raġun min qal li ħdejn iddinja tal-lum, Sodoma u Gomorra

(dawk il-bliet fil-ktieb tal-Ġenesi li nqerdu minħabba l-perversità u l-ħażen tagħhom) kienu biss dilettanti! U s-sitwazzjoni filPunent mhix megħjuna mill-fatt li l-qawwa ekonomika dejjem tikber taċ-Ċina qed twassal lillpajjiżi tal-Punent biex jisktu kważi għalkollox quddiem labbużi kontra d-drittijiet umani li kienu u għadhom iseħħu hemmekk, ma jmurx inaffru l-investiment Ċiniż. Il-Punent li xi darba kien l-għira tad-dinja issa sar qisu tallab marid! Ħmistax-il seklu ilu, il-kmandanti tal-armati Viżigoti, Vandali u Ostrogoti ħarsu lejn lEwropa ta’ dak iż-żmien u fehmu li kien żmien ideali biex jattakkaw għax l-Imperu Ruman kienet marid. Mingħajr ma rrid bl-ebda mod nidher qed niġġustifika l-ideoloġija ta’ mibegħda tal-Istat Iżlamiku, kultant nissuspetta li l-kapijiet tiegħu qed iħarsu lejn il-Punent u jaħsbu listess ħaġa.


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Malta anqas attraenti għall-investiment barrani

Il-kumpanija dinjija ta’ konsulenza finanzjarja u ekonomika, Ernst and Young, nhar l-Erbgħa nidiet l-istħarriġ tagħha dwar kemm Malta hi attraenti għall-investiment barrani. Dan hu stħarriġ dettaljat dwar kif jarawna l-investituri barranin; stħarriġ li ġie diskuss f’konferenza ta’ livell għoli ħafna.

Attraenti anqas u inċerta aktar U x’sab dan l-istħarriġ? Sab li Malta għadha attraenti għallinvestitur barrani imma naqqset fl-attrazzjoni tagħha fl-aħħar sena u naqqset ukoll l-ottimiżmu għal li ġej.

Stabbiltà politika u sħubija fl-UE Malta hi attraenti għall-investiment barrani – li nafu kemm ġie minnu fl-aħħar snin – grazzi għall-istabilità politika li nbniet wara d-daqqa tas-snin tmenin u grazzi għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Attraenti Malta għax fl-aħħar 25 sena fasslet qafas li jinċentiva linvestiment b’anqas taxxi u b’regolaturi indipendenti mill-Gvern u serji.

Ftuħ fl-edukazzjoni Attraenti Malta għax għandha ħaddiema kwalifikati u mħarrġin grazzi għall-ftuħ fl-edukazzjoni mill-1987 mhux biss flUniversità imma wkoll bit-twaqqif tal-MCAST u istituzzjonijiet oħrajn fosthom ċentri ta’ universitajiet barranin.

Tkabbir minħabba s-settur tal-gaming Dan hu għaliex Malta għamlet is-suċċess li għamlet u ġibdet industriji ġodda bħas-servizzi finanzjarji, il-qasam marittimu, lavjazzjoni, il-farmaċewtika, manifattura sofistikata f’diversi oqsma, anke l-qasam ġdid tal-gaming li l-istħarriġ isib li lekonomija Maltija se tikber fis-snin li ġejjin minħabba fih.

Malta anqas ottimista u attraenti Imma l-istħarriġ ma qalx lil Malta dak biss li tieħu pjaċir tisma’. U f’dak li qal, hemm fejn wieħed jitħasseb. Għax fl-aħħar sena Malta saret anqas attraenti għall-investiment barrani u żdiedet linċertezza. Waqgħa ta’ 24 fil-mija fil-manifattura L-istħarriġ sab li d-ditti li qalu li jsibu lil Malta attraenti għallinvestiment fl-aħħar sena naqsu b’10 fil-mija. U dawn ma naqsux aktar għax il-qasam tas-servizzi finanzjarji żamm sod. Għax filmanifattura – il-fabbriki kruċjali biex nesportaw – dawk li jaraw lil Malta attraenti għall-investiment naqsu b’24 fil-mija.

L-inċertezza tirdoppja Anke għat-tliet snin li ġejjin, l-ottimiżmu naqas bi 11 fil-mija u dawk li ma wieġbu xejn x’jistennew fit-tliet snin li ġejjin irduppjaw, minn kwart għal nofs.

Bażi tajba mibnija fuq 25 sena Malta għandha bażi tajba ħafna, mibnija fuq 25 sena, biex tkun attraenti għall-investiment.

Il-Gvern ma jistax jibqa’ jibbaża biss fuq l-ispinta tajba li wiret Imma l-Gvern ma jridx jibqa’ jaħseb li l-ekonomija se tibqa’ miexja biss bl-ispinta tajba li wiret mingħand ta’ qablu. U jrid ikollu pjan – allavolja diġà sentejn tard – ta’ x’industriji ġodda jrid jiġbed lejn Malta fis-snin li ġejjin kif il-gvern ta’ qabel ġibed tant industriji ġodda fl-aħħar snin.

9

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

L-istaġun tal-insib

Wara ħafna taqtigħ il-qalb, inkejja jew impożizzjonijiet, bilftuħ tal-istaġun tal-insib talgħasafar fil-ħarifa se jerġa’ jkun jista’ jiġi prattikat dan id-delizzju minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Ottubru sa nhar l-Erbgħa 31 ta’ Diċembru 2014. Minkejja li sħabi n-nassaba se jerġgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom b’tant restrizzjonijiet u sorveljanza kontinwa mill-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna, u taħt illenti tal-oħrajn li huma preġudikati kontra d-delizzju talinsib u kontra n-nassaba nfushom, dan il-ftuħ tal-istaġun għandu jtaffi xi ftit mis-sagrifiċċju u l-kalvarju li għaddejna intortament minnu f’dawn laħħar snin. Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti jixtieq ukoll jissimpatizza ma’ numru ieħor ta’ nassaba, li minħabba ċirkostanzi ferm iebsa li tfasslu rregolamenti fihom, u li kultant jidher li kienu nieqsa minn ħafna trufijiet prattiċi, għamluha diffiċli għalihom biex huma wkoll setgħu jgawdu ftit mill-ħafna u ħafna li tilfu. Il-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti jawgura

kull suċċess lin-nassaba li se jeżerċitaw id-delzzju tagħhom waqt il-prattika tiegħu, u jappellalhom biex josservaw ir-regolamenti b’dover u obbligu, kemm għalihom kif ukoll għan-nassaba l-oħra sħabhom u kollegi.

naħa tal-Gvern, jibda jagħmel konferenzi biex javża lin-nies b’dak li jkun għaddej, u ma nikkuntentawx biss bi stqarrija għall-istampa min-naħa talGvern.

Edward Decelis Segretarju Ġenerali MKNA

Dak l-ispeċi ta’ monument

Il-prezz tad-diesel

Fil-Kunsill Ġenerali tal-PN li sar f’Għawdex matul tmiem ilġimgħa li għaddiet, kienet f’waqtha l-osservazzjoni tadDeputat George Pullicino, li meta fi żmien gvern tal-PN, ilprezz taż-żejt kien fil-livell li hu llum, il-prezz tad-diesel kien ta’ €1.06 kull litru. Illum il-prezz hu ta’ €1.36 kull litru, jew 30ċ ogħla minn dak iż-żmien. U b’dan il-prezz, il-Gvern rabatna sal-aħħar tas-sena biex bħallikieku għamlilna pjaċir li żamm il-prezz stabbli! Fuq l-istess livell, il-prezz talgass, issa li dieħla x-xitwa, għola b’90ċ u sa fejn naf jien, ma rajt ebda konferenza pompuża talaħbarijiet min-naħa tal-Gvern biex tħabbar dan. Għalhekk nitlob lill-PN biex fin-nuqqas ta’ konferenza tal-aħbarijiet min-

25 sena ilu f'In-Nazzjon

Silvia Debono Marsaskala

Kwistjoni ta’ gosti, imma dak l-ispeċi ta’ monument barra lBelt m’għoġobni xejn. Għalija, m’għandux sura. Baqa’ ċatt. Għamlulna telgħa oħra bħall-Għolja tal-Ħelsien filBirgu. Barra minn dan, sar wara monument ieħor, u quddiem is-swar. Mgħotti u jgħatti! Possibbli ma setgħux isibu post aħjar? U veru li kollox sar mingħajr permessi tal-MEPA? Jew dik qiegħda biss biex tapprova xi bastiment tal-gass b’periklu għan-nies ta’ Marsaxlokk? Ma kienx se jkollhom problemi għall-approvazzjoni. Imma dawn hekk jaħdmu, jagħmlu li jridu u jitmellħu minn kulħadd. G. L. Camilleri Il-Furjana

Il-Ministru tal-Politika Soċjali Louis Galea ħabbar li kien se jsir tibdil sostanzjali fl-iskema tas-sigurtà soċjali biex aktar anzjani jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali. Dan fl-istess ħin li l-iskema ġiet simplifikata. Il-Ministru ħabbar dan meta kien qed jindirizza konferenza għal esperti dwar issigurtà tal-income għall-anzjani f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Fl-ajruport kien arrestat Niġerjan li kien għadu kif wasal Malta fuq titjira mil-Lagos, u li fl-istonku tiegħu kellu kwantità ta’ kaspoli mimlijin bid-droga, li kien belagħhom qabel ġie Malta. Minn tweġiba li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari li saret, irriżulta li fl-ewwel sena ta’ tmexxija tal-Gvern Nazzjonalista, l-esportazzjoni żdiedet b’aktar minn 13%. Bejn l-1987 u l-1988 il-valur tal-esportazzjoni żdied għal Lm236 miljun.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


www.maltarightnow.com

10

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

OPINJONI

Żbilanċi, għotjiet u tidwir fiċ-ċifri F’dawn il-jiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ ċifri li juru li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena liżbilanċ tal-gvern kien ta’

Fl-ewwel tmien xhur tas-sena l-gvern kellu żbilanċ ta’ €210 miljun. Dan minkejja li minn għotjiet daħħal €135.5 miljun. Kieku ma kinux dawn l-għotjiet l-iżbilanċ kien jitla’ għal €345.5 miljun, jew b’iktar minn 13 filmija! Dawn l-għotjiet sa fejn naf jien jiġu mill-Unjoni Ewropea, dik l-istess UE li l-partit li jifforma dan il-gvern kien kontra li nissieħbu magħha u għamel battalji kbar biex nibqgħu barra. IlMinistru tal-Finanzi qed jgħid ukoll li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tagħti lillgvern madwar €42 miljun u darba tħallashom, l-iżbilanċ jinżel għal taħt it-tlieta fil-mija. Tajjeb infakkru lill-Ministru tal-Finanzi li anke fis-sena 2012 l-Enemalta kellha tagħti lillgvern madwar l-istess ammont u l-gvern Laburista, li tela’ f’Marzu 2013 ma ġabarhomx. Aktarx kien ħafirhomlhom. Irriżultat kien li qbiżna t-tlieta filmija fl-iżbilanċ u l-Unjoni Ewropea reġgħet poġġietna taħt l-Excessive Deficit Procedure, b’dak kollu li sitwazzjoni bħal din iġġib magħha. Biss dakinhar il-Laburisti riedu jpinġu f’dawl ikrah lin-Nazzjonalisti. Illum ma nemminx li se jagħmlu l-istess għax jidhru koroh huma! Ħarsa lejn il-finanzi tal-gvern fl-ewwel tmien xhur tas-sena turi li l-gvern ġabar €116-il miljun iktar minn taxxi: mill-VAT, income tax u kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali. Meta kien hemm il-gvern Nazzjonalista żżieda fil-ġbir tat-taxxi l-Partit Laburista kien iqisha bħala li lpoplu ġie aktar mgħobbi bittaxxi. Għaliex l-istess argument m’għandux jgħodd illum ukoll? Meta niġu għall-infiq rikorrenti nsibu li dan żdied b’€162 miljun. Biss minn din iċ-ċifra kbira €7.4 miljun biss marru għas-settur edukattiv u €4.6 miljun biss għall-benefiċċji tasSigurtà Soċjali. Il-bqija marru għal infiq ieħor. Tajjeb il-gvern jibda jgħidilna ż-żieda ta’ €111.2-il miljun fi nfiq ieħor fejn marret. Anke fejn tidħol in-nefqa kapitali kellna żeda fin-nefqa ta’ €35.6 miljun. Is-sabiħa hi li fejn jidħol investiment produttiv, investiment li joħloq l-impjiegi, in-nefqa flok żdiedet, naqset. Mhux b’xi ċenteżmu, iżda bi €17.2-il miljun. Li kompliet tikber sew hi n-

€210 miljun, €13-il miljun iktar – jew 6.6 fil-mija iżjed – mill-istess perjodu tassena l-oħra. F’dawn il-jiem ukoll il-Ministru tal-Finanzi

ħabbar li l-mira tal-gvern għal din is-sena hi li l-iżbilanċ ikun ta’ 2.1 fil-mija. Dan hu fil-parametri ta’ Maastricht li jindikaw li l-

iżbilanċ tal-gvernijiet filpajjiżi tal-Unjoni Ewropea m’għandux jaqbeż it-tlieta fil-mija. Ħalliha li hemm pajjiżi bħal Franza, bi

President u gvern Soċjalista, li ilha taqbeż l-iżbilanċ ta’ tlieta fil-mija u li se terġa’ taqbżu anke din is-sena u għas-snin li ġejjin!

Tajjeb infakkru lill-Ministru tal-Finanzi li anke fis-sena 2012 l-Enemalta kellha tagħti lill-gvern madwar l-istess ammont u l-gvern Laburista, li tela’ f’Marzu 2013 ma ġabarhomx

Joe M. Zahra

joe.zahra@live.co.uk nefqa f’pagi u salarji. Hawnhekk fi tmien xhur in-nefqa żdiedet bi €32.6 miljun. Li jfisser li f’sena l-gvern se jkun nefaq €50 miljun iżjed f’pagi u salarji. Biex imbagħad jiġi dan il-gvern u jmeri s-sewwa magħruf dwar ħolqien ta’ impjiegi ġodda malgvern. Żieda netta ta’ madwar 2,000 impjieg li jekk imbagħad

tgħodd magħhom l-aktar minn 1,000 ħaddiem mas-settur pubbliku li temmew l-impjieg tagħhom għal raġuni jew oħra, liktar għax ikunu rtiraw bil-pensjoni, ikollna ċifra astronomika ta’ aktar minn 3,000 impjieg ġdid mal-gvern f’temp ta’ sena. L-iżjed li l-Laburisti millOppożizzjoni kienu jikkritikaw lill-gvern Nazzjonalista kien dwar id-dejn nazzjonali. Dik kienet id-diska tagħhom minn dejjem. Diska li użaw f’kull elezzjoni minn dik tal-1971 meta ddejn nazzjonali ta’ pajjiżna kien ta’ madwar €90 miljun. Illum iddejn tal-gvern jilħaq €5,391 miljun – li €324 miljun minnhom żdiedu bejn Awwissu 2013 u Awwissu 2014. Żieda ta’ €90 miljun – jew qrib 40 fil-mija aktar – fuq l-istess perjodu s-sena ta’ qabel. Mela li kieku l-gvern Laburista

Li kompliet tikber sew hi n-nefqa f’pagi u salarji. Hawnhekk fi tmien xhur in-nefqa żdiedet bi €32.6 miljun. Li jfisser li f’sena l-gvern se jkun nefaq €50 miljun iżjed f’pagi u salarji

ma ssellifx €324 miljun u ma daħħalx f’għotjiet €135 miljun, kieku l-iżbilanċ ma kienx ikun ta’ €210 miljun iżda ta’€669 miljun. Fil-Malti għandna proverbju li jgħid li biex tiskonġra trid tkun pur. Il-Laburisti, jekk għandhom kollox, puri żgur li mhumiex. Għaliex s’issa għamlu dak li ma wegħdux u m’għamlux dak li wiegħdu. Il-Partit Laburista kellu jkun ilpampalun tal-finanzi tal-pajjiż. Meta tara r-riżultati tifhem kemm mhux.

Il-verità sagrosanta hi li allaħares ma sseħibniex flUnjoni Ewropea għaliex mingħajr il-fondi li nirċievu mingħand lUnjoni ara kieku fejn spara ddejn nazzjonali. Ara kemm proġetti ma sarux. Ara kemm kien ikun hawn inqas impjiegi. Li ma kienx għall-Prim Ministru Lawrence Gonzi li għamel ftehim mal-Unjoni Ewrope biex jagħtuna €1,200 miljun oħra fis-seba’ snin li ġejjin, ara f’liema baħar ta’ gwaj qegħdin.


www.maltarightnow.com

11

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

It-Turkija ma tintervjenix waħedha kontra l-ISIS Dimostrazzjoni quddiem il-Parlament Ingliż f’Londra b’appoġġ għall-Kurdi li qed jiġġieldu f’Kobane fis-Sirja kontra l-ġellieda tal-ISIS (Ritratt: EPA)

IS-SIRJA

Il-Ministru Tork għallAffarijiet Barranin, Mevlut Cavusoglu, qal li ħadd m’għandu jistenna li t-Turkija tmexxi waħedha offensiva militari tal-art kontra t-terroristi tal-ISIS fisSirja. Cavusoglu sejjaħ ukoll biex titwaqqaf no-fly zone fuq il-fruntiera ta’ pajjiżu mas-Sirja, wara li, f’Ankara, saru t-taħditiet malKap ġdid tan-NATO, Jens Stoltenberg. It-Turkija tinsab taħt pressjoni intensiva biex tgħin aktar lillqawwiet Kurdi li qed jikkumbattu lill-ISIS fil-belt Sirjana ta’ Kobane. Dan fost ir-rapporti li tterroristi tal-ISIS qed jikkontrollaw madwar terz ta’ din il-belt strateġika wara sensiela ta’ battalji.

Il-grupp Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani, li qed isegwi s-sitwazzjoni, ikkwota ‘sorsi li wieħed jista’ jorbot fuqhom’ fis-sens li l-ISIS qed javvanza lejn iċ-ċentru ta’ Kobane mid-distretti tal-Lvant. Aktar qabel, Mexxej tal-Kurdi f’Kobane qal li t-terroristi talISIS kienu daħlu f’żewġ distretti oħra u huma ġabu magħhom larmamenti ta’ kalibru sostanzjali. Min-naħa tagħha, it-Turkija bagħtet it-tankijiet tal-gwerra lejn l-inħawi mal-fruntiera u li huma viċin ferm ta’ Kobane. Madankollu, huma fl-ebda ħin ma ppruvaw jintervjenu filġlied. Il-Ministru Cavusoglu ddiskuta, flimkien ma’ Stoltenberg u r-

rappreżentanti tal-Istati Uniti, dwar azzjoni potenzjali mitTurkija kontra l-ISIS. Sadanittant, hu għamilha ċara, waqt konferenza tal-aħbarijiet, li mhix xi ħaġa realistika li wieħed jistenna li t-Turkija tmexxi offensiva tal-art waħedha f’dawn iċċirkostanzi. Cavusoglu, iżda, qal li t-Turkija m’għandhiex iżżomm lura milli tilgħab il-parti tagħha (kontra l-ISIS) ladarba tittieħed deċiżjoni komuni. L-Istati Uniti qed tmexxi koalizzjoni internazzjonali kontra lISIS wara li dan il-grupp tat-terroristi ħataf numru ta’ territorji fis-Sirja u fl-Iraq li t-tnejn qed jaqsmu fruntiera mat-Turkija. Min-naħa tagħha, it-Turkija hi attenta li ma tispiċċax involuta bis-sħiħ f’din il-kriżi u hi inkwe-

tata dwar sitwazzjoni fejn hi tista’ tipprovdi l-armamenti lillqawwiet Kurdi li qed jirreżistu lill-ISIS. Dan wara li t-Turkija ġġieldet gwerra ċivili fit-tul malminoranza tal-Kurdi fi ħdanha. Fl-aħħar jiem, id-dimostranti Kurdi li jridu l-intervent militari tat-Turkija kontra l-ISIS iġġieldu mal-pulizija f’diversi bliet Torok u rriżultaw għadd ta’ mejtin. Seħħew ukoll il-konfronti ġodda fil-belt ta’ Istanbul, biddimostranti jwaddbu l-bombi talpetrol lejn il-pulizija, li rritaljaw bil-gass tad-dmugħ u l-kanuni tal-ilma fuq il-folol. Madankollu, il-Gvern Tork, jiem ilu, kiseb l-awtorizzazzjoni mill-Parlament għal azzjoni militari potenzjali f’din is-sitwazzjoni. Il-mozzjoni tipprovdi

qafas legali għall-militar Tork biex jinfiltra l-art tas-Sirja u lIraq biex imexxi offensiva kontra l-militanti li qed jheddu litTurkija. L-istess qafas legali jippermetti wkoll biex it-truppi barranin ikunu stazzjonati fitTurkija bħala parti mill-istess kampanja. Fi żviluppi oħra, inħeles qassis li kien inħataf jiem ilu minn ribelli li għandhom konnessjonijiet mal-grupp Al-Qaida, filMajjistral tas-Sirja. Dan qalitu l-Ordni talFranġiskani, wara li l-qassis, Hanna Jallouf, kien spiċċa ostaġġ flimkien ma’ għoxrin Kristjan ieħor. L-aħħar rapporti qalu li lqassis inkwistjoni kien qed jinżamm fil-kunvent ta’ Qunyeh iżda ma ngħatawx aktar dettalji.

L-esperti forensiċi Olandiżi investigaw il-maskra għallmarki tas-swaba’ u traċċi tadDNA li ma pproduċew l-ebda riżultat. Għaldaqstant, mhux magħruf kif u meta din ilmaskra spiċċat ma’ għonq ilvittma. Skont de Bruin, l-ebda katavru ieħor irkuprat mill-fdalijiet talBoeing ma nstab liebes il-

maskra tal-ossiġnu. Intant, mhux magħruf f’liema parti tal-ajruplan kien qiegħed il-passiġġier Awstraljan inkwistjoni. Ma salva ħadd mill-298 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ li kienu fuq l-ajruplan tal-Malaysia Airlines li kien qed itir minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur, fil-Malasja, meta ġġarraf fis-17 ta’ Lulju. L-investigaturi

Olandiżi kienu qalu, ix-xahar li għadda, li dan l-ajruplan, x’aktarx intlaqat minn ‘sensiela ta’ oġġetti ta’ veloċità qawwija’, f’ċirkostanzi li, skont l-esperti tal-avjazzjoni, huma konsistenti ma’ xi attakk missilistiku. Il-possibbiltà li l-Boeing twaqqa’ minn missila qed tissemma dejjem aktar bħala xenarju potenzjali.

Il-passiġġier kien liebes il-maskra tal-ossiġnu meta miet L-INVESTIGAZZJONI DWAR MH17 Il-Prosekuturi Olandiżi qed jgħidu li l-katavru ta’ passiġġier li nstab fost il-fdalijiet tal-ajruplan Boeing li ġġarraf f’Lulju li għadda, fil-Lvant tal-Ukrajna, kien liebes maskra tal-ossiġnu. Dan meta żdiedu d-domandi dwar Titjira MH17 tal-Malaysia Airlines u meta ħadd ma jaf eżatt kemm il-passiġġieri talajruplan kienu jafu dwar id-des-

tin tagħhom fil-ħin tat-tiġrif. Wim de Bruin, kelliem għallUffiċċju tal-Prosekutur talOlanda, qal li l-passiġġier inkwistjoni – Awstraljan – ma kellux il-maskra f’wiċċu, iżda din kien marbuta taħt għonqu. L-Uffiċċju inkwistjoni, intant, qed imexxi investigazzjoni kriminali dwar it-tmiem traġiku ta’ MH17.


www.maltarightnow.com

12

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-INDONESJA: Tfajjel iħares lejn il-vulkan Sinabung jiżbroffa. Il-vulkan beda jiżbroffa bil-qawwa din il-ġimgħa u mijiet kellhom jaħarbu miz-zona. Il-vulkan kien ilu rieqed 400 sena qabel ma f’Awwissu tal-2010 reġa’ beda jsir attiv (Ritratt: EPA)

Ostakli għat-tkabbir L-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea mhix qed tirrakkomanda li jittieħdu passi ġodda dwar it-tkabbir fl-Unjoni fil-konfront ta’ pajjiżi mill-Balkani tal-Punent matul is-sena li ġejja. Iżda l-istituzzjoni Ewropea trid li tiftaħ żewġ kapitli oħra fit-taħditiet dwar it-Turkija. Fil-pakkett annwali tagħha ta’ rapporti dwar il-pajjiżi li jixtiequ jidħlu fl-Unjoni Ewropea, intqal li l-Unjoni Ewropea għandha tibda negozjati malMaċedonja. Iżda l-Kummissjoni nnutat li

l-proċess għas-sħubija talMaċedonja jinsab wieqaf minħabba problemi fir-riformi demokratiċi, il-bojkott talOppożizzjoni fil-parlament, u “l-falliment” biex isir progress fit-tilwima li għad għandha malGreċja – tilwima li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 19-il sena. B’kuntrast mar-rapporti tassena li għaddiet, meta lKummissjoni fi Brussell tat rakkomandazzjonijiet b’kundizzjoni biex l-Albanija tkun kandidata uffiċjali u biex jibdew innegozjati mas-Serbja, id-doku-

menti ta’ din is-sena ma jaċċettaw ebda pass legali fir-reġjun. Il-mixja iebsa lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea tibda blimplimentazzjoni ta’ Ftehim ta’ Stabbiltà u Assoċjazzjoni (SAA). Il-pajjiżi tal-UE mbagħad jagħtu status lill-kandidati aspiranti. Il-pass li jmiss ikun li jitniedu negozjati kif ukoll li jinfetħu u jintemmu l-35 kapitlu leġiżlattiv. Il-Montenegro hu l-aktar pajjiż li mexa ’l quddiem, tant li nieda t-taħditiet u fetaħ 12-il kapitlu. Iżda qabel ma jinfetħu aktar kapitli, il-Kummissjoni trid tinvestiga iktar il-korruzzjoni u “taċċellera” l-investigazzjonijiet dwar każi ta’ vjolenza kontra lġurnalisti. Is-Serbja bdiet in-negozjati iżda ma fetħet ebda kapitlu. Irrapporti faħħru “l-impenn politiku tas-Serbja” biex tiġġieled ilkorruzzjoni, bil-Kummissjoni Ewropea ssejjaħ għal “riżultati konkreti” fil-ġlieda kontra lkriminalità organizzata. Il-Kummissjoni Ewropea wkoll qalet li l-progress tasSerbja hu marbut man-“normalizzazzjoni” ta’ relazzjonijiet mal-Kosovo. Iżda l-inabbiltà talKosovo biex jifforma gvern wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju wasslet biex dgħajfet il-proċess. L-Albanija, li hi kandidata, kienet imfaħħra għar-riformi.

Iżda l-Oppożizzjoni f’dan ilpajjiż qed tibbojkottja lill-parlament u l-Kummissjoni ma qalet xejn fuq it-tnedija tan-negozjati dwar is-sħubija fl-UE. Il-Bosnija u l-Kosovo għadhom qed jitħabtu biex itemmu lSAA, bil-Kummissjoni Ewropea tgħid li l-progress tal-Bosnija jinsab wieqaf minħabba inkwiet politiku intern fost il-fazzjonijiet etniċi. Ir-rapporti jiddeskrivu litTurkija bħala każ speċjali u lKummissjoni Ewropea tirreferi għal dan il-pajjiż bħala “sieħeb

strateġiku” dwar il-politika barranija tal-Lvant Nofsani u fuq issigurtà fl-enerġija. Iżda t-Turkija hi wkoll speċjali minħabba rrestrizzjonijiet li saru fuq ilpulizija u l-imħallfin li ppruvaw jinvestigaw il-korruzzjoni fittmexxija politika, in-numru ta’ ġurnalisti li ntbagħtu l-ħabs u lqtil mill-pulizija ta’ dimostranti li pprotestaw b’mod paċifiku. Sadattant, it-tilwima territorjali li ilha għaddejja 40 sena ma’ Ċipru, li qed tara lil Nicosia timblokka diversi kapitli, mhi qed tara ebda sinjal ta’ progress.


www.maltarightnow.com

13

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-infermiera Spanjola f’xifer il-mewt L-EBOLA

L-infermiera Spanjola li spiċċat infettata bl-Ebola tinsab f’kundizzjoni serja ħafna fl-isptar fejn qed tingħata l-kura. Kien żvelat ukoll li hemm talanqas sitt każi suspetti fl-Isptar Carlo II f’Madrid u madwar 50 persuna li qed jinżammu għallosservazzjoni minħabba l-possibbiltà li huma wkoll infettati. L-infermiera spiċċat infettata waqt li kienet qed tgħin fil-kura ta’ żewġ saċerdoti Spanjol li kienu nġiebu lura mil-Liberja għall-kura u li mietu, wieħed fit-12 ta’ Awwissu u l-ieħor fil-25 ta’ Settembru. Hi kienet l-ewwel persuna li fiha feġġet l-infezzjoni mingħajr qatt ma marret l-Afrika. Fi Spanja, bħalissa hemm pressjoni kbira biex jirriżenja lMinistru tas-Saħħa. Dan peress li

rriżulta li ħafna mit-tagħmir ta’ protezzjoni għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa ma kienx adegwat. Fil-fatt, kien hemm żewġ tobba li kienu qed jieħu ħsieb lill-infermiera u li marru minn rajhom għaliex l-ilbies protettiv li kienu ngħataw ma kienx tajjeb. Hu maħsub li l-mara spiċċat infettata meta messet wiċċha bi żball waqt li kienet qed tneħħi lilbies protettiv.Kien hemm ukoll polemika fi Spanja u n-nies saħansitra spiċċaw fl-idejn mal-Pulizija wara li l-awtoritajiet ordnaw li lkelb tal-mara kellu jinqatel bħala prekawzjoni. Esperti fl-Istati Uniti qalu li wieħed ma setax jeskludi li l-Ebola tinġarr mill-klieb u l-qtates imma s’issa ma saritx riċerka f’dan ilqasam.

Sadattant, f’Cairns, fl-Awstralja, mara qed tinżamm fi kwarantina minħabba suspetti li hi setgħet mardet bl-Ebola. Il-mara għadha kemm reġgħet lura l-Awstralja wara li kienet fi Sierra Leone taħdem bħala infermiera mas-Salib lAħmar.Fl-Istati Uniti mbagħad, hekk kif tħabbar li raġel Liberjan li ddaħħal fil-pajjiż bil-marda miet, jidher li hemm każ ieħor f’Texas. Ir-raġel kien iltaqa’ mal-vittma Liberjan, Thomas Duncan. Barack Obama, il-President Amerikan, qal li l-marda tal-Ebola kienet qed titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali u hi prijorità ewlenija. Wara l-mewt f’Dallas f’Texas, tar-raġel Liberjan, l-Istati Uniti ħabbret li kienet qed iżżid l-għassa għal dawk li jidħlu fil-pajjiż.

It-tabib Tom Frieden, il-Kap tas-Centers for Disease Control and Prevention (CDC) – iċ-ċentru Amerikan li jinsab minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-Ebola – jistenna hekk kif Alejandro Mayorkas, id-Deputat Segretarju għall-Homeland Security, iħabbar li żdiedu l-miżuri fl-ajruporti ewlenin Amerikani għall-vjaġġaturi ġejjin minn pajjiżi fejn hemm l-Ebola (Ritratt: EPA)

f’idejn oħtu, Kim Yo Jong. Grupp ta’ intellettwali li ħarbu mill-Korea ta’ Fuq qalu li jekk it-tmexxija mhix f’idejn oħtu, tal-anqas din qed tmexxi l-pajjiż temporanjament. Din it-teżi ssib appoġġ minn rapporti mill-Korea ta’ Fuq li qed isostnu li meta tissemma, jiddeskrivuha bħala d-Deputat Direttur tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, kariga li ġġorr

magħha ħafna poter. Fil-Korea ta’ Fuq l-informazzjoni hi ċċensurata bil-qawwa u kollox jinżamm mistur, kemm mill-popolazzjoni, kif ukoll mill-bqija tad-dinja. Osservaturi tax-xena Koreana qalu li matul dawn l-aħħar xhur, Kim Yo Jong bdiet tfeġġ aktar mis-soltu u dan tqies bħala sforz biex hi tikseb aktar poter. Intqal ukoll li fil-Korea

ta’ Fuq, li jkun hemm xi ħadd fit-tmun temporanjament ma tantx jagħmel sens u jekk Kim Jong-un għal xi raġuni ma jistax imexxi, irid ikun hemm xi ħadd mill-familja Kim, u oħtu hi l-unika persuna li tista’ timla dan il-vojt. Kim Yo Jong hi l-iżgħar missebat itfal li kellu Kim Jong Il minn erba’ nisa differenti. Kim u oħtu iżda, huma mill-istess

Tkompli l-ispekulazzjoni dwar l-għajbien tad-dittatur Korean IL-KOREA TA’ FUQ

Qed ikompli jikber il-misteru dwar x’sar mid-dittatur talKorea ta’ Fuq Kim Jong-un, li ilu ma jidher fil-pubbliku għal aktar minn xahar. Dan fost spekulazzjoni li hu tneħħa millpoter kif ukoll li hu marid serjament. Issa grupp ta’ nies li ħarbu mill-Korea ta’ Fuq qed isostnu li skont informazzjoni li għandhom, it-tmun tal-pajjiż jinsab

omm. Barra minn hekk, hi dejjem kienet qrib missierha u kellha responsabbiltà kbira fi żmienu. Hu stmat li hi għandha bejn 25 u 30 sena. Issa hemm stennija għallattivitajiet tal-lum għad-69 anniversarju tal-ħolqien talPartit tal-Ħaddiema. Jekk hu ma jidhirx, qalu l-osservaturi, allura hemm xi ħaġa serja wara l-għajbien tiegħu.

Franċiż jirbaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura L-IŻVEZJA

Il-Franċiż Patrick Modiano, li ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu fl-1968, ‘La Place de l’Etoile’, ilbieraħ tħabbar bħala r-rebbieħ tal-Premju Nobel għalLetteratura għal din is-sena. Hu kien ippremjat għall-kitba tiegħu dwar il-ħajja fit-Tieni

Gwerra Dinjija. Modiano, li għandu 69 sena, rebaħ diversi premjijiet tul il-karriera tiegħu. Hu jgħix Pariġi imma ma tantx iħobb jidher filpubbliku, u l-Kumitat tan-Nobel qal li ma rnexxilux isibu biex jinfurmah li kien rebaħ.

Straġi f’Sanaa IL-JEMEN

IL-ĠERMANJA: Ritratt maħruġ mill-Pulizija Kriminali Ġermaniża, il-Bundeskriminalamt, li juri xi wħud mill-vażetti li fihom instab ammont rekord ta’ eroina. Il-Pulizija f’Essen issekwestraw trakk mimli prodotti tal-ikel mill-Iran li fih kien hemm moħbija 330 kilogramma eroina għall-valur ta’ 50 miljun ewro (Ritratt: EPA)

Hu maħsub li nqatlu madwar 50 persuna f’attakk suwiċida f’Sanaa, il-kapitali tal-Jemen. L-attakk seħħ hekk kif mijiet ta’ nies kienu qed jinġabru għal dimostrazzjoni. Ix-xahar li għadda ribelli Xiiti

ħadu l-kontroll tal-kapitali u ssuspetti ewlenin huma li lattakk tal-bieraħ kien xogħol ilfergħa tal-al-Qaeda fir-reġjun. Dawn huma avversarji tar-ribelli li qed jikkontrollaw il-kapitali.


14

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

Spinta ta’ dengue fever IĊ-ĊINA

In-numru tal-każi ta’ dengue fever fiċ-Ċina issa qabeż is27,000, skont ma rrappurtat laġenzija Xinhua li kkwotat statistika uffiċjali. Kelliema għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ħarsien tasSaħħa u l-Ippjanar tal-Familji kienet ikkwotata li ċ-Ċina waqqfet sistema konġunta ma’ Hong Kong u l-Macao li permezz tagħha

għaddej skambju kontinwu ta’ informazzjoni dwar il-marda. Skont l-aġenzija Xinhua, it-total ta’ persuni li mardu bid-dengue fever jammonta għal 27,219; b’99 fil-mija tal-każi jkunu rrappurtati mill-provinċji ta’ Guangdong, Fujian, Yunnan u Guangxi, lejn inNofsinhar taċ-Ċina. Proprju x-xahar li għadda, iċĊentru għall-Prevenzjoni u

www.maltarightnow.com

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Kontroll tal-Mard li Jittieħed fiċĊina, iddikjara li n-nemus filpajjiż (li l-ammonti tagħhom huma ħames darbiet aktar minn tas-soltu) jaħti lok għal dan it-tip ta’ deni, b’numru ta’ riċerkaturi jsostnu li l-maltemp ukoll ikkontribwixxa għall-epidemija. Ir-rapporti komplew li l-marda ma tistax tkun trażmessa direttament minn bniedem għal ieħor.

L-IŻVIZZERA: Statwa tal-mostru tas-serje tal-films ‘Alien’ għall-wiri fil-Mużew ta’ Giger’s Universe fi Gruyères. Issa ngħata bidu għal kampanja fuq l-internet minn dilettanti ta’ H.R. Giger, artist Żvizzeru li kien iddisinja din il-kreatura, fost oħrajn, biex jinġabru fondi ħalli wieħed ikun jista’ jżur il-mużew minn fuq l-internet (Ritratt: EPA)

IL-ĠERMANJA: L-eks-Kanċillier Ġermaniż Helmut Kohl jippreżenta l-ktieb dwar il-memorji tiegħu fit-tmun tal-Ġermanja bl-isem ‘Vom Mauerfall zur Wiedervereinigung’ (Mill-Waqgħa tal-Ħajt ta’ Berlin għall-Għaqda) waqt il-Fiera tal-Kotba ta’ Frankfurt (Ritratt: EPA)

Juncker iħabbar ir-riżenja ta’ Bratusek IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, ħabbar li Alenka Bratusek, l-eksPrim Ministru tas-Slovenja, irriżenjat bħala kummissarju nominat għall-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li lParlament tal-Ewropa ma aċċettax lil Bratusek bħala l-kandidat tas-Slovenja għallKummissjoni. Il-membri fil-kumitati għallindustrija u l-ambjent, qabel, ivvutaw bi ħġarhom kontra Bratusek wara dak li kien ikkunsidrat bħala l-agħar smigħ minn fost is-27 kummissarju magħżulin mill-President Juncker. Bratusek qed tkun investigata f’pajjiżha dwar konflitt ta’ interess peress li hi kienet ħatret lilha nfisha bħala persuna nominata għal kummissarju waqt li hi kienet għadha taqdi l-funzjoni tagħha fil-Gvern Sloven. Il-ħsieb kien li hi ssir waħda mis-seba’ kummissarji ewlenin

ta’ Juncker u kellha tkun responsabbli mill-‘unjoni tal-enerġija’ li għadha fi stadju ta’ żvilupp. Aktar qabel, kelliema għal Alenka Bratusek kienet iddefendiet lill-eks-Prim Ministru tas-Slovenja u anki ċaħdet b’mod kategoriku r-rapporti li Bratusek kienet irtirat il-kandidatura tagħha. Skont xi sorsi qrib l-Unjoni Ewropea, il-Kap il-ġdid talKummissjoni jemmen li mhux xieraq li Bratusek tkun trattata differenti minn kummissarji oħra li wieġbu darbtejn għall-mistoqsijiet jew li rrikorrew għat-tieni opinjoni legali rigward id-dikjarazzjonijiet rispettivi dwar linteressi finanzjarji tagħhom. Sa minn qabel id-dikjarazzjoni ta’ Juncker kien hemm id-dubju li l-President tal-Kummissjoni Ewropea kellu jkompli jagħti lappoġġ tiegħu lill-eks-Prim Ministru Slovena wara l-vot ċar u negattiv ta’ nhar l-Erbgħa filkonfront tagħha.


Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

www.maltarightnow.com

15

AĦBARIJIET TA’ BARRA

1 1) IL-ĠAPPUN: Robot ta’ dinosawr li jista’ jiġi kkontrollat minn smartphone għall-wiri waqt is-CEATEC (Combined Exhibition of Advanced Technologies) f’Chiba, fil-Lvant ta’ Tokjo 2) IR-RUSSJA: Skojjattlu jiġġebbed biex jieħu żerriegħa fil-ġnien ta’ Fili, f’Moska 3) IL-ĠERMANJA: Pupazzi li jirrappreżentaw il-karattri ta’ Star Wars fil-Mużew Augsburger Puppenkiste, ilu miftuħ mill-1949 4) IĊ-ĊINA: Iċ-Ċiniża Huang Huidan waqt il-45th FIG Artistic Gymnastics World Championships f’Nanning (Ritratti: EPA)

2

4

3


www.maltarightnow.com

16

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

PERSONALITAJIET

ISIMHOM MINQUX FL-ISTORJA (35)

Edith Stein: Lhudija li saret soru Kattolika u nqatlet min-Nażi f’kamp ta’ konċentrament Kienet l-iżgħar bint f’familja Lhudija li kellha 11-il wild u kienet tgħix fi Breslau, ilĠermanja – belt li wara t-Tieni Gwerra Dinjija saret magħrufa bħala Wroclaw, fil-Polonja. Imwielda nhar it-12 ta’ Ottubru, 1891, fi żmien meta l-familja tagħha kienet qed tiċċelebra lYom Kippur, festa kbira tal-Lhud, hija ngħatat l-isem Edith Stein. Missierha kien jinnegozja linjam. Miet meta Edith kellha sentejn. Mewtu kienet tfisser li ommha riedet tkompli tmexxi nnegozju tal-familja u trabbi waħidha s-seba’ wlied tagħhom li kienu għadhom ħajjin peress li erbgħa mietu fi tfulithom. L-omm kienet mara devota, twajba u ħawtiela. Edith kienet tiddistingwi ruħha fl-iskola. Minn ċkunitha, bdiet tieħu interess fil-filosofija. Flewwel snin ta’ żgħożitha, ma baqgħetx tipprattika l-fidi Lhudija. Qalet li kienet ħadet din id-deċiżjoni waħidha, għax ma riditx tibqa’ titlob. Bdiet tqis lilha nfisha bħala atea, għalkemm baqgħet tammira lil ommha filfidi sħiħa tagħha f’Alla.

Ġibda għall-filosofija Ta’ 20 sena daħlet l-Università ta’ Breslau biex tistudja lĠermaniż u l-istorja. Għażlet dawn is-suġġetti biex ’il quddiem jgħinuha tibni ħajjitha. Madankollu, għal qalbha kellha liżjed il-filosofija u oqsma li jirrigwardaw in-nisa. Għall-ewwel, kompliet miexja fl-istess triq radikali li kienet qabdet diġà meta kienet għadha l-iskola. Biss mażżmien bdiet tinbidel u bdiet tfittex soluzzjonijiet prattiċi u realizzabbli għall-kwistjonijiet tal-ħajja. Fl-1913, Edith Stein marret tistudja fl-Università ta’ Gottingen taħt id-direzzjoni ta’ Edmun Husserl, li l-ideat ġodda tiegħu dwar ir-realtà kienu qed inisslu interess kbir fost l-istudenti talfilosofija. F’Gottingen, Edith iltaqgħet ukoll mal-filosfu Max Scheler. Dan nissel fiha interess fil-Fidi Kattolika. F’Jannar 1915, Edith iggradwat b’distinzjoni fl-istudji tagħha talilsien Ġermaniż u l-istorja. Dak iż-żmien, l-Ewwel Gwerra Dinjija kienet diġà ilha sitt xhur sejra. Edith għamlet kors ta’ infermiera u marret tagħti servizz fi sptar Awstrijak qrib kamp tal-battalja. Kien żmien meta hija ħadmet filkura ta’ morda bit-tifu u f’teatru tal-operazzjonijiet. Rat ħafna

Charles Buttigieg kb@erremme.com.mt

żgħażagħ imutu fl-aħjar ta’ ħajjithom. Baqgħet f’dak l-isptar sakemm għalquh fl-1916. Imbagħad segwiet lil Husserl, li kien mar fil-belt Ġermaniża ta’ Freiburg, fejn ippreżentat teżi dwar l-empatija u l-kompassjoni u fl-1917 kisbet dottorat bl-ogħla distinzjoni. Il-mara fil-Katidral F’dak il-perijodu, Edith żaret ilKatidral ta’ Frankfurt. Hemmhekk rat mara, li kienet qed iġġorr basket b’xirja, tinżel għarkupptejha u tieqaf titlob għal ftit. Għaliha din kienet ħaġa kollha kemm hi ġdida, għaliex fis-sinagogi u l-knejjes Protestanti li kienet żaret f’ħajjitha kienet tara biss nies li kienu jmorru għasservizzi reliġjużi u daqshekk. “Hawnhekk,” qalet Edith meta rrakkontat dik l-esperjenza, “jiena rajt lil persuna li mill-ħamba tassuq ġiet dritt f’din il-knisja vojta, qisha sejra biex ikollha konversazzjoni intima. Kienet ħaġa li jiena ma nsejtha qatt.” Din l-esperjenza ta’ Edith tfakkar lil dak li jkun li lejn tmiem studju tagħha hija kitbet li jeżistu nies li fihom seħħet bidla ħabta u sabta u li dan kien frott tal-grazzja ta’ Alla.

Mara ta’ fidi Esperjenza oħra li kellha Edith nibtet mill-ħbiberija tagħha ma’ Adolf Reinach, li kien l-assistent ta’ Husserl, u martu, li kienu kkonvertew għall-Protestantiżmu. F’Novembru 1917, Reinach tilef ħajtu fi Flanders u Edith marret iżżur lill-armla tiegħu. Sabet fiha mara ta’ fidi. “Din kienet l-ewwel darba li jiena ltqajt mas-Salib u l-qawwa divina li jagħti lil dawk li jġorruh…Kien il-mument meta nnuqqas ta’ twemmin tiegħi ġġarraf u Kristu beda jiddi d-dawl tiegħu fuqi – Kristu fil-misteru tas-Salib,” qalet Edith dwar dik l-

Edith Stein ġiet kanonizzata fil-11 ta’ Ottubru, 1998.

Saret magħrufa bħala Swor Teresia Benedicta a Cruce. Kienet bdiet tifhem is-salib bħala d-destin tal-poplu ta’ Alla

esperjenza. “Kollox kien fil-pjan ta’ Alla u jiena ma kont ippjanajt xejn minnu. Qed nidħol f’fidi ħajja u fil-konvinzjoni li – minn kif jara laffarijiet Alla – ma jeżistix ċans u li ħajti kollha kemm hi, sal-iċken dettall, kien disinjata fil-providenza divina ta’ Alla u tagħmel sens sħiħ u perfett fl-għajnejn li jaraw kollox ta’ Alla,” kitbet Edith meta għadda ż-żmien.

Il-konverżjoni Edith bdiet tikteb artikli dwar il-bażi filosofika tal-psikoloġija. Fl-istess ħin, bdiet taqra tTestment il-Ġdid u kitbiet ta’ Eżerċizzi Spiritwali ta’ Søren Aabye Kierkegaard u Injazju ta’ Lojola. Bdiet tħoss li ma setgħetx taqra kitbiet bħal dawn u tieqaf

hemm, iżda riedet tqiegħed dak li taqra fil-prattika. Fis-sajf tal-1921, hija għaddiet bosta ġimgħat fil-qasam fil-kampanja li kellha l-familja ta’ Hedwig Conrad-Martius, li bħalha kienet studenta ta’ Husserl. Hedwig u żewġha kienu kkonvertew għall-Protestantiżmu. Lejla minnhom, Edith ħadet f’idejha awtobijografija ta’ Santa Tereża ta’ Avila u għamlet il-lejl kollu taqra. “Meta temmejt naqra l-ktieb, għedt lili nnifsi: ‘Din hija l-verità,” stqarret Edith li l-ħerqa tagħha għall-verità kienet saret ittalba kontinwa ta’ ħajjitha. Edith Stein tgħammdet fl-1 ta’ Jannar, 1922. Hija ppreżentat ruħha ħdejn il-fonti tal-magħmudija liebsa l-istess libsa bajda li ħabibtha Hedwig kienet iżżewġet

biha. Hedwig kienet il-parrina tagħha. “Jiena waqaft nipprattika rreliġjon Lhudija tiegħi meta kont tifla ta’ 14-il sena u kien biss meta erġajt lura lejn Alla li erġajt bdejt inħossni Lhudija,” qalet Edith li wara rċeviet ukoll is-Sagrament tal-Konfermazzjoni. Wara l-konverżjoni hija marret iżżur lil ommha fi Breslau. Ħabbritilha li kienet saret Kattolika.

It-triq lejn il-kunvent Minnufih wara li saret Kattolika, Edith xtaqet tidħol f’kunvent Karmelitan. Madankollu, id-diretturi spiritwali tagħha ħeġġewha ma tgħaġġilx. Riduha tibqa’ taħdem barra l-kunvent. Edith bdiet ħidma fuq it-traduzzjoni tal-ittri u d-djarji talKardinal Newman u xogħlijiet ta’ Tumas ta’ Akwinu, waqt li kompliet tapprofondixxi l-istudju tagħha. Fl-1932, imbagħad, aċċetgħal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

PERSONALITAJIET

Edith Stein: Studjat dwar San Ġwann tas-Salib u kitbet fuq “ix-xjenza tas-salib” Edith Stein saret magħrufa bħala Swor Teresia Benedicta a Cruce

minn paġna 16

tat li tibda tgħallem fit-taqsima Kattolika tal-Istitut Ġermaniż għal Studji Edukattivi flUniversità ta’ Munster, fejn żviluppat l-antropoloġija tagħha. Irnexxielha tgħaqqad l-istudju u l-fidi fil-ħidma tagħha u fittagħlim tagħha. Kienet tgħid li riedet tkun “għodda tal-Mulej” f’dak kollu li tgħallem. “Jekk xi ħadd jiġi għandi, jien irrid immexxih lejh.” Fil-bidu tas-snin 1930, filĠermanja bdew ifeġġu għadd ta’ miżuri ħorox kontra l-Lhud. Ittmexxija Nażista adottat l-hekk magħrufa Liġi Arjana li minħabba fiha Edith ma setgħetx tkompli tgħallem. Kien il-mument meta hija ħadet deċiżjoni definittiva li tidħol f’kunvent Karmelitan. Fl-1933 hija ltaqgħet mal-prijura tal-Kunvent Karmelitan f’Koln. Wara marret Breslau għall-aħħar darba biex issellem lil ommha u l-bqija tal-familja

It-tmexxija Nazista adottat l-hekk magħrufa Liġi Arjana li minħabba fiha Edith ma setgħetx tkompli tgħallem. Kien il-mument meta hija ħadet deċiżjoni definittiva li tidħol f’kunvent Karmelitan

tagħha. L-aħħar jum tagħha fiddar tal-familja kien f’jum twelidha, it-12 ta’ Ottubru. Jumejn wara, Edith daħlet fil-Kunvent Karmelitan ta’ Koln. L-investitura tagħha saret fil-15 ta’ April, 1934. Edith Stein saret magħrufa bħala Swor Teresia Benedicta a Cruce. Kienet bdiet tifhem issalib bħala d-destin tal-poplu ta’ Alla. “Ħassejt li dawk li jifhmu sSalib ta’ Kristu għandhom iġorruh fuqhom f’isem kulħadd. Illum naf aħjar xi jfisser li tiżżewweġ lillMulej fis-sinjal tas-salib.” Fil-21 ta’ April, 1935, hija għamlet il-wegħdiet temporanji tagħha. Fl-14 ta’ Settembru,

1936, ġeddet il-wegħdi. Il-jum inzerta l-istess ġurnata li fiha mietet ommha. Il-professjoni dejjiema tagħha għamlitha fil-21 ta’ April, 1938. Għas-santa devozzjonali tagħha għallokkażjoni għażlet kitba ta’ San Ġwann tas-Salib: “Minn issa ’l quddiem il-vokazzjoni unika tiegħi hija l-imħabba.”

Arrest u assassinju Fid-9 ta’ Novembru, 1938, lanti-Semitiżmu tan-Nażi kien infirex tant li sar magħruf maddinja kollha. Is-sinagogi bdew jinħarqu u għal-Lhud kompla jinħema t-terrur. Il-prijura tal-

Kunvent Karmelitan f’Koln riedet tipproteġi lil Swor Teresia Benedicta a Cruce billi teħodha ’l barra mill-Ġermanja. Fl-aħħar jum tas-sena 1938, dawk li kienu qed jgħinu rnexxielhom iwasslu lil Edith, baxx baxx, sal-Olanda. Ħaduha fil-Kunvent Karmelitan ta’ Echt, filProvinċja ta’ Limburg. Hemmhekk, Edith kompliet listudju tagħha dwar San Ġwann tas-Salib, fl-okkażjoni tal-400 anniversarju ta’ twelidu (15421942). L-istudju semmietu: "Kreuzeswissenschaft" (Ixxjenza tas-Salib). Ġara li l-Olanda waqgħet f’idejn in-Nażi, li bdew ifittxu lil-Lhud li kienu jgħixu hemmhekk. Nhar it-2 ta’ Awwissu, 1942, il-Gestapo marru l-kunvent fejn kienet Edith biex jarrestaw lilha u lil oħtha Rosa li, bħalha, kienet ikkonvertiet għall-Kattoliċiżmu

u marret tagħti servizz filkomunità Karmelitana fejn kienet Edith. Sabuhom fil-kappella. Tawhom ħames minuti biex jippreżentaw ruħhom f’idejn dawk li marru għalihom. L-aħħar kliem ta’ Edith fil-kunvent kien indirizzat lejn oħtha: “Ejja, sejrin għal niesna.” Edith u oħtha, flimkien ma’ Lhud oħrajn li kienu saru Nsara, ittieħdu f’kamp ta’ transizzjoni f’Amersfoort u mbagħad Westerbork. Fis-7 ta’ Awwissu, 1942, inNażi fl-Olanda ddeportaw 987 Lhudi lejn Auschwitz. Fosthom kien hemm Edith u oħtha. Hemmhekk huma ġew maqtulin, flimkien ma’ bosta bnedmin oħra, fil-kmamar tal-gass. L-indikazzjonijiet huma li lil Edith qatluha fid-9 ta’ Awwissu. Edith ġiet beatifikata nhar l-1 ta’ Mejju, 1987, f’Koln. Il-Papa Ġwanni Pawlu II sejħilha “bint ta’ Iżrael.” Hija ġiet kanonizzata fil-11 ta’ Ottubru, 1998.


www.maltarightnow.com

18

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

MADWARNA

Il-volontarjat

Il-volontarjat – “riżorsa morali li tirrappreżenta ġid imprezzabbli li għandu jservi bħala eżempju għal kulħadd”

F’Malta u fl-Italja, b’missjoni waħda Il-preżenza dejjem aktar konsistenti ta’ gruppi soċjali dgħajfa u mingħajr difiża, apparti dewmien fis-sistemi soċjali eżistenti, li jidhru mhux jilqgħu l-bidliet profondi li qed teffettwa l-produzzjoni dinjija, qed iħallu vojt li l-istituzzjonijiet isibu diffiċli li jimlewh. U dan huwa fejn proprju lpreżenza tal-istat ma tasalx, jew għal nuqqas jew inabbiltà leġittima fejn is-soċjetà jkollha żżomm u tagħti lok għalleqdem forma ta’ assistenza – ilvolontarjat u s-solidarjetà. Skont l-aktar statistiki reċenti, hija proprju l-komunità ċivili ta’ voluntiera li tintervjeni fejn il-protezzjoni soċjali hija skarsa jew ma tlaħħaqx maddomanda. Dawn il-voluntiera qed jiddedikaw il-ħin tagħhom f’diversi organizzazzjonijiet fosthom ta’ kura, attivitajiet

minn Salvatore Candela

reliġjużi u f’attivitajiet soċjali oħra. Dan iseħħ hekk kif fis-soċjetà l-impenn tal-amministrazzjoni pubblika ma jirnexxilux jilħaq mal-esiġenzi li jkunu qegħdin iseħħu, għalhekk jeħtieġ ilpreżenza kostanti u prezzjuża ta’ ħafna operaturi mhux istituzzjonali.

L-aħħar ċifri skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, juru li f’Malta matul l-2012 madwar 34% ta’ persuni bejn 25 u 64 sena kienu qed jagħmlu xi forma ta’ xogħol volontarju. Dawn il-voluntiera qed jagħtu ħafna mill-ħin tagħhom fuq bażi regolari. Fl-Italja, skont laħħar statistiki, in-numru ta’ voluntiera żdied fl-2012 għal 37%. Huma rġiel u nisa ta’ età li tvarja bejn 20 u 75 sena. Dak li joffru dawn il-voluntiera hu ta’ valur kbir, frott ta’ dedikazzjoni u altruwiżmu, iżda fuq kollox, li kapaċi jagħtu fiduċja u stimuli ġodda lil dawk in-nies fil-bżonn, li b’impenn u b’tant kuraġġ qawwi jridu jfasslu mill-ġdid ħajjithom u lfutur tagħhom. Din ir-riżorsa morali tirrappreżenta ġid imprezzabbli li għandu jservi bħala eżempju għal kulħadd.

Workshop edukattiv mit-Teatru Astra u t-Teatru Manoel It-Teatru Astra għadu kif ħabbar attività edukattiva ġdida, ‘Behind the Opera Curtain’, li tikkonsisti f’workshop immexxi mid-diretturi u solisti tat-Teatru Astra mill-produzzjoni tal-orpa Nabucco li se ssir fit-23 u l-25

ta’ Ottubru. Dan il-workshop qed isir għal kull min hu interessat fl-opra, kantanti u studenti, u se jsir fl-iStudio Theatre tatTeatru Manoel, nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru fil-5.30pm. In-numri ta’ parteċipanti huwa limitat u għalhekk huwa neċessarju li jsir booking fuq bookings@mediterranea.com.mt jew billi wieħed iċempel 21246389. Fil-workshop se jieħdu sehem id-direttur artistiku Enrico Stinchelli, id-direttur mużikali Joseph Vella u l-kantanti prinċipali tal-opra Nabucco – il-baritonu Piero Terranova, il-mezzosoprano Olga Sliepnova, il-baxx Carlo Colombara u t-tenur Malti Cliff Zammit Stevens. Id-direttur artistiku se jitkellem fuq l-istage operistika u b’mod speċjali fuq l-opra Nabucco. Il-preżentazzjoni talworkshop tinkludi wkoll kant ta’ xi arias mill-opra Nabucco u naturalment l-ispjegazzjoni talaspett mużikali minn Joseph Vella. Dan il-workshop qed isir b’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Astra u t-Teatru Manoel u blappoġġ tal-Bank of Valletta. Ilsit elettroniku ta’ Festival Mediterranea huwa www.mediterranea.com.mt.


www.maltarightnow.com

19

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

MADWARNA

Mis-suq tal-gaming f’pajjiżna u lil hinn minna

Ħidma b’suċċess kbir ibbażata fuq il-kwalità, is-servizz u d-divertiment

Spettaklu ta’ mużika, ikel, divertiment għall-familja kollha u Dawl tax-Xemgħa

L-avveniment BirguFest għal darb’oħra qed jinżamm din issena bejn illum il-Ġimgħa 10 u lĦadd 12 ta’ Ottubru. Waħda mill-attrazzjonijiet għal din l-edizzjoni ta’ Birgufest se tkun l-installazzjani ta’ arti kontemporanja ‘Mewweġ’ magħmula mill-artista Enriqué Tabone bil-kollaborazzjoni talFondazzjoni V18. Mit-tnedija tiegħu, eluf ta’ nies attendew għal dan il-festival li lpopolarità tiegħu dejjem qiegħda tikber, kemm fost il-Maltin, kif ukoll fost il-barranin, u dan kollu għolla l-livell ta’ dan l-avveniment għal wieħed ta’ skala nazzjonali. Il-festival jenfasizza ssbuħija u l-istorja tal-Belt Vittoriosa permezz ta’ numru ta’ attivitajiet li jiġu maħsuba għallpersuni ta’ kull età. Din is-sena xejn anqas u għal darb’oħra, il-poplu Malti u Għawdxi kollu flimkien ma’ dawk il-barranin li se jkunu fi xtutna f’dawn iż-żminijiet huma mistiedna għal edizzjoni oħra tallejla maġika tal-‘Birgu fid-Dawl tax-Xemgħa’, flimkien ma’ varjetà ta’ mużika tradizzjonali, korijiet lokali u barranin, kif ukoll bands ta’ kull stil ta’ mużika. Illejla se jittella’ kunċert minn bands lokali magħrufa filpjazza ewlenija tal-Birgu. Is-Sibt filgħaxija huwa mmirat

għall-poplu ta’ kull età hekk kif wieħed jista’ jirrilassa waqt diversi kunċerti ta’ mużika mħallta mal-atmosfera mill-isbaħ tad-dawl tax-xemgħa. Il-Ħadd 13 ta’ Ottubru matul in-nofstanhar ta’ filgħodu se jkun hawn fostna banda li ġiet Malta apposta sabiex tieħu sehem fil-Military Tattoo kif ukoll it-truppa tal-In Guardia li se timmarċja mattoroq tal-Birgu u tagħmel parata f’Misraħ ir-Rebħa. Barra minn hekk, il-Ħadd filgħodu bħala parti mill-attivitajiet talBirgufest, Heritage Malta se torganizza vjaġġ bid-dgħajsa madwar il-Port il-Kbir, vjaġġ informattiv u edukattiv li jiffoka fuq listorja minn żmien il-Kavallieri ’l quddiem. Kull sena BirguFest jimmira li jiffoka fuq il-wirt storiku u ssbuħija arkitettonika ta’ din ilbelt glorjuża u matul dawn it-tlett ijiem ta’ attività eluf ta’ nies jimirħu madwar it-toroq dojoq u mdawra ta’ din il-ġawhra ta’ belt. Wieħed jista’ japprezza dan ilwirt storiku permezz ta’ reenactments mill-epoka tal-Kavallieri, dħul fil-mużewijiet bi prezz ridott, żjarat fil-knejjes u lBereġ. Dan kollu jikkontribwixxi sabiex din l-attività tkun wieħed mill-aktar avvenimenti memorabbli fil-kalendarju kulturali Malti.

Madankollu , il-qofol ta’ dan lavveniment, ikun dejjem il‘Birgu by Candlelight’ li jittella’ s-Sibt filgħaxija, meta t-toroq u d-djar ta’ din il-Belt Rebbieħa jkunu mixgħula biss minn eluf kbar ta’ xemgħat, li żgur iżidu dik l-atmosfera romantika malistorja ta’ din il-belt, flimkien ma’ varjetà ta’ mużika tradizzjonali, korijiet u din is-sena għall-ewwel darba, ix-short film festival. Meta wieħed iżur il-Birgu jfisser li tmur fuq vjaġġ lura fiżżmien u f’post fejn il-Kavallieri armati kienu jgħassu fortizza u belt mal-port li baqgħet mhux mirbuħa u maħkuma matul iżżminijiet. Tħares lejn il-ħitan tasswar kuraġġużi u tisma’ l-mewġ tal-baħar iħabbat mal-blat, flimkien mat-toroq dojoq, djar u palazzi li kull wieħed għandu lkarattru individwali tiegħu. Din l-attività timmira li tippromwovi u tiġġenera interess fil-wirt storiku tal-Belt tal-Birgu, l-ewwel dar tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, filwaqt li tipprovdi d-divertiment li jolqot ilgosti ta’ kulħadd. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb millwebsajt tal-Kunsill Lokali talBirgu www.birgu.gov.mt jew billi ċċempel l-uffiċċji talKunsill fuq 21662166 jew 79662166.

Kull kumpanija fil-ħidma tagħha jkollha dawk il-pilastri partikulari li jservuha biex tkun tista’ timxi ’l quddiem u tikteb storja ta’ suċċess. Għax is-suċċess li tikseb kumpanija – hi liema hi u timmilita f’liema aspett tal-ħajja timmilita – ma jiġix b’kumbinazzjoni, iżda jimmatura għax wara t-tmexxija tal-kumpanija jkun hemm viżjoni ċara u impenn kbir minn dawk kollha b’xi mod relatati u abbinati malistess kumpanija. Maltco Lotteries fil-ħidma tagħha fil-gżejjer Maltin għandha tliet pilastri partikulari li żżommhom il-ħin kollu quddiem għajnejha biex tkun tista’ taħdem u tikteb storja ta’ suċċess. Dawn il-pilastri ferm importanti huma l-Kwalità, is-Servizz u d-Divertiment.

Il-Kwalità Il-kwalità għandha funzjoni ferm kruċjali fl-operat kollu ta’ Maltco Lotteries. U l-kwalità tidħol f’kull aspett tal-ħidma tagħna. Tidħol fit-tmexxija talkumpanija. Tidħol fil-mod kif limpjegati jagħmlu x-xogħol tagħhom. Tidħol ukoll fil-mod kif l-aġenti ta’ Maltco Lotteries jiġġestixxu ħidmiethom meta jiġu biex jaqdu lil dawk kollha li jmorru għandhom biex jittantaw xortihom. Fi ftit kliem, katina kontinwa fil-livelli kollha tal-ħidma li tagħmel il-kumpanija biex tassigura li tkun qed twassal l-aħjar u l-aqwa prodotti lil dawk kollha li jittantaw xortihom ma’ Maltco Lotteries. Għalhekk enfasi kbira fuq komunikazzjoni mhux biss kontinwa, imma ċara biex ilpolicies tal-kumpanija jitwettqu fil-prattika bl-aktar mod effiċjenti u preċiż.

Is-Servizz It-tieni pilastru li Maltco Lotteries tagħtih importanza kbira hu dak tas-Servizz li hu direttament marbut mal-Kwalità. Jiġifieri Servizz bi Kwalità jew Servizzi Kwalitattivi. U dan hu dak li jiddistingwi lil Maltco Lotteries fil-ħidma

tagħha. Maltco Lotteries hi impenjata li twassal lil dawk kollha li jittantaw xortihom magħha mhux biss l-aqwa servizzi, imma servizzi bi kwalità. U xhieda ta’ dan huma ħafna affarijiet li l-kumpanija timbarka fuqhom minn żmien għal żmien. Mhux kulħadd josserva aktar fergħat ta’ Maltco Lotteries filbliet u fl-irħula f’Malta u f’Għawdex li għandhom dehra isbaħ, aktar moderna, aktar spazjuża u adattati għaż-żminijiet tal-lum? Mhux kulħadd josserva impenn akbar biex dawk kollha li jittantaw xortihom jingħataw is-servizz komplut mistenni minnhom? U ma’ dawn, ferm u ferm aktar. Maltco Lotteries hi impenjata li tissokta tkompli ttejjeb u tkabbar is-servizz tagħha għax dan hu fattur importanti li jkompli jsaħħaħ il-kuntatt tagħha ma’ dawk kollha li jittantaw xortihom meta jirrikorru f’xi waħda mill-fergħat. Id-Divertiment It-trepied jingħalaq permezz tal-pilastru ferm importanti tadDivertiment. Matul dawn lgħaxar snin li għaddew Maltco Lotteries introduċiet għadd ġmielu ta’ logħbiet ġodda biex hekk taqdi l-gosti ta’ kulħadd. Minn tliet logħbiet fl-2004, illum l-għadd ta’ logħbiet hu ferm u ferm aktar u dan kollu juri d-dinamiċità tal-kumpanija li minn żmien għal żmien tintroduċi logħbiet ġodda u eċċitanti. Fuq kollox, Maltco Lotteries tenfasizza ħafna l-importanza tad-Divertiment b’mod responsabbli. Dak li l-kumpanija ssejjaħlu r-Responsible Gaming. Dwar dan, il-kumpanija mhux biss kisbet ċertifikazzjoni internazzjonali għall-impenn tagħha, imma regolarment taħdem u tistinka biex dak li jkun jieħu gost jiddeverti u jilgħab u jittanta xortih, imma dejjem b’mod responsabbli. Fuq kollox, divertiment onest u trasparenti u anki hawnhekk ilkumpanija għadha kemm kisbet Ċertifikazzjoni ISO bħala għarfien għall-impenn tagħha f’dan ir-rigward.


20

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

It-tipjip hu l-akbar kawża ta’ mwiet qabel il-waqt fl-Unjoni Ewropea

www.maltarightnow.com

SAĦĦA

Charles Muscat

Il-konsum tat-tabakk hu l-aktar riskju tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea li jista’ jkun evitat. Ittipjip hu l-akbar kawża ta’ mwiet qabel il-waqt fl-Unjoni Ewropea u jikkawża madwar 700,000 mewta kull sena. Madwar 50 filmija ta’ dawk li jpejpu jmutu qabel il-waqt u bħala medja jmutu 14-il sena qabel min ma jpejjipx. Barra minn hekk, dawk li jpejpu jgħaddu aktar snin morda. Ħafna forom ta’ kanċer, mard talqalb u mard respiratorju huma marbutin mat-tipjip li jikkaġuna aktar problemi mill-alkoħol, mid-droga, mill-pressjoni għolja, mill-piż żejjed jew minn kolesterol għoli. Minkejja l-progress konsiderevoli fl-aħħar snin, in-numru ta’ nies li jpejpu fl-Unjoni Ewropea għadu għoli b’madwar 28 fil-mija tal-popolazzjoni kollha fl-UE tpejjep filwaqt li 29 filmija taż-żgħażagħ Ewropej ta’ bejn il-15 u l-24 sena, ipejpu. L-UE u l-pajjiżi membri biex jiffaċċjaw din il-problema ħadu diversi miżuri, minn liġijiet, rakkomandazzjonijiet u kampanji ta’ informazzjoni fosthom irregolazzjoni tal-prodotti tattabakk fis-suq Ewropew, bħal ippakkjar, labelling u ingredjenti, restrizzjonijiet fuq ir-reklamar ta’ prodotti tat-tabakk, il-ħolqien ta’ ambjenti ħielsa mit-tipjip, miżuri ta’ taxxi u kampanji kontra ttipjip.

29 fil-mija taż-żgħażagħ Ewropej ta’ bejn il-15 u l-24 sena, ipejpu

It-tipjip hu ta’ riskju għal mard fis-sistema immunitarja? Is-sistema immunitarja hi lmod kif il-ġisem jipproteġi lilu nnifsu minn infezzjonijiet u minn mard. It-tipjip jikkomprometti s-sistema immunitarja u jwassal biex min ipejjep ikollu ċans akbar li jkollu infezzjonijiet respiratorji. It-tipjip jikkawża wkoll mard marbut mas-sistema immunitarja, fosthom dak tal-imsaren u lartrite. It-tipjip jirdoppja r-riskju

li wieħed jiżviluppa l-artrite. Dan l-aħħar instab li t-tipjip hu marbut ukoll mad-dijabete tattip 2 li minħabba fiha, il-ġisem ma jipproduċix insulina biżżejjed biex il-glucose fid-demm jinżamm f’livell normali. Min ipejjep għandu bejn 30 u 40 filmija aktar ċans li jiżviluppa dijabete ta’ dan it-tip minn dawn li ma jpejpux. Barra minn hekk, aktar ma wieħed ipejjep, aktar għandu r-riskju li jkollu d-dijabete.

Min ipejjep għandu bejn 30 u 40 fil-mija aktar ċans li jiżviluppa tip ta’ dijabete minn dawk li ma jpejpux

Imma t-tipjip kif jeffettwa lgħadam? Studji li saru dan l-aħħar juru rabta diretta bejn l-użu tat-tabakk u t-tnaqqis fid-densità talgħadam. It-tipjip hu wieħed millħafna fatturi – inkluż piż żejjed, il-konsum tal-alkoħol u n-nuqqas ta’ attività – li jżidu r-riskju talosteoporożi, kundizzjoni li biha l-għadam jiddgħajjef u jkun aktar faċli li jinkiser. Nisa u rġiel anzjani li jpejpu jitilfu ħafna mis-saħħa talgħadam. Meta wieħed jieqaf mittipjip, ikun qed inaqqas ir-riskju li jkollu ħsara fl-għadam, imma wieħed irid diversi snin biex inaqqas dan ir-riskju. Barra minn hekk, jekk in-nisa jibdew ipejpu minn età żgħira, ikunu f’riskju akbar mill-irġiel li jkollhom osteoporożi. It-tipjip inaqqas il-livell tal-ormoni ostrogen fil-ġisem u dan jista’ jwassal biex mara jkollha l-menopawsa qabel il-waqt u dan iżid ir-riskju ta’ osteoporożi. It-tipjip kif jeffettwa l-qalb u l-vini tad-demm? Il-kimiki fid-duħħan tat-tabakk jagħmlu ħsara liċ-ċelloli tad-demm u jagħmlu ħsara fil-mod kif taħdem il-qalb. Din il-ħsara żżid ir-riskju ta’ ħsara fl-arterji, ħsara fil-vini li jistgħu jinfaqgħu u jikkaġunaw ilmewt, mard tal-qalb, attakki talqalb, uġigħ fis-sider marbut malqalb, pressjoni għolja u puplesija. Ir-rata tat-taħbit tal-qalb u lpressjoni fid-demm jikbru u l-vini jidjiequ.

It-tipjip kif jeffettwa l-pulmun u n-nifs? Kull sigarett li wieħed ipejjep jagħmel ħsara fil-mod kif jieħu n-nifs u jagħmel ħsara fil-pulmun. It-tipjip jikkawża mard kroniku fil-pulmun li maż-żmien jiggrava u tikkawża tisfir mannifs, qtugħ ta’ nifs, uġigħ fissider u sintomi oħra. It-tipjip jikkawża ħsara fil-pulmun u jkun diffiċli li wieħed jieħu n-nifs, jikkawża wkoll pnewmonja, ażma u tuberkolożi. Nies li għandhom l-ażma jista’ jaqbadhom attakk tal-ażma qawwi jekk ikunu qrib min ipejjep. It-tipjip jista’ jeffettwa lviżta? It-tipjip hu ħażin għall-għajnejn daqskemm hu ħażin għallbqija tal-ġisem. Ir-riċerka sabet li hemm rabta bejn it-tipjip u żżieda fir-riskju tat-telf tal-viżta, katarretti, ħsara fin-nerv talmimmi tal-għajn u li dawn kollha jwasslu biex wieħed jitlef iddawl. Is-sigaretti jikkawżaw ilkanċer? Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 7,000 kumika. Madwar 70 minnhom hu magħruf li jistgħu jikkawżaw il-kanċer. It-tipjip hu r-riskju numru wieħed għal kanċer tal-pulmun. Imma t-tipjip jeffettwa l-ġisem kollu u hu magħruf li jikkawża l-kanċer filpulmun, fil-pajp tan-nifs, fil-pasgħal paġna 21


www.maltarightnow.com

21

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

SAĦĦA

Bħala medja, dawk li jpejpu jmutu 14-il sena qabel min ma jpejjipx minn paġna 20

saġġ li jwassal in-nifs fil-pulmun (bronchus), fil-ħalq, fix-xufftejn, fl-imnieħer, fl-istonku, filborża tal-awrina, fil-glandoli tas-sistema diġestiva, fil-kliewi, fil-fwied, fl-għonq tal-utru, flimsaren u fil-musrana l-kbira. It-tipjip jikkawża wkoll illewkimja. Is-sigaretti l-ħfief jikkawżaw kanċer? M’hemm l-ebda sigarett bla periklu. Nies li jpejpu kull tip ta’ sigarett huma f’riskju akbar ta’ mard marbut mat-tipjip. Għalkemm mhux aktar legali li jibigħu sigaretti msejħa ħfief, nies li pejpu minn dawn issigaretti fl-imgħoddi x’aktarx li belgħu l-istess ammont ta’ kimiki tossiċi daqs dawk li pejpu sigaretti regolari. Huma jibqgħu f’riskju akbar li jiżviluppaw xi tip ta’ kanċer marbut mat-tipjip jew mard ieħor. Is-sigaretti bit-togħmiet jikkawżaw il-kanċer? Is-sigaretti kollha jagħmlu lħsara, inkluż dawk bit-togħmiet. Ħafna minn dawk li jpejpu jaħsbu li s-sigaretti tat-togħmiet jagħmlu inqas ħsara, imma m’hemm l-ebda prova li dawn issigaretti jagħmlu inqas ħsara mis-sigaretti l-oħra. Bħassigaretti l-oħra, is-sigaretti tattogħmiet jagħmlu ħsara f’kull organu tal-ġisem u jikkawżaw ħafna mard fosthom il-kanċer, mard tal-qalb u mard respiratorju. Is-sigaretti tat-togħmiet, bħassigaretti l-oħra, jeffettwaw wkoll il-fertilità tan-nisa u tal-irġiel u jagħmlu ħsara kbira lil nisa tqal u lit-trabi fil-ġuf. It-tipjip tas-sigarri u tal-pipi jikkawża l-kanċer? Id-duħħan tas-sigarri u tal-pipi bħad-duħħan tas-sigaretti, fih kimiki tossiċi li jistgħu

Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 7,000 kimika. Madwar 70 minnhom hu magħruf li jistgħu jikkawżaw il-kanċer

jikkawżaw il-kanċer u jagħmlu lħsara kemm lil min ipejjep u anke lil dawk li ma jpejpux. Ittipjip tas-sigarri u tal-pipi jikkawża kanċer fil-borża talurina, fil-pajp tal-ikel, fis-sistema tal-vuċi, fix-xoffa, fil-pulmun, fil-ħalq, fil-griżmejn u flilsien. Jekk wieħed ipejjep issigarri kuljum, ikun f’riskju akbar li jiżviluppa mard tal-qalb u tal-pulmun.

Id-duħħan mit-tipjip x’effett għandu fuq min ma jpejjipx? Għalkemm persuna ma tkunx tpejjep, it-tipjip ta’ ħaddieħor jista’ jkollu effett fuqha. Wieħed jista’ jkun espost għad-duħħan tas-sigaretti fid-djar, f’karozzi, fil-post tax-xogħol u f’postijiet pubbliċi. Meta bniedem ikun viċin xi ħadd li jpejjep, ikun qed jibla’ l-

istess kimiki tad-duħħan perikolużi bħal min ikun qed ipejjep u għalhekk anke jekk wieħed jibla’ ftit duħħan, jista’ jkun ta’ periklu għalih. Meta wieħed jibla’ d-duħħan ta’ min ipejjep, jista’ jaqbdu kanċer fil-pulmun minkejja li ma jkunx ipejjep. Fl-Istati Uniti talAmerika, madwar 3,000 persuna adulta tmut kull sena minħabba kanċer tal-pulmun minħabba li jkunu esposti għad-duħħan ta’ min ipejjep. Meta wieħed ikun jgħix ma’ xi ħadd li jpejjep, iċċansijiet li jkollu kanċer fil-pulmun jiżdiedu bejn 20 u 30 filmija. Meta wieħed ikun espost għadduħħan tas-sigaretti, ikun f’riskju akbar ta’ mard tal-qalb u jkollu effett negattiv fuq l-arterji tad-demm u jikber ir-riskju ta’ attakk tal-qalb. Kull sena hu

stmat li jmutu mas-46,000 persuna minħabba mard tal-qalb ikkaġunat mid-duħħan tat-tipjip ta’ nies oħra. Nies li diġà għandhom kundizzjonijiet ta’ mard talqalb, huma f’riskju akbar li jbatu minn effetti negattivi meta jibilgħu duħħan mit-tipjip ta’ ħaddieħor u għalhekk għandhom jevitaw li anke jkunu esposti għal ftit duħħan. Minħabba li ħafna studji wrew li liġijiet li ma jippermettux tipjip f’postijiet pubbliċi jtejbu s-saħħa ta’ min jaħdem u tal-konsumatur, ħafna pajjiżi fosthom Malta għandhom liġijiet biex fil-postijiet tax-xogħol, f’postijiet pubbliċi, f’ristoranti u fil-bars ma jistax isir tipjip. Imma miljuni ta’ tfal u adulti xorta waħda jibilgħu d-duħħan ta’ min ipejjep fi djarhom, fil-karozzi, fil-postijiet tax-xogħol u f’postijiet pubbliċi.

Nisa tqal u d-duħħan tassigaretti Nisa tqal li jibilgħu d-duħħan ta’ min ipejjep aktar għandhom ċans li jkollhom trabi b’piż baxx meta mqabbla ma’ nisa li mhumiex esposti għal dan idduħħan. Meta jitwieldu, it-trabi li jkunu f’ambjent tad-duħħan tas-sigaretti huma f’riskju akbar li jkollhom infezzjonijiet f’widnejhom, li jkollhom bronchitis jew pnewmonja jew li jmutu zoptu. Id-duħħan tas-sigaretti jista’ jikkawża problemi ta’ saħħa serji fit-tfal fosthom mard frekwenti respiratorju, sogħla, aktar attakki serji ta’ ażma u infezzjonijiet filwidna. Għalhekk, nisa tqal jingħataw parir biex jevitaw ambjenti fejn hemm konċentrazzjonijiet qawwija ta’ dħaħen tas-sigaretti.


www.maltarightnow.com

27

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

Il-McLaren jiċħdu l-ispekulazzjonijiet FORMULA 1

Il-McLaren ċaħdu l-ispekulazzjonijiet li qed jħidu li dawn qed jagħmlu minn kollox biex jerġaw iġibu lura magħhom lill-eks sewwieq tagħhom Lewis Hamilton. Attwalment Hamilton, lider tal-klassifika tas-sewwieqa qiegħed isuq mal-Mercedes. Hamilton kien ħalla lill-McLaren u ħafna kienu dawk li qalu li kien se jagħmel pass lura fil-karriera tiegħu billi jingħaqad malMercedes imma dan ma kienx ilkaż. Filwaqt li hu qed ikollu wirjiet mill-aqwa mal-Mercedes u qed jissielet għar-rebħ tat-titlu, Jenson Button, Sergio Perez u Kevin Magnussen, it-tliet

sewwieqa li saqu mal-McLaren sa minn meta telaq Hamilton, naqqsu milli jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. Ġimgħa ilu ħarġet l-aħbar li ċchampion renjanti tar-Red Bull Sebastian Vettel se jitlaq lir-Red Bull u se jingħaqad mal-Ferrari. Din l-aħbar żiedet mal-ispekulazzjoni li s-sewwieq tal-Ferrari, Fernando Alonso kien se jingħaqad mal-McLaren iżda jiem wara kien hemm min spekula li jista’ jkun proprju Hamilton li jsuq mal-McLaren. Fi stqarrija pubblika l-McLaren ċaħdu dan kollu u dan ifisser li Alonso issa hu l-favorit numru wieħed li jingħaqad magħhom.

Nadal se jiġi operat TENNIS

It-tennista numru tnejn fiddinja Rafael Nadal qal li fi tmiem is-sena se jiġi operat minħabba li qed isofri minn appendiċite. Nadal kien qed ikun miġugħ u kien qed jieħu l-mediċina biex jilgħab iżda wara t-telfa li sofra tard l-Erbgħa filgħaxija filMasters ta’ Shanghai qal li se jiġi operat. Nadal tilef kontra l-Ispanjol Feliciano Lopez 6-3 7-6 (8-6) fittieni rawnd f’Shanghai u f’kum-

menti li ta wara l-logħba qal li se jieħu sehem fi tliet turnaments, f’Basel, f’Pariġi u f’Londra u wara jidħol l-isptar. Nadal ilu jsofri minn diversi injuries sa mis-sajf u ma kienx ħa sehem fil-US Open minħabba injury fil-polz. Qabel ma ikkompeti f’Shanghai kien ikkompeta biss darba sa minn meta kien safa eliminat mir-raba’ rawnd ta’ Wimbledon. Ġimgħa ilu ħa sehem fl-Open taċ-Ċina.

Keith Galea jiċċelebra hekk kif kiseb ir-rebħa li biha ġie inkurunat champion

Suċċess għal Galea u Pace TRIATHLON SERIES 2014

Keith Galea u Hannah Pace kienu ż-żewġ atleti fi tmiem ilġimgħa ġew inkurunati champions wara li spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika wara li ikkompetew f’erba’ tlielaq. Galea u Pace ħarġu rebbieħa fl-aħħar tellieqa li saret il-Ħadd li għadda. Galea kellu wirja dominanti u kien fi klassi għalih fit-tliet partijiet tat-tellieqa. L-atleta ta’ B’Kara St Joseph kellu bżonn 10 minuti u 37 sekonda biex għamel distanza ta’ 750 metru fil-baħar filwaqt li fittieni parti, dik tar-rota, hu dam 32 minuta u 53 sekonda. It-tieni parti kienet fuq distanza ta’ 20km filwaqt li għamel ġirja ta’ 5km f’ħin ta’ 18-il minuta u 43 sekonda. B’hekk, Galea spiċċa rebaħ ittellieqa f’ħin ta’ siegħa, tliet minuti u 29 sekonda. Fabio Spiteri ta’ Agones daħal fit-tieni post f’ħin totali ta’ siegħa, ħames minuti u 12-il sekonda biex għeleb l-isfida ta’ Graham Borg, atleta ieħor ta’ B’Kara St Joseph

li daħal fit-tielet post. Borg għamel id-distanza f’minuta u 59 skonda aktar minn Spiteri. Fil-klasssifika overall li inħadmet fuq erbat itlielaq Keith Galea rebaħ f’ħin ta’ erba’ siegħat, 14-il minuta u 38 sekonda. Fabio Spiteri spiċċa t-tieni f’erba’ siegħat, 22 minuta u disa’ sekondi filwaqt li Grahm Borg spiċċa t-tielet f’ħin ta’ erba’ siegħat, 24 minuta u 42 sekonda. Il-kategorija ta’ taħt it-23 sena intrebħet minn Neil Markham ta’ Agones filwaqt li atleta ieħor ta’ Agones, Holger Mitterer rebaħ il-kategorija ta’ atleti li għandhom aktar minn 40 sena. Pawlu Brincat ta’ St Patrick’s rebaħ ilkategorija 50+ filwaqt li John Schembri rebaħ dik tal-60+. Fil-kategorija tan-nisa kienet Hannah Pace li wara erbat itlielaq ħarġet rebbieħa. Hi rebħet anke l-aħħar tellieqa li saret il-Ħadd li għadda f’Birzebbuga. Id-distanza ta’ 750 metru fil-baħar Pace għamlitha f’ħin ta’ 11-il minuta u sitt

sekondi filwaqt li fuq ir-rota, biex għamlet distanza ta’ 20km damet 36 minuta u 40 sekonda. Pace ġriet l-aħħar fażi tat-tellieqa fuq distanza ta’ 5km f’ħin ta’ 21 minuta u 11-il sekonda biex b’hekk temmet it-tellieqa f’ħin ta’ siegħa, 10 minuti u disa’ sekondi. Fit-tieni post spiċċat Michelle Vella Wood ta’ B’Kara St Joseph. Din għamlet ħin totali ta’ siegħa, 12-il minuta u 33 sekonda u fittielet post daħlet Margaret Seguna ta’ Mellieħa f’ħin ta’ siegħa, 13-il minuta u 20 sekonda. B’kollox Pace, champion talkategorija għamlet ħin overall ta’ erba’ siegħat, 46 minuta u 41 sekonda. Vella Wood, li spiċċat it-tieni għamlet ħin ta’ erba’ siegħat, 52 minuta u 42 sekonda filwaqt li Seguna għamlet ħin ta’ ħames siegħat u ħames sekondi. Fil-kategoriji l-oħra rebħu Donatelle Camilleri ta’ Mellieħa (40+) u Sue Farrugia ta’ B’Kara St Joseph (50+).

Illum jibdew il-provi liberi għall-Grand Prix ta’ Motegi filĠappun u s-sewwieq tal-Honda Marc Marquez jista’ jkun inkurunat champion għat-tieni sena konsekuttiva. Marquez, sewwieq li għad għandu 21 sena jsir champion jekk jibqa’ 75 punt fuq l-eqreb rivali tiegħu Dani Pedrosa. Fit-tielet post tal-klassifika hekk it-Taljan Valentino Rossi li qiegħed 78 taħt Marquez filwaqt li fir-raba’ post hemm Jorge Lorenzo li qiegħed 90 punt

taħt Marquez. Dan l-istaġun Marquez kellu wirjiet dominanti u mill-ewwel 12-il Grand Prix rebaħ 11 minnhom imma fl-aħħar żewġ Grand Prix naqqas mir-ritmu u ma rebaħ l-ebda minnhom. “Naf li nista’ nirbaħ it-titlu proprju fil-pajjiż tal-Honda imma ma rridx nitlef il-konċentrazzjoni. L-aħħar żewġ Grand Prix kienu diffiċli għalija u wasal il-mument fejn irrid inwettaq reazzjoni,” qal

Marquez. Għal tmiem il-kampjonat fadal erba’ Grand Prix. Sena ilu l-Grand Prix talĠappun kien rebħu Jorge Lorenzo tal-Yamaha u Marquez kien spiċċa t-tieni. Jekk Marquez jirbaħ nhar il-Ħadd jilħaq irrekord ta’ Mick Doohan li fl1997 kien rebaħ total ta’ 12-il Grand Prix f’sena. Fl-istaġun li għadda Marquez sar champion fl-ewwel sena tiegħu li kien qed jikkompeti filMotoGP.

Marquez jista’ jirbaħ it-titlu MOTOGP

Tard l-Erbgħa filgħaxija, f’partita mit-Tielet Diviżjoni Attard għelbu lil St Venera 2-1. Din il-logħba reġgħet intlagħbet wara li oriġinarjament kienet ġiet abbandunata l-Ħadd 28 ta’ Settembru. Dan minħabba l-fatt li seba’ minuti mit-tmiem, meta Attard skurjaw it-tieni gowl intfew il-floodlights tal-grawnd u r-referee kien abbanduna l-logħba fost ħafna kontroversja għaliex l-uffiċjali ta’ Attard kienu ipprotestaw għax skont huma, fil-grawnd tas-Sirens kien hemm dawl biżżejjed biex titkompla l-partita. L-Erbgħa, il-partitarji ta’ Attard esponew dan il-banner fil-konfront tat-tim avversarju f’partita li intemmet 2-1 favur Attard.


www.maltarightnow.com

SPORT

EURO 2016

L-Olanda u t-Turkija jridu jwettqu reazzjoni

Fit-tieni jum ta’ partiti mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016 l-Olanda u t-Turkija se jkunu qed jippruvaw iwettqu reazzjoni wara li fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi sofrew telfiet xejn mistennija. L-Olanda tilfet 2-1 fl-aħħar minuta kontra r-Repubblika Ċeka filwaqt li t-Turkija kienet umiljata meta tilfet 3-0 kontra lIżlanda. Illejla t-Turkija jilagħbu kontra r-Repubblika Ċeka filwaqt li lOlanda tilgħab kontra lKazakhstan. Dawn iż-żewġ partiti se jkunu tnejn minn total ta’ disgħa li se jintlagħabu mirrawnd ta’ kwalifikazzjoni għallEuro 2016. L-Olanda bdiet fuq sieq ħażina fi Grupp A meta tilfet kontra ċĊeki u llejla t-tim immexxi minn Guus Hiddink jibda favorit li jieħu t-tliet punti f’Amsterdam. It-telfa kontra r-Repubblika Ċeka kienet waħda mhux mistennija, speċjalment wara l-wirjiet li kellu t-tim fit-Tazza tad-Dinja tal-Brażil. L-Olandiżi spiċċaw fit-tielet post imma donnu li lplejers għadhom ma drawx issistema tal-kowċ li ħa post Van Gaal. L-Olanda kienu bdew b’telfa kontra l-Italja f’partita ta’ ħbiberija u issa jilagħbu kontra tim li fl-ewwel logħba kien spiċċa fi draw ta’ 0-0 kontra lLatvja. Minkejja li l-Kazakhstan m’humiex favoriti li jgħaddu minn dan il-grupp, jekk jirrepetu

29

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

Il-Programm Illum Grupp A Latvja v Iżlanda Olanda v Kazakhstan Turkija v Rep. Ceka Grupp B Belgju v Andorra Ċipru v Iżrael Wales v Bożnija-Herzegovina Grupp H Bulgarija v Kroazja Italja v Azerbaijan Malta v Norveġja l-wirja li kellhom kontra l-Latvja żgur li l-Olanda jkollhom biċċa xogħol diffiċli biex jieħdu l-punti massimi. Il-kowċ Hiddink għandu liskwadra kollha għad-dispożizzjoni tiegħu u mistenni jibda blewwel 11 li beda bihom kontra rRepubblika Ċeka. Il-Kazakhstan se jkunu mingħajr id-difensur Heinrich Schmidtgal għandu injury fl-irkoppa. Ta min jinnota li din se tkun l-ewwel darba li dawn iż-żewġ timijiet se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp it-Turkija jaffrontaw lirRepubblika Ċeka. Żgur li ċ-Ċeki jiftakru x’kien ġara fil-Euro 2008 meta dakinhar it-Torok ċaħdu hom milli jikkwalifikaw għallkwarti tal-finali. Dakinhar irRepubblika Ċeka kienu qed jirbħu 2-1 sa tliet minuti qabel

Il-kowċ tal-Italja Antonio Conte waqt sessjoni ta’ taħriġ qabel il-partita kontra l-Ażerbaijan

L-Olandiżi Klaas-Jan Huntelaar, Nigel de Jong u Gregory van der Wiel waqt sessjoni ta’ taħriġ qabel il-logħba kontra l-Kazakhstan

tmiem il-partita fl-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi imma tTurkija kienu ġabu d-draw u kienu huma li ikkwalifikaw minflokhom. F’dak il-konfront kien hemm ħames plejers li llejla se jkunu jiffurmaw parti mit-timijiet rispettivi tagħhom. Wieħed minnhom hu l-gowlkiper tarRepubblika Ċeka Petr Cech se jkun qed jirritorna bejn il-lasti mal-ewwel 11 hekk kif f’dawn laħħar xhur dan ma kienx qed ikun l-għażla numru 1 ta’ Chelsea. Mill-2008 ‘l hawn it-Turkija u r-Repubblika Ċeka lagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra xulxin fejn kisbu rebħa kull wieħed. Laħħar waħda kienet dik tal-2013 meta Krejci u Lafata taw rebħa ta’ 2-0 lir-Repubblika ĊekaFilwaqt li fl-aħħar ħarġa tTorok tilfu kontra l-Iżlanda, irRepubblika Ċeka se jkunu ġejjin minn rebħa kontra l-Olanda, rebħa li żgur se tgħollilhom ilmoral. Ir-rebħa kontra l-Olanda kienet l-ewwel waħda fl-aħħar ħames konfronti tagħhom. Għar-Repubblika Ċeka se jirritorna Tomas Necid li ġie imsejjaħ fl-iskwadra għall-ewwel darba sa mill-2012 filwaqt li Arda Turan u Mehmet Topal huma dubjużi. It-tielet logħba ta’ llejla f’dan il-grupp se tkun dik bejn ilLatvja u l-Iżlanda. L-ewwel impenn Illejla l-Belġju jibdew l-impenji tagħhom bil-partita kontra lAndorra. It-tim Belġjan ma kienx impenjat fl-ewwel ġurnata ta’ din il-fażi mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni filwaqt li l-Andorra, f’Settembru li għadda, bdew b’telfa ta’ 2-1 f’darhom kontra Wales.

Fuq il-karta se tkun ferm diffiċli għall-Andorra biex jieħdu ttliet punti kontra tim li taħt ittmexxija tal-kowċ Marc Wilmots kellu prestazzjonijiet ferm pożittivi fit-Tazza tad-Dinja. IlBelġjani waslu sal-kwarti talfinali u sfaw eliminati millArġentina, it-tim li eventwalment spiċċa runner-up fl-edizzjoni. Fil-fatt, il-Belġju jistgħu jitqiesu bħala l-akbar favoriti li jirbħu dan il-grupp. Ħarsa lejn listatistika turi li l-Andorra ilhom ma jirbħu 68 partita u fl-aħħar seba’ partiti dejjem ħarġu telliefa. Dan ikomplu juri kemm ilBelġjani m’għandomx ifallu fi Brussell. Bejn il-lasti tal-Belġju mistenni jibda l-gowlkiper ta’ Chelsea Thibaut Courtois, anke jekk dan kellu injury f’rashu imma sieħbu Eden Hazard jista’ jitlef il-konfront minħabba injury. Kevin Mirallas ta’ Everton se jkun nieqes għall-Belġju minħabba injury fil-hamstring imma Toby Alderweireld se jilħaq jirkupra. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp Wales se jkunu qed ifittxu t-tieni rebħa konsekuttiva meta jaffrontaw lill-Bożnija f’Cardiff. Filwaqt li Wales għelbu lillAndorra, fl-aħħar ħarġa tagħhom il-Bożija se jkunu ġejjin minn telfa xejn mistennija kontra Ċipru. Wales se jkollhom diversi plejers neqsin fosthom Aaron Ramsey, Joe Allen, James Collins, Paul Dummett u Lee Evans. Bla dubju l-akbar theddida għall-Bożnija se jkun ilwinger Garteh Bale li għadu kemm ġie ivvutat bħala l-Aqwa Player ta’ Wales għar-raba’ sena konsekuttiva. Bale kien l-eroj kontra l-Andorra b’żewġ gowls u f’kummenti li ta dan qal, “Il-fatt

li se jkollna żewġ plejers ta’ kalibru bħal ma huma Ramsey u Allen neqsin mhux se jitfa’ pressjoni fuqna. Għadna plejers oħra li kapaċi jkunu importanti għat-tim.” Mill-istess grupp illejla Ċipru jilagħbu kontra l-Iżrael.

Mhux mistennija jfallu L-Italja llejla tilgħab kontra lAżerbaijan u mhux mistennija tfalli f’dan il-konfront. It-tim ta’ Antonio Conte beda b’rebħa ta’ 2-0 kontra n-Norveġja u llejla jilqgħu f’Palermo tim li beda b’telfa ta’ 2-1 kontra l-Bulgarija. Tlett ijiem wara dan il-konfront, l-Italja jilagġbu kontra Malta f’Ta’ Qali. Jista’ jagħti l-każ li llejla jerġa’ jilgħab l-attakkant ta’ Sassuolo Zaza li impressjona minn meta iddebutta mal-Italja u skurja anke wieħed mill-gowls kontra n-Norveġja. Attakkant li jista’ jiddebutta mal-Italja jista’ jkun Graziano Pelle ta’ Southampton. L-Italja se jkollhom lil Bonaventura u lil Barzagli neqsin minħabba injury u l-midfielder Andrea Pirlo se jkun qed jieħu post Bonaventura. Għal darba oħra l-kowċ Conte ħalla barra lill-attakkant Mario Balotelli li mhux qed ikollu wirjiet sodisfaċenti ma’ Liverpool. Ħarsa lejn l-istatistika turi li mill-aħħar 15-il logħba li lagħbu, l-Ażerbaijan rebħu biss tliet darbiet u dan juri kemm se tkun diffiċli għat-tim ta’ Berti Vogts li jiksbu xi punti minn dan il-konfront. Mill-istess grupp il-Bulgarija tilgħab kontra l-Kroazja filwaqt li Malta taffronta n-Norveġja. Bħall-Italja, l-Bulgari se jippruvaw jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara li għelbu lillAżerbaijan fl-ewwel partita.


www.maltarightnow.com

28

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

SPORT

FUTBOL LOKALI

Jeffrey Chetcuti ma’ Oratory Youths

Matthew Mamo Oratory Youths F.C ħabbru li akkwistaw lid-difensur veteran Malti Jeffrey Chetcuti b’kuntratt sal-aħħar tal-istaġun. Chetcuti, li għandu 40 sena, fil-passat lagħab ma’ diversi klabbs ewlenin fosthom Mosta, Valletta, Sliema Wanderers, Qormi, Vittoriosa Stars, St. Andrew’s kif ukoll Gżira United. Chetcuti kien ukoll parti mit-tim nazzjonali Malti fejn lagħab 69 partita. Chetcuti hu eliġibbli biex jilgħab saħansitra l-Ħadd li ġej kontra Xewkija Tigers.

TAZZA TAD-DINJA

Petr Cech qal li jekk ma jibdiex jilgħab b’mod regolari ma’ Chelsea ifittex klabb ieħor

Ronaldo jrid jirtira ma’ Real Madrid FUTBOL

L-aġent ta’ Cristiano Ronaldo, Jorge Mendes qal li Ronaldo se jirtira mal-Merengues, anke jekk hemm spekulazzjonijiet li dan jista’ jerġa’ jmur jilgħab mal-eks klabb tiegħu Manchester United. Ronaldo, li għandu 29 sena kellu wirjiet mill-aqwa f’dawn l-aħħar snin u ma’ Real rebaħ diversi unur fosthom iċ-Champions League. Il-plejer ta’ 29 sena hu marbut b’kuntratt ma’ Real li jiskadi fl2018 u dan l-istaġun kellu bidu ferm pożittiv fejn s’issa skurja 13-il gowl f’sitt partiti fil-kampjonat. “L-għamn ta’ Ronaldo hu li jirtira ma’ Real meta jkollu 40 sena. Se jipprova jikser ir-rekords kollha fil-kampjonat Spanjol. Il-klijent tiegħi kuntent ħafna ma’ Real u hu impossibbli, kemm għal Man Utd kif ukoll għal xi klabb ieħor biex jakkwistah,” qal Mendes. L-istess Mendes qal li jemmen li Ronaldo hu l-aqwa plejer li qatt kien hawn fl-istorja tal-futbol. “Aktar ma jgħaddi żmien Ronaldo qed ikompli jitjieb u ma nsib l-ebda diffikultà biex ngħid li mhux se naraw plejer ieħor bħalu,” temm jgħid Mendes. F’Jannar li għadda Ronaldo rebaħ il-Ballun tad-Deheb talFIFA meta għeleb l-isfida tarrivali Lionel Messi. CECH – Il-gowlkiper ta’ Chelsea Petr Cech qal li jekk ma jibdiex jilgħab b’mod regolari ma’ Chelsea ifittex klabb ieħor.

Qabel l-istaġun Chelsea ġabu lura lil Thibaut Courtois mingħand Atletico Madrid u qed ikun hu li jibda mal-ewwel 11. F’kummenti li ta Cech dan qal, “Għadni ma tkellimt ma’ ħadd mid-diriġenti imma jien qed naħseb fil-Euro 2016 u biex inżomm posti mat-tim nazzjonali irrid nilgħab regolari u biex nagħmel dan jidher li se jkolli nfittex klabb ieħor.” DI MATTEO – Il-kowċ ilġdid ta’ Schalke Roberto Di Matteo qal li mhux qed iħossu taħt pressjoni biex imexxi lillklabb Ġermaniż. Matul din ilġimgħa Di Matteo ħa post Jens Keller u issa se jkun qed imexxi lil tim li kellu bidu negattiv flistaġun. Schalke attwalment qegħdin fil-11-il post fil-kampjonat bi tmien punti minn seba’ logħbiet. “Naf li d-diriġenti u l-partitarji se jkunu qed jistennew ħafna mingħandi imma jien mhux qed inħossni taħt pressjoni. Jien ilni involut fil-futbol 24 sena u ħdimt f’diversi pajjiżi bħal ma huma lIżvizzera, l-Italja u l-Ingilterra u għandi esperjenza biżżejjed biex inmexxi dan il-klabb,” qal Di Matteo. Di Matteo qal li l-għan prinċipali tal-klabb hu li jikkwalifika għaċ-Champions League u dan hu anke l-għan tiegħi. “Dan ittim għandu potenzjal u nemmen li l-aktar ħaġa li rridu naħdmu fuqha jien u l-plejers hi d-difiża,” temm jgħid Di Matteo.

VAN GAAL – L-eks manager ta’ Man Utd Sir Alex Ferguson faħħar lill-manager il-ġdid Louis Van Gaal, anke jekk dan bidu inkonsistenti mar-Red Devils. “Van Gaal għamel diversi tibdiliet u nemmen li huma tibdiliet li bihom it-tim se jmur tajjeb. Il-mod kif qed jaħdem jgħoġobni ħafna,” qal Ferguson. Van Gaal ħa post David Moyes li kien tkeċċa 10 xhur wara li kien inħatar kowċ minflok l-istess Ferguson. Bħalissa Man Utd qegħdin fir-raba’ post tmien punti taħt il-liders Chelsea. Huma kellhom bidu negattiv b’telfa kontra Swansea f’Old Trafford imma dan l-aħħar kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi, kontra Hull u Aston Villa rispettivament. Tul is-sajf Man Utd għamlu diversi akkwisti u nefqu madwar 150 miljun lira sterlina fuq plejers bħal ma huma Angel di Maria, Falcao u Luke Shaw. MAXWELL – Id-difesur ta’ PSG Maxwell ħabbar li mhux se jibqa’ jilgħab mat-tim nazzjonali Brażiljan. Maxwell, li għandu 33 sena kien wieħed mill-plejers fl-iskwadra Brażiljana li ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja imma minn meta Dunga ħa post Scolari bħala kowċ nazzjonali Maxwell ma lagħabx partite oħra mal-Brażil. F’kummenti li ta Maxwell qal, “Irrid naċċetta li issa kbirt u li hemm kompetizzjoni kbira għall-postijiet. Nemmen li wasal iż-żmien biex nieqaf nilgħab mat-tim nazzjon-

ali,” qal Maxwell. Dan talaħħar, fil-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi klabbs fosthom Ajax, Inter u Barcelona. CACERES – Id-difensur ta’ Juventus Martin Caceres se jdum barra madwar xahar wara li weġġa’ fi tmiem il-ġimgħa firrebħa ta’ 3-2 kontra Roma. Caceres kien mibdul fi tmiem lewwel taqsima u wara testijiet li saru jidher li l-plejer millUrugwaj se jdum barra xahar. Ta min jiftakar li Juventus għandhom wkoll lil Andrea Brazagli li hu imweġġa’. Il-logħba li jmisshom Juventus hi dik tat-18 ta’ Ottubru kontra Sassuolo. GILL – Il-Kap Eżekuttiv talFA Ingliża David Gill ħabbar li hu interessat li jokkupaw l-kariga ta’ Viċi-President tal-FIFA. Gill ilu sa minn Mejju li għadda jifforma parti mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Jekk Gill ikun elett jikseb post fil-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA u jieħu post Jim Boyce tal-Irlanda ta’ Fuq. MUTU – Il-plejer Rumen Adrian Mutu irid item il-karriera ma’ Fiorentina. Dan żvelah il-kowċ tal-eks klabb tiegħu Petrolul Ploiesti, Daniel Capra. Mutu bħalissa qed jilgħab flIndja wara li skadielu l-kuntratt li kellu ma’ Petrolul. Skont Capra, f’Jannar li ġej, meta jintemm il-kampjonat Indjan, Mutu se jmur jilgħab f’Firenze. Mutu, li għandu 35 sena lagħab ma’ Fiorentina bejn l-2006 u l2011.

Il-klabbs se jitolbu kumpens

Il-klabbs Ewropej qed jikkunsidraw li jitolbu kumpens lillFIFA dejjem jekk tinbidel id-data li fiha ssir it-Tazza tad-Dinja tal2022 li se ssir fil-Qatar. Fl-2010 il-Qatar rebaħ id-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-2022 u minn dakinhar ‘l hawn kien hemm kontroversji kbar dwar din l-għażla. Minħabba t-temperaturi għolja li jkun hemm fis-sajf filQatar, il-FIFA qed tikkunsidra biex l-edizzjoni ssir bejn Novembru u Jannar imma dan ikun ifisser li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa ikollhom jieqfu għal madwar tmien ġimgħat. Hu għalhekk li f’kummenti li ta l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzojni tal-Klabbs Ewropej (ECA), KarlHeinz Rummenigge qal li lklabbs mistennija jitolbu kumpens mingħand il-FIFA. “Jekk it-Taza tad-Dinja ssir fixxitwa l-klabbs se jkunu milquta b’mod negattiv u se jitilfu ħafna flus. Il-klabbs m’humiex lesti josfru minħabba deċiżjoni ta’ ħaddieħor u hu għalhekk li se niotolbu kumpens lill-FIFA. Fl-aħħar żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tadDinja 76% tal-plejers li ħadu sehem fihom kienu marbuta b’kuntratt ma’ klabbs Ewropej,” qal il-Ġermaniż. Ta min jiftakar li matul ilġimgħa ħarġet ukoll l-aħbar li jekk it-Tazza tad-Dinja ssir fixxitwa id-data tal-Olimpjadi taxXitwa, li jistgħu jsiru fil-Qatar, ikollha tinbidel. Minn meta l-Qatar rebaħ iddritt li jorganizza t-Tazza tadDinja, kien hemm ukoll akkużi li l-għażla kellha fiha element ta’ korruzzjoni.


www.maltarightnow.com

32

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2014

LOKALI

Ħamest irġiel anzjani f’mument ta’ rilassament fil-Belt Valletta, f’għodwa tipika ta’ Settembru, fuq it-turġien tal-knisja ta’ Santa Barbara, fi Triq ir-Repubblika. F’dan ir-ritratt tal-fotografu ta’ In-Nazzjon, tlieta minnhom jidhru f’diskursata bejniethom, waqt li t-tnejn l-oħra ġiethom nagħsa ħelwa grazzi għaż-żiffa ta’ tmiem is-sajf Malti. B’dan ir-ritratt, il-fotografu tagħna rebaħ il-‘Gold Award’ fil-kategorija tad-dokumentarji f’kompetizzjoni fl-Ingilterra (Ritratt: Martin Agius)

Il-Pulizija Għawdxin ordnati jiġu Malta għat-taħriġ Wara li reġa’ beda t-taħriġ tal-Pulizija Joe Mikallef

Il-Pulizija Għawdxin ġew ordnati biex b’mod immedjat – tnejn tnejn, meta jkunu ‘first watch’ – jiġu Malta għat-taħriġ flAkkademja tal-Pulizija f’Ta’ Kandja. Dan meta għal żmien twil, fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, it-taħriġ tagħhom kien isir f’Għawdex stess. Sorsi li tkellmu mal-ġurnal ‘InNazzjon’ fissru li fil-jiem li għaddew il-Pulizija Għawdxin irċivew ordni biex b’mod immedjat jibdew jiġu Malta għat-taħriġ fl-Akkademja talPulizija – ġurnata teorija flAkkademja u, darba oħra, erba’ sigħat sparar. Dan ifisser li biex Pulizija Għawdxi jiġi Malta jkollu jitlaq mid-dar għall-ħabta tal-5.30am biex jaqbad il-vapur tal-Gozo Channel tas-6am ħalli jasal f’Ta’ Kandja fil-ħin għat-taħriġ. Naturalment, biex jirritorna ddar l-istess Pulizija Għawdxi jkollu jdum mill-inqas sal5.30pm, jiġifieri tnax-il siegħa.

Bla dubju ta’ xejn, dan ifisser tbatija kbira bla bżonn, apparti li l-Pulizija Għawdxin se jkollhom jużaw it-trasport privat tagħhom bi spejjeż għalihom, minbarra li jridu jħallsu €8.15 għat-trasport bil-baħar. Il-Pulizija li tkellmu ma’ ‘InNazzjon’ fissru li din l-ordni ma tagħmilx sens, u kien jagħmel aktar sens, issa li reġa’ beda ttaħriġ, kieku reġa’ beda jsir kif kien isir qabel. Jiġifieri darba kultant żmien jaqsmu minn Malta, fizzjal jew tnejn, u jagħtu t-taħriġ lill-Pulizija Għawdxija f’Għawdex stess mingħajr ilħtieġa ta’ ħafna skariġġ u spejjeż żejda għall-istess Pulizija Għawdxin. Fil-fatt, it-taħriġ teoretiku f’Għawdex kien isir f’dak li llum hu l-kampus tal-MCAST f’Għajnsielem, filwaqt li ssessjonijiet tal-isparar kienu jsiru fil-Kwartieri tal-Armata filQortin. L-istess sorsi żiedu li biex huma – tnejn tnejn – ikunu jistgħu jispiċċaw il-kors ta’ taħriġ,

Fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, it-taħriġ tal-Pulizija Għawdxin kien isir f’Għawdex stess, biex hekk kienu jiffrankaw ħafna tbatijiet bla bżonn

se jkollhom jiġu Malta darbtejn fil-ġimgħa. L-ewwel għat-teorija u darba oħra, meta jkunu ‘second watch’, għal erba’ sigħat sparar li jibdew fis-2pm. Dan jkollu jfisser spejjeż doppji għall-Pulizija Għawdxin.

Dwar dan, il-ġurnal ‘InNazzjon’ talab ir-reazzjoni ta’ Jason Azzopardi, il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Intern u sSigurtà Nazzjonali, li qal li din hi turija oħra ta’ kemm min qiegħed imexxi politikament il-Korp tal-

Pulizija mhux kompetenti. Għaliex anke jekk wieħed jargumenta li qabel, mhux kollox kien ward u żahar, imma l-fatt li fl-aħħar xhur il-kundizzjonijiet tal-Pulizija marru lura, la hu sinjal ta’ kompetenza u lanqas ta’ serjetà minn min politikament hu responsabbli mill-Korp. Sfortunatament, fil-Korp talPulizija bdiet dieħla l-mentalità tat-tlaqqit u xhieda ta’ dan hi wkoll il-gabuba li l-Ministru Manuel Mallia għadu kemm inawgura f’Wied il-Għajn, li suppost isservi bħala Għassa talPulizija. Jason Azzopardi temm billi staqsa jekk dan hux dak li ġew imwiegħda l-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-familji tagħhom, mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.