In-Nazzjon 17 ta' Settembru 2014

Page 1

Nru 13,850

l-Erbgħa, 17 ta‘ Settembru, 2014 €0.80

www.maltarightnow.com

Impjieg ieħor għal tal-qalba Għawdex

Bl-Indipendenza ksibna ħafna, imma rridu niksbu aktar Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jilqa’ lill-Viċi Kap Beppe Fenech Adami, li bħalissa qed jieħu l-kura għall-kanċer, fl-ewwel laqgħa ta’ djalogu lbieraħ filgħaxija (Ritratti: Joseph Galea)

– Simon Busuttil

Fuq il-Fosos tal-Furjana, jiftħu l-festi tal-50 Anniversarju tal-Indipendenza Benny Agius

Kburi bil-passat tiegħu, ilPartit Nazzjonalista jrid jibqa’ parti mill-futur talpajjiż. Illum jibqa’ jiċċelebra l-kisba tal-Indipendenza għaliex biha ta ħafna lillpajjiż u lill-poplu. Imma lIndipendenza għandha sservi

wkoll biex inkomplu niksbu aktar għal pajjiżna. Fl-ewwel diskussjoni Fuq ilFosos tal-Furjana, hekk kif ilbieraħ filgħaxija fetħu ċ-ċelebrazzjonijiet organizzati mill-PN biex ifakkar il-50 Anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza, ilKap tal-PN Simon Busuttil, flimkien ma’ mistiedna oħra,

spjegaw il-kisbiet li għamel ilpoplu u l-pajjiż tul is-snin. Filwaqt li sellem lil dawk kollha li kienu fl-istess inħawi 50 sena ilu u llum huma preżenti wkoll għal dan l-anniversarju, Simon Busuttil qal li l-mixja talindipendenza għal Malta bdiet fost xettiċiżmu kbir. Minkejja dan, il-PN, xprunat minn Ġorġ

Borġ Olivier, kellu l-kuraġġ u lviżjoni li l-poplu jagħżel iddirezzjoni t-tajba meta l-pajjiż kien f’salib it-toroq. Dak li qed igawdi pajjiżna llum hu grazzi għad-deċiżjoni li jidħol għar-responsabbiltà li jmexxi lilu nnifsu b’fiduċja filpoplu tiegħu. għal paġna 3

Kollox jindika li attivist kbir talPartit Laburista, mingħajr l-ebda kwalifika fil-qasam, se jinħatar f’kariga għolja fit-tmexxija tallibreriji Għawdxin. Din il-persuna diġà ppreżentat ruħha filLibrerija Pubblika Ċentrali malimpjegati, li fosthom bħalissa qed tirrenja skuntentizza minħabba l-mod kif qed isiru lAra paġna 5

Il-Gvern jirbaħ vot ta’ fiduċja Franza

Il-PM Franċiż Manuel Valls rebaħ bi ftit vot ta’ fiduċja filParlament, minkejja l-aħħar inkwiet li kellu fil-Kabinett minħabba l-miżuri tal-awsterità. Iżda dawn xorta jibqgħu żminijiet problematiċi għas-Soċjalisti li qed jamministraw il-pajjiż. Dan kien it-tieni vot ta’ fiduċja filGvern f’inqas minn sitt xhur fi żmien meta kważi tnejn minn kull tliet Franċiżi jridu li Hollande jwarrab minn President ta’ Franza. Ara paġna 13


www.maltarightnow.com

2

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

47 Iridu aċċess għall-bajja ta’ Imġarr ix-Xini Jekk mhux kulħadd, ħafna jafu illi f’Għawdex, f’Imġarr ix-Xini, bħalissa qed jinġibed il-film ‘By The Sea’ bl-atturi prinċipali jkunu Brad Pitt u l-mara tiegħu Angelina Jolie. Imma dan il-film ħoloq diversi kwistjonijiet. Bl-ewwel waħda tkun dwar il-gabbana li hemm f’Imġarr ix-Xini li kellha tingħalaq biex jinħadem il-film. U issa inqalgħet kontroversja wkoll fis-settur talgħadds li għat-turiżmu f’Għawdex hu niċċa importanti ferm. Dan hekk kif diversi Ċentri talGħadis f’Għawdex bagħtu ittra, maħruġa mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex, lill-Kummissarju talFilms, lill-Ministru Manwel Mallia, lill-Ministru Anton Refalo u lid-direttur tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), jitolbu biex ikun hemm aċċess għall-bajja ta’ Imġarr ix-Xini esklussivament għall-għadis meta r-riħ ikun millPunent jew mill-Majjistral. L-ittra ntbagħtet wkoll min-naħa ta’ ċentri li joffru s-servizzi ta’ kayaking u rock climbing. Dawn kollha qed jitolbu li jkollhom dan l-aċċess sa Novembru, meta mistenni jintemm il-ġbid tal-film f’din il-bajja. Dan peress illi, meta r-riħ ikun qed jonfoħ mill-Punent jew mill-

Majjistral, dan is-sit ikun l-uniku wieħed li fih jista’ jsir għadis b’mod sigur. Huma argumentaw ukoll li dan hu importanti għax ilperjodu li fih qed jinġibed il-film ikopri l-biċċa l-kbira tal-istaġun tal-għadis f’pajjiżna, partikolarment f’Għawdex. L-ittra titlob lill-Kummissarju tal-Films, lill-Ministru Manuel Mallia, lill-Ministru Anton Refalo u lill-MTA, biex fi żmien erbat ijiem mid-data tan-notifika talittra, li nħarġet it-Tnejn, jawtorizzaw l-aċċess kif spjegat. Jekk ma jsirx hekk, qed jiġu mwissija li se jittieħdu proċeduri kontrihom skont il-liġi. Fl-ittra hemm spjegat wkoll illi, jekk dawn iċ-ċentri ma jingħatawx l-aċċess għall-post, kif wara kollox, dejjem kellhom, in-negozji tagħhom se jkunu qed isofru telf kbir anke fil-futur peress li lgħadds jikkontribwixxi għal madwar 10% tal-industrija tat-turiżmu f’Għawdex. L-Assoċjazzjonijiet qalu li huma lesti wkoll jieħdu azzjonijiet ġudizzjarji kontra lawtoritajiet, jekk iseħħu inċidenti li jistgħu jwasslu għal korriment jew anki mewt ta’ persuni, li jinsistu li jgħoddsu f’żoni mhux siguri minħabba dan in-nuqqas ta’ aċċess għall-bajja ta’ Imġarr ix-Xini.

Kwalità aħjar tal-arja u l-baħar, u spazji miftuħin għal kulħadd u kkurati

Fit-titjib tal-kwalità talarja, sar kontroll aktar tattniġġis bit-twaqqif ta’ unit apposta, it-tneħħija tal-petrol bla ċomb u tas-CFCs, kontroll fuq l-emmissjonijiet talvetturi u l-għeluq ta’ inċineraturi antiki bil-bini ta’ wieħed ġdid fil-Marsa ta’ livell Ewropew. Fil-kwalità tal-baħar, wara l-Indipendenza is-sistema tad-drenaġġ twasslet madwar il-pajjiż kollu. Mid-disgħinijiet, saru pumping stations li servew biex solvew l-iżbroff fil-baħar. Saru tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ. Kisba ewlenija kienet li Malta hi l-

ewwel, u sal-lum l-uniku, pajjiż fl-Ewropa li jittratta ddrenaġġ kollu. B’hekk Malta tgawdi fost l-aktar baħar nadif fl-Ewropa u filMediterran. Sar programm kbir ta’ bini u kura ta’ spazji pubbliċi miftuħin għal kulħadd. Saru ħafna ġonna pubbliċi, pereżempju Ġnien Ġorġ Bonello du Puis Tas-Sliema, Ġnien Santa Marija tal-Anġli Baħar iċ-Ċagħaq, Ġnien Pembroke u ħafna oħrajn. Saru pjazez bħal ta’ Sant’Anna f’Tas-Sliema u spazji ewlenin fosthom f’Paceville u Triq Bisazza.

Saru funtani ġodda u restawrati, promenades u belvederes bħal dawk ewlenin f’Tas-Sliema, Buġibba, San Pawl, ixXemxija, Birżebbuġa, Wied il-Għajn u ż-Żurrieq. Saru għadd ta’ parks għallfamilji u riservi naturali fosthom il-Gżejjer ta’ San Pawl, il-Magħluq ta’ Marsaxlokk u tal-Għadira u s-Simar fixXemxija. Sar ukoll titjib f’ħafna bajjiet u xtajtiet ġodda, bħal f’San Pawl il-Baħar u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, biex il-baħar nadif jitgawda saħansitra aħjar.


www.maltarightnow.com

LOKALI

It-tiġdid tal-PN beda, imma fadal ħafna xogħol xi jsir minn paġna 1

Illum il-poplu Malti kollu għandu għaliex iħossu kburi blIndipendenza, għaliex dan ilpass issarraf b’mod konkret f’suċċess. Hu grazzi għal din iddeċiżjoni li l-poplu seta’ jingħaqad ma’ popli oħrajn u jkun parteċipi magħhom f’deċiżjonijiet importanti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Simon Busuttil sellem ukoll lil dawk li ma kinux preżenti fixXagħra tal-Furjana meta l-poplu Malti sar sovran. Dawk li llum huma preżenti għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma l-protagonisti li għada se jkomplu jwasslu lillpajjiż fit-triq tas-suċċess. Il-Kap Nazzjonalista qal li lPN hu kburi bil-passat tiegħu u ma jsemmix biss il-passat biex jgħix il-passat. Il-PN illum hu kburi wkoll għaliex igawdi millesperjenza u mill-valuri. Dawn huma l-valuri li se jkomplu jkunu parti mit-tfassil tal-futur talpajjiż. Il-PN qed jaħdem għall-futur anke mill-Oppożizzjoni, qal Simon Busuttil, u dan qed jurih bir-riġenerazzjoni li għaddejja fi ħdanu. Tixhed ukoll dan it-tiġdid, l-approvazzjoni tal-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali. Se jkun hemm aktar fil-futur, iżda din l-ewwel għażla turi l-ħsieb tal-PN li jiġġedded bil-fatti, kif turi lgħażla fin-numru ta’ kandidati nisa u rġiel. Waqt id-diskussjoni sar intervent ukoll mill-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami. Hu rringrazzja lil dawk kollha li tawh l-appoġġ tagħhom fil-mument diffiċli li għaddej minnu. Hu spjega li llum qed jara s-solidarjetà kbira tal-poplu Malti kollu u se jagħmel dak kollu possibbli biex joħroġ mis-sitwazzjoni li jinsab fiha. Kif jikseb lura saħħtu, qal Beppe Fenech Adami, se jkompli jagħti dak kollu li jista’ għallpajjiż. Alfred Bonnici, li kien Membru Parlamentari Nazzjonalista fil-Gvern ta’ Borġ Olivier meta nkisbet lIndipendenza, qal li llum, 50 sena wara, jara suċċess kbir fixxogħol, fi-turiżmu, fis-saħħa u f’oqsma oħra importanti. Hu fakkar li sa minn dak iż-żmien, Borġ Olivier kien diġà nieda l-

ħsieb li Malta tkun membru flgħaqda Ewropea. Joe Cassar, li serva għal ħafna snin bħala Ambaxxatur ta’ Malta f’diversi pajjiżi, qal li wara lkisba tal-Indipendenza, Malta kisbet ukoll ir-rispett ta’ ħafna pajjiżi. Il-PN reġa’ ħadem ħafna biex kiseb lura dan ir-rispett bilGvernijiet ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Dan kien possibbli għaliex il-PN dejjem ħaddem politika ta’ fiduċja fil-poplu. Intervent ieħor sar minn Michael Falzon, Ministru fi Gvernijiet tal-PN wara l-1987, li qal li Ġorġ Borg Olivier għaraf li t-triq li kellu jagħżel kienet dik li d-deċiżjonijiet tal-poplu Malti jittieħdu minnu stess. Il-barranin kienu jieħdu deċiżjonijiet flinteress tagħhom. Anke jekk kienet tidher riskjuża, qal Joe Cassar, l-għaqal tal-PN wassal lill-poplu Malti biex jerfa’ r-responsabbiltajiet tad-deċiżjonijiet tiegħu. B’hekk il-poplu Malti kiseb il-fiduċja fih innifsu. Matul l-attivita’, intwerew ukoll kummenti mill-President Emeritu Eddie Fenech Adami u tal-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi. Eddie Fenech Adami qal li lIndipendenza tat lill-poplu Malti d-dritt li jiddeċiedi l-futur tiegħu. Dan wassal biex il-poplu seta’ jagħmel għażliet ċari, fosthom li jissieħeb fl-UE. Permezz ta’ dan il-pass, il-poplu mhux biss gawda minn żvilupp ekonomiku u soċjali, iżda seta’ jsemma’ wkoll leħnu b’mod rilevanti filkomunità internazzjonali. Lawence Gonzi qal li lIndipendenza wasslet għall-kisba tas-sovranità, l-investiment qawwi fl-edukazzjoni u t-tqanqil ta’ kuxjenza favur l-ambjent. Lambjent, iżda, jibqa’ s-settur li fih pajjiżna beda tard u jrid jaħdem aktar dwaru. Il-ħolqien ta’ aktar spazji għar-rikreazzjoni kien pass fid-direzzjoni t-tajba tal-Gvernijiet tal-PN u dan għandu jkompli. Filmat ieħor, imtella’ millMŻPN u maħdum minn studenti tal-MCAST, irrakkonta l-esperjenza ta’ persuna li twieldet fil-21 ta’ Settembru, 1964 u l-kisbiet li gawdiet minnhom tul dawn laħħar 50 sena fl-iżvilupp ta’ pajjiżna.

3

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

Fl-ewwel laqgħa ta’ diskussjoni fuq il-Fosos, minbarra Simon Busuttil u Beppe Fenech Adami, tkellmu wkoll Alfred Bonnici, li kien deputat fil-Kabinett tal-Indipendenza, l-eks Ambaxxatur Joe Cassar, u l-eks Ministru Michael Falzon


www.maltarightnow.com

4

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Dakinhar tad-29 t’Ottubru 2013 meta nqatel Joseph Caruana fil-Kalkara. L-akkużat Gregorio Scicluna kien spara wkoll fuq l-eks sieħba tiegħu u ż-żewġ uliedhom, minbarra li qatel lil missierha

Il-qtil fil-Kalkara f’Ottubru li għadda

L-AĠ jappella mil-libertà proviżorja tal-akkużat

L-Avukat Ġenerali, permezz tal-Avukat Philip Galea Farrugia, appella mid-deċiżjoni tal-Qorti fil-konfront ta’ Gregorio Scicluna, ta’ 52 sena mill-Kalkara, magħruf bħala “ilGoodie”, li fil-5 ta’ Settembru li għadda ngħata l-libertà proviżorja. Scicluna jinsab mixli bil-qtil ta’ missier l-eks sieħba tiegħu u li fera lill-eks sieħba u lil uliedhom. Il-Prosekuzzjoni qed tgħid li fid-29 ta’ Ottubru 2013 spara tliet tiri mill-qrib u qatel lil Joseph Caruana, ta’ 61 sena. Każ li seħħ fil-Kalkara.

L-appell tressaq minħabba lkarattru tal-akkużat, li jirrendih bħala bniedem imprevedibbli u inaffidabbli. Sar ukoll minħabba l-fatt li minkejja l-kundizzjonijiet li ġew imposti fuqu, Gregorio Scicluna ftit li xejn jista’ joffri serħan il-moħħ lillvittmi tiegħu, li b’xorti tajba għadhom ħajjin. Il-Prosekuzzjoni qed issostni li għalkemm hemm ordni ta’ protezzjoni għall-vittmi, kulma għadhom għaddew minn dik lgħodwa ta’ biża’ huma inqas minn 11-il xahar. Għalhekk, ittliet vittmi xorta se jgħixu tter-

rorizzati bil-ħsieb li l-akkużat jista’ jkun warajhom. Dawn mhux biss kienu filmira li jinqatlu, iżda effettivament huma l-uniċi xhieda ta’ dak kollu li seħħ, inkluż il-qtil ta’ Joseph Caruana. Minkejja li ngħata l-libertà proviżorja, Scicluna xorta baqa’ miżmum ilħabs minħabba li baqa’ ma ħallasx id-depożitu ta’ 30,000 ewro. Ir-rikors tal-Avukat Ġenerali sar ukoll minħabba li skont ilProsekuzzjoni, l-akkużat hu persuna perikoluża. Hu wkoll riċediv b’numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Qrati, fosthom sentenza li

fiha kien instab ħati li ħajjar u assista mara biex toqtol lil żewġha, xi ħaġa li effetivament għamlet, u li hu kien taha arma biex tagħmel dan. Ir-rikors jgħid ukoll li numru ta’ reati oħrajn li kien involut fihom huma dawk ta’ natura sesswali, fosthom fuq minuri. Fir-rikors jingħad ukoll li minħabba t-temperament mhux ta’ min jafdah, li għandu Gregorio Scicluna, Joseph Caruana ilu mejjet kważi sena, Simone Caruana għadha sal-lum biċ-ċomb f’ġisimha, u l-minuri Yasmin u Shania se jqattgħu l-

kumplament ta’ ħajjithom bittrawma li missierhom spara fuqhom u li qatel lil nannuhom. Minbarra depożitu ta’ 30,000 ewro, meta ngħata l-libertà proviżorja Gregorio Scicluna kien ordnat iħallas ukoll garanzija personali tal-istess ammont. Għall-akkużat qed jidhru lAvukati Michael u Lucio Sciriha, filwaqt li l-Avukat Stephen Tonna Lowell qed jirrappreżenta lill-vittmi. IlProsekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispeturi Stephen Pullicino, Keith Arnaud u Robert Said Sarreo.

Robert Cremona

Ewropea ħolqot ‘rabja’ fost ilpriġunieri li hemm fil-ħabs. Dan għaliex l-ambjent li fih qed jgħixu, kulma jmur qiegħed dejjem jiddeterjora, u l-ilmenti tagħhom mhux qed jinstemgħu.

Ironikament, din iż-żjara taddelegazzjoni Ewropea se tkun qed issir fid-Diviżjoni Numru 4 li hi l-aħjar diviżjoni u l-aktar waħda moderna mill-ħabs kollu. “Division 4 hija l-isbaħ waħda – għaliex ma jiġux f’Division 2 jew Division 3? Għaliex qed iħalluna f’din ittelqa?”, staqsa wieħed mis-sorsi tagħna. Anke gwardjani tal-ħabs li tkellmu ma’ dan il-ġurnal spjegaw li meta l-Ministeru jorganiz-

za żjara uffiċjali fil-ħabs ikun hemm priġunieri li jiċċaqilqu apposta lejn Diviżjoni 4. U wara li l-mistiedna jitilqu, jerġgħu jittieħdu fiċ-ċelel tagħhom fiddiviżjonijiet l-oħrajn. L-istess sorsi komplew jgħidulna li minbarra Diviżjoni 4, “il-bqija tal-ħabs huwa verament mitluq u f’sitwazzjoni tassew tal-mistħija.” Priġunieri u anke gwardjani lokali li tkellmu magħna esprimew ir-rabja tagħhom

għall-mod kif aktar ma jgħaddi żmien, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin aktar qed jirrenja l-ħmieġ u s-sens qawwi ta’ abbandun. “Dan il-post qed jinbidel f’post inuman, u ma jistax ikun ħadd ma jgħid xejn,” sostna wieħed mis-sorsi tagħna. Persuna oħra qaltilna li “sa sena ilu fil-gazzetta tal-Ħadd talPartit Laburista kienu jużaw ittelqa fil-ħabs għall-gwadann politiku. Illum ninsabu f’sitwazzjoni aktar tal-biki.”

Serb ta’ 22 sena kien ikkundannat seba’ xhur ħabs, sospiżi għal 18-il xahar, wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li nhar it-Tnejn kellu l-passaport tiegħu b’timbri foloz biex ikun jista’ jibqa’ Malta għal żmien itwal. Krstic Nenad ammetta li kellu

timbru fuq il-passaport tiegħu, li juri li kien daħal u ħareġ kemm-il darba minn Malta. L-akkużat kien ikollu visa ta’ tliet xhur peress li ġej minn pajjiż li mhux membru talUnjoni Ewropea. Għalhekk hu jrid jerġa’ jmur pajjiżu u jiġi lura biex jitħalla jidħol. Kollox jindika li min għamel

it-timbru lil Nenad hu professjonist f’dan il-qasam minħabba li hu kważi eżatt bħall-oriġinali. Hu ammetta li ffalsifika dokument u użah meta kien jaf li kien qed jikser il-liġi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut, filwaqt li għas-Serb deher lAvukat Arthur Azzopardi.

Priġunieri urtati minħabba “telqa fil-ħabs”

Żjara li hi ppjanata li ssir filjiem li ġejjin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn delegazzjoni għolja tal-Unjoni

Sentenza sospiża għal żagħżugħ Serb


www.maltarightnow.com

5

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Minn attivist tal-PL għat-tmexxija tal-Libreriji ta’ Għawdex Joe Mikallef

Attivist akkanit tal-Partit Laburista li m’għandu l-ebda kwalifika fil-qasam tat-tmexxija tal-libreriji, fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jingħata kariga għolja fit-tmun tal-libreriji li hemm f’Għawdex. Sorsi infurmati tajjeb qalu lil In-Nazzjon li din il-persuna, aktar kmieni dan ix-xahar, ippreżentat ruħha f’waħda mil-libreriji li hemm f’Għawdex u ltaqgħet ma’ George Cassar, il-Kap talLibreriji f’Għawdex. Nifhmu li minn dakinhar hu beda jidħol regolarment fil-Gozo Lending Library, li tinsab fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex. Mhix ċara u lanqas magħrufa uffiċjalment il-kariga tiegħu s’issa, għalkemm minn aktar stħarriġ li għamel dan il-ġurnal irriżulta li qraba ta’ din il-persuna ilhom żmien jagħmlu pressjoni kbira biex dan jingħata kariga importanti fit-tmexxija tal-Libreriji f’Għawdex. Din il-pressjoni wasslet mhux biss sal-Ministeru tal-Edukazzjoni, imma saħansitra sa Kastilja fejn

fil-bidu ta’ dan ix-xahar din il-persuna kellha laqgħa proprju flUffiċċju tal-Prim Ministru. Nifhmu li għal din il-laqgħa importanti, issejjaħ ukoll Oliver Mamo, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Libreriji fil-gżejjer Maltin, li kien infurmat li b’effett immedjat dan kellu jibda jattendi lLibreriji f’Għawdex biex l-ewwelnett jiffamiljarizza ruħu, u t-tieni biex aktar tard din is-sena jingħata l-kariga ta’ Amministratur Reġjonali tal-Libreriji f’Għawdex. Nifhmu li quddiem din ilpressjoni Oliver Mamo ma seta’ la jopponi u lanqas joġġezzjona. Kien jumejn wara din il-laqgħa f’Kastilja, li din il-persuna

ippreżentat lilha nnifisha filLibrerija Pubblika Ċentrali ta’ Għawdex. Hu mifhum li għar-rwol ta’ Amministratur Reġjonali talLibreriji f’Għawdex diġà kienu qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa biex xi ħadd mill-impjegati li hemm illum jingħata dan l-inkarigu. Madankollu, madwar ħmistax ilu l-proċess kollu twaqqaf ħesrem bla ebda raġuni ta’ xejn. Eventwalment, ir-raġuni ħarġet fil-beraħ hekk kif il-Ministeru talEdukazzjoni, wara l-pressjoni li saret fuqu, ordna li filjozz tal-Partit jibda jitħarreġ għal din il-kariga li sejħa għaliha mistennija toħroġ filfutur qrib.

Id-Dipartiment tal-Infurzar talAwtorità Maltija tal-Ambjent u lIppjanar (MEPA) skopra kwantitajiet kbar ta’ skart li possibilment hu wieħed perikoluż, u li kien inħeba llegalment taħt saffi sħaħ ta’ konkrit, f’żewġ siti separati fit-tarzna ta’ Palumbo f’Bormla. Fi stqarrija, il-MEPA qalet li t-

tfittxijiet tqanqlu minn informazzjoni li rċeviet mingħand sors anonimu li infurmaha li lkumpanija kienet qed taħbi rramel oħxon taħt il-konkrit. Skont il-proċeduri, suppost li skart bħal dan jiġi esportat. L-istess stqarrija tal-MEPA tgħid li l-ewwel investigazzjonijiet urew li dan l-istess materjal

kien qed jintuża fil-bini tat-tarzna nnifisha. Madankollu, il-mod kif dan ir-ramel intrema jaf ikollu effett dirett fuq il-baħar filviċinanzi. Għaldaqstant, l-Awtorità se tkun qed tieħu kampjuni mill-materjal li nstab biex tiċċekkja x’passi għandha tieħu. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ir-ritratt mill-arkivji juri wieħed mill-iżbarki tal-immigranti fil-Mediterran tal-aħħar jiem (Ritratt : MOAS) Fil-libreriji f’Għawdex bħalissa hemm skuntentizza kbira fost l-impjegati minħabba l-mod kif qed isiru ċerti affarijiet

Il-MEPA tinvestiga l-operat ta’ Palumbo

“Qtil tal-massa” ta’ mijiet ta’ immigranti L-awtoritajiet Maltin mhux qed jikkummentaw dwar traġedja fuq il-baħar li jidher li seħħet madwar 300 mil nawtiku ‘il barra mill-kosta ta’ Malta, li fiha hu maħsub li setgħu għerqu madwar 500 immigrant. Qed ikompli jikber it-tħassib dwar din it-traġedja li seħħet fi tmiem il-ġimgha li għaddiet wara li żewġ Palestinjani, li rnexxielhom isalvaw, f’kummenti malOrganizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM), qalu li ttraġedja kienet maħsuba minn qabel minn dawk li ttraffikawhom. Dan wassal biex l-IOM tiddikjara li, jekk dan hu minnu, dan mhux inċident, imma hu “qtil talmassa” minn traffikanti li m’għandhom l-ebda rispett lejn il-ħajja umana. Iżda dwar dan kollu, s’issa ma saru l-ebda kummenti min-naħa tal-Gvern Malti. Id-dgħajsa, mgħobbija b’iktar minn 500 immigrant, jidher li ħalliet il-kosta Eġizzjana fil-bidu ta’ Settembru, bl-immigranti

– l-IOM

jqattgħu jiem sħaħ bejn sema u ilma. L-aħbar dwar id-destin tagħha ħareġ meta sar magħruf li dgħajsa oħra kienet għerqet barra l-kosta tal-Libja, waqt li kienet qed iġġorr madwar 250 persuna. Minn dawn jidher li għerqu 200. Dwar il-każ tal-500 vittma, skont dawk li rnexxielhom jaħarbu minn ħalq il-mewt, l-immigranti spiċċaw għerqu minħabba li ntalbu jbiddlu d-dgħajsa li kienu fuqha diversi drabi. Ilpaniku, flimkien ma’ ħsarat li allegatament ġew ikkawżati mittraffikanti, wasslu għal din ittraġedja fil-Mediterran. Skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni, il-Mediterran ħasad il-ħajja ta’ madwar 2,500 ruħ mill-bidu tassena ‘l hawn – il-parti l-kbira minnhom, aktar minn 2,000 minn Ġunju s’issa. Min-naħa tagħha, in-Nazzjonijiet Uniti ħabbret li matul din is-sena, flEwropa żbarkaw madwar 130,000 immigrant, żieda ta’ 50,000 fuq is-sena li għaddiet.


www.maltarightnow.com

6

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Malta mill-ġdid bl-ikbar tnaqqis fl-UE

Mistennija iktar transfers fil-jiem li ġejjin

Ftit ilu 32 membru ieħor tal-Korp qalgħu transfer, biex fl-aħħar sena u nofs it-total ta’ transfers qabeż is-700

Jidher li t-transfers li ħarġu lġimgħa li għaddiet fil-Korp talPulizija mhumiex tal-aħħar, iżda hemm iktar transfers li, skont informazzjoni li għandu dan ilġurnal, mistennija joħorġu iktar tard matul din il-ġimgħa. Nhar l-Erbgħa li għadda, 32 membru tal-Korp tal-Pulizija, minn Spetturi sa Surġenti u Kuntistabbli, qalgħu transfer biex issa, in-numru ta’ transfers li

nħarġu fis-sena u nofs li l-Korp tal-Pulizija ilu taħt ir-responsabbiltà politika tal-Ministru Manwel Mallia, qabeż is-700. Jiġifieri iktar minn terz tal-complement tal-Korp tal-Pulizija. Sorsi li tkellmu ma’ InNazzjon qed jinsistu li l-aħħar transfers inħarġu direttament mill-Ministeru, tant li skont illetter minute li fiha tħabbru ttransfers, m’hemmx il-firma tal-

Aġent Kummissarju Ray Zammit iżda tal-Assistent Kummissarju Mario Spiteri. Fil-fatt, l-Aġent Kummissarju Ray Zammit kien imsiefer meta ħarġu dawn it-transfers. Il-letter minute tgħid ukoll li l-membri tal-Korp imsemmija fit-transfers ta’ nhar l-Erbgħa kienu msejħa biex jirrapportaw għal laqgħa flUffiċċju tal-Kummissarju talPulizija fid-Depot it-Tnejn li ġej

Waqt li kienet qed tindirizza lill-konsulenti mediċi waqt iżżjara li qed tagħmel f’Londra, ilPresident ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ħabbret li se tkun qed tirriforma l-Malta Community Chest Fund. Il-President spjegat li minn Fond, il-MCCF se jinbidel f’Fondazzjoni li mhux biss tipprovdi servizzi lill-persuni li jkunu għaddejjin minn perjodu ta’ mard, iżda tikkontribwixxi anke fir-riċerka fuq il-mard. Il-President talbet lill-konsulenti mediċi fl-Ingilterra li jieħdu ħsieb il-kura ta’ pazjenti Maltin, biex jaqsmu malPresidenza suġġerimenti ta’ kif is-servizz għall-pazjenti Maltin jista’ jissaħħaħ. Fost il-konsulenti mediċi li laqgħu b’entuż-

jażmu l-proposta tal-President, kien hemm konsulenti mediċi Maltin li ilhom snin twal jaħdmu fi sptarijiet Ingliżi. Il-President irringrazzjat lillkonsulenti mediċi għad-dedikazzjoni tagħhom fil-kura tal-pazjenti Maltin u spjegat kemm l-istess Maltin japprezzaw l-isforzi li qed isiru biex il-kura tkun suċċess. Aktar kmieni Coleiro Preca żaret pazjenti Maltin rikoverati fi sptarijiet f’Londra inkluż tfal li jinsabu fl-Isptar Great Ormond, u ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjoni “Children With Cancer UK” u ddiskutiet il-possibbiltà ta’ kollaborazzjoni min-naħa ta’ din l-għaqda, mal-MCCF fuq inizjattivi b’risq tfal morda bilkanċer.

Il-President ta’ Malta żżur l-Isptar Great Ormond waqt iż-żjara f’Londra

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tefa’ t-tort fuq lUffiċċju Nazzjonali talIstatistika (NSO) għall-fatt li kemm ilu fil-Gvern il-Partit Laburista, in-numru ta’ persuni jaħdmu mal-Gvern żdied b’2,800. Il-Ministru tal-Finanzi ħa din il-pożizzjoni waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Baġit li matulha qal li dawn l-2,800 persuna diġà kienu jaħdmu malGvern għaliex kienu impjegati fis-settur tal-kostruzzjoni. Imma issa, sostna Scicluna, lNSO biddel il-metodu kif jiġbor

iċ-ċifri u qabad u poġġa lil dawn il-ħaddiema mas-settur pubbliku, u għalhekk ġiet tidher żieda ta’ nies impjegati mal-Gvern. L-Uffiċċju Nazzjonali talIstatistika qed jagħti stampa mhux veritiera, sostna l-Ministru tal-Finanzi.Edward Scicluna tkellem ukoll dwar il-fatt li Malta niżlet sitt postijiet fil-livell talkompetittività. Anke dwar dan ilfatt stabbilit mill-Forum Ekonomiku Dinji, il-Ministru Edward Scicluna sab ġustifikazzjoni u pprova jneħħi r-responsabbiltà minn fuq il-Gvern Laburista. Edward Scicluna qal li

dan it-tnaqqis li seħħ issa, hu tort tal-Gvern Nazzjonalista u talburokrazija, fosthom tal-Qrati. “Issa kellmuna wara ħames snin,” sostna l-Ministru Edward Scicluna. Dwar id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi li waħħal fil-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ numru ta’ ħaddiema fis-settur talkostruzzjoni li issa bdew jitqiesu bħala ħaddiema taċ-Ċivil, Tonio Fenech, il-kelliem talOppożizzjoni dwar dan il-qasam, fi stqarrija qak li Edward Scicluna qed jipprova jqarraq biex jgħatti ż-żieda sostanzjali ta’ ħaddiema mal-Gvern.

Riforma fil-MCCF

Iwaħħal fl-NSO għaż-żieda fil-ħaddiema mal-Gvern

libsin l-uniformi. Xi ħaġa li s’issa m’għandhiex preċedent. Sadanittant, fost it-transfers li saru l-ġimgħa li għaddiet kien hemm ukoll it-transfer talIspettur Marthese Micallef millUffiċċju tal-UE. Dan il-ġurnal hu infurmat li postha se jittieħed mill-Ispettur Rosanne Debattista li hi ħabiba ta’ Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Għax minkejja l-iskużi li ġab Edward Scicluna biex jipprova jiġġustifika din iż-żieda qawwija, l-istatistika tal-NSO stess tiċċara li ż-żieda ta’ aktar minn 2,100 impjieg mas-settur pubbliku bejn Marzu 2013 u April li għadda teskludi r-riklassifikazzjoni li rrefera għaliha l-istess Ministru. Il-PN esprima solidarjetà malħaddiema tal-NSO li qed ikunu suġġetti għal pressjoni politika qawwija u kostanti kull darba li tiġi pubblikata statistika li ma tkunx togħġob lill-Gvern Laburista.

Wara li għal dawn l-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista ġibed l-attenzjoni kemm-il darba għal tnaqqis kontinwu fl-esportazzjoni u importazzjoni ta’ pajjiżna, minn rapport ippubblikat millAġenzija tal-Istatistika talUE, il-Eurostat, li jagħti ħarsa lejn dawn l-aħħar sitt xhur, joħroġ ritratt iktar preokkupanti ta’ kif sejjer pajjiżna f’dawn l-oqsma importanti. Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija, li fil-fatt ilEurostat juri kif pajjiżna kellu l-akbar tnaqqis fl-esportazzjoni fl-Unjoni Ewropea, b’26 fil-mija, fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta mqabbel mal-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet. Malta rreġistrat ukoll l-akbar tnaqqis fl-importazzjoni, ta’ 10 fil-mija. Dan it-tnaqqis jorbot ma’ statistika reċenti ppubblikata mill-Uffiċċju Malti talIstatistika, l-NSO, dwar ittkabbir ekonomiku, li turi kif minkejja li l-ekonomija Maltija kompliet tikber, ġarrbet tnaqqis ta’ aktar minn 11% fis-settur tal-manifattura, li huwa settur li jħaddem mat-30,000 persuna f’Malta u Għawdex, u għalhekk sors vitali ta’ dħul għall-familji Maltin u Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista qal ukoll li l-esportazzjoni hi mezz importanti kif intrapriżi żgħar u medji f’pajjiżna jegħlbu l-isfidi li joffri s-suq żgħir ta’ pajjiżna u jgawdu mis-swieq u l-opportunitajiet kbar barra minn xtutna, b’mod partikulari fl-UE. Sfortunatament, il-Gvern Laburista, li sab biżżejjed flus biex jonfoq 60 miljun ewro f’pagi u spejjeż operattivi aktar mis-sena li għaddiet, ma sabx flus biex ikompli l-iskemi favur l-SMEs li kienu fost l-oħrajn jinċentivaw l-esportazzjoni u li kienu qed iħallu tant frott. Dan kollu qed iħalli effett fuq il-familji, kif juru r-riżultati negattivi fl-importazzjoni, li huma xhieda ta’ tnaqqis fil-konsum. Tnaqqis li, fi kliem il-Partit Nazzjonalista, kien rifless b’mod qawwi fit-tnaqqis reġistrat fl-aħħar xhur filbejgħ mill-ħwienet.


www.maltarightnow.com

7

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Jinħatar ukoll fuq il-Bord tal-Orkestra Nazzjonali

Minkejja li mhux magħruf jekk id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela studjax ilmużika jew jipprattikax xi strument mużikali, minn issa ’l quddiem dan se jkun assoċjat mill-qrib ukoll mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta. Dan wara li fl-aħħar jiem il-Bord tatTmexxija tal-Orkestra Nazzjonali akkwista s-servizzi tad-Deputat Mexxej Laburista, li kien appuntat fuq il-Bord

mill-Gvern. Skont rapporti fil-media, jirriżulta li din il-ħatra tal-Avukat Toni Abela fil-Bord tal-Orkestra Nazzjonali saret proprju għaliex, skont Abela nnifsu, għandu passjoni kbira għallmużika klassika. F’kummenti li ta dwar din il-ħatra, l-Avukat Abela spjega li din mhix ħatra li ġġorr magħha xi pakkett finanzjarju qawwi għax kulma se jitħallas hu 200 ewro fix-xahar.

Id-Deputat Mexxej Laburista sostna li n-nomina tiegħu filBord iġġib aktar xogħol għalih għax irid jara kif se jitlaq mixxogħol tiegħu ta’ Avukat biex ilaħħaq mal-impenji tal-Bord tat-Tmexxija tal-Orkestra Nazzjonali. Din il-ħatra talAvukat Abela tkompli tiżdied mal-kullana ta’ ħatriet li lGvern Laburista għamel kemm ilu fil-Gvern lil persuni talqalba.

Rettur ġdid għas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex

Ir-Rettur il-ġdid, fuq l-ambone, dakinhar li nfetħet il-kawża ta’ Dun Mikiel Attard f’Ta’ Pinu (Ritratt: Shaun Sultana)

L-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech ħatar lirReverendu Fr Tony Sciberras bħala r-Rettur il-ġdid tasSeminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Rabat, Għawdex. Fr Sciberras, li se jidħol fluffiċċju fl-1 ta’ Jannar 2015, se jkun is-suċċessur tar-Reverendu Fr Daniel Xerri, SThD, li serva bħala Rettur tas-Seminarju għal dawn l-aħħar seba’ snin. Ir-Rettur il-ġdid twieled fit-2 ta‘ Ġunju 1952, għamel il-professjoni perpetwa fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fis-28 ta’ Novembru 1976, u ġie ordnat saċerdot fid-9 ta’ Lulju 1978, wara li temm il-kors tatTeoloġija fil-Kulleġġ San Tumas, San Duminku, ir-Rabat, Malta. Hu ssokta l-istudji tiegħu flUniversità Gregorjana f’Ruma. Fl-1989 hu kiseb Diploma talPostulaturi mill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin u fl-2005 ħa d-Dottorat fit-Teoloġija talĦajja Konsagrata. Fi ħdan is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, Fr Sciberras kien Prefett tal-Prenovizzi, Surmast tan-Novizzi, Moderatur tal-istudenti MSSP, Assistent tasSuperjur Ġenerali, Delegat tas-

Fr Tony Sciberras MSSP SThD

Superjur Ġenerali għal Malta, Ekonomu Provinċjali, Superjur ta’ Sant’Agata fir-Rabat, u Postulatur tal-Kawża ta‘ Mons. Ġużeppi De Piro. Hu kien ukoll kofundatur u membru taċ-Ċentru Istituti Reliġjużi (ĊIR) u koordinatur u lecturer tal-korsijiet taċ-ĊIR u flINSERM. Huwa visiting lecturer tat-Teoloġija Spiritwali u Teoloġija tal-Ħajja Konsagrata fl-Università ta’ Malta, u jgħallem il-kors tal-Ħajja Konsagrata fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta‘ Ġesù, f’Għawdex. Huwa konfundatur u

direttur tal-Istitut tal-Ħajja Konsagrata. Fr Sciberras kien ukoll ekspostulatur tal-Kawża ta’ Beatifikazzjoni ta’ Maria Theresa Nuzzo, u hu postulatur talKawża ta‘ Beatifikazzjoni ta‘ Dun Mikiel Attard, Viċi Postulatur tal-Kawżi talBeatifikazzjoni ta‘ Mons. Ġużeppi De Piro u ta‘ Inez u Henry Casolani, u konsultur f’diversi kawżi ta‘ beatifikazzjoni. Hu awtur ta’ pubblikazzjonijiet u studji fuq Mons. Ġużeppi De Piro. Fr Sciberras se jkun il-31 Rettur tas-Seminarju Maġġuri tad-Djoċesi ta’ Għawdex li kien inawgurat fl-4 ta’ Novembru 1866. Matul il-148 sena mittwaqqif tiegħu, is-Seminarju kien id-dar ta‘ formazzjoni għal aktar minn 600 saċerdot Għawdxi u ta‘ numru ta‘ saċerdoti minn Malta. Mit-13 ta’ April 1994, isSeminarju Maġġuri huwa affiljat mal-Università Pontifiċja ta’ San Tumas t’Awkinu (Angelicum) f’Ruma u s-seminaristi li jtemmu b’suċċess il-kors tat-teoloġija jingħataw il-Baċellerat fitTeoloġija minn din l-Università.

Teskala t-tilwima bejn il-GWU u d-Dipartiment tas-Saħħa Id-Deputy Leader Laburista Toni Abela

Il-GWU infurmat lidDipartiment tas-Saħħa li se tiskala l-azzjonijiet fit-tilwima li għandha mal-istess Dipartiment dwar id-dewmien fil-ħruġ ta’ applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet li jsaħħu l-istruttura tatTifi tan-Nar fl-Isptar Mater Dei. Fil-fatt iż-żieda fl-azzjonijiet daħlet fis-seħħ mill-bieraħ. Din it-tilwima tmur lura bosta ġimgħat meta l-GWU kienet bdiet azzjonijiet industrijali fitTaqsima tat-Tifi tan-Nar talIsptar. Dawn l-azzjonijiet kienu ġew sospiżi wara li kien intlaħaq ftehim dwar il-kwistjoni.

Madankollu, u minkejja l-ftehim, għadu ma sar l-ebda progress min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa biex jinħarġu l-applikazzjonijiet. Fid-dawl ta’ dan, it-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi talGWU, b’żieda mal-azzjonijiet oriġinali, qed tordna lill-ħaddiema tal-‘Fire Section’ talIsptar Mater Dei biex ma jagħmlux rapporti dwar inċidenti, ma jagħmlux xogħol relatat mal‘Help Desk’ u ma jagħmlux ‘Extra Duties’ relatati mat-tifi tan-nar, inkluż manutenzjoni u tiswijiet.


8

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

www.maltarightnow.com

INDIPENDENZA 2014

Folla mdaqqsa ħadet sehem f’attività biex tfakkar il-50 sena tal-Indipendenza ta’ Malta li saret f’Għawdex u li biha, nhar il-Ħadd, ingħata bidu għall-ġimgħa ta’ festi organizzati mill-PN f’dan l-anniversarju speċjali ta’ Malta indipendenti. Fid-diskussjoni, li saret fi Pjazza Santu Wistin fir-Rabat, ħadu sehem il-Kap tal-PN Simon Busuttil, il-President Emeritu Eddie Fenech Adami, l-eks PM u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi, kif ukoll l-istoriku Henry Frendo. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Indipendenza hi l-pedament li fuqu rridu nkomplu nibnu l-futur ta’ pajjiżna. Waqt is-serata kommemorattiva l-udjenza segwiet, fost oħrajn, filmati taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Indipendenza u tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Sħubija fl-Unjoni Ewropea. Ġew onorati wkoll il-membri tal-Kabinett Nazzjonalista ta’ bejn l-1962 u l-1964, eks membri parlamentari Nazzjonalisti Għawdxin, u persuni li ilhom 50 sena tesserati mal-PN. L-attività kienet organizzata mill-Kumitat Reġjonali tal-PN f’Għawdex. (Ritratti: Lorne Cremona)


www.maltarightnow.com

EDITORJAL U ITTRI LILL-EDITUR L-EDITORJAL

Niċċelebraw kif mistħoqq ħafna kisbiet fl-edukazzjoni

Waqt li f’dal-ġranet niċċelebraw bix-xieraq il-kisba tas-sovranità għal Malta, bilfors nirriflettu fuq il-kisbiet li għamilna f’dawn il-50 sena biex kull wieħed u waħda minna nkunu sovrani. U f’dan, ewlenin kienu l-kisbiet li Malta għamlet fl-edukazzjoni.

L-Università: ir-rigal tal-Indipendenza Meta Ġorġ Borg Olivier kiseb l-Indipendenza għal Malta, irrigal li ried jagħti lill-poplu Malti għażlu b’mod speċifiku li jkun l-Università l-ġdida f’Tal-Qroqq, li l-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet proprju l-għada tal-Indipendenza.

Il-marka kbira ta’ gvernijiet Nazzjonalisti \ fl-edukazzjoni Il-Gvern Nazzjonalista ta’ wara l-Indipendenza bena lUniversità l-ġdida u għamel l-edukazzjoni fl-Università b’xejn għal kulħadd. Imbagħad, wara snin ta’ attakk minn gvernijiet Laburisti, Gvern Nazzjonalista daħħal l-istipendji, u kabbar lUniversità fid-daqs u fin-numru ta’ studenti minn 700 għal 12,000.

Taħriġ fl-MCAST għal xogħol ġdid f’oqsma moderni Il-Gvern Nazzjonalista ta’ wara l-Indipendenza kien ukoll waqqaf l-MCAST fl-Imsida, fejn illum hemm il-Junior College. U wara li il-Gvern Laburista kien għalaq l-MCAST, gvernijiet Nazzjonalisti reġgħu fetħuh fl-2000 u kabbruh b’ħafna istituti u bil-bini ta’ Campus ġdid. Illum, il-frott ta’ dan hu 10,000 student fl-MCAST bl-istipendju li jitħarrġu għal xogħol ġdid fl-oqsma ta’ xogħol li Malta ġibdet fl-aħħar snin.

L-iskola sekondarja: esperjenza aqwa fi skejjel ġodda L-investiment ta’ gvernijiet Nazzjonalisti fl-edukazzjoni hu f’kull livell. L-istipendji twessgħu għas-settur postsekondarju kollu. Inbnew għadd kbir ta’ skejjel ġodda sekondarji u saret riforma qawwija fil-kurrikulu biex daħlet ukoll is-sistema tal-kulleġġi li tat traġitt mill-primarja għas-sekondarja bla skossi u b’esperjenza aqwa. Difiża qawwija u għajnuna lill-iskejjel tal-Knisja u indipendenti Illum ingawdu skejjel tal-Knisja u indipendenti li ġew mgħejjuna minn gvernijiet Nazzjonalisti wara l-esperjenza kerha tas-snin tmenin u l-attakk kbir fuqhom mill-Gvern Laburista ta’ dak iżżmien. Li għadhom jeżistu l-iskejjel tal-Knisja u li għandna skejjel indipendenti hi kisba qawwija fl-edukazzjoni.

Żvilupp fl-edukazzjoni bikrija biex javanza kulħadd F’etajiet iżgħar, gvernijiet Nazzjonalisti għamlu żvilupp kbir fledukazzjoni bikrija biex kulħadd javanza u t-tfal jirnexxu lkoll. Linvestiment fl-apparat, żvilupp kbir ta’ child care centres, ilkinder minn tliet snin u l-primarja minn ħames snin huma kollha marki oħrajn tajbin ta’ gvernijiet Nazzjonalisti fl-edukazjoni.

Sovranità vera bl-edukazzjoni lil kull wieħed u waħda minna Marki tajbin għall-Maltin kollha. Għax l-edukazzjoni hi l-mezz kif wieħed ikun veru rajh f’idejh u jimxi ‘l quddiem b’ħiltu. Dan hu għaliex gvernijiet Nazzjonalisti ġabu mhux biss is-sovranità tal-pajjiż imma, aktar, is-sovranità ta’ kull Malti u Maltija.

9

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

Dun Vinċenz Cachia

Nixtieq nuża dan l-ispazju filġurnal tiegħek, biex f’isem ilPawlisti kollha, nirringrazzja lil Dun Vinċenz Cachia għal dak kollu li ħadem għalih, u li għamel magħna, matul dawn ittmien snin li għaddew bħala Kappillan tal-parroċċa tagħna ddedikata lil Kristu Re. Żgur li aħna l-Pawlisti se nibqgħu niftakruh għal dak li għamel, f’dak li għandu x’jaqsam max-xogħlijiet estensivi ta’ restawr u dekorazzjoni tal-knisja, u ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta’ bosta anniversarji u ġrajjiet. Fost dawn kien hemm iċĊentinarju tal-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid fl-2010. Ma’ dan kollu rrid inżid ix-xogħol pastorali li ma jidhirx, kemm ġid għamel malfamilji fil-bżonn, it-tberik u żżjarat fid-djar tagħna ta’ kull sena, flimkien ma’ saċerdoti oħra, it-tqarbin lill-morda u ħafna xogħol pastorali ieħor li kien tant ta’ għajnuna kbira għall kull min kellu bżonn. Issa li l-Kappillan Dun Vinċenz Cachia ġie msejjaħ biex ikompli jaqdi l-missjoni tiegħu

ta’ Saċerdot bħala Prepostu Arċipriet tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, nawgurawlu minn qalbna biex ikompli jwettaq irrieda t’Alla f’ħajtu bl-istess entużjażmu u mħabba lejn ilpoplu li hu stess fdalu f’idejh. Grazzi Dun Vinċenz! Pawlist Paola

Mal-ħaġra t-tajn! Xi ftit taż-żmien ilu kont ktibt dwar l-istat batut tal-lapida kommemorattiva li hemm fil-Ġnien ta’ Villa Rundle fil-Belt Victoria. L-ittri ta’ fuq din il-lapida, li tfakkar il-ftuħ mill-ġdid ta’ dan il-ġnien pubbliku wara xogħol estensiv ta’ restawr mill-Gvern ta’ qabel, kien għoddu sparixxa u ma kienx għadu jinqara. Dawn il-jiem kont għaddej minn quddiem din il-lapida u nnutajt li l-ilment tiegħi ma damx wisq fuq il-karta. Veru, kif ngħidu bil-Malti, f’dan il-każ mal-ħaġra t-tajn. Hekk għand-

25 sena ilu f’In-Nazzjon

hom isiru l-affarijiet f’dan ilpajjiż! Il-Ministeru għal Għawdex jidher li għandu lil xi ħadd għassa tal-ilmenti li jidhru fuq il-ġurnali għax fi żmien qasir, tqabbad xi ħadd biex jirranġa din il-ħsara. Tassew prosit u grazzi lill-eksMinistru Giovanna Debono ta’ dan il-ġnien mill-isbaħ fil-qalba tal-Belt Victoria. U grazzi wkoll lill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u lill-istaff tiegħu talli qed iżommu dan il-ġnien pubbliku fl-istat li jixraqlu. Grazzi wkoll għax fihom sibt ukoll kull għajnuna u koperazzjoni meta dan l-aħħar twebbilt intella’ serata letterarja f’waħda mis-swali tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk, u grazzi wkoll talli wegħduni wkoll kull għajnuna għallġejjieni! Joe M. Attard Victoria, Għawdex

L-ittri f’din il-paġna jistgħu jintbagħtu fl-indirizz elettroniku nathaniel.attard@media.link.co m.mt jew fl-indirizz ta’ Media.Link Communications li jidher aktar ’l isfel fil-paġna

Tħabbar li l-Bank Ċentrali kien se joħroġ fiċċirkolazzjoni karti tal-flus ġodda, il-karti tażżewġ liri Maltin, il-ħames liri, l-għaxar liri u lgħoxrin lira, u ntgħażlet bħala t-tema tad-disinn tagħhom l-identità nazzjonali u x-xewqa għallawtonomija. Tema topika hekk kif il-pajjiż kien qed jiċċelebra l-25 anniversarju talIndipendenza ta’ Malta. Fil-fatt, il-karta ta’ Lm20 kienet turi lil Ġorġ Borġ Olivier jgħolli d-dokumenti kostituzzjonali tal-Indipendenza. Il-Prim Ministru u Kap tal-PN Eddie Fenech Adami tkellem waqt laqgħa oħra ta’ djalogu fuq il-Fosos tal-Furjana bħala parti mill-festi organizzati mill-PN għall-Indipendenza, u qal li fis-sentejn li kienu għaddew, mill-elezzjoni tal-1987, l-akbar rigal li l-PN fil-Gvern kien ta lill-poplu Malti kien il-fiduċja u l-kuraġġ fih innifsu.

Editur: Nathaniel Attard Media.Link Communications Co. Ltd 2, Triq Herbert Ganado, Tal-Pietà PTA 1450 P.O. Box 37, il-Ħamrun ĦMR 1000 e-mail: news@media.link.com.mt • Tel: 21243641 Dipartiment tal-Avviżi: Tel: 25965-317/318 E-mail: adverts@media.link.com.mt


10

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

Din hija l-ġimgħa li kull Nazzjonalist għandu jkun kburi biha Din il-ġimgħa qed niċċelebraw il-kisba tal-Indipendenza; bla dubju waħda mill-akbar kisbiet fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Xejn ma kien ikun possibbli kieku fl-1964, Malta ma kisbitx dan it-tragward storiku li għen mhux ftit sabiex pajjiżna mexa ’l quddiem u kiseb is-sovranità tiegħu. Xejn u ħadd ma jista’ jerġa’ jbiddel l-istorja ta’ dak li kisbet Malta u dak li nkiseb filpassat kien mertu tal-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista. Hu fatt magħruf li l-PN dejjem għaraf l-isfidi għall-ġejjieni u dejjem bassar x’kienu se jkunu l-akbar sfidi li pajjiżna kellu jħabbat wiċċu magħhom. L-istorja politika ta’ pajjiżna hi miktuba u dak li sar ma jista’ jbiddlu ħadd, anke jekk kultant nisimgħu u naraw manuvri ta’ politiċi li għax jistħu mill-passat tagħhom jippruvaw ibidlu dak li sar bit-tama li jirranġaw id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu mill-partit tagħhom fil-passat.

Iżda jekk inħarsu lejn dak li seħħ 50 sena ilu, u l-mixja li mxiet Malta matul iż-żmien taħt gvernijiet Nazzjonalisti, żgur li jekk hemm partit li m’għandu xejn minn xiex jistħi hu l-PN. Aħna konna l-partit li ħdimna sabiex ksibna kisba diffiċli u li llum bir-raġun niċċelebraw dak li ħaddieħor oppona u dak li ħaddieħor għadu qed jiġġieled għaliha sal-lum. L-Indipendenza nnifisha nistgħu nifhmu kemm kienet diffiċli mqar minn dak li qed jiġri bħalissa fl-Iskozja fejn qegħdin bejn ħaltejn tant kemm jaraw lIndipendenza diffiċli anke hemhekk. Bl-istess mod, 50 sena ilu kien hemm min ra lIndipendenza ta’ Malta diffiċli. Bilfors irrid insemmi kif iljum tal-Indipendenza kien jiġi mkażbar għal 16-il sena millGvern Laburista, tant li kien neħħieh minn festa u kien jinsulta l-Indipendenza, u li matulhom min kien jiċċelebra s-

www.maltarightnow.com

OPINJONI

Din hija l-ġimgħa li nerġgħu nfakkru l-kobor tal-Partit Nazzjonalista u flimkien insaħħu dak li ksibna 50 sena ilu u nħarsu b’ottimiżmu lejn il-50 sena li ġejjin

David Casa

david.casa@europarl.europa.eu

sovranità ta’ pajjiżu kien ilaqqat il-ġebel, id-daqqiet u l-gass taddmugħ. 50 sena wara llum nafu li s-sewwa rebaħ u llum din hi festa ta’ poplu wieħed grazzi għall-viżjoni li kellu Ġorġ Borg Olivier, missier Malta indipendenti. Illum nafu li Jum lIndipendenza rebaħ fuq l-insulti u l-vjolenza u dan il-fatt juri kemm hu jum kbir għal pajjiżna. Din hija raġuni oħra għalfe-

jn għandna niċċelebraw lindipendenza ta’ pajjiżna u flimkien għandna ningħaqdu bħala poplu wieħed sabiex nerġgħu nfakkru dak li nkiseb b’mertu tal-Partit Nazzjonalista. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet għandhom jgħinu lill-PN sabiex flimkien inkomplu nikbru u nkomplu nsiru partit b’saħħtu. Nifhem li għaddejna minn mumenti diffiċli u li fihom kien hemm bosta partitarji li qatgħu qalbhom għaliex raw lill-PN jitlef diversi elezzjonijiet iżda

xejn u ħadd m’għandu jaqta’ qalb dawk li ġenwinament jemmnu fid-demokrazija u fittajjeb ta’ dan il-pajjiż. Din hija l-ġimgħa meta kull min għandu għeruq Nazzjonalisti jew jemmen fiddemokrazija, għandu jħossu kburi bil-Partit Nazzjonalista. Din hija l-ġimgħa li nerġgħu nfakkru l-kobor tal-Partit Nazzjonalista u flimkien insaħħu dak li ksibna 50 sena ilu u nħarsu b’ottimiżmu lejn il50 sena li ġejjin.


www.maltarightnow.com

OPINIJONI

LIL HINN MINN XTUTNA

L-Iskozja: Lejn it-tmiem tar-Renju Unit?

Għada l-Ħamis 18 ta’ Settembru jista’ jkun jum storiku għall-Iskozja u r-Renju Unit, iżda mhux għalihom biss. LIskoċċiżi għal darb’oħra se jmorru jivvutaw f’referendum, u din id-darba l-mistoqsija hija diretta, sempliċi u qasira: “L-Iskozja għandha tkun pajjiż indipendenti?”, u għaliha t-tweġiba trid tkun jew “Iva” inkella “Le”. Ir-referenda li saru qabel qatt ma kellhom bħala mistoqsijiet għal indipendenza sħiħa bħal dan ta’ għada. Għalhekk, kemm-il darba jirbħu dawk li se jivvutaw “Iva”, dan ikun ifisser it-tmiem tarRenju Unit li kien twieled fl1801, meta mal-Ingilterra u lIskozja kienet ingħaqdet ukoll lIrlanda, li però, il-parti l-kbira tagħha kienet ħarġet mill-unjoni fl-1922, u saret ir-Repubblika tal-Irlanda. Dan ifisser li r-Renju Unit loriġinali kien diġà beda jitnaqqar 92 sena ilu! Minn wara li tħabbar dan ir-referendum, għal żmien twil il-maġġoranza tal-Iskoċċiżi ma kinux konvinti jekk jagħmlux pass tajjeb kemm-il darba jinqatgħu mir-Renju Unit. Iżda, flaħħar ġimgħat, l-istħarriġ talopinjoni pubblika beda juri sitwazzjoni ta’ ras imb ras bejn dawk li jaqblu li l-Iskozja ssir indipendenti u dawk li riedu jibqgħu fir-Renju Unit, u l-aħħar jiem saħansitra kien hemm mumenti meta dawk favur l“Iva” kienu minn fuq.

Iwaħħlu f’xulxin Kien dan li wassal lill-mexxejja tat-tliet partiti kbar Britanniċi, il-Konservattivi, il-Laburisti u lLiberali Demokratiċi biex marru fl-Iskozja biex jagħtu palata lillmoviment tal-“Iva”. Dawn, speċjalment ilKonservattivi u l-Laburisti, bdew iwaħħlu f’xulxin talli l-mewġa nazzjonalista Skoċċiża għallewwel darba qed thedded serjament l-isfaxxar tal-aħħar simboli tal-Imperu Britanniku, ir-Renju Unit. Għal żmien twil, din il-mewġa patrijottika Skoċċiża kienet riflessa fin-nuqqas ta’ popolarità għall-Konservattivi, li minn dejjem irreżistew bil-qawwa kull theddida għall-qasma tar-Renju. Minn dan approfittaw ruħhom il-Labour li, għall-ewwel fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu li għadda, kienu jirbħu l-vot tal-Iskoċċiżi b’wegħdiet ta’ xi tip ta’ Home Rule. Iżda wara, għal żmien twil, din ma semmewhiex iżjed, u hawn, l-aktar mis-snin 60 ’l hawn, beda jikseb dejjem aktar popolarità l-iScottish National

11

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

Joe Calleja

jocal@me.com

Party, li beda jżid il-pressjoni ma’ Londra għal aktar awtonomija u setgħa lillIskoċċiżi. Iżda kien biss fl-1999 li twieled għall-ewwel darba Parlament Skoċċiż b’ċerti setgħat li jilleġiżla, għalkemm limitati. Waslet l-elezzjoni tal-2007 li ntrebħet mill-SNP ta’ Alex Salmond li seta’ jifforma gvern, u mill-ewwel beda jaħdem fuq ilwegħda tiegħu li jagħmel referendum, għalkemm ma kienx irnexxielu jikseb maġġoranza biżżejjed fil-Parlament Skoċċiż, biex jgħaddi l-liġi dwar ir-referendum. Iżda fl-elezzjoni tal-2011, Salmond kiseb maġġoranza assoluta ta’ 68 mill-129 siġġu filParlament, li fisser mandat biex ikun jista’ jagħmel ir-referendum li se jsir għada. Fil-fatt, dik l-elezzjoni kixfet ukoll kif l-Iskoċċiżi tilfu l-fiduċja tradizzjonali li gawdew għal snin twal fl-Iskozja, u opinion polls li saru minn YouGov u li inkwetaw bis-sħiħ lill-klassi diriġenti Britannika, urew li lmaġġoranza tal-ħaddiema llum jappoġġjaw l-indipendenza.

Jabbandunaw lil-Labour L-Iskoċċiżi b’pagi baxxi qed jabbandunaw lil-Labour Party u jingħaqdu mal-kampanja tal“Yes”. Is-sitwazzjoni ekonomika finanzjarja xejn inkoraġġanti tarRenju Unit, kompliet wasslet lillIskoċċiżi biex jistaqsu x’għandhom x’jitilfu jekk jinqagħtu mirRenju: s’issa raw l-aktar tnaqqis fil-pagi, fil-pensjonijiet u fisservizzi tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-housing. Imma huwa hekk? U kemm jistgħu jinbidlu l-affarijiet l-aktar fir-relazzjonijiet bejn Skozja indipendenti u Renju Unit imċekken? Tajjeb, però, millewwel ninnota li jekk għada tgħaddi l-“Iva”, dan ma jkunx ifisser li l-Iskozja ssir indipendenti minn pitgħada …ferm ’il bogħod minn hekk.

Ir-Renju Unit u l-Union Jack kif jistgħu jkunu jekk l-Iskozja ssir indipendenti – u taħt, il-bandiera Skoċċiża

Dan ikun biss il-bidu ta’ negozjati li jistgħu jieħdu fit-tul, tant li skont il-White Paper li kien ħareġ il-Gvern Skoċċiż fl2013, jekk jgħaddi r-referendum, l-Iskozja ma ssirx indipendenti qabel Marzu tal-2016. Qabel iridu jkunu saru u ntemmu diskussjonijiet twal u kkumplikati dwar diversi suġġetti jaħarqu, fosthom dawn li ġejjin: Il-munita tal-istat il-ġdid; ilfruntieri ġodda, l-aktar dawk marittimi; il-moviment tal-persuni bejn ir-Renju Unit u lIskozja; jekk, meta u b’liema kundizzjonijiet l-Iskozja tkun membru fl-Unjoni Ewropea; ittqassim tad-Dejn Nazzjonali attwali tar-Renju Unit; jekk irReju Unit ikompli jamministra jew le għal xi żmien transitorju lbenefiċċji soċjali u l-pensjonijiet

tal-Iskoċċiżi.

Ippanikjaw Sadanittant, l-effetti tar-rebħa tal-“Iva” għar-Renju Uniti jistgħu jkunu diżastrużi fil-kamp strateġiku u internazzjonali: pereżempju jkun irid jinstab post alternattiv għaż-żewġ bażijiet tas-sottomarini nukleari u l-profil militari tal-Ingilterra jitnaqqas. Jista’ jitpoġġa fid-dubju wkoll issiġġu permamenti fil-Kunsill tasSigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tar-Renju Unit, li kisbu bħala lmexxej tan-nazzjonijiet talCommonwealth u l-proprjetajiet imperjalistiċi wara l-1945. Telf ta’ prestiġju li jista’ jiġi rifless saħansitra fil-bidla tal-istess bandiera, il-Union Jack, li titlef is-Salib Abjad fuq sfond blu ta’ Sant’Andrija!

Il-mexxejja favur l-Unjoni flaħħar jiem ippanikjaw mhux ftit, u bdew joffru kull għamla ta’ aktar devoluzzjoni u setgħat kemm-il darba l-Iskoċċiżi jiċħdu l-indipendenza. Imma għada nkunu nafu jekk dawn l-offerti, frott id-disperazzjoni, sarux tard wisq, meta forsi kienu jaħdmu aktar kieku saru snin ilu. Anki jekk ikun hemm rebħa ċkejkna għall-vot tal-“Le”, isseparatisti Skoċċiżi jkunu jistgħu sempliċiment jiddikjaraw li dan kien biss riżultat tal-ewwel taqsima tal-“partita”, li se tkompli b’aktar enerġija. Jiġri x’jiġri għada, Alex Salmond se jkun rebaħ u l-klassi politika diriġenti f’Londra se toħroġ telliefa, u żgur li r-Renju Unit kif nafuh mhux se jibqa’ listess.


www.maltarightnow.com

12

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Awtonomija lis-separatisti u ratifika ta’ ftehim mal-UE L-UKRAJNA

Il-Parlament Ukren ikkonferma awtonomija għal diversi bnadi fir-reġjuni tal-Ukrajna talLvant li huma kkontrollati mirribelli separatisti. Intant, dan ilParlament ħareġ ukoll b’amnestija għall-istess ġellieda li jridu lgħaqda mar-Russja. Il-miżuri ttieħdu skont il-ftehim għallwaqfien mill-ġlied tal-5 ta’ Settembru li iffirma l-President tal-Ukrajna, Petro Poroshenko.

Il-Parlamenti tal-Ewropa u lUkrajna anki vvutaw biex jirratifikaw ftehim għal assoċjazzjoni ewlenija bejn l-Ukrajna u lUnjoni Ewropea. Il-ftehim li seħħ ilbieraħ kien ‘l-għeruq’ talkriżi tal-Ukrajna li żbroffa xhur ilu – bil-voti li rratifikawh isiru fl-istess ħin, b’kollegament bilvideo dirett bejn il-Parlamenti fi Kiev u Strasbourg. Ir-ribelli separatisti ilhom

jiġġieldu kontra l-qawwiet talGvern Ukren mindu huma, f’April, ħatfu numru ta’ bliet firreġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, lejn il-Lvant tal-Ukrajna. Intant, l-Ukrajna u l-Punent akkużaw ir-Russja li qed tappoġġja lis-separatisti bis-suldati u l-armamenti, waqt li l-Kremlin ta’ Moska qed jiċħad għal dan. Filwaqt li l-amnestija li tħabbret taffettwa lis-separatisti fir-

reġjuni Ukreni tal-Lvant, din ma tkoprix l-inċident ta’ Lulju fejn kien twaqqa’ l-ajruplan talMalaysia Airlines waqt li kien qed itir fuq l-Ukrajna, bir-riżultat li mietu l-298 persuni ta’ fuqu. Il-Mexxejja tal-Punent jemmnu li r-ribelli separatisti flUkrajna tal-Lvant, dakinar, kienu sparaw missila ta’ manifattura Russa biex iniżżlu l-ajruplan, bis-separatisti u r-Russja qed jir-

rifjutaw it-teorija. Fl-istess ħin, ir-ribelli separatisti fl-Ukrajna li qed ikunu akkużati dwar ‘delitti serji oħra’ lanqas m’għandhom iserrħu rashom mill-amnestija. Sadanittant, ir-Russja qalet li teħtieġ iżżid l-ammont tat-truppi fil-Krimea; l-eks peniżola talUkrajna li r-Russi kienu għaqqdu mat-territorju tagħhom, f’Marzu li għadda.

Konsulenti Amerikani jistgħu jissieħbu fl-attakki kontra l-grupp IS

Milizzji Iraqqini Xiti mal-grupp ‘Brigati għall-Paċi’ jikkontrollaw inħawi lejn in-Nofsinhar ta’ Baghdad fejn qed jgħinu lill-qawwiet tal-Iraq fil-ġlieda kontra t-terroristi tal-grupp IS (ritratt: EPA)

L-IRAQ

Il-Ġeneral ewlieni tal-qawwiet Amerikani, Martin Dempsey, qal li għandu jikkunsidra l-użu ta’ konsulenti militari Amerikani waqt l-attakki kontra t-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (IS) flIraq. Hu sostna, intant, li l-attakki tal-ajru li għandhom isiru kontra l-militanti tal-IS fis-Sirja m’humiex se jaddottaw is-sistema li ntużat waqt il-Gwerra tal-Golf ta’ snin ilu, ‘minħabba l-fatt li lIS mhux organizzat bħal xi armata konvenzjonali’. Aktar qabel, l-Istati Uniti qalet li kienet wettqet l-ewwel attakk mill-ajru kontra t-terroristi inkwistjoni bħala parti millistrateġija ġdida tal-President Amerikan Barack Obama bliskop li ‘jkissru u jeqirdu’ ilgrupp IS. Intant, ir-rapporti qalu, li l-ajruplani tal-gwerra Amerikani qerdu ‘pożizzjoni talmilitanti’ fil-limiti ta’ Baghdad.

Fi żviluppi oħra, il-Parlament tal-Iraq m’aċċettax il-Ministri innominati mill-Prim Ministru Iraqi, Haider al-Abadi, għaddekasteri tad-Difiża u l-Intern. Dan ifisser daqqa ta’ ħarta għallisforzi ta’ Abadi li qed jipprova jikkonsolida amministrazzjoni soda għal kontra l-IS — li t-terroristi tiegħu ħatfu l-kontroll ta’ territorji lejn in-naħa ta’ fuq talIraq u fis-Sirja, u ddikjarawhom ‘kalifat’. Sadanittant, it-Turkija qed tiżviluppa pjani għal buffer zone fil-fruntiera tagħha mal-Iraq u sSirja, bl-iskop li tilqa’ għat-theddida tat-terroristi mal-grupp Stat Iżlamiku. Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan, qal li l-militar tiegħu qed jaħdmu fuq il-pjanijiet u li hu għandu jieħu ddeċiżjonijiet finali f’dan ir-rigward. Intant, Erdogan ma ħareġ bl-ebda dettalji dwar l-inħawi

preċiżi tal-buffer zone, inkella dwar kif din se tipprovdi difiża valida. Fil-preżent, l-Istati Uniti, , qed tibni koalizzjoni kbira, bissehem ta’ diversi pajjiżi, biex tikkumbatti lill-IS bl-aktar metodi effettivi. Dan meta l-aħħar attakki millajru tal-Amerikani laqtu l-inħawi tal-IS lejn il-Lbiċ ta’ Baghdad, bl-azzjoni titqies bħala parti mill’isforzi estiżi’ lejn il-protezzjoni tal-minoranzi li spiċċaw taħt theddida diretta mit-terroristi. Azzjonijiet bħal dawn jgħinu wkoll biex il-qawwiet tal-Iraq imorru fuq l-offensiva kontra lgrupp Stat Iżlamiku. Filwaqt li r-rapporti ma speċifikawx iz-zona milquta, x’aktarx li l-jet-fighters tal-Amerikani kkonċentraw l-attakki fuq linħawi ta’ Sadr al-Yusufiya u qed jingħad li ntlaqtu numru ta’ ‘miri importanti’.


www.maltarightnow.com

13

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

L-ALBANIJA: Morini Britanniċi ma’ 3 Commando Brigade jieħdu sehem f’eżerċizzji militari, flimkien ma’ qawwiet Albaniżi, fil-peniżola Albaniża ta’ Kepi Pallet. L-eżerċizzji bbażaw fuq manuvri tipiċi fl-inħawi tax-xatt bħala parti minn ‘Exercise Albanian Lion 14’. Preżenti għal dawn l-eżerċizzji kien hemm numru ta’ nies distinti, fosthom il-President tal-Albanija, Bujar Nishani (ritratt: EPA)

Jiżdied il-pressjoni Żammet il-fidi għall-Gvern Soċjalista ta’ Valls quddiem il-mewt FRANZA

Komplew iż-żmenijiet diffiċli għall-Gvern Soċjalista immexxi mill-Prim Ministru Manuel Valls, li lbieraħ kien qed jiffaċċja t-tieni vot ta’ fiduċja f’anqas minn sitt xhur. Dan waqt li l-popolarità talPresident Soċjalista Franċiż, Francois Hollande, niżlet f’livelli baxxi rekord, bl-amministrazzjoni tiegħu qed tipprova tnaqqas il-qgħad enormi minbarra li tistimola l-iżvilupp. Il-vot kien mistenni tard ilbieraħ filgħaxija u d-deċiżjoni ta’ Valls biex jidħol għal ‘dan leżami’ titqies bħala parti minn tentattivi tiegħu biex jikseb lura l-awtorità. Min-naħa tiegħu, Hollande qed jiffaċċja rewwixta fi ħdan ilKabinett fejn numru ta’ membri huma kontra l-politika talawsterità. Fl-istess ħin, hu għandu wkoll il-problemi personali minħabba d-dettalji li qed joħorġu millktieb li għadha kemm ippubblikat l-eks sieħba tiegħu, Valerie Trierweiler, li għamlet żmien bħala l-First Lady ta’ Franza. Illum, kważi żewġ-terzi talvotanti Franċiżi iridu r-riżenja ta’ Hollande, u hemm stennija

Manuel Valls

qawwija għar-ritorn fil-politika tal-eks-President ta’ Franza, Nicolas Sarkozy. Kien mistenni li madwar tletin deputat Soċjalista kellhom jastjenew mill-vot ta’ fiduċja ta’ lbieraħ, li rriżulta wkoll minn riirmuxkar fil-Kabinett, wara li tqaċċtu tliet Ministri tax-xellug talli huma kkritikaw il-miżuri tal-awsterità tal-Gvern. Manuel Valls kien rebaħ vot ta’ fiduċja simili f’April, iżda f’każ li hu għandu jitlef l-appoġġ għall-programm tal-Gvern tiegħu fl-Assemblea ta’ Pariġi (magħmulha minn 577 deputat) hu ma

jkollux alternattiva ħlief li jirriżenja. Illum, il-Gvern ta’ Franza, qed jiffaċċja qgħad ta’ għaxra filmija, minbarra sitwazzjoni ta’ żvilupp ekonomiku negliġibbli. L-Amministrazzjoni ta’ Valls ammettiet ukoll li mhix se tkun tista’ tnaqqas l-iżbilanċ għal-limitu stabbilit mill-Unjoni Ewropea qabel l-2017. Manuel Valls ċaħad li informa lill-eqreb kollaboraturi tiegħu li ‘l-Gvern Soċjalista jispiċċa jekk huma ma jaqilbux is-sitwazzjoni minn tlett sa sitt xhur oħra’. Dawn il-kummenti partikolari kienu kkwotati mill-gazzetta Franċiża Le Monde, b’Valls qed isejjaħ għall-għaqda fost il-membri tal-partit fil-Gvern, minbarra li jwissi li ‘l-Front Nazzjonali (tal-estremisti tal-lemin) qegħdin iħabbtu fuq il-bibien tal-poter’. F’każ li tkompli l-kriżi talGvern Soċjalista, il-President Hollande jista jevita li ssir elezzjoni ġdida billi jaħtar mill-ġdid il-Prim Ministru tiegħu. Madankollu, dan ma jfissirx li lpass se jsolvi l-problemi talGvern inkella jkattar il-fiduċja tal-votanti Franċiżi flAmministrazzjoni.

L-ISTATI UNITI

Il-mara Sudaniża li ntefgħet ilħabs wara li hi irrifjutat li tiċħad il-Kristjaneżmu qalet li hi kienet determinata li tibqa’ żżomm ilfidi anki jekk setgħet tiswielha ħajjitha. Tribunal fis-Sudan, xhur ilu, kien ikkundanna lill-mara, Meriam Ibrahim għall-mewt fuq il-bażi li hi ‘abbandunat irreliġjon Iżlamika’. Missier Meriam – li llum qed tgħix f’Manchester, fi New Hampshire — kien Musulman u ommha hi Kristjana Ortodossa. Intant, ilmara hi miżżewwġa lil Daniel Wani, li hu Kristjan li trabba fisSudan t’Isfel. In-nisa Musulmani fis-Sudan huma pprojbiti milli jiżżewwġu lill-irġiel li m’humiex

Musulmani u l-liġi f’dan il-pajjiż tesiġi li l-ulied iridu jsegwu rreliġjon ta’ missierhom. Sadanittant, waqt intervista lil Fox News, Meriam Ibrahim qalet li hi kienet ingħatat tliet ijiem ċans biex tirrinunċja lKristjaneżmu wara li nstabet ħatja li ‘naqset mid-devozzjoni lill-Iżlam’ Hi sostniet li, meta kienet fil-ħabs hi kienet suġġetta għal kritika kbira minn diversi Imams (reliġjużi Musulmani) ‘iżda hi kellha fiduċja f’Alla u meta l-fidi tagħha serviha bħala l-aqwa arma fiċ-ċirkostanzi diffiċli’. Għall-bidu, s-Sudan kien żamm lil Meriam milli tħalli lpajjiż wara li l-Ogħla Qorti tiegħu annullat s-sentenza talmewt tagħha.


www.maltarightnow.com

14

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Sparatura f’qorti ta’ Copenhagen ID-DANIMARKA

Talanqas persuna tilfet ħajjitha ġo bini tal-qorti f’Copenhagen wara li raġel spara diversi tiri waqt li kien qiegħed ġo awla, fejn rriżultaw ukoll xi midruba. L-aħħar rapporti qalu li raġel qed jinżamm taħt arrest u li lawtoritajiet elevaw senter millinħawi tal-isparatura. L-iskop wara dan id-delitt ma kienx ċar, bil-Pulizija Daniża, ilbieraħ, tagħlaq l-aċċessi għallbini tal-qorti għal numru ta’ sigħat. Mifhum li kien għaddej smigħ preliminarju fil-qorti fil-ħin meta seħħet l-isparatura, bil-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha. Min-naħa tagħha, l-istampa

Daniża qalet li l-inċident seta’ kien dovut għal ‘tilwima bejn membri tal-istess familja’, peress li l-qorti fejn seħħ id-delitt tieħu ħsieb il-każi relattati għall-familja, minbarra każi oħrajn li jinvolvu d-djun u sitwazzjonijiet ta’ falliment. Ingħad ukoll li persuna mietet ‘minnufih’ waqt l-isparatura, b’talanqas persuna oħra tittieħed l-isptar b’urġenza wara li sofriet diversi ġrieħi gravi. Numru ta’ xhieda qalu lill-ġurnalisti li l-aggressur li spara t-tiri fil-qorti laħaq ħarab mill-bini iżda spiċċa arrestat mill-pulizija li qabduh fi triq viċin il-bini talawtoritajiet lokali, f’Copenhagen.

Truppi Amerikani se jgħinu fil-ġlieda kontra l-Ebola L-ISTATI UNITI

IL-FILIPPINI: Residenti fil-belt ta’ Pasay jgħabbu dak li fadal mill-affarijiet personali tagħhom fuq ċattra wara li nirien qawwija qerdu numru ta’ djar fl-inħawi qrib l-ajruport internazzjonali ta’ Manila. Ir-rapporti qalu li ‘l fuq minn mitt familja spiċċaw minħajr residenza b’kaġun ta’ dawn in-nirien li għamlu ħerba sħiħa minn ‘shantytown’ għall-ifqar residenti li nbniet fiz-zona tal-ajruport (internazzjonali) iddedikat lil Ninoy Aquino. Ma ngħataw l-ebda ċifri ta’ midruba jew mejtin b’kawża ta’ dawn in-nirien, bl-awtoritajiet qed jistennew aktar rapporti mill-inħawi (ritratt: EPA)

Suwiċidju qalb il-kukkudrilli IT-TAJLANDJA

Mara ta’ 65 sena li kienet residenti f’Bangkok qatlet lilha nnfisha billi qabżet f’nofs numru ta’ kukkudrilli li kienu ġo razzett tar-rettili, qrib il-kapitali Tajlandiża. In-nies li kienu qed iduru filkumpless ta’ Samut Prakarn, li jinkorpora Crocodile Farm, qalu li raw il-mara fil-ħin eżatt meta hi qabżet ġo għadira mimlija bilkukkudrilli. Intant, il-pulizija li qed jinves-

tigaw il-każ qalu li huma kienu infurmati mill-qraba tal-vittma li hi kienet qed tbati biddipressjoni qabel mewtha. Ir-rapporti qalu li l-mara, Wenpen Inyai, neħħiet iż-żarbun qabel is-salt fatali qalb il-kukkudrilli. Mifhum li l-għadira fejn qabżet għandha fond ta’ tliet metri u fiha l-mijiet ta’ kukkudrilli adulti. L-awtoritajiet, aktar tard, qalu li ‘ma servew għal xejn l-isforzi tal-ħaddiema fil-kump-

less biex isalvaw il-mara’ u fejn huma użaw l-injam twil f’tentattiv iddisprat biex inaffru lillkukkudrilli. Jingħad li l-attrazzjonijiet għat-turisti fit-Tajlandja ta’ spiss ma jaddottawx regoli tas-sigurtà stretti. Iżda s-sid tal-kumpless inkwistjoni insista li hu kien ħa linizjattiva biex iqiegħed il-fences ‘addizzjonali’ minbarra miżuri oħra ta’ sigurtà fil-pasaġġi madwar ir-razzett.

Il-President Amerikan, Barack Obama, kien qed iħejji biex iħabbar pjani għat-trasferiment ta’ xi 3,000 suldat Amerikan lejn il-Liberja biex jgħinu fl-isforzi biex jitrażżan il-virus tal-Ebola. Mifhum li l-militar Amerikan se jissorvelja l-bini ta’ ċentri ġodda għat-trattament tal-pazjenti li jimirdu bl-Ebola, waqt li t-taħriġ tal-membri tal-istaff mediku lokali ( fil-Liberja) għandu jkun fattur importanti f’dan il-proċess. L-impenn tal-Istati Uniti qed isir wara kritika kbira dwar ‘irreazzjoni tal-komunità internazzjonali’ għall-epidemija tal-

Ebola li nfirxet f’numru ta’ pajjiżi fil-Punent tal-Afrika. Il-Liberja, Sierra Leone u lGuinea huma fost l-agħar pajjiżi affettwati mill-virus li sal-lum qatel ’il fuq minn 2,400 persuna. Aktar min-nofs in-nies li mietu bl-Ebola kienu residenti filLiberja u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li kapaċi jfeġġu ‘l-eluf tal-każi (tal-virus) ġodda fil-pajjiż partikolari’. Intant, uffiċjali tanNazzjonijiet Uniti iddiskutew irreazzjoni internazzjonali kontra l-Ebola waqt laqgħa fil-belt ta’ Ġinevra, fl-Iżvizzera.

Il-Koordinatur tal-kampanja tan-Nazzjonijiet Uniti kontra lEbola, David Nabarro, qal li jinħtieġu aktar minn biljun dollaru Amerikan – jew impenn ta’ fondi li hu għaxar darbiet akbar minn tax-xahar preċedenti – biex jikkumbattu l-marda tal-Ebola b’mod aktar effettiv. Nabarro qal dan waqt li lOrganizzazzjoni Dinjija tas-

Saħħa (WHO) fissret il-kriżi filqasam tas-saħħa bħala ‘waħda mingħajr paragun fi żmenijiet moderni’. Il-virus tal-Ebola beda filGuinea qabel infirex lejn Sierra Leone u l-Liberja, b’Nabarro jispjega li l-livell tal-impenn kontra l-virus għandu jkun l-ogħla wieħed fl-istorja minħabba lmod kif qed tinfirex l-Ebola.

Ħtieġa ta’ biljun dollaru biex irażżnu l-kriżi


www.maltarightnow.com

15

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

AĦBARIJIET TA’ BARRA

Żgħażagħ Skoċċiżi li huma favur l-indipendenza jidhru waqt attività fil-belt ta’ Stirling, fl-Iskozja. Ir-ritratt tal-lemin juri folla nies li jridu li r-Renju Unit jibqa’ magħqud waqt attività fi Trafalgar Square, Londra (EPA)

Toħloq diżgwid il-wegħda għal aktar poteri lill-Iskozja IR-RENJU UNIT

Filwaqt li rrankat l-inċertezza qabel ir-referendum ta’ għada dwar il-futur tal-Iskozja, ilmexxejja tal-kampanji favur u kontra l-Iskozja indipendenti qed iħarsu minn lenti differenti lejn l-impenn mit-tliet partiti ewlenin tar-Renju Unit biex jagħtu ‘poteri ġodda estensivi’ lill-Iskoċċiżi. Il-wegħda ffirmata mill-Prim Ministru Britanniku u Kap talPartit Konservattiv, David Cameron; il-Kap Laburista Ed Miliband u l-Kap tal-Partit Liberali Demokratiku, Nick Clegg, tinvolvi, fost oħrajn, sistema li taħseb biex ir-riżorsi jinqasmu b’mod ugwali. Dan waqt li jibqa’ fis-seħħ il-

Raġel Belġjan li qed jiskonta lħabs għal għomru b’konnessjoni ma’ qtil u stupru rebaħ id-dritt biex it-tobba jtemmulu ħajtu. Dan sar possibbli wara verdett storiku li kkonkluda battalja legali li mexxa dan ir-raġel tul tliet snin. Frank Van Den Bleeken, li għandu 50 sena, kien ikkundannat għall-imsemmija delitti fissnin tmenin u minn dejjem insista li hu qatt ma kellu jkun illiberat, peress li ma kienx kapaċi jrażżan l-istinti kriminali tiegħu. Intant, il-verdett hu l-ewwel wieħed ta’ dan it-tip li jinvolvi priġunier, mindu l-Belġju illegalizza l-ewtanasja, fl-2002. L-aħħar rapporti qalu, fil-fatt,

lill-Iskozja ’l quddiem. Il-Viċi Ministru Ewlieni għallIskozja, Nicola Sturgeon u sSegretarju tal-Finanzi, John Swinney, komplew bl-aħħar fażi tal-kampanja favur Skozja indipendenti u qalu li l-indipendenza għandha tgħin għalliżvilupp tal-ekonomija Skoċċiża peress li tixpuna l-kapaċità għattkattir tax-xogħol. Intant, il-Kap Laburista Ingliż, Ed Miliband u l-eks Prim Ministru Britanniku, Gordon Brown – it-tnejn attivisti ewlenin għal Better Together – wissew li vot għall-indipendenza jinvolvi ‘deċiżjoni irriversibbli’ minbarra li jkun qed jipperikola l-impjiegi.

jiddeterminaw l-affarijiet tagħhom. Madankollu, l-attivisti ewlenin wara l-kampanja ‘Yes’, favur Skozja indipendenti, fissru l-offerta inkwistjoni bħala ‘insult lill-votanti’ u staqsew għaliex l-attivisti rivali damu daqshekk biex joħorġu biha. It-tensjoni u l-inċertezza, intant, qed ibaqbqu bil-kbir qabel ir-referendum storiku ta’ għada u l-aħħar stħarriġ popolari juri vantaġġ minimu għall-kampanja favur l-istatus quo (47 filmija) fuq il-kamp li jrid li lIskozja tinqata’ mill-kumplament tar-Renju Unit (46 filmija), Dan ukoll meta għad fadal numru sostanzjali ta’ ‘indeċiżi’.

li Van Den Bleeken dalwaqt kellu jkun ittrasferit għal sptar fejn suppost issir il-proċedura medika li ttemm il-ħajja tiegħu. Dan ir-raġel kien talab biex ikun suġġett għall-ewtanasja fl2011, u ressaq ilment dwar ‘dulur psikoloġiku li ma setax jissaporti aktar’. Madankollu, ilKummissjoni Federali Belġjana għall-Ewtanasja riedet tikkunsidra kwalunkwe miżura ta’ trattament għal Van Den Bleeken qabel kellha taqbel rigward irrikors għall-mewt legali. Il-Qorti Ewropea għadDrittijiet Umani kkritikat lillBelġju diversi drabi talli l-pajjiż naqas milli jittratta ‘kif xieraq’ ilpriġunieri f’artu li qed ibatu bilproblemi mentali.

L-AFGANISTAN: Suldati Amerikani jispezzjonaw l-inħawi ta’ Kabul fejn ilbieraħ seħħ attakk suwiċida b’karozza-bomba li qatel tliet suldati li kienu mal-Alleanza internazzjonali taħt it-tmexxija tan-NATO. L-attakk li kien dirett fuq konvoj tal-militar, ħalla għadd sostanzjali ta’ ċivili midruba (ritratt: EPA)

Qattiel jikseb ‘id-dritt li jmut’ IL-BELĠJU

Il-websajt soċjali Facebook irreġistrat iktar minn għaxar miljun ‘espressjoni ta’ fehmiet u kummenti’ rigward ir-referendum tal-Iskozja fuq perijodu ta’ ħames ġimgħat. Skont dokumenti kunfidenzjali li rawhom ġurnalisti talBBC, hu mistenni li wara r-referendum ikun implimentat pjan radikali li jnaqqas mill-infiq finNational Health Service (NHS) tal-Iskozja. Il-kapijiet tal-kummerċ sejħu għall-għaqda mill-għada tar-referendum u irrispettivamant mirriżultat. Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Iskozja qalet li jkun xi jkun ir-riżultat, il-poplu jrid jistinka bħala entità waħda biex imexxi

mekkaniżmu magħruf bħala lBarnett Formula għall-finanzjament tal-Iskozja u li qed juża tTeżor tar-Renju Unit biex jaġġorna awtomatikament lammonti tal-infiq pubbliku allokati lill-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq u Wales. Is-sistema tirrifletti l-bidliet fil-livelli tal-infiq allokati lis-servizzi pubbliċi flIngilterra u Wales jew il-Gran Brittanja (bħala kollettiv) skont kif xieraq. L-attivisti li jridu Renju Unit magħqud u li qed imexxu t-tema Better Together (Flimkien Aħjar) qalu li l-Iskoċċiżi jistgħu jingħaqdu madwar il-kunċett li jipprovdilhom aktar poteri biex


www.maltarightnow.com

16

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

L-ISIS hi ta’ theddida kbira għall-Mediterran F’intervista ma’ In-Nazzjon, ilProfessur Stephen Calleya, idDirettur tal-Akkademja talMediterran għall-Istudji Diplomatiċi fl-Università ta’ Malta qal li l-ISIS, l-organizzazzjoni ta’ fundamentalisti u estremisti li jinqdew bir-reliġjon tal-Iżlam biex iwettqu l-atroċitajiet li qed naraw, hi ta’ theddida kbira għall-Mediterran minħabba l-instabbiltà li hawn fir-reġjun. Hu jitkellem ukoll dwar il-konflitti fil-Libja, fis-Sirja, fl-Iraq u fil-Lvant Nofsani u x’sehem għandu jkollha l-komunità internazzjonali, inkluż il-Ġnus Magħquda biex jinstabu s-soluzzjonijiet. L-intervista saret minn Charles Muscat. X’inhi eżattament l-organizzazzjoni ISIS li tant tinsab fl-aħbarijiet internazzjonali? Din l-għaqda tal-ISIS tikkonsisti f’ħafna fundamentalisti u f’ħafna estremisti li ‘core group’ tagħhom kien fis-Sirja fejn flaħħar tliet snin kemm ilha għaddejja l-gwerra ċivili, sabu lopportunità li fil-kaos li hemm fil-pajjiż, ikunu jistgħu jiffurmaw dan il-grupp. Dawn huma fundamentalisti li jinqdew birreliġjon tal-Iżlam biex iwettqu latroċitajiet li qed naraw. Wieħed irid ikun ċar li dawn qed jinqdew bir-reliġjon tal-Iżlam biex javvanzaw il-kampanja tagħhom u rnexxielhom iwettqu ħafna atroċitajiet għax l-ewwel nett m’għandekx gvern li għandu kontroll fis-Sirja u wkoll sabu lopportunità ta’ dik li nsejħula ‘security vacuum’ li ma kienx hemm gvern b’saħħtu fl-Iraq – nafu li s-Sirja u l-Iraq għandhom il-fruntiera bejniethom – u nafu li dawn irnexxielhom jidħlu anke fl-Iraq fejn ukoll kien hemm ħafna indikazzjonijiet li se jirnexxilhom kważi kważi, jieħdu l-parti l-kbira tal-pajjiż u anke kienu viċin Bagdad. Is-sitwazzjoni vis a vis lISIS u l-Mediterran, kemm din l-organizzazzjoni hi ta’ theddida għar-reġjun? Hi ta’ theddida kbira. Meta inti qed issemmi l-Lvant Nofsani qed issemmi l-Mediterran. Aħna forsi l-Mediterran, skont min ikun u skont fejn jgħix, fil-Magreb, flEwropa bħalma ngħixu aħna, kulħadd jaħseb li l-Mediterran ikun ir-reġjun tiegħu. Imma filfatt meta nsemmu s-Sirja, ilLibanu u anke l-Iraq, għalkemm m’għandux fruntiera diretta fuq il-Mediterran, il-Libja, Iżrael, ilPalestinjani, dawn kollha għandhom sehem dirett f’dak li jiġri fil-Mediterran. Naħseb li messaġġ ċar li wieħed irid iwassal hu li jekk ikollok instabbiltà f’dan

ir-reġjun, se jkollok instabbiltà fil-Mediterran. ‘There’s no two ways about it’, kif inħobbu ngħidu bl-Ingliż, jiġifieri inti ma tistax tiskappa mill-instabbiltà li hemm f’dan ir-reġjun. Naħseb li dan għandu jkun inkwetanti ħafna mhux biss għalina firreġjun tal-Mediterran, iżda wkoll fl-Ewropa għax fl-aħħar millaħħar, l-Ewropa kollha se tintlaqat. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti fil-Libja, kemm hu suxxettibbli li dan il-pajjiż jaqa’ għan-nasba tal-ISIS? M’hemm l-ebda dubju li fejn ikollok il-gwaj, dak li aħna nsejħulu ‘failed state’, mhix kwistjoni jekk, iżda meta se jaqa’ taħt l-influwenza ta’ dawn it-tipi ta’ movimenti biex insejħilhom hekk. Jiġifieri hemm diġà ċar li lISIS għandhom għajnejhom fuq pajjiż bħal-Libja, speċjalment kif qed juru x-xejriet fl-Istati Uniti li issa aktarx ikun hemm kampanja militari intensiva kontra tagħhom f’postijiet bħas-Sirja u diġà flIraq. Hemm probabbiltà kbira li dawn ifittxu post ieħor fejn jistgħu jagħmlu avvanzi fil-kampanja tagħhom u l-Libja toffrilhom din l-opportunità. Qisu wieħed qed jiġri wara ‘a moving target’ u jekk ma jkunx hemm kampanja ħolistika, li mhux biss tkun tinkludi l-kampanja militari, imma tkun ukoll imfassla fuq linji politiċi, ekonomiċi u fuq linji li inti wkoll tindirizza – dak li aħna issa qed insejħulu ‘geo-religion’, jiġifieri li wkoll tindirizza d-differenza bejn dawk fundamentalisti u r-reliġjon tal-Iżlam – jekk ma tagħmilx hekk, mhux se ssib tarfhom. L-instabbiltà fil-Libja x’qed tikkawża filMediterran? Diġà hu ċar li fl-aħħar tliet snin wara li kien hemm ir-rivoluzzjonijiet fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fil-Libja, dak li qed jiġri fil-Libja qed ikollu impatt negattiv, lewwel nett fuq il-pajjiżi ġirien, jiġifieri fuq it-Tuneżija u fuq lEġittu. Imma wkoll minħabba li hemm dan is-‘security vacuum’, m’hemmx min għandu kontroll ta’ dan ir-reġjun vast – għax dan il-pajjiż mhux pajjiż żgħir, imma hu reġjun tant kbir – li għandek kwalunkwe tip ta’ inċertezza fejn tidħol is-sigurtà, inkluż it-traffikar tan-nies jew l-immigrazzjoni illegali, it-traffikar talarmamenti li qed jiġu mil-Libja u jispiċċaw f’postijiet bħas-Sirja u bħall-Iran, u hemm provi ta’ dan. Għandek aktar minn miljun u nofs Libjan li telqu mil-Libja, jiġifieri kwart tal-popolazzjoni telqet mil-Libja minħabba lgwerra ċivili li hemm fil-pajjiż.

INTERVISTA

Stephen Calleya qal li jekk għandek instabbiltà f’pajjiż se jkun hemm min jipprova jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni kif qed tagħmel l-ISIS

Uħud marru t-Tuneżija, oħrajn marru l-Eġittu u ħafna minnhom qed jippruvaw isibu kenn fejn jistgħu fl-Ewropa, inkluż f’Malta. Jiġifieri meta għandek dan il-moviment qawwi, m’hemm l-ebda dubju li dan diġà qed ikollu impatt qawwi fuq linċertezza. Jekk xi ħadd ma jagħmilx kampanja biex jagħmel ‘containment’ tas-sitwazzjoni u bid-djalogi jipprova jasal biddiplomazija biex is-setturi differenti li għandhom interess filpajjiż ipoġġu madwar mejda, għax fl-aħħar mill-aħħar dik hi ssoluzzjoni, il-problemi se jiżdiedu u mhux jonqsu rigward il-Mediterran. Kif qed tintlaqat Malta mill-ġlied fil-Libja? Aħna tant aħna viċin tal-Libja, li nafu diġà, jekk hu traffikar ta’ armamenti, jekk hu traffikar illegali ta’ immigranti u kriminalità organizzata li żgur jekk mhumiex għaddejjin minn Malta, dan joħloq inċertezza kbira u dan joħloq piż qawwi fuq il-pajjiżi ġirien kollha, kemm it-Tuneżija, l-Eġittu, l-Italja u Malta. Flaħħar mill-aħħar hu impossibbli li l-pajjiżi li jkunu fil-fruntiera jew li jkunu viċin, waħedhom isibu tarf ta’ din il-problema. Kull gvern Malti hekk għamel u jrid ikompli jagħmel, jiġifieri jikkampanja ħalli l-Unjoni Ewropea flimkien mal-Ġnus

Magħquda jagħrfu li ma jistgħux jibqgħu sejrin kif inhuma. Irid isir intervent fil-qasam diplomatiku, politiku u ekonomiku u anke fil-qasam fejn tidħol irreliġjon, biex aħna nagħrfu dawk in-nies li huma serji u li jridu jagħtu sehem u anke dawk li kienu eletti mill-poplu. Jekk inti għandek il-poplu, il-klassi tannofs u l-moderati li vvutaw u għażlu n-nies li jridu jmexxuhom, agħtuhom ċans. Jekk inti mhux se tagħtihom ċans x’inhu jiġri? Il-‘moderate middle-class’ qed jispiċċaw skjavi jew tal-fundamentalisti, jew ta’ xi milizzja jew inkella qed jistaħbew u jsibu kenn fejn jistgħu u din wieħed jifhimha. Wara li ħarġu miljuni ta’ nies mill-Eġittu, mit-Tuneżija u mil-Libja, ma sabux l-għajnuna mill-istituzzjonijiet internazzjonali bħallĠnus Magħquda, l-Unjoni Ewropew, l-Istati Uniti u l-pajjiżi li jifilħu jgħinu. Dan hu żball kbir u diġà qed naraw il-konsegwenzi ta’ din il-passività li flaħħar mill-aħħar se tolqot lil kulħadd, imma speċjalment se tolqot lilna li qegħdin viċin ta’ dan ir-reġjun. Temmen li fl-aħħar millaħħar il-Libja taqbad ittriq tad-demokrazija u ssaltan il-paċi u jekk iva, kif jista’ jsir dan? M’għandix dubju li bħal

kwalunkwe ġens, il-poplu Libjan ukoll jista’ jsib it-triq it-tajba. Imma inti meta kellek 40 sena ta’ dittatorjat, mhix se tkun faċli li tfassal triq li twassal għall-istabbiltà u għall-paċi. Biex tfassal din it-triq l-ewwel nett irid ikollok ir‘rule of law’, kostituzzjoni ċara u anke l-mezzi li bihom tinforza lliġijiet. Jiġifieri jrid ikollok ‘standard operating definition’, ġudikatura indipendenti, l-armata u l-pulizija. Bħal kull ġens ieħor, m’għandix dubju li l-Libjani jistgħu jagħmluha. Huma għandhom bżonn lil xi ħadd li jipprovdi ttaħriġ, it-teknika u l-għajnuna. Jekk ikun hemm it-terroristi, innies li jridu jieħdu l-liġi f’idejhom u jużaw il-vjolenza, bħallISIS, irid ikun hemm xi ħadd li jiqfilhom. Se jkollok dawn it-tipi ta’ movimenti li jużaw il-forza jew jista’ jkollok il-‘counter revolutionaries’ li jkunu l-‘henchmen’ tad-dittatur ta’ qabel biex ngħid hekk u l-‘moderate middle-class’, in-nies li jridu l-paċi, mhumiex isibu t-triq li tista’ twassalhom. Jekk ma jkollniex inizjattivi diplomatiċi li jgħinu lil dawn innies, li jkun hemm nies li jippruvaw isibu tarf u anke fl-aħħar mill-aħħar anke jkun hemm min juża l-forza, jekk xi ħadd irid jeħodha kontra l-poplu tiegħu stess, mhux se naslu. għal paġna 17


www.maltarightnow.com

17

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

INTERVISTA

Id-dgħufija tal-Ġnus Magħquda qed ikollha impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet internazzjonali minn paġna 16

Il-gwerra fis-Sirja hi gwerra ċivili kwalunkwe? Għandek dittatur li n-nies qamu kontrih u din kienet parti mill-famuża Rebbiegħa Għarbija, imma meta ġejna biex naraw min se jidħol biex jgħin lil dawn il-moderati, ma sabux lgħajnuna. Sena ilu kien hemm ilPresident tal-Istati Uniti meta kienu qed jintużaw l-armamenti kimiċi, kien qal lil Bashar Al Assad li jekk inti se tuża dawn larmamenti, hemm linja, ilfamuża ‘red line’ u se jkun hemm il-konsegwenzi. Al Assad uża dawn l-armamenti u xorta ma sar xejn. Wieħed jista’ jagħmel dibattitu sħiħ jekk għandux isir hekk, imma ż-żmien għadda u żżmien tana parir. Il-fatt li ħadd ma daħal biex jgħin lill-moderati f’dak il-pajjiż, jiġifieri dawk li qed jippruvaw isibu t-triq alternattiva li tkun inklużiva u li taċċetta lil kulħadd biex ikollu leħen fil-proċess, ara x’ġara. Għandek il-ħolqien tal-ISIS, ħafna milizzja u għandek ħafna li qed jippruvaw jiggwadanjaw mit-taħwid li hemm fil-pajjiż, inkluż id-dittatur innifsu, Bashar Al Assad, u spiċċajna li lmoderati ma ssibhom imkien. Dawn, jekk ma sabux l-għajnuna, jew ingħaqdu ma’ xi fazzjoni jew oħra, jew inkella telqu mill-pajjiż. Nafu li hemm miljuni kbar li telqu mill-pajjiż, ħafna minnhom spiċċaw il-Ġordan, ħafna oħrajn spiċċaw it-Turkija, u oħrajn spiċċaw fl-Ewropa. Dan hu żball kbir li qed naraw. Dan hu ‘case study’ ta’ gwerra ċivili, imma fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-lum, il-kampanja internazzjonali hi dgħajfa wisq. Il-Ġnus Magħquda kważi ma tinstema’ qatt, l-Unjoni Ewropea spiċċat aktar tikkonċentra fuq iddibattitu tal-proċess ta’ Kummissjoni ġdida, li hija xi ħaġa tajba, imma issa wasal iżżmien li nimxu ’l quddiem u aktar importanti millKummissjoni l-ġdida, nistennew issa l-‘policy prescription’, lagenda tal-‘policies’. Biex flaħħar mill-aħħar l-Unjoni Ewropea tkun relevanti, trid tieħu azzjoni speċifika. Ma jistax ikollok reġjun tal-Mediterran li għandna u inti tkun fil-viċin u speċi tkun gallarija. Ma jistax ikun. Dwar il-kwistjoni filLvant Nofsani, x’taħseb mill-attakki Iżraeljani fuq Gaża? Din hi katina. Jekk għandek

instabbiltà se jkun hemm min jipprova jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni. F’dan il-każ rajna għal darb’oħra l-Ħamas jippruvaw jieħu vantaġġ mill-kaos li hemm fir-reġjun. Dawn għandhom lappoġġ ta’ mexxejja differenti u l-mini li għamlu huma inaċċettabbli għax li inti tuża l-vjolenza kontra stat sovran, hu inaċċettabbli. Kulħadd jifhem li l-poplu ta’ Iżrael għandu dritt bħal kwalunkwe pajjiż, jiddefendi ruħu. Fl-aħħar mill-aħħar, lunika triq li hemm hi li jkun hemm rieda politika. Jiena personalment nixtieq nara li jkun hemm ħafna aktar inizjattivi, mhux meta jkun hemm il-kriżi, imma l-ħin kollu biex fl-aħħar mill-aħħar l-istakeholders, ilPalestinjani u l-Lhud l-ewwel nett u l-komunità internazzjonali, joqogħdu madwar mejda u jaraw kif se jfasslu triq biex fl-aħħar mill-aħħar irid ikollok stat Palestinjan li jkun lest jaċċetta wkoll l-istat Lhudi. Jekk ma jsirx hekk, il-waqfien mill-ġlied ma jkun ifisser xejn u l-gwerra tkompli għaddejja u min jieħu gost jara dawn in-nies kollha jmutu, kemm minn pajjiż jew min ieħor? Min qed imut? Qed imutu ċ-ċittadini innoċenti tażżewġ naħat – aktar Palestinjani minn dawk Lhud, imma fl-aħħar mill-aħħar, inaċċettabbli għattnejn. Jekk ikollok tiddeskrivi żżmien li għaddej bħalissa minnu l-Mediterran, kif tiddeskrivih? Xi kultant lanqas temmen kemm qegħdin ngħixu mument storiku għax it-taqlib kollu li

storiku – bħalma ġara 25 sena ilu meta spiċċat il-Gwerra l-Bierda u ngħaqadna biex ngħinu lil pajjiżi ġirien fil-Lvant tal-Ewropa – ma tasalx. Għaliex m’għandniex pjan biex ngħinu lil dawn ilpajjiżi tal-Mediterran f’dan ilmument tranżitorju? Ma nistax nifhem, għax hu ċar li mingħajr l-għajnuna – għax anke pajjiżi tal-Viżigrad, talLvant tal-Ewropa, ukoll ma kinux jaslu fejn waslu kieku ma kienx hemm l-għajnuna li offriet l-Istati Uniti u li offriet is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Issa jekk dawn il-pajjiżi m’għandhomx

hawn naħseb kulħadd jaqbel li ttibdil storiku li għaddej, m’hemmx għalfejn jgħaddi ż-żmien biex aħna nagħrfu l-opportunità kbira li għandna quddiemna. Imma bħal kull opportunità oħra, jekk inti ma tfassalx triq, jekk ilpajjiżi tal-Mediterran ma jingħaqdux bejniethom, jekk ma jkunx hemm bħal speċi ta’ ‘marshall plan’, jiġifieri ‘a big bang approach’, li l-komunità internazzjonali tagħraf dan il-mument

dik it-triq, hu impossibbli li lG20, il-Ġnus Magħquda, lUnjoni Ewropea, iċ-Ċina u lpajjiżi kollha li huma b’saħħithom, joffru l-għajnuna biex f’dan il-mument tranżitorju jsibu l-għajnuna? Li nħalluhom waħedhom hu inaċċettabbli u jekk nibqgħu sejrin hekk, filMediterran, minflok infasslu ttriq biex fis-snin li ġejjin ikollok opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għan-nies ta’ dawn il-pajjiżi, diġà

L-ISIS qed twassal ukoll għal kundanna minn diversi pajjiżi li jħaddnu r-reliġjon Musulmana

Biex fl-aħħar mill-aħħar l-Unjoni Ewropea tkun aktar relevanti, trid tieħu azzjoni speċifika. Ma jistax ikollok reġjun tal-Mediterran li għandna u inti tkun fil-viċin u tkun gallarija.

qed ifittxu toroq oħra u toroq koroh. Mingħajr ma jkollhom aspirazzjoni għal futur aħjar, qed jaqgħu għal nases u alternattivi negattivi li diġà qed naraw. Anke fl-Iraq jidher li lmilitanti tal-Istat Iżamiku għaddejjin bil-kampanja tagħhom biex jiksbu lpoter fil-pajjiż. X’tikkummenta? Fil-każ tal-Iraq, il-problema kienet li waħda mir-riċetti li semmejt jien li jkollok proċess fejn is-sistema ta’ Gvern inklużiv, liżball li sar hemm – fejn lAmerikani nefqu l-biljuni kbar, jiġifieri kien hemm rieda, nefqu biex iħarrġu lil militar u lil pulizija u ppruvaw iwaqqfu l-istituzzjonijiet li hemm bżonn biex stat ikun jista’ jiggverna bil-proċess ta’ ‘good governance’ – imma mbagħad dak li kien qed imexxi, ma kienx inklużiv. Ma kienx qed jagħti ċans lil kulħadd isemma’ leħnu u dan hu inaċċettabbli u flaħħar jiem rajna li dak li kien qed jiggverna fl-Iraq, jiġifieri Maliki, tneħħa u issa hemm proċess ġdid għaddej. Wieħed jispera li jagħtu ċans lil dan il-gvern ġdid biex ikun jista’ jiffunzjona. Jekk ma jkollokx proċess ta’ inklużjoni fejn kulħadd isemma’ leħnu - mhux se nsemmi l-kelma demokrazija għax mhux qed nimponu sistema fuq ħaddieħor - imma trid tagħti ċans lil kulħadd isemma’ leħnu u kulħadd irid fl-aħħar mill-aħħar joqgħod għar-rieda tal-poplu. Almenu issa qed naraw xaqq ta’

dawl u wieħed irid jagħti lappoġġ u mid-dehra pajjiżi bħallIstati Uniti lesti li joffru dan lappoġġ fil-każ tal-Iraq. Fejn hi l-organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f’dan kollu? Kull sena fix-xahar ta’ Settembru, il-Ġnus Magħquda terġa’ tibda tissemma għax ikun hemm l-Assemblea Ġenerali, ilmexxejja tad-dinja kollha jmorru New York, imma l-problema hi li wara li jgħaddi Settembru, ilĠnus Magħquda qisha tispiċċa mix-xena internazzjonali. Wieħed jispera li fl-aħħar millaħħar nindunaw – għax it-tagħlima tat-Tieni Gwerra Dinjija kienet li mingħajr ma jkollok Ġnus Magħquda, li hi l-unika istituzzjoni universali fejn kulħadd għandu leħen – il-problemi mhux biss fil-Mediterran imma fid-dinja kollha, flUkrajna, il-gwerra fl-Afrika, ilproblemi fl-Asia Pacific, iddgħufija tal-Ġnus Magħquda qed ikollha impatt negattiv fuq irrelazzjonijiet internazzjonali. Wieħed jispera li jekk ikunx isSegretarju Ġenerali stess li jieqaf u jgħid li rridu nieħdu azzjoni, jew il-mexxejja madwar id-dinja jerġgħu jagħmlu analiżi u jgħidu li wasal iż-żmien li jekk hemm bżonn isiru r-riformi fil-Ġnus Magħquda u fil-Kunsill tasSigurtà biex il-pajjiżi li huma b’saħħithom, mhux biss ikollhom sehem imma wkoll ikollhom ċans li jagħtu sehem u dan hu fl-interess tagħna lkoll.


www.maltarightnow.com

18

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014

INDIPENDENZA 2014

Stennija kbira għall-finali ta’ għada mill-pubbliku Malti fuq il-Fosos tal-Furjana Clinton Sammut

Iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festi tal-Indipendenza jġibu għadd kbir ta’ emozzjonijiet differenti fil-qlub tal-Maltin u lGħawdxin, speċjalment dawk li għexu dawn il-mumenti meta raw lil Malta tieħu r-riedni f’idejha u titmexxa mill-Maltin għall-Maltin. Bħalma l-Partit Nazzjonalista ta opportunitajiet ġodda lillpoplu Malti 50 sena ilu permezz tal-Indipendenza, anke matul iċ-ċelebrazzjonijiet ukoll ta għadd ta’ opportunitajiet lillMaltin permezz tal-ħolqien talKonkors Kanzunetta Indipendenza. Ħafna kantanti speċjalment dawk veterani llum, matul numru ta’ intervisti dejjem għamlu aċċenn għall-fatt li filpassat, aktar mil-lum, l-uniċi opportunitajiet fejn setgħu juru t-talent tagħhom fuq skala nazzjonali kienu żewġ okkażjonijiet, jew li jieħdu sehem filEurovision jew billi jikkompetu fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza li l-Partit Nazzjonalista organizza ta’ kull sena. Dan il-konkors wassal biex numru kbir ta’ kantanti kellhom l-ewwel opportunità li jkantaw fil-pubbliku u minn hemm komplew jikbru fil-karriera tagħhom

permezz tal-opportunitajiet li segwew. Mill-istess konkors feġġew għadd ta’ opportunitajiet ukoll lil kantawturi u awturi tal-lirika blilsien Malti, li minkejja li l-Malti hu lingwa użata minna biss, permezz ta’ dawn il-kanzunetti nistgħu napprezzaw il-ġmiel tagħha. Lingwa u frażijiet li meta jingħaqdu mal-element tal-mużika jagħtuna l-isbaħ prodott li qatt wieħed jista’ jimmaġina. Iżda min mhux kantant iżda spettatur u b’mod speċjali jekk int persuna li tħobb il-mużika għada se nkunu qed nassistu għal spettaklu mill-isbaħ bil-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014 li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana, ippreżentat minn Marbeck Spiteri. Għall-finali ta’ għada se jikkompetu għat-trofew finali mat-23 kantant u barra r-rebbieħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza se jkun hemm żewġ premjijiet oħra, ir-rebbieħ tat-televoting u dak tat-’Talent Ġdid’. Hawn taħt wieħed jista’ jinnota l-lista tal-kantanti li se jieħdu sehem bil-mod kif se jidhru u blisem tal-kanzunetta tagħhom: ‘Destin’ ta’ Danica Muscat, ‘Hemm Int’ ta’ Valentina Farrugia, ‘Ibqa’ Ħdejja’ ta’ Ina Robinich, ‘Ngħidulek Grazzi’ ta’ Christian Azzopardi, ‘Ħolma ta’

Fabrizio Faniello, ir-rebbieħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013 bil-kanzunetta ‘Aħfirli Jekk Trid’

Nazzjon’ ta’ Cherylis Cardona, ‘Nemmen Fil-Futur’ ta’ Mattei Curmi, ‘Ħamsin Sena Nazzjon’ ta’ Kaya u Nicole Brincat, ‘Stmerrejtek Ħabbejtek’ ta’ Marie Claire Attard Bason, ‘Fuq Dil-Blata’ ta’ Roseann Cordina, ‘Ġrajjiet’ ta’ Michela Dalli, ‘Daqs Xulxin’ ta’ Charlene Cardona u ‘Mixja Li Bdiet’ ta’

Michaela Galea. Magħhom ikun hemm ukoll ‘Nisġa’ ta’ Josepha Cumbo, ‘Aħjar’ ta’ Simone Gauci, ‘Naħfirlek’ ta’ Franz Bezzina, ‘Inservi’ ta’ Kurt Cassar, ‘Mara’ ta’ Domenique Azzopardi, ‘Int U Jien’ ta’ Maria Cassar, ‘Ġabuna Indipendenti’ ta’ Marilena, ‘Tfajla’ ta’ Donna, ‘Passaġġ’ ta’

Kurt Galea, ‘Kuntenta Kif Jien’ ta’ Ann Marie Ellul u finalment ‘Tħobbni Kif Jien’ ta’ Phylissienne Brincat. Is-sena li għaddiet ir-rebbbieħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza kien Fabrizio Faniello bid-diska ‘Aħfirli Jekk Trid’, bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Minik.


www.maltarightnow.com

19

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

FINANZI

Rapport finanzjarju tal-ġimgħa

PortomasoGaming iniedu live Casino ġdid wara investiment ta’ €500,000 PortomasoGaming introduċew pjattaforma diġitali ġdida li għaqqdet fi prodott wieħed illive Casino u l-istudio b’investiment ta’ €500,000. Dan l-investiment wassal ukoll għal 25 impjieg ġdid mal-kumpanija f’Malta. Din il-pjattaforma diġitali, li toffri sistema kompluta ta’ bonus, roulette studio ġdid bi sfond interattiv u logħob dinamiku, tnediet mid-diretturi ta’ PortomasoGaming fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, Josè Herrera. PortomasoGaming investew fi pjattaforma diġitali ġdida biex jilħqu udjenza akbar u jidħlu fissettur tal-logħob tal-mowbajl li huwa suq ta’ divertiment fuq linternet relattivament ġdid li iżda għamel impatt sinifikanti. “Permezz tal-aktar teknoloġija avvanzata, il-logħob huwa aċċessibbli kemm minn kompjuters kif ukoll minn mowbajls u tablets u huwa wkoll kompatibbli mas-sistemi operattivi kollha. Barra minn hekk, l-istreaming huwa mxandar b’mod diġitali high definition (HD) għal esperjenza mill-aqwa,” qalu d-diretturi waqt it-tnedija. Huma komplew jispjegaw li l-

pjattaforma li kienet tintuża qabel kienet mibnija fuq l-aħħar teknoloġija ta’ dak iż-żmien iżda l-istreaming analogu kien ixekkel l-operat. “Il-karatteristiċi avvanzati tal-pjattaforma preċedenti kienu saħansitra ta’ żvantaġġ peress li l-operaturi kienu ristretti fil-logħob li setgħu joffru filwaqt li l-utent aħħari seta’ jiftaħ sa’ sittax-il logħba fuq skrin wieħed. Il-pjattaforma li qed titnieda nbniet b’mod li toffri flessibbiltà sħiħa sabiex noħolqu l-logħob kollu li nixtiequ u dawn ikunu aċċessibbli fuq kull tip ta’ kompjuter, tablet u mowbajl.” “B’dan l-investiment ilkumpannija żiedet 25 impjieg ġdid wara li l-pjattaforma nbniet minn tim ta’ 30 programmatur ta’ software diġitali, 15-il artist talgrafika u għadd ta’ muziċisti,” komplew jgħidu d-diretturi. Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera qal li dan l-investiment jawgura tajjeb biex jintlaħaq l-għan kemm tal-Gvern kif ukoll l-industrija privata sabiex Malta ssir ċentru tallogħob. Is-suċċess ta’ Malta huwa attribwit lil għadd ta’ fatturi fosthom il-ġurisdizzjoni ta’ reputazzjoni għolja li bħalissa ngawdu. “L-isforz tagħna se jkompli

biex insaħħu l-potenzjal ta’ Malta f’din l-industrija. Aħna nemmnu li bil-miġja ta’ Gaming Malta u Gaming Academy dan il-potenzjal se jiżdied aktar,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari. Josè Herrera rringrazzja lil Tumas Gaming talli emmnu f’din l-industrija peress li bl-isforzi tagħhom qed jgħinu sabiex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza għall-industrija tal-logħob. Il-kumpanija Portomaso Gaming bdiet topera fis-settur tal-logħob remot seba’ snin ilu u kienet l-ewwel li offriet żewġ logħbiet b’mod dirett millPortomaso Casino. Dak iżżmien, il-klijenti setgħu jilagħbu r-Roulette u l-Punto Banco kontra d-dealer u klijenti oħra li kienu fiżikament fil-casino. Fl-2010, PortomasoGaming introduċew 12-il logħba ġdida. Ix-xogħol fuq il-pjattaforma diġitali ġdida beda fl-2012. Lewwel żvilupp kien studio għall-Blackjack li offra l-element interattiv. Minn dakinhar, kompla jiżdied il-logħob biex issa jinkludi casino roulette live, studio roulette live, roulette awtomatika, studio blackjack live, sittin logħba RNG u Punto Banco wkoll.

Stokks Ewropej bl-ewwel tnaqqis fuq perjodu ta’ ġimgħa f’aktar minn xahar L-iStoxx Europe 600 tilef 1 fil-mija din il-ġimgħa fl-ewwel tnaqqis mit-8 ta’ Awwissu hekk kif l-investituri kienu qed jikkunsidraw il-politika tal-bank ċentrali fuq l-istimolu u l-istħarriġ qabel ir-referendum talġimgħa li ġejja wara li bejn wieħed u ieħor nofs l-Iskoċċiżi jappoġġjaw l-indipendenza mirRenju Unit. L-Unjoni Ewropea żiedet 15il kumpanija fosthom Gazprom Neft u OAO Rosneft flimkien ma’ 24 persuna mal-lista ta’ dawk effettwati mis-sanzjonijiet kontra r-Russja, filwaqt li l-Istati Uniti espandiet ukoll il-penali. Ir-Russja tinsab f’diżgwid malavversarji li kellha tul il-Gwerra Bierda fuq il-ġlied fil-Lvant talUkrajna li ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 3,000 persuna. L-iStandard & Poor’s 500 Index kellu andament negattiv għal din il-ġimgħa u temm litwal sensiela ta’ sessjonijiet pożittivi din is-sena hekk kif żdiedet l-ispekulazzjoni li lekonomija qed tirkupra biżżejjed biex tiġġustifika rati tal-interessi aktar għoljin u aktar malajr minn kif mistenni. L-S&P 500 tilef 1.1 fil-mija għall-ħamest ijiem li għaddew wara li ssaħħaħ għal ħames ġimgħat għal livell rekord. Id-Dow Jones Industrial Index tilef 0.9 fil-mija. L-MSCI Asia Pacific Index tilef 1.8 fil-mija din il-ġimgħa u żied is-sessjonijiet negattivi għal

sebat ijiem, fl-itwal sensiela ta’ sessjonijiet negattivi f’erba’ snin. Data fuq is-self fiċ-Ċina żiedet mas-sinjali li l-akbar ekonomija fir-reġjun qed tiddgħajjef. Fil-Ġappun it-Topix issaħħaħ b’1.6 fil-mija għallogħla livell f’sitt snin. Is-swieq emerġenti tilfu laktar f’aktar minn sena hekk kif tensjonijiet ġeopolitiċi effettwaw lis-swieq tal-ishma. L-MSCI Emerging Markets Index tilef 3.2 fil-mija fl-akbar tnaqqis fuq perjodu ta’ ġimgħa minn Ġunju 2013 hekk kif żdiedet it-tensjoni fl-Ukrajna u l-investituri wieżnu dak li qed jiġri fl-Iskozja. Kumpaniji tal-enerġija tilfu 3.7 fil-mija hekk kif iż-żejt mhux maħdum Brent laħaq laktar livell baxx f’aktar minn sentejn fuq tħassib li d-domanda globali qed tonqos. Dan ir-rapport inkiteb minn Valletta Fund Management Limited, kumpanija sussidjarja tal-BOV Group. L-uffiċċji talkumpanija jinsabu f’TG Complex, Suite 2, Level 3, Brewery Str., l-Imrieħel BKR 3000. Valletta Fund Management Limited hi liċenzjata mill-MFSA. Tista’ wkoll tikkuntattja lill-VFM permezz tal-email infovfm@bov.com, billi ċċempel Freephone 80072344 jew żur il-websajt www.vfm.com.mt.


www.maltarightnow.com

20

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

MADWARNA

Ix-xjenza u ż-żfin waqt Science in the City

Jingħata t-trofew għad-disinn ta’ logo ġdid għad-Dar tal-Providenza Sean Cini, li għandu 26 sena, hu artist żagħżugħ b’talent u promettenti ħafna fl-arti viżwali u disinn grafiku

“Illum nitkellmu fuq ilmudell soċjali tad-diżabilità fejn flok ma naraw id-diżabilità bħala nuqqas, narawha bħala differenza. L-enfasi talmudell soċjali tad-diżabilità hi fuq il-persuna u l-abbiltajiet tagħha u mhux fuq in-nuqqas.” Dan qalu Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar talProvidenza, fl-okkażjoni talgħoti ta’ trofew lil Sean Cini, ir-rebbieħ u ċertifikati lil dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni għal disinn ta’ logo ġdid. Sean Cini jaħdem fidDipartiment tal-Marketing talMaltaPost bħala graphic designer. Hu żied li llum nisħqu li lkwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità tista’ titjieb biss jekk tinbidel l-attitudni tassoċjetà u mhux jekk l-individwu jbiddel lilu nnifsu. Huwa għalhekk li llum naċċettaw ilfatt li m’għandna l-ebda dritt li niddominaw il-ħajja ta’ persuna b’diżabilità bid-deċiżjoni-

Illum aktar qed niffukaw fuq l-abbiltà tal-persuna jiet tagħna – il-persuna b’diżabilità għandha kull dritt li tgħid x’tixtieq u x’taħseb li hu laħjar għaliha u dawn ix-xewqat għandhom jiġu rispettati. Fr Martin qal li jemmen li llogo l-ġdid jirrifletti dan u xtaq jifraħ lil Sean Cini li rnexxielu joħroġ dan kollu fid-disinn tiegħu. Dan il-logo ġdid beda jintuża flok il-logo l-ieħor għaliex kien logo li jirrifletti lmentalità ta’ kif is-soċjetà ta’ ħamsin sena ilu kienet tħares lejn il-persuni b’diżabilità. It-48 parteċipant fil-kompetizzjoni ngħataw Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP f’attività li saret fid-Dar stess fisSiġġiewi. F’messaġġ, Monsinjur

Arċisqof qal li l-Knisja permezz tad-Dar tal-Providenza rat li l-persuni b’diżabilità f’pajjiżna jinħarġu fil-beraħ mill-kantini li bosta minnhom kienu jinżammu fihom. Illum aktar qed niffukaw fuq l-abbiltà ta’ dawn il-persuni milli fuq iddiżabilità tagħhom. Sean Cini, li għandu 26 sena, hu artist żagħżugħ b’talent u promettenti ħafna fl-arti viżwali u disinn grafiku. Hu jispeċjalizza f’xogħlijiet talarti semiastratti u espressjonisti. Ix-xogħlijiet tiegħu li huwa jiżviluppa fuq diversi mezzi artistiċi joħorġu diversi emozzjonijiet u espressjonijiet laktar fil-movimenti differenti tal-figura tal-bniedem.

Fl-edizzjoni tal-festival Xjenza fil-Belt li se jsir il-Ġimgħa 26 ta’ Settembru, se jinxteħet dawl fuq ilmoħħ u ż-żfin kontemporanju. IlMoveo Dance Company se ttella’ ‘Mind Set’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu filwaqt li ż-żeffiena Doug Comley u Sandra Mifsud se jkunu qed jinterpretaw ‘Laws of Motion’ fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. Dan il-proġett interdixxiplinarju u kollaborattiv bejn iċ-Ċentru taċĊibernetika Bijomedika, idDipartiment tal-Inġinerija tasSistemi u l-Kontroll u l-Moveo Dance Company se jiffoka fuq ilbini ta’ interpretazzjoni ġdida li

jiswew €15 (konċessjonijiet €12) u jistgħu jinkisbu mill-Kavallier ta’ San Ġakbu jew mis-sit https://ticketengine.sjcav.org Iż-żeffiena ta’ ‘Laws of Motion’, Doug Comley u Sandra Mifsud se jippreżentaw ‘duet’. Żewġ iġsma jidhru mixħutin bilqiegħda u minn hemm jibdew jaħbtu, iduru, u jaqgħu mal-liġijiet taċ-ċaqliq u lgravità. Akkumpanjati b’dokumentarju, se joffru lill-udjenza silta teatrali u divertenti. ‘Laws of Motion’ qed tittella’ f’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u Lufthansa Technik Malta fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt,

‘Mind Set’ hi mfassla fuq

it-trasformazzjoni tal-attività

tal-moħħ f’azzjonijiet mingħajr

l-azzjoni fiżika permezz tat-teknoloġija

ddur mal-udjenza. ‘Mind Set’ hi mfassla fuq it-trasformazzjoni talattività tal-moħħ f’azzjonijiet mingħajr l-azzjoni fiżika, permezz tat-teknoloġija ta’ Brain Computer Interface (BCI). Bl-għajnuna ta’ Dr Owen Falzon u t-tim tiegħu midDipartiment tal-Inġinerija talUniversità ta’ Malta, dan l-att jgħaqqad din it-teknoloġija l-ġdida biex joħloq produzzjoni innovattiva unika li fiha l-attività tal-moħħ tal-udjenza u ċ-ċaqliq taż-żeffiena jikkomunikaw bejniethom. Koreografija ta’ Diane Portelli u direttur artistiku Dorian Mallia, ilproġett hu appoġġjat mill-Fond Malti tal-Arti. Il-preżentazzjonijiet tal-Ġimgħa huma bla ħlas u jsiru fis-6.00pm, fis-7.30pm, fid9.00pm u fl-10.30pm. Idum siegħa. Se jerġa’jittella’wkoll is-Sibt, 27 ta’ Settembru, fit-8.00pm u l-Ħadd 28 ta’ Settembru fil-5.00pm filKavallier ta’ San Ġakbu. Il-biljetti

fis-6:30pm, is-7:15pm, it-7:45pm, u t-8:30pm. Il-festival ‘Science in the City – il-Lejl tar-Riċerkaturi Ewropej’ hu appoġġjat mill-Azzjoni Marie Skłodowska-Curie tal-Programm Horizon 2020 (H2020) tal-UE. Dan l-avveniment qed ikun organizzat mill-Università ta’ Malta, mill-Kamra Maltija tax-Xjenzjati u mill-Fond tar-Riċerka talUniversità ta’ Malta (RIDT), bi sħab ma’ Karl Borg Events, Studio 7, il-Fondazzjoni Valletta 2018, ilMEUSAC, il-Kunsill Lokali talBelt, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Kunsill Malti tal-Arti, il-PBS, Notte Bianca, ilKavallier ta’ San Ġakbu, Lufthansa Technik Malta, General Soft Drinks ma’ Coca Cola, l-inbejjed Ta’ Mena, u l-British Council. Il-programm sħiħ, bid-dettalji tal-postijiet, tista’ tniżżlu minn www.scienceinthecity.org.mt


www.maltarightnow.com

21

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

SKEDA NET TV

The Client Claudia Calleja, wiċċ familjari mal-moda u s-sbuħija tirritorna fuq NET Television minn Ottubru li ġej permezz tal-programm ‘The Client’. L-eksmudella u organizzatriċi ta’ diversi fashion events fl-iskeda li ġejja se tingħaqad mat-tim professjonali tagħha u flimkien se jwasslu lit-telespettaturi ta’ NET Television programm mimli tagħrif u informazzjoni li jittratta aspetti relatati ma’ sbuħija u b’hekk ilkoll se nkunu qegħdin insegwu grupp ta’ esperti jippreparaw mudelli diversi skont ix-xewqa tal-klijenti li jkunu qed jiltaqgħu magħhom kull ġimgħa. Ta’ kull ġimgħa Claudia se tibda tiltaqa’ ma’ klijent minn kull qasam li jixtieq jirreklama lprodott tiegħu u li jixtieq iħalli f’idejn it-tim ta’ ‘The Client’ biex joħroġ l-aqwa idea adattata. Wara diskussjoni bejn it-tim sabiex jintgħażlu l-mudelli u tkun ħarġet l-idea ta’ kif jixtiequ li jittieħed ir-ritratt finali, se nkunu qegħdin insegwu pass pass il-‘making of’ ta’ kull reklam permezz tal-esperti li jagħtu l-informazzjoni professjonali tagħhom sakemm jaħdmu fuq il-mudelli magħżula.

Nispiċċaw biex naraw ilfotografu jieħu r-ritratt biex imbagħad naraw il-prodott finali u l-klijent jirċievi r-reklam lest mit-tim ta’ ‘The Client’. Dawn ir-ritratti se narawhom jiġu aġġustati għal reklamar ta’ diversi brands għall-kull verżjoni għall-ipprintjar. F’kull programm Diane Nikolic minbarra li se tkun qed tapplika l-irtokk fuq kull mudella, se tkun qed tagħti pariri dwar il-kura tal-ġilda li jafu jkunu ttweġibiet tal-problemi ta’ ħafna mit-telespettaturi li jieħdu ħsieb il-ġilda tagħhom. Il-persuni li jiffurmaw it-tim ta’ ‘The Client’ huma kollha professjonisti magħrufa u li kull persuna żgur tixtieq li tkun qed tqatta’ ftit sigħat taħt l-idejn maġiċi tagħhom. Diane Nikolic, il-make up artist, Marielle Calleja, l-istilista tax-xagħar li għadha kif ingħatat il-Hair Stylist Award fil-MFWA li għaddiet, Sue Caruana, ilMaster Nail Technician, diversi stilisti tal-moda u l-fotografu Tonio Lombardi se jkunu qed jiffurmaw it-tim ta’ ‘The Client’. B’aktar minn 15-il sena esperjenza fil-moda u s-sbuħija, Claudia se tkun qed tmexxi l-

Caption Minn nhar il-Ħadd 5 ta’ Ottubru, fil-10.45am, eżattament wara l-quddiesa tal-Ħadd, diretta mis-Santwarju talMadonna Ta’ Pinu, it-telespettaturi se jkollhom programm ġdid ta’ informazzjoni u divertiment meta fuq NET Television tibda ssensiela ‘Se Niżżewġu’, produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment, l-istess kumpanija li matul is-snin li għaddew tatna programmi bħal ‘Sas-Sitta’ u ‘Sibt Familja’. Tkellimna ma’ Mark Spiteri Lucas, wieħed mill-producers tal-programm u li, flimkien ma’ Debbie Scerri se jkun qed jippreżenta din il-produzzjoni ġdida. Huwa stqarr li wara seba’ snin tipproduċi l-varjetà tas-Sibt waranofsinhar, kien wasal iżżmien li Spiteri Lucas Entertainment tieqaf għal ftit minn dan il-proġett u titfa’ ħarsitha fuq ġeneru ta’ programm kemxejn differenti, f’ġurnata u f’ħin differenti. “‘Se Niżżewġu’ se joffri vetrina tal-aktar prodotti u servizzi reċenti marbuta mat-tiġijiet, x’inhu għaddej fil-mument f’dan il-qasam, kif ukoll informazzjoni

utli minn bosta esperti fuq aspetti varji li jsawru dik il-ġurnata tant memorabbli.” Mark Spiteri Lucas żied jgħid li “‘Se Niżżewġu’ mhux programm għall-għarajjes biss. Sintendi dawk li qed jaħsbu biex jipproponu lil xulxin, jew qed jippjanaw it-tieġ tagħhom għandhom isibu dan il-programm utli ħafna. Min-naħa l-oħra, hawn ħafna telespettaturi li jogħġobhom isiru jafu x’inhu għaddej filqasam tat-tiġijiet. Wara kollox, xi darba jew oħra żgur se tasal dik il-ġurnata li fiha se jirċievu xi stedina għal xi tieġ! ‘Se niżżewġu’ għandu joffri divertiment alternattiv u minjiera ta’ tagħrif utli għat-telespettaturi ta’ etajiet varji nhar ta’ Ħadd filgħodu meta wħud ikunu għadhom kif qamu, oħrajn irritornaw mill-quddies, u oħrajn ikunu qed jippreparaw għall-ikla ta’ nofsinhar. ‘Sas-Sitta’ u ‘Sibt Familja’ kienu suċċess għax kellhom ingredjenti divertenti. U dan ilprogramm ġdid għalkemm se jkollu fih xeħta informattiva, xorta waħda ħallejnielu fih xi ftit elementi friski, mużikali u divertenti li hija magħrufa għalihom Spiteri Lucas Entertainment.”

‘The Client’ huwa produzzjoni ta’ Pink Communications taħt id-direzzjoni ta’ Claudia Calleja

programm u toħloq il-mistoqsijiet lill-esperti biex it-telespettaturi jkunu qed isegwu l-proċess ta’ kif iseħħ kull trattament skont ittema ta’ kull ġimgħa. Dan il-programm, minbarra li mistenni jkun segwit minn ħafna

telespettaturi femminili, se jkun ukoll ta’ interess għal dawk maskili. Il-proċess ta’ kif jiġu ppreparati l-persuni għar-reklamar huwa interessanti immens wisq aktar biex tinħoloq it-tema sabiex il-prodott jiġi spjegat

għax-xewqa tal-klijent. Permezz ta’ dan il-programm se nkunu qed insegwu 26 ‘making of’ ta’ reklami diversi b’filmati mill-aktar professjonali u innovattivi taħt tmexxija ta’ persuni dedikati għall-aħħar.

Se Niżżewġu – Mhux għall-għarajjes biss!

Mark Spiteri Lucas hu wieħed mill-producers tal-programm u flimkien ma’ Debbie Scerri (ritratt) se jkun qed jippreżenta din il-produzzjoni ġdida


www.maltarightnow.com

IL-Erbg[a, 17 ta’ Settembru 2014

TA{BIL IL-MO{{ U TAG{RIF

TISLIBA

24 1

2

5

3

4

Rapport tat-temp

6

7

UV INDEX

8

8

9

10

11

IT-TEMP Pjuttost imsa[[ab bil-possibilita ta’ [albiet tax-xita i]olati l-aktar wara nofsinhar VI}IBBILTÀ Tajba IR-RI{ [afif g[al moderat mil-Lvant li jsir moderat BA{AR Moderat li jsir [afif g[al moderat IMBATT Baxx mix-Xlokk TEMPERATURA L-og[la 29˚C XITA F’dawn l-a[[ar 24 sieg[a 0.1mm Xita mill-1 ta’ Settembru 0.4mm IX-XEMX titla’ fis-06.45 u tin]el fit-19.09

Il-[amest ijiem li ;ejjin 12

13

14

15

16

17

Mimdudin> 5. Feles b[ala sapport biex jin]amm bilan/ (5) 6. L-u;ig[ naqqas il- qawwa (5) 7. Dawn tal-inxir, tas-suf jew tar-ras (5) 10. :abas (5) 11. Gabbana f’nofs il- misra[ (5) 12. Sikwit (5) 14. Katina ta’ arlo;; tal-[ut (5) 16. Minfuh bih innifsu (5) 17. Min jog[la f’daqqa jie[u wa[da kbira! (5) 18. G[ajjur (5)

18

Weqfin> 1. Jag[tik il-[in (6) 2. Esibizzjoni mill-pulizija jew mis-suldati (6) 3. {bit mill-ajru, forsi (6) 4. Hekk tajjeb il-;obon fuq platt spagetti (6) 8. Li fih dehra li tpaxxi l- g[ajn (5) 9. Mibrum, imla[[am, imba//a/ (5) 12. Kolpi li jrieg[du (6) 13. Ikkonsla (6) 14. Il-kapitali Fran/i]a (6) 15. Reklami, avvertimenti (6)

Soluzzjoni tat-Tisliba tal-biera[ Mimdudin> 5. Altea; 6. Attiv; 7. {arbu; 10. Tango; 11. Dritt; 12. Baram; 14. Tabor; 16. Fta[t; 17. Abjad; 18. Id[lu. Weqfin> 1. Ta[bit; 2. Ganado; 3. u 4. Qabbad avukat; 8. Ankra; 9. Kilba; 12. Burqax; 13. Metodu; 14. Ta[wid; 15. Rifjut.

Sudoku Bejn [afifa u moderata:

qieg[ed fil-kaxxi vojta n-numri mill-1 sad-9 f’kull linja orizzontali u vertikali tal-kwadru l-kbir. Kull numru g[andu jidher darba biss f’kull linja u f’kull kwadru ]g[ir ta’ tliet kaxxi bi tlieta.

Soluzzjoni Sudoku

L-ERBG{A L-og[la 28˚C L-inqas 24˚C

IL-{AMIS L-og[la 28˚C L-inqas 24˚C

IL-:IMG{A L-og[la 30˚C L-inqas 24˚C

IS-SIBT L-og[la 32˚C L-inqas 24˚C

IL-{ADD L-og[la 32˚C L-inqas 23˚C

UV

UV

UV

UV

UV

8

7

7

7

8

Temperaturi fi bliet barranin It-temperatura u t-temp f’dawn l-ibliet kapitali (f’nofsinhar [in ta’ Malta) lbiera[ kienet: Malta 30˚ ftit imsa[[ab, Al;eri 34˚C ftit imsa[[ab, Amsterdam 24˚C xemxi, Ateni 23˚C bir-rag[ad, Li]bona 21˚C imsa[[ab, Berlin 24˚ xemxi, Brussell 23˚C xemxi, il-Kajr 38˚C xemxi, Dublin 18˚C im/ajpar, Kopen[agen 20˚C ftit imsa[[ab, Frankfurt 23˚C ftit imsa[[ab, Milan 23˚C ftit imsa[[ab, Istanbul 26˚C ftit imsa[[ab, Londra 21˚C xemxi, Madrid 28˚C ftit imsa[[ab, Moska 15˚C xemxi, Pari;i 24˚C xemxi, Bar/ellona 26˚C ftit imsa[[ab, Ruma 26˚C ftit imsa[[ab, Tel Aviv 31˚C xemxi, Tripli NA, Tune] 36˚C xemxi, Vjenna 19˚C imsa[[ab, Zurich 21˚C xemxi, Munich 17˚C imsa[[ab, St. Petersburg 17˚C xemxi

Tag[rif JAG{LQU SNINHOM ILLUM

Joseph George Vassallo (91 sena) eks ;urnalist, Andrew Sapiano (80 sena) tenur, Joe Debono Grech (75 sena) politiku, Alfred Bonavia (64 sena) eks plejer tal-waterpolo u President talFederazzjoni Nazzjonali tadDilettanti tas-Sajd, Ever Daniel Grech (55 sena) kardjologu, Kristina Casolani (31 sena) kantanta, Michael Rizzo (30 sena) plejer tal-waterpolo, Amanda Curmi (29 sena) beauty therapist, Marisha Bonnici (29 sena) pre]entatri/i televi]iva, Donovan Gatt (28 sena) kittieb, Danica Muscat (20 sena) kantanta. L-INKIZIZZJONI RUMANA Nhar l-Erbg[a, 17 ta’ Set-tembru fis-19:00 fil-Palazz tal-Inki]itur fil-Birgu se tkun inawgurata mill-Ar/isqof Pawl Cremona wirja dwar l-Inki]izzjoni Rumana f’Malta. G[all-

okka]joni se jindaqqu wkoll xi xog[lijiet tal-kompo]itur Malti tas-seklu 18 Don Michelangelo Vella. L-g[ada, imbag[ad, se tibda konferenza ta’ tlett ijiem dwar l-Inki]izzjoni Rumana f’Malta u fil-madwar. Se jinqraw papers li nkitbu apposta minn esperti dwar is-su;;ett, fosthom Bernward Schmidt, Federica

Dallasta, John Hunt, Federica Formiga, John Azzopardi, Carmel Cassar, William Zammit u Emanuel Buttigieg. WIRJA TAl-ARTI F’Palazzo De Piro l-Imdina b[alissa qed issir wirja bl-isem Nude and Nature b’xog[lijiet tal-

artista Anastasia Ponyatovskaya Pace. Din il-wirja g[andha miftu[a sal-31 ta’ Ottubru. Lartista hi mwielda fil-Moldova u ilha tg[ix Malta sa mill-2005.

LINJI SFU}I Fit-Teatru Salesjan, f’TasSliema nhar l-10 ta’ Ottubru se jitnieda l-ktieb Linji Sfu]i, ;abra ta’ novelli u ritratti, li jifforma

parti minn pro;ett li ng[ata fondi mill-programm Youth in Action. Il-kitba fil-ktieb hi ta’ Clifford Jo Zahra Ancel Cefai, filwaqt li rritratti huma ta’ David Grima. Ittema komuni hi Tas-Sliema. Filfatt il-kitbiet tan-novelli kellhom il-punt tat-tluq tag[hom ritratt li n;ibed f’Tas-Sliema. Waqt ittnedija se jinqraw siltiet minn Clare Azzopardi, Rita Saliba, André Mangion, Kit Azzopardi, Leanne Ellul, Emanuel Psaila u Celine Agius. Dakinhar ukoll flistess teatru tkun inawgurata wirja fotografika li ddum miftu[a g[all-pubbliku g[al tlett ijiem.



www.maltarightnow.com

26

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Il-Ħamrun GARAXX jew store, 115-il pied tul u 24 pied wisa’, bil-bitħa, dawl, ilma u toilet. Bil-permess Class B. Ċemplu 77200983.

KLASSIFIKATI

Limiti tar-Rabat ŻEWĠ tomniet art bil-veduta talbaħar u tal-kampanja. Ċemplu 99428000. Paola MAISONETTE

arjuż

ħafna

f’area kwieta b żewġ kmamar tas-sodda, salott, k/ina, kamra talbanju u bitħa. Ċemplu 99428000. Ta Sannat, Għawdex €5,000 skont u żewġ passaġġi b’xejn fuq kull bejgħ ta’ penthouses, maisonettes, flats u plots.

Ċemplu 79891819. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. AVVIŻI Tiswijiet fil-pront u fil-post TA’ fridges, freezers, washing machines, tumble dryers u dehumidifiers, eċċ. B’sitt xhur garanzija fuq il-parts u labour. Bl-irħas

prezzijiet. Stima b’xejn minn qabel. Spare parts għal kull tip ta’ appliances. Ċemplu 21371559, 27371559, 21493285, 79884497 jew 99472570. Servizz fil-pront. Tiswijiet TA’ magni tal-ħjata. Għal service u tiswijiet fil-pront. Ċemplu 99422268 jew 21416705.

Coffee Morning

Organizzat mill-APAN

nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru

f’Ferretti Restaurant, Birżebbuġa. Prezz €7; ikel u trasport inkluż.

Għall-bookings ċemplu lil Antoinette Vella

fuq 21420513 jew 99290364 jew lil xi ħadd mill-helpers


www.maltarightnow.com

27

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

SPORT

Iż-żewġ rebbieħa prinċipali tal-laqgħa li saret f’Għawdex, Recorde De Maxique misjuq minn Marvin Cauchi (xellug) u Obelix Molgard misjuq mill-Għawdxi Salvu Vella (lemin)

TIĠRIJIET TAŻ-ŻWIEMEL

Spettaklu ta’ tiġrijiet f’Tax-Xħajma

F’Għawdex fetaħ uffiċjalment l-istaġun tat-tiġrijiet tażżwiemel b’folla numeruża tattendi Pre-Season Meeting li sar il-Ħadd fil-korsa ta’ Xhajma. F’din il-laqgħa ħadu sehem fost l-aqwa żwiemel tat-trott minn Malta u Għawdex kemm fil-kategorija Premier u Gold kif ukoll Silver, Copper u Bronze. Saru wkoll tiġrijiet għallPonijiet fejn iż-żewġ Challenge Cups intrebhu minn No Wowen No Cry misjuq minn Paul Vella u fit-tieni waħda rebħet id-

debba Daniela misjuqa minn Janu Sciberras. Fiż-żewġ Challenge Cups prinċipali, l-ewwel waħda filkategorija Silver/Copper u Bronze, iż-żiemel Record Du Mexique ħareġ rebbieħ fost għaxar finalisti oħra. Dan iż-żiemel ta’ sidien Għawdxin, Xiber Stables kien misjuq mill-ġerrej żagħżugħ Marvin Cauchi. Iċ-Challenge Cup finali għallkategorija Premier u Gold, intrebħet miż-żiemel Obelix Molgard misjuq mill-Għawdxi Salvu

SPARAR BIL-QAWS

Vella. F’din it-tiġrija ħadu sehem tmien parteċipanti u kienet tiġrija mill-aktar eċċitanti. Fi tmiem it-tiġrija l-President tal-Gozo Horse Racing Association, Mary Mifsud Micallef ippreżentat premju ta’ €1,000 lill-ġerrej Salvu Vella fost il-ferħ u l-entusjażmu tas-sidien u partitarji ta’ dan iż-żiemel. Ir-riżultati kollha kienu dawn: Shetland bit-Trott - Ready Cash Shetland - Spotty (Topper)

Trott: Silver, Cooper, Bronze Rybo Cadet Trott: Silver, Cooper, Bronze Absolutely Meadow Trott: Silver, Cooper, Bronze Paco Trott: Silver, Cooper, Bronze Grace Trott: Silver, Cooper, Bronze Record Du Mexique Trott: Silver, Cooper, Bronze Zizazimoko Trott: Premier & Gold - Obelix Molgard Trott: Premier & Gold - Pepito Flash

Buhagiar elett President b’vot unanimu

Dion Buhagiar kien elett bħala l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isparar wara Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fl10 ta’ Settembru skont l-istatut tal-assoċjazzjoni. Waqt il-laqgħa kienu eletti b’mod unanimu wkoll Noel Demicoli bħala Segretarju, Aurelio Theuma bħala Teżorier, Simon Vassallo bħala membru, John Aquilina responsabbli milliskors u r-rekords u Adrian Abela bħala uffiċjal tar-range. Buhagiar li hu wkoll membru tal-ġurija tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isparar bilQaws, ilu nvolut fl-isport bħala atleta u uffiċjal sa mill-1993 u kkompeta wkoll fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Buhagiar sar Judge internazzjonali tal-World Archery fl2003 u sa minn dakinhar ikkontrolla numru ta’ avvenimenti importanti li jinkludi l-Logħob Paralimpiku f’Beijing fl-2008,

darbtejn il-kampjonati mondjali outdoor f’Madrid fi Spanja fl2005 u Ulsan fil-Korea t’Isfel fl2009, Kampjonat indoor f’Izmir fit-Turkija fl-2009, tliet darbiet il-kampjonati tad-dinja talJuiniors fl-Ingilterra fl-2004, ilMessiku fl-2006 u l-Polonja fl2011 kif ukoll f’numnru ta’ avvenimenti mit-Tazza tadDinja, mill-kampjonat Ewropew u l-Logħob tal-Universita. Huwa kien maħtur ukoll Delegat Tekniku talFederazzjoni mondjali għallLogħob tal-Commonealth flIndja fl-2010 u fl-Olimpadi ta’ Londra fl-2012 fejn kien inkarigat minn kull aspett tad-dixxiplina tal-Isparar bil-Qaws. Minbarra l-impenji bħala judge serva wkoll fil-kumitat internazzjonali tal-judges sa mill-2007 u dan l-aħħar reġa’ ġie elett għatterminu ta’ erba’ snin oħra. Fl-2013 kien elett fl-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti.

Dion Buhagiar kien elett bħala l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Isparar

Ponies - Prince Danaio Ponies - Kimber Ponies - No Women No Cry Ponies - Shayam Ponies - Eleonor Ponies - Daniela Ponies - Pay Me Later Ponies - Kaya Ponies Challenge Cup - No Women No Cry Ponies Challenge CupDaniela Trott Challenge Cup - Record Du Mexique Trott Challenge Cup - Obelix Molgard

Swieqi Utd b’ħames kategoriji

Swieqi United ippreżentaw liskwadra u l-aspirazzjonijiet tagħhom, għall-istaġun il-ġdid fejn il-President in-Nutar Justin Fenech ħabbar li l-klabb kompla jikber mill-istaġun li għadda. Bħalissa għandu 181 plejer reġistrat miegħu u se jkun qed jieħu sehem f’ħames kategoriji, inkluż dik tal-U/17 u t-tim tannisa. It-tim tal-Kbar se jkun immexxi minn Roberto Debrincat li qal li l-mira tat-tim se tkun li jżomm postu fit-Tieni Diviżjoni. It-tim tal-Futsal se jitmexxa minn Zvezdan Vukovic, dak talU/19 minn Mario Mifsud, l-U/17 minn Paul Gatt, Leon Camilleri u Gilbert Micallef waqt li t-tim tan-nisa se jkun taħt Jochen Lenders u Max Bartolo. Bħala Nursery Swieqi se jkunu qed jikkonċentraw fuq l-U/5 u lU/8.


www.maltarightnow.com

28

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

WATERPOLO

Sliema jirbħu t-turnament tal-Indipendenza Sliema ASC rebħu t-turnament tal-Waterpolo li kien organizzat minn TeamSport PN taħt ittmexxija ta’ Robbie Ebejer, eks President tal-ASA, bħala parti mill-attivitajiet li jfakkru l-50 sena Indipendenza ta’ Malta. Dan it-turnament li kien suċċess kbir u attira nteress qawwi, intlagħab fil-pitches kif kien isir fil-passat meta dan lisport kien jattira eluf ta’ dilettanti lejn il-pitches. Il-logħob sar fil-pitches ta’ Sirens, Sliema u Neptunes u fih ħadu sehem sitt timijiet li kienu maqsuma f’żewġ gruppi. Grupp A kien jinkludi lil Sliema, M’Scala u Barracudas waqt li Grupp B kien fih Neptunes, San Ġiljan u Sirens. Il-finali li ntlagħbet quddiem folla sabiħa fil-pitch tanNeptunes kienet bejn Sliema u Sirens u ntemmet 7-7 imma finalment kienu Sliema li ħarġu

SPORT

It-tim ta’ Sliema rebbieħ tat-turnament tal-Indipendenza organizzat minn TeamSport PN (ritratti: Joseph Galea)

rebbieħa bil-penalties. Ta’ min jirrimarka li Sliema rebħu dan itturnament mingħajr telfa. Għal dawn l-aħħar żewġ partiti attentda wkoll il-Kap tal-Partit

Nazzjonalista Simon Busuttil li ppreżenta wkoll it-trofew lir-rebbieħa. Huwa kien akkumpanjat minn diversi membri parlamentari tad-distrett u uffiċjali oħra tal-partit. Riżultati

Barracudas v Sliema 5-13 San Ġiljan v Sirens 7-12 Sliema v M’Scala 21-2 Neptunes v Sirens 8-7 San Ġiljan v Neptunes 8-7 M’Scala v Barracudas 15-13 B’hekk fi Grupp A kienu Sliema li spiċċaw l-ewwel quddiem M’Scala u Barracudas. Sirens rebħu Grupp B quddiem Neptunes u San Ġiljan.

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil isegwi l-finali minn wara l-bank ta’ Sliema

3 u 4 post Neptunes v M’Scala Finali Sliema v Sirens (Sliema bil-penalties)

17-11 7-7

Simon Busuttil jippreżenta t-troew bħala rebbieħa lill-captain ta’ Sliema Marco Manara


www.maltarightnow.com

SPORT

Għadni b’ħidma mal-investituri Taljani u mhux se naqta’ qalbi – Keith Perry (President Sliema W.) Matthew Mamo

Il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry għadu ma qatax qalbu biex jattira investituri barranin lejn il-klabb hekk kif qabel beda l-istaġun kienu qed jisemmew bosta plejers ta’ fama mondjali li laħqu ftehim mal-klabb Slimiż. Madankollu dawn baqgħu qatt ma ġew Malta minħabba li ma kienx intlaħaq ftehim mal-investituri. Waqt il-programm Replay Ikompli fuq radio 101, ilPresident Keith Perry qal. “Għadni għaddej b’ħidma malinvestituri Taljani u mhux se naqta’ qalbi għax jekk jirnexxi jkun importanti ħafna għallklabb. “Bħalissa għandna plejer li jista’ jiffirma magħna fil-jiem li ġejjin pero’ għad irridu naraw jekk dan it-trasferiment hux se jseħħ u jekk, bir-regoli tal-bar-

Vaughan Jr għad għandu jagħti lil Mosta

“Stephen Vaughan Junior għad għandu flus x’jagħti lil Mosta. Madankollu l-isponsor tiegħu kien żgħir u mhux se jaffettwa l-baġit tagħna,” dan qalu l-President ta’ Mosta George Galea f’kummenti li għadda waqt il-programm Replay Ikompli fuq Radio 101. Huwa kompla li minkejja dan kollu xorta waħda għad għandu relazzjoni tajba maleks President ta’ Floriana FC. “Kont viċin u għadni viċin ta’ Stephen Vaughan Junior. Kien hu l-kuntatt għall-plejer Gary Roberts li konna qrib tiegħu imma li madankollu ma ġiex. Il-kuntratt ta’ sponsorship ta’ Vaughan magħna kien ta’ sena.” Galea qal li hu kien bassar li dan ma kienx se jkompli malklabb Mosti anke mill-attitudni tiegħu. “Kont naf x’se jiġri għax kont narah anke ma’ Jeffrey Farrugia u llum fil-fatt mar ma’ Hibernians,” qal ilPresident ta’ Mosta.

29

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

ranin bħalissa, jagħmilx sens ikollna ħafna barranin fit-tim.” Keith Perry tkellem ukoll dwar l-attakkant Niġerjan Stanley Ohawuchi li ssa qed ikompli jilgħab fl-Eġittu u tenna li Slema qatt ma setgħu jikkompetu ma’ dak li kien qe djoffri l-klabb Eġizzjan lill-attakkant. “Għal Ohawuchi ma ħadniex flus daqs kemm tlabna u xtaqna ħadna iktar. Imma t-tim Eġizzjan bagħat flus daqs kemm konna ftehmna. “Dan il-klabb offra linNiġerjan paga ta’ madwar €12,000 fix-xahar. F’Malta qatt ma stajna nlaħħqu ma’ din ilpaga. Barra dan il-plejer għamlilna pressjoni wkoll biex jitlaq. “Kien hemm interess għalih anke’ minn Ferencváros imma dan it-trasferiment qatt ma mmaterjalizza.” Intant Perru żvela wkoll li Sliema għadhom qed jistennew

nhar it-Tnejn li ġej inkunu kkonkludejna kollox biex jingħaqad ma’ Lazio. Jidher li d-dewmien biex sar dan it-trasferiment kien minħabba involviment tal-President ta’ Lazio Claudio Lotito. Madankollu mill-indikazzjonijiet jidher li dan it-trasferiment se jsir. “Inkun onest, lil Aidan xtaqtu jilgħab mal-kbar ta’ Sliema. Imma meta għandu ċans jagħmel din il-qabża ma stajtx inżommu u kien ikun inutli ntelliflu esperjenza li se tbiddillu karriera.”

Il-President ta’ Sliema Wanderers Keith Perry

risposta dwar il-futur tal-internazzjonali żagħżugħ Malti Aidan Jake Friggieri u l-futur tiegħu fl-Italja. “Dwar Aidan Jake Friggieri qed nistennew u nittamaw li sa

CHAMPIONS LEAGUE

Interess f’Zerafa Sadanittant il-kowċ ta’ B’Kara Paul Zammit qal li Joseph Zerafa qed jinteressa numru ta’ klabbs fl-Ingilterra, minn League 2 l-isfel u kellu numru ta’ provi ma’ dawn il-klabbs. Huwa qal li fl-opinjoni tiegħu l-plejer jagħmel sew li ma jgħaġġilx,

imma jaħseb li issa wasal iżżmien għax dan għandu bżonn li jibda jilgħab regolari.

Tarabai tliet snin ma’ Hibs Sadanittant wara li fl-aħħar jiem Hibernians irċevew talba mill-Oman għall-attakkant tagħhom Tarabai, jidher li dan għalkemm wera interess li seta’ jmur ifittex karriera barra minn Malta, issa għażel li jibqa’ ma’ Hibernians. Dan kien konfermat minn uffiċjal ta’ Hibernians stess. “Hibernians mhux beħsiebhom li jħallu lill-plejer jitlaq, anzi Tarabai wera x-xewqa li jibqa’ u ffirma kuntratt ġdid magħna għax kien spiċċalu l-kuntratt u kien free player bla parametri. Issa se jibqa’ Malta. Se jibqa’ magħna għat-tliet staġuni li ġejjin,“ qal il-manager tat-tim Jeffrey Farrugia.

Bayern u Man City iġeddu l-isfida Illum jintlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fejn tispikka dik minn Grupp E fil-Ġermanja bejn Bayern Munich u Manchester City. Staġun ilu Bayern Munich sfaw eliminati mis-semifinali kontra Real Madrid, it-tim li eventwalment spiċċa rebaħ ilkompetizzjoni filwaqt li Man City ġew fl-aħħar 16 kontra Barcelona. Fl-istaġun li għadda Bayern rebħu l-kampjonat fi żmien rekord imma xorta kien hemm diżappunt fi ħdan il-klabb għax ħafna mill-partitarji stennew li jerġgħu jirbħu t-‘Treble’ li rebħu taħt Jupp Heynckes. Man City, rebbieħa talPremiership issa jridu juru li huma wkoll qawwa fl-Ewropa. Staġun ilu ltaqgħu kontra xulxin fil-fażi tal-gruppi u filwaqt li ttim ta’ Guardiola kien rebaħ 3-1 fl-Ingilterra, is-Citizens kienu għelbu lil Bayern 3-2 fl-Allianz Arena. City se jkollhom lid-difensur Pablo Zabaleta sospiż floku se jibda Sagna waqt li mistenni jirritorna l-midfielder Yaya Toure li kien nieqes kontra Arsenal. Tliet plejers ta’ Bayern li se jitilfu llogħba huma Schweinsteiger, Alcantara u Martinez. Fil-midfield mistenni jibda Xabi Alonso, li spikka fl-ewwel partiti ma’

Bayern. Minn Grupp E ukoll illejla Roma jilqgħu lil CSKA Moscow fejn il-kowċ Rudi Garcia serraħ diversi plejers kontra Empoli fosthom Totti, Iturbe u Gervinho. De Rossi hu sospiż u Strootman imweġġa’. CSKA se jkollhom diversi plejers neqsin fosthom Wernbloom, Dzagoev, Elm u Schennikov.

Costa l-akbar theddida Fi Grupp G Chelsea jilagħbu kontra Schalke fi Stamford Bridge bl-akbar theddida għallĠermaniżi se jkun l-attakkant Diego Costa li kellu bidu millaqwa dan l-istaġun b’trick kontra Swansea. Għall-kuntrarju ta’ Chelsea, Schalke kellhom bidu diżappuntanti u għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa filBundesliga. Din se tkun it-tieni sena konsekuttiva li fiha Chelsea u Schalke se jkunu qed jiltaqgħu fil-fażi tal-gruppi u Chelsea ħarġu rebbieħa d-darbtejn. Millistess grupp se jilagħbu wkoll Maribor u Sporting Lisbon.

Mhux qed imorru tajjeb barra minn darhom Iċ-champions Franċiżi PSG jilagħbu għand Ajax u jridu jtejbu l-wirjiet barra minn darhom. Fit-tliet partiti li lagħbu barra filkampjonat spiċċaw draw. L-

Pep Guardiola li llum se jipprova jpatti għat-telfa li ġarrab kontra Man City l-istaġun li għadda

attakkant Ibrahimovic, se jkun qed jilgħab kontra l-eks tim tiegħu u bħalu hemm Maxwell u Van der Wiel. Bħal PSG, Ajax ukoll ma tantx kellhom bidu tajjeb fil-kampjonat u wara żewġ telfiet konsekuttivi, fi tmiem ilġimgħa għelbu lil Heracles. Ajax ilhom sa mill-istaġun 2005-6 ma jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi. Mill-istess grupp Barcelona jilqgħu lil APOEL Nicosia. IlKatalani jibdew favoriti wara li minn 27 konfront fil-Camp Nou, tilfu biss partita f’din il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, dan listaġun Barcelona mhux biss rebħu ż-żewġ partiti f’La Liga imma għamlu dan mingħajr ma qalgħu gowl. Id-difensuri Alves

u Vermaelen huma dubjużi filwaqt li Neymar mistenni jibda wara li fi tmiem il-ġimgħa irritorna minn injury u skurja żewġ gowls fir-rebħa 2-0 kontra Athletic Bilbao. Il-Programm Illum Grupp E B. Munich v Man City Roma v CSKA Moscow Grupp F Ajax v Paris SG Barcelona v Apoel N. Grupp G Chelsea v Schalke 04 Maribor v Sporting Grupp H A Bilbao v Sh. Donetsk FC Porto v Bate Borisov


www.maltarightnow.com

30

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

SPORT

CHAMPIONS LEAGUE

Rebħa faċli għall-holders Real Madrid

Il-holders Real Madrid kisbu rebħa faċli ta’ 5-1 kontra Basel fl-ewwel ġurnata tal-fażi taċChampions League filwaqt li Liverpool u Juventus kellhom jitħabtu biex rebħu kontra Ludogorets u Malmo rispettivament.

Grupp A Atletico Madrid, finalisti telliefa tal-istaġun li għadda bdew fuq nota negattiva meta tilfu 3-2 barra minn darhom kontra Olympiakos Piraeus. Atletico sofrew l-ewwel gowl wara biss 13-il minuta meta kien MASUAKU li għeleb lillgowlkiper avversarju wara li irċieva mingħand Affelay. L-istess AFFELAY għamel l-iskor 20 man-nofs siegħa logħob. MANDZUKIC naqqas id-distakk u kwarta mit-tmiem MITROGLU qatel kull tama ta’ rimonta bit-tielet gowl. GRIEZMANN reġa’ naqqas id-distakk għal Atletico imma kien tard wisq għal rimonta. Fil-logħba l-oħra ċ-champions Taljani Juventus sabuha diffiċli biex rebħu 2-0 kontra Malmo. Leroj tas-serata kien Carlos TEVEZ li skurja doppjetta. Massiegħa logħob Tevez skurja lewwel gowls u fid-90 minuta irdoppja l-iskor. Grupp B Il-holders Real Madrid bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa komda ta’ 5-1 kontra Basel fil-Bernabeu. Wara kwarta logħob Real marru fil-vantaġġ meta Suchy tefa’ l-

ballun fix-xibka tiegħu stess. Man-nofs siegħa BALE għamilhom tnejn favur l-Ispanjoli u minuta wara l-istess Bale għadda ballun lejn RONALDO li ma żbaljax. Fit-37 minuta l-akkwist il-ġdid RODRIGUEZ kompla żied mal-iskor u BENZEMA issiġilla l-logħba. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Basel skurjah GONZALEZ fit-38 minuta. Liverpool iddiżappuntaw f’Anfield imma rebħu 2-1 kontra Ludogorets tal-Bulgarija. Liverpool, li fi tmiem il-ġimgħa tilfu kontra Aston Villa fil-kampjonat rebħu b’mod drammatiku bl-aħħar xutt tal-logħba. Minkejja l-isforzi ta’ Liverpool fl-ewwel taqsima dawn ma setgħu isibu x-xibka b’xejn. Ludogorets kienu anke sfortunati li fil-71 minuta laqtu l-lasta. Lattakkant BALOTELLI approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża avversarja u skurja b’xutt millviċin meta kien fadal sitt minuti għat-tmiem. Lodogorets ġabu ddraw meta ABALO approfitta minn żball ta’ Lovren, qabeż lillgowlkiper u għamel l-iskor 1-1. Fl-aħħar sekondi Liverpool ingħataw penalty li minnu GERRARD ma ‘baljax biex ta r-rebħa lir-Reds. Grupp Ċ Zenit kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Benfica. Wara sitt minuti r-Russi marru minn fuq b’gowl ta’ HULK u ftit wara kompla kollox ġej ħażin għal Benfica meta tkeċċa lgowlkiper Artur. Zenit kienu

Behrang Safari ta’ Basel jipprova jwaqqaf lil Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid

pronti u approfittaw minn dan meta fit-22 minuta WITSEL skurja gowl ieħor. Monaco kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Bayer Leverkusen b’gowl ta’ MOUTINHO. Grupp D Borussia Dortmund ġabu fixxejn lil Arsenal u rebħulhom 2-0. Hekk kif kienet se tintemm lewwel taqsima l-akkwist il-ġdid Ciro IMMOBILE skurja għat-

Marcel Schmelzer ta’ Borussia Dortmund (xellug) isegwi lil Mesut Ozil ta’ Arsenal

tim ta’ Jurgen Klopp. Bir-reazzjoni tal-Gunners ma tasalx Dortmund għamluhom tnejn hekk kif bdiet it-tieni taqsima. Lawtur tal-gowl kien AUBAMEYANG li irċieva mingħand Grobkreutz. Galatasaray salvaw punt f’darhom meta ġew draw 1-1 kontra Anderlecht. Kien PRAET li skurja għal-gowl fit-52 minuta imma fl-aħħar minuta YILMAZ salva punt għat-Torok.

Riżultati Grupp A Olympiakos v A. Madrid Juventus v Malmo Grupp B Liverpool v L. Razgard R. Madrid v Basel Grupp Ċ Benfica v Zenit SP Monaco v B. Leverkusen Grupp D B. Dortmund v Arsenal Galatasaray v Anderlecht

Giannis Maniatis ta’ Olympiacos (xellug) jogħla għall-ballun ma’ Cristian Ansaldi ta’

3-2 2-0 2-1 5-1 0-2 1-0 2-0 1-1


www.maltarightnow.com

SPORT

FUTBOL

Van Basten jirriżenja minn kowċ ta’ AZ

L-eks plejer leġġendarju Marco van Basten irreżenja minn kowċ ta’ AZ Alkmaar minħabba problemi ta’ saħħa. Van Basten ħabbar din iddeċiżjoni lbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn qal li xxogħol kien qed jikkawżalu problemi fiżiċi u mentali. Ftit tal-ġimgħat ilu Van Basten kien ingħata perjodu ta’ mistrieħ għax diġa’ kien qed ikollu problemi f’qalbu. Madankollu ftit wara li reġa’ beda jaħdem mal-klabb, l-eks internazzjonali Olandiż iddeċieda li jirreżenja mill-kariga. Van Basten issa se jkun assistent tal-kowċ li se jinħatar minfloku. Alex Pastoor, l-assistent tal-istess Van Basten, mistenni jieħu t-tmexxija tat-tim.

Coast issa se jintemm f’Ġunju tal-2018. Dan l-istaġun Gervinho diġa’ skurja gowl f’żewġ partiti.

Finali fil-Qatar Il-finali tas-Super Cup Taljana bejn iċ-Champions tal-Italja Juventus u r-rebbieħa tal-Coppa Italia Napoli se tintlagħab filQatar. Issa għad fadal jiġi deċiż iddata u l-ħin tal-konfront. Ilklabbs iridu li l-logħba tintlagħab it-Tnejn 22 ta’ Diċembru imma din tista’ ssir jum wara. L-organizzaturi jridu li l-logħba tintlagħab fis-7pm ħin talItalja filwaqt li l-Lega Taljana trid li tibda siegħa wara.

Mistoqsi dwar il-possibilta li jmexxi lil Leeds qal, “Interessanti. Nemmen li ma’ Leeds fadalli x’nagħmel għax lesperjenza bħala plejer magħhom ma kinitx waħda sodisfaċenti.”

Marco Van Basten

se jiskadi fi żmien tliet snin oħra.

Gervinho ma’ Roma sal-2018 L-attakkant ta’ Roma Gervinho ġedded il-kuntratt b’erba’ snin. Gervinho ingħaqad ma’ Roma qabel il-bidu tal-istaġun li għadda u kellu wirjiet mill-aqwa mattim li spiċċa fit-tieni post filkampjonat tas-Serie A. Il-kuntratt tal-plejer mill-Ivory

Hazard se jġedded il-kuntratt Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho żvela li l-midfielder offensiv Eden Hazard, fi żmien xahar se jiffirma kuntratt ġdid mal-klabb. Hu mifhum li Hazard, li għad għandu 23 sena se jibda jkollu salarju ta’ 200,000 sterlina fil-ġimgħa. Hazard ingħaqad ma’ Chelsea fl-2012 mingħand Lille u l-kuntratt attwali tiegħu ma’ Chelsea

Leeds interessati f’Sabella Rapporti fil-ġurnali Taljani qed jjgħidu li l-eks kowċ nazzjonali tal-Arġentina Alejandro Sabella jista’ jinħatar kowċ ta’ Leeds Utd. Sabella irreżenja minn kowċ tal-Arġentina wara l-finali tatTazza tad-Dinja. F’Awwissu Leeds keċċew lil Dave Hockaday u minfloku, ħatru temporanjament lil Neil Redfearn. 33 sena ilu Sabella kien jilgħab ma’ Leeds.

Canover Watson kien temporanjament sospiż mill-impenji tiegħu mal-FIFA wara li aktar kmieni dan ix-xahar kien arrestat. Watson, li hu Viċi-President tal-Unjoni tal-Futbol talKarribew u membru tal-Awditjar u l-Verifika tal-FIFA kien arrestat fis-6 ta’ Settembru fil-gżejjer Cayman fuq suspett ta’ korruz-

zjoni u ħasil ta’ flus. L-uffiċjal qed jiċħad l-allegazzjonijiet kontra tiegħu li qed jingħad li huma relatati ma’ investigazzjoni dwar użu llegali ta’ cards elettroniċi f’sistema ta’ kontijiet ta’ sptar. Fi stqarrija Domenico Sala, Charman tal-Bord tal-Awditjar u l-Verifika tal-FIFA qal li għalkemm Watson għadu ma

ġiex ippruvat ħati u s’issa mhux magħruf jekk hemmx rabta bejn l-allegazzjonijiet u r-rwol tiegħu fil-FIFA, iddeċieda biex jissospendih temporanjament millFIFA sakemm issir l-investigazzjoni. “Din hi proċedura normali għaliex każi bħal dawn dejjem iridu jkunu nvestigati ndividwalment,” qal Scala.

Il-FIFA tissospendi lil Watson

FIFA

31

L-Erbgħa 17 ta’ Settembru, 2014

Champagne se jisfida lil Blatter

Il-Franċiż Jerome Champagne ikkonferma li qed jippjana li jisfida lil Sepp Blatter għall-kariga ta’ President tal-FIFA. Blatter il-ġimgħa l-oħra ħabbar li kien se jkun qed ifittex ilħames terminu tiegħu fittmexxija. Champagne, eks diplomatiku ta’ 56 sena, ħadem mal-FIFA għal 11-il sena bħala eżekuttiv qabel telaq fl-2010. “Għadni kemm ktibt lillkumitat elottorali Ad-hoc talFIFA u l-President tiegħu Jerome Champagne se jisfida lil Blatter Domenico Scala biex nikkonferHu għandu bżonn l-appoġġ ta’ jali f’Jannar. L-elezzjoni se ssir waqt ilma l-ħsieb tiegħi li noħroġ ħames assoċjazzjonijiet membri għall-elezzjoni ta’ president,” tal-FIFA imma m’għandux Kungress tal-FIFA f’Ġunju taskiteb Champagne fuq il-websajt għalfejn jiżvela min huma sena d-dieħla u l-UEFA diġa sakemm issir dikjarazzjoni uffiċ- ddikjarat li hi kontra Blatter. uffiċjali tiegħu.

Hamburg ikeċċu lil Slomka Mirko Slomka kien l-ewwel vittma fil-Bundesliga dan listaġun meta tkeċċa minn kowċ ta’ Hamburg wara bidu diżappuntanti. Sa minn meta kellhom bżonn il-penalties biex għelbu lil Energie Cottbus u għaddew millewwel round tat-Tazza Ġermaniża x-xahar l-ieħor, Hamburg naqsu milli jimpressjonaw fil-Kampjonat. Ħadu draw mingħajr gowls kontra t-tim promoss ta’ Cologne, komplew b’telfa 3-0 f’darhom kontra Paderborn li wkoll kienu promossi u l-Ħadd tilfu 2-0 kontra Hannover. Il-kowċ ta’ 47 sena kien ħa post Bert van Marwijk wara li lOlandiż innifsu kien tkeċċa fi Frar wara serje ta’ riżultati negattivi.

FORMULA 1

FUTBOL NISA

L-aħħar impenn għat-tim Malti

Illum fil-5pm fil-Victor Tedesco Stadium it-tim nazzjonali Malti tan-nisa jilgħab l-aħħar logħba minn Grupp 3 tar-rawnd ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fil-Kanada kontra lIżvizzera. It-tim Malti għadu ma ħax punt minn 9 partiti u qala’ 50 gowl waqt li għadu jfittex l-ewwel gowl. L-Iżvizzera ħadu tmien rebħiet u draw fejn skurjaw 48 gowl u qalgħu biss wieħed. Dan juri kemm se tkun diffiċli għattim Malti li jieħu xi ħaġa. F'April il-Maltin kienu tilfu 11-0 fl-Iżvizzera filwaqt li flaħħar ħarġa tagħhom nhar is-Sibt kontra d-Danimarka l-Maltin tilfu 8-0 waqt li l-Iżvizzera rebħu 7-0 fis-Serbja u diġa' huma ċerti mill-kwalifikazzjoni b’vantaġġ ta' sitt punti fuq l-eqreb rivali tagħhom id-Danimarka.

Ma jistgħux jużaw messaġġi bil-kodiċi It-timijiet tal-Formula 1 ġew projbiti milli jagħmlu użu minn messaġġi bil-kodiċi fuq ir-radio bħala parti minn miżura mmirata li twaqqafhom milli jagħtu pariri lis-sewwieqa tagħhom fuq irradju. L-FIA trid twaqqaf dak li sejħet kowċing fuq ir-radio, inkluż pariri dwar kif wieħed ghandu jkun aktar veloċi fil-kantunieri. Fost lista ta’ suġġetti projbiti mibgħuta lit-timijiet, kien hemm twissijiet dwar il-konsum tal-brejkijiet u l-fuel. It-timijiet jinsabu mħassba li rregolament il-ġdid jista’ jwassal għal problemi ta’ affidabilita fejn jidħlu twissijiet dwar is-sitwazzjoni tal-brejkijiet jew affarijiet ta’ sigurta. Il-lista ta’ messaġġi projbiti fiha kważi 50 oġġett fosthom informazzjoni dwar sewwieqa oħra bħal fejn huma aħjar jew agħar minnhom, il-pressjoni tattyres, issettjar tal-gearbox, irranġar tas-setting tal-batterija, li jwieġbu mistoqsija diretta li ssirilhom mis-sewwieq u

kwalunkwe ħaġa li tinstema bħala messaġġ ambigwu.

Alonso u Raikkonen jibqgħu mal-Ferrari Il-President il-ġdid tal-Ferrari Sergio Marchionne qal li ż-żewġ sewwieqa, Fernando Alonso u Kimi Raikkonen se jibqgħu mattim għax jemmen li huma kapaċi jqajmu t-tim fuq saqajh. F’dawn l-aħħar snin il-Ferrari iddiżappuntaw u l-aħħar titlu li rebħu kien fl-2008. Ir-riżultati negattivi wasslu biex il-President Luca di Montezemolo rriżenja mill-kariga u minfloku issa hemm Marchionne. Matul l-aħħar ġimgħat kien hemm xnigħat li Alonso jista’ jħalli t-tim. Riakkonen ċaħad li se jitlaq lit-tim u qal li jrid jirtira mal-Ferrari. “Kemm Kimi kif ukoll Fernando se jibqgħu magħna għax huma l-bażi tal-proġett tagħna. Ma rridux ninsew li dawn huma sewwieqa li fil-passat rebħu t-titlu mondjali. Xogħlna hu li nipprovdulhom karozza li biha jistgħu jissieltu għar-rebħ tal-unuri,” qal Marchionne.


www.maltarightnow.com

32

L-Erbgħa, 17 ta’ Settembru, 2014

LOKALI

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza 2014 organizzati mill-Partit Nazzjonalista lbieraħ fetħu uffiċjalment bil-Ġirja u l-Mixja lejn il-Fosos tal-Furjana, li llum saru appuntament annwali f’dawn il-festi. L-ewwel telqet il-ġirja minn ħdejn l-Istazzjon ta’ Birkirkara, imbagħad ftit wara, telqet il-mixja minn quddiem il-każin tal-PN ta’ Fleur-de-Lys. Eventwalment dawn ingħaqdu flimkien u kemm dawk li kienu qed jimxu kif ukoll dawk li kienu qed jiġru daħlu flimkien fuq il-Fosos. Spikkat il-preżenza ta’ diversi deputati u uffiċjali tal-PN immexxija mill-Kap tal-PN Simon Busuttil (Ritratti : Josef Galea)

Flypast mill-Air Malta b’formazzjoni mar-Red Arrows

Il-Flypast mill-ajruplan tal-Air Malta mar-Red Arrows tal-RAF se tkun l-attrazzjoni prinċipali fl-Airshow ta’ din is-sena

L-Air Malta se ttir fi Flypast b’formazzjoni mar-Red Arrows fl-Airshow Internazzjonali ta’ Malta li se jsir bejn is-27 u t-28 ta‘ Settembru li ġej. In-Nazzjon tkellmet mal-bdot li se jtajjar l-ajruplan tal-Air Malta mar-Red Arrows, Martin Ferrando. Hu qal li din se tkun esperjenza unika fil-karriera tiegħu, u spjega li l-ajruplan talAir Malta se jiltaqa’ mar-Red Arrows sitt mili ‘l barra mill-Port il-Kbir, jidħlu b’formazzjoni minn fuq iż-żona tal-Port,

imbagħad minn fuq ir-runway fejn se jkun hemm l-Airshow u wara jgħaddu minn fuq ĦadDingli. Ferrando ilu 35 sena jaħdem mal-Air Malta u għandu 30 sena esperjenza bħala bdot. F’konferenza tal-aħbarijiet spjega li r-Red Arrows urew interess li fis-sena li fiha l-linja nazzjonali tal-ajru qed tiċċelebra 40 sena mit-twaqqif tagħha, fissena tal-50 anniversarju millkisba tal-Indipendenza ta’ pajjiżna, jagħmlu dan il-ġest sinifikat-

It-22 edizzjoni tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta se ssir bejn is-27 u t-28 ta’ Settembru

tiv mal-kumpanija tal-ajru Maltija. Il-Viċi Uffiċjal Kummerċjali tal-Air Malta Joe Galea qal li lAirshow illum daħal fil-kalendarju tal-attivitajiet annwali li jsiru f’pajjiżna. Min-naħa tiegħu, il-President tas-Soċjetà Maltija tal-

Avjazzjoni, Joe Ciliberti spjega li l-Flypast li se tinvolvi ajruplan tal-Air Malta se tkun l-attrazzjoni prinċipali fl-Airshow ta’ din is-sena, li qed issir għat-22 darba. Bjorn Azzopardi, millkumpanija THINK, ħabbar li se titnieda app li se toffri informaz-

zjoni dwar l-edizzjoni talAirshow ta’ din is-sena. Din se tinkludi wkoll logħba, bir-rebbieħa jiġu ppremjati b’titjira talAir Malta.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.