Lehen il-Qala Milied 2019

Page 1

Leħen il-

Qala

Milied 2019


dSt. Joseph Square, Qala, Gozo Tel: (356)2155 6242 Mob: (356)7942 7014


Leħen il-Qala - Milied 2019

Il-Kelma tal-Arċipriet Dun Nazju Borg

Ninsabu f’dan ix-xahar ta’ Diċembru, ix-xahar marbut mal-Milied. Bħala parroċċa mhux biss marbut mal-Milied iżda wkoll mal-festa l-Kbira tal-Immakulata. Din is-sena għalina l-Qalin hi sena speċjali fejn qed niċċelebraw is-sena Ġużeppina. Din is-sena qed niċċelebraw mal-Knisja kollha l-“150 Sena” minn meta l-Papa Piju IX proprju nhar it-8 ta’ Diċembru 1870, iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Din is-sena l-festa tal-Kunċizzjoni hi waħda partikulari għaliex fiha qed niċċelebraw din it-tifkira tant għażiża għall-Knisja kollha. Barra ċ-ċelebrazzjonijiet esterni li f’din is-sena speċjali ser niċċelebraw, bħalissa qed niffukaw fuq l-aspett spiritwali permezz ta’ tliet inizjattivi tassew sbieħ. L-ewwel waħda hi t-tagħlim fuq San Ġużepp li patri Marcello Ghirlando qed jagħmel darba fix-xahar. Dan il-mument ta’ tagħlim għal kulħadd ikun akkumpanjat b’mument ta’ adorazzjoni u wara quddiesa speċjali. It-tieni inizjattiva hi dik li darba fix-xahar qed immorru nagħmlu xogħol volontarju kemm fid-Dar talProvidenza s-Siġġiewi kif ukoll f’Dar l-Arka, Għajnsielem. U l-aħħar inizjattiva qed nagħmluha aħna s-saċerdoti fejn qed nagħmlu ż-żjarat lillfamilji kollha tal-parroċċa u qed inpoġġu lillfamilji taħt il-Ħarsien ta’ San Ġużepp. Nixtieq ngħid li dawn it-tliet inizjattivi sejrin tajjeb ħafna. Iżda nixtieq li f’din is-sena speċjali kulħadd jieħu sehem f’dawn it-tliet sejħat li San Ġużepp

qiegħed jipproponilna. Biex hekk din is-sena Ġużeppina tressaqna aktar lejn Alla permezz tassmigħ tal-Kelma Tiegħu, tressaqna aktar lejn Alla fil-proxxmu tagħna għax fil-batut, fil-marid, etċ hemm jinsab Alla, kif ukoll permezz tal-viżti talfamilji nersqu aktar lejn Alla u lejn xulxin. Din is-sena Ġużeppina nixtieq li nagħlquha fejn twieled, għex u miet il-kbir Patrun tagħna San Ġużepp. Għalhekk hemm il-ħsieb li nagħmlu pellegrinaġġ bejn is-6 u l-14 ta’ Awwissu, 2020 ġewwa l-Art Mqaddsa fejn twieled, għex, miet u qam is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu. Dan ilpellegrinaġġ ser ikun immexxi minn Patri Marcello Ghirlando. Dan il-pellegrinaġġ hu miftuħ għal kulħadd. Xieraq li nagħlqu din is-sena f’dan il-post tant għażiż. Nagħmel appell lil dawk kollha li qatt ma żaru din l-art biex almenu darba f’ħajjithom jagħmlu żjara f’dan il-post qaddis. Jekk tassew aħna Ġużeppini ma jistax jonqos li nżuru din l-art tassew qaddisa. Min hu interessat, jiġi jkellemna fl-Uffiċċju Parrokkjali. Tistgħu tistiednu lil qrabatkom u ħbiebkom li joqogħdu barra mirraħal kif ukoll lill-emigranti tagħkom. Nixtieq f’ismi u f’isem ħuti s-saċerdoti Milied mill-aktar qaddis mimli biss bil-ferħ ta’ Ġesù, kif ukoll is-Sena t-Tajba mimlija b’kull barka tas-sema lill-komunità parrokkjali kollha partikularment lill-morda, anzjani, dawk li jħossuhom weħidhom, jew għaddejjin minn xi mument diffiċli kif ukoll lill-emigranti tagħna. Awguri! ■

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Kappillani, Arċiprieti u Saċerdoti Qalin kollha

1


Leħen il-Qala - Milied 2019

Leħen il-Qala Il-47 Sena • No. 131 - Serje F - No. 15 Milied 2019

F’Din il-Ħarġa

B O R D E D I TO R JA L I Arċ. Dun Nazju Borg Chairman

Euchar Mizzi Editur

Mary Josette Xerri Joe Grima Qari tal-Provi

Mary Josette Xerri Buttigieg Rose Ġbir tar-Reklami

Fr. Charles Buttigieg Fr. Noel Debono Membri

Frankie Buttigieg Joseph Michael Cefai Frankie Ion Magro Joe J.P. Zammit u diversi oħrajn Ritratti

Il-Kelma tal-Arċipriet

1

Editorjal

3

L-Immakulata Kunċizzjoni u Santa Bernadette Soubirous

4

Betlem u l-Emanweli

6

Riflessjoni fuq il-Milied

9

Il-Festa tal-Kunċizzjoni

11

Prietka antika tar-raba’ Ħadd tal-Avvent tas-seklu VIII - Il-Magnificat

13

Santa Marija tal-Qala fil-Viżta Pastorali - 1621

17

Qala Teen Groups:

19

Il-Milied: Żmien l-Inkarnazzjonijiet!

21

L-Isqof Mario Grech Segretarju Ġenerali tas-Sinodu 22

Ritratt fil-Qoxra:

“Il-Ħolma ta’ San Ġużepp” pittura ta’ Ġanni Vella. Fl-okkażjoni tas-Sena Ġużeppina fil-Qala. 2

Messaġġ fil-bidu tas-sena Ġuseppina

24

Programm tal-Festa Kunċizzjoni

26

Programm Avvent u Milied

29

Qed Ikollna lil Patri Marcello

32

Id-Devozzjoni lejn l-Immakulata fil-Knisja ta’ Santa Marija Tal-Blat fil-Qala

33

Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono

35

Il-Qala tissaħħar bil-presepji

37

Australian Qala Association

39

Il-Milied fil-Museum fl-Antik

42

Christmas, politics and religion

45

Taħt il-Ħarsien Tiegħek O Patrijarka Ġużeppi

47

Loneliness

51

Pellegrinaġġ bil-Kwadru Devot tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar f’Malta

53

Rokna Letterarja

55

Twieldu - Żżewġu - Mietu

58

Kronaka tal-Parroċċa

59

Ritratt tal-Ħarġa

63

■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex. Tel/Fax: 2155 6684 ■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru, u �tqassam b’xejn iżda kull offerta �ġi aċċe�ata. ■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrisponden� tal-ar�kli li jiġu ppubblika� m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali. ■ Kull korrispondenza għandha �ntbagħat lill-Bord Editorjali, “Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: lehenilqala@gmail.com ■ Stampat: A&M Prin�ng Ltd. Qala. Tel: 2155 3217


Leħen il-Qala - Milied 2019

Editorjal

EUCHAR MIZZI

Is-Sena 2020 – Sena Ġużeppina – Sena ta’ Grazzji Spiritwali għall-Qalin Kollha! Ninsabu lejlet sena ġdida, is-Sena 2020, sena mistennija minna l-Qalin u mill-Ġużeppini kollha mhux biss f’Malta imma fid-dinja kollha. Għax din is-sena ser infakkru u niċċelebraw b’sollennità kbira l-150 Sena millProklamazzjoni tal-Kbir Patrijarka San Ġużepp bħala “Patrun tal-Knisja Universali”. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX nhar it-8 ta’ Diċembru, 1870, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan ġewwa Ruma. Ħamsin sena ilu, u ċioè fl-1970, il-Knisja fakkret il-100 Sena ta’ din il-Proklamazzjoni ta’ San Ġużepp. F’dik is-sena, il-mibki Isqof Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, dakinhar Amministratur Appostoliku għal Għawdex, f’Ittra Pastorali bl-isem ta’ “Taħt il-Ħarsien Ta’ San Ġużepp”, li huwa kiteb nhar l-24 ta’ Lulju, 1971, niseġ kuruna ta’ tifħir u spjega pastoralment fiddettall it-tifsira ta’ dan it-titlu hekk glorjuż u onorabbli ta’ Protettur tal-Knisja Universali. Dwar dan f’din ir-revista qed nippubblika kitba ta’ Andrew Borg li ta skrizzjoni dettaljata ta’ din l-ittra ta’ Mons. Cauchi. Dakinhar, fil-Parroċċa tagħna seħħ avveniment Reliġjuż ta’ devozzjoni kbira, meta fil-pjazza talknisja l-Kardinal Giovanni Colombo, Arċisqof ta’ Milan, poġġa Kuruna ta’ deheb u djamanti fuq ir-Ras ta’ Ġużeppi li jinsab impitter filKwadru Titulari tal-Parroċċa tagħna tal-Qala. Dakinhar saru festi kbar li għadhom jissemmew sal-lum.

Illum qegħdin infakkru l-150 Sena minn dan l-avveniment glorjuż u ferm maħbub u apprezzat Ġużeppin. Anke din id-darba l-Knisja f’Għawdex, permezz tal-Isqof Djoċesan, dehrilha li għandha wkoll toħroġ messaġġ għal din is-Sena Ġużeppina. Din hi l-aħħar Ittra ta’ Mons. Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex, qabel il-ħatra l-ġdida tiegħu fil-Vatikan. Ara kopja ta’ dan il-messaġġ aktar ‘il quddiem f’din ir-Rivista. Anke Mons. Mario Grech tana spjega profonda u eżawrita dwar is-sehem siewi ta’ San Ġużepp fuq il-Knisja Universali. Naqraw dwar il-ħolm li kellu Ġużeppi, dwar it-tħaris ta’ Ġesù u ta’ martu Marija, u kif huwa kompla u qed ikompli jgħasses il-Knisja t’Alla mill-assalti tal-għedewwa u minn kull għelt. Mons Isqof Grech temm l-ittra tiegħu billi qal; “Jiena ser inkun inqiegħed is-sejħa u l-ġejjieni tiegħi taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. Kien taħt il-ħarsa paterna ta’ Ġużeppi li 62 sena ilu rċevejt isSagrament tal-magħmudija fil-fonti ta’ din ilKnisja Arċipretali u hekk bdejt il-mixja nisranija tiegħi.....” Għalhekk, għeżież ħuti Qalin, ejjew f’din is-sena hekk għażiża u importanti għalina, ninġabru flimkien mal-Kleru u l-komunità tagħna, sabiex nisimgħu aktar, inqimu aktar u nimitaw aktar lil Ġużeppi Tagħna. Ejjew inġeddu l-fiduċja tagħna fih u ta’ kuljum nitolbu l-protezzjoni, il-ħarsien u l-kura kemm materjali u kemm spiritwali tiegħu tinżel fuqna, fuq il-familji tagħna, fuq il-komunità tagħna, fuq il-morda, it-tfal u l-emigranti tagħna. Biex b’hekk meta jasal it-tmiem tagħna nsibu l-id setgħana tiegħu li tilqagħna u ddaħħalna miegħu fil-ġenna fejn inqimuh flimkien ma’ Ġesù u l-Immakulata għal dejjem. F’isem il-Bord Editorjali u f’ismi nagħti l-Milied u s-Sena t-Tajba lill-Qalin kollha. Awguri! ■

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Ġanni u Ġuża Mizzi

3


Leħen il-Qala - Milied 2019

L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI U SANTA BERNADETTE SOUBIROUS (1844-1879)

Minn FR CHARLES BUTTIGIEG

Bernadette Soubirous: Fis-sena 1858, jiġifieri erba’ snin wara l-proklamazzjoni tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni mill-Beatu Papa Piju IX, il-Madonna dehret ġewwa Lourdes fi Franza lit-tfalja ta’ erbatax–il sena, illum qaddisa, Santa Bernadette Soubirous. Bernadette twieldet nhar is-7 ta’ Jannar tal-1844, jiġifieri 175 sena ilu. Hija ġiet mgħammda jumejn wara. Il-familja tagħha kienet reliġjuża imma sfortunatament sofriet ħafna faqar u dan wara li missierha kien akkużat li seraq ftit injam sabiex isaħħan bih id-dar fil-qalba tal-kesħa xitwija fil-Hautes-Pyrenees. Kienu għalhekk kostretti li jgħixu f’kamra waħda, kiesħa u umda, li qabel kienet isservi ta’ ċella tal-ħabs. Din il-kamra xejn sanitarja, affettwat ħafna saħħet iċ-ċkejkna Bernadette li kienet tbati minn ażżma qawwija ħafna. Kienet marradija ħafna u falliet ħafna edukazzjoni u baqgħet ħafna lura fit-tagħlim. Mill-11 ta’ Frar sas16 ta’ Lulju tal-1858 il-Madonna għażlet li tidher littfajla Bernadette tmintax–il darba. Fit-18 ta’ Jannar tal-1860 dawn id-dehriet ġew rikonoxxuti millIsqof tal-post, ta’ Tarbes, Mons. Laurence. Il-Papa Beatu Piju IX approva d-dehriet fl-1862.

Hija daħlet soru u ħadet l-isem ta’ Marie Bernarde. Fil-kunvent ta’ Nevers hija għexet ħajja sempliċi, umli u fit-tbatija fl-istess ħin. Bosta kienu dawk is-saċerdoti, sorijiet u pellegrini li kienu jżuruha. Riedet bħala soru dejjem taqdi lill-foqra: “Irrid risq tajjeb lill-foqra, nieħu pjaċir nieħu ħsieb ilmorda; nibqa’ mas-sorijiet ta’ Nevers”. Il-Papa Ljun XIII kien kiteb l-Ittra Appostolika ‘Parte Humanae Generi’ fl-okkażjoni tad-dedikazzjoni tal-Katidral il-ġdid ġewwa Lourdes fl-1879, fejn fl-istess sena Bernadette mietet bħala soru ta’ 35 sena biss u għalhekk proprju 140 sena ilu. Hija midfuna fil-kappella tal-kunvent ta’ San Gildard f’Nevers. Il-Papa San Piju X waqqaf il-festa talMadonna ta’ Lourdes. Il-Papa Piju XI ibbeatifika lil Bernadette Soubirous fl-14 ta’ Ġunju, 1925 u għamilha qaddisa fit-8 ta’ Diċembru, 1933. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II żar dan il-post qaddis tliet darbiet u l-Papa Benedittu XVI mar Lourdes fil15 ta’ Settembru, 2008 fl-okkażjoni tal-150 sena tad-dehriet. Minbarra dan, inkitbu eluf ta’ kotba u nħadmu diversi ‘films’ dwar il-ħajja ta’ Bernadette fosthom insibu ‘Bernadette Soubirous’, ‘The Passion of Bernadette’, ‘Bernadette of Lourdes’, u ‘Song of Bernadette’. L-Immakulata Tidher lil Bernadette: Id-dehriet tal-Madonna ġraw fil-11, 14, 18, 19, 20, 21, 23, 24, 25, 27, u 28 ta’ Frar u l-1, 2, 3, 4, 25 ta’ Marzu, 7 ta’ April u 16 ta’ Lulju. Il-Madonna dehret dejjem b’libsa bajda b’ċintorin ċelesti u bil-ward b’kulur id-deheb fuq saqajha t-tnejn u b’kuruna f’idha. L-ewwel dehra tkun proprju l-Ħamis 11 ta’ Frar, ta’ qabel Ras ir-Randan tal-1858. Dakinhar Bernadette flimkien ma’ oħtha Marie Toinette u l-ħabiba Jeanne Abadie, marret tiġbor ftit zkuk u ħatab għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu sabiex tkun tista’ tbigħhom u tixtri ftit ħobż, ħdejn il-għar ta’ Massabielle (Tuta de Massavielha), ftit ‘il barra minn Lourdes. Waqt li kienet waħedha dehritilha l-Madonna fil-blat bħala mara sabiħa. Fit-tieni dehra Bernadette wara li nsistiet ħafna ma’ ommha Louise li għandha terġa’ tmur, ħadet ftit ilma mbierek mill-knisja biex tixħtu lill-Madonna ħalli tivverifika li din iddehra kienet verament ġejja minn Alla. Fit-tielet

4

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Psaila u Grech


Leħen il-Qala - Milied 2019 dehra l-Madonna talbet lit-tfalja biex tmur fil-għar ta’ Massabielle għal ħmistax–il ġurnata. Fir-raba’ dehra t-tfajla ħadet ukoll lil ommha, żewġ zijiet u n-nanna tagħha. Fil-ħames dehra kien hemm preżenti tletin persuna. Fis-sitt dehra kien hemm mal-mitt persuna preżenti. Fis-seba’ dehra kien hemm mal-150 persuna preżenti fejn dakinhar il-Madonna qalet sigriet lil Bernadette. Fit-tmien dehra kien hemm mal-250 persuna preżenti fejn ilmessaġġ tal-Madonna kien: “Penitenza, penitenza penitenza!” u biex titlob għall-midinbin u tbus ilħamrija bħala penitenza għall-midinbin. Fid-disa’ dehra l-Madonna talbet lil Bernadette biex tixrob l-ilma mill-ħamrija u tiekol il-ħaxix fl-art.

Fl-għaxar dehra kien hemm preżenti madwar 800 ruħ u fil-ħdax–il dehra kien hemm ‘il fuq minn elf persuna. Fit-tnax–il dehra kien hemm preżenti kważi elf u ħames mitt ruħ, fejn omm li kienet qed tistenna tarbija u li kienet maħkuma minn paraliżi f’idejha ġiet imfejqa mill-ilma tal-għar ta’ Massabielle fejn kienet qed tidher il-Madonna. Fittlettax–il dehra l-Madonna ordnat lit-tfajla biex tgħid lis-saċerdoti sabiex jiġu hemmhekk f’purċissjoni u jibnulha kappella, imma l-qassis Abbe’ Dominique Peyramale ma emminhiex. Fl-erbatax–il dehra l-Madonna tbissmet lil Bernadette fejn kien hemm folla ta’ 30 elf ruħ. Fil-ħmistax–il dehra kien hemm mad-disat elef persuna u l-Madonna reġgħet tbissmet lil Bernadette. Is-sittax–il dehra damet madwar siegħa fejn dakinhar il-Madonna qaltilha li hija l-‘Immakulata Kunċizzjoni’. It-tfajla marret tiġri biex tgħid dan l-isem lill-kappillan. Fis-sbatax– il dehra t-tabib Pierre Romaine Dozous kien konvint li verament Bernadette kellha dawn id-dehriet talMadonna. Fl-aħħar dehra minħabba li s-sindku ta’

Lourdes għalaq l-aċċess għall-grotta tal-Madonna, Bernadette rat ukoll il-Madonna minkejja li kienet għarkupptejja ‘l barra mill-grotta min-naħa l-oħra tax-xmara. Dakinhar il-Madonna rrivelat sigriet li baqa’ qatt ma ġie żvelat minn Bernadette. Lourdes wara d-Dehriet: Illum Lourdes hija belt ċkejkna b’popolazzjoni ta’ madwar 18–il elf ruħ. Huwa stmat li mal-200 miljun pellegrin marru Lourdes sa mis-sena 1860. Fl-1902 żar il-grotta ta’ Lourdes ir-rebbieħ talpremju Nobel Alexis Carrell, tabib li beda jemmen tassew wara li assista għall-fejqan li seħħ f’Lourdes fuq Marie Berrand li kienet qiegħda tmut. Illum ġewwa Lourdes wieħed isib 22 knisja jew kappella. Fost postijiet qaddisa nsibu l-knisja ddedikata lillQalb ta’ Ġesù fejn tgħammdet Bernadette fid-9 ta’ Jannar, 1844; il-grotta ta’ Massabielle fejn ilMadonna dehret lil Bernadette, is-Santwarju ta’ Lourdes li fih il-Bażilika ta’ Fuq tal-Immakulata li ġiet imbierka fl-1871, il-Kripta taħt in-navata talBażilika ta’ Fuq li tlestiet fl-1866 u l-Bażilika tarRużarju li nfetħet fl-1889. Insibu wkoll il-Bażilika ta’ Santa Bernadette li ġiet ikkonsagrata fl-1988, kif ukoll id-dar fejn twieldet Bernadette. Illum wieħed jista’ wkoll jara l-kapulavur ta’ możajk magħmul taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Rupnik. Insibu wkoll il-bażilika sotterranja ta’ San Piju X li ġiet miftuħa fl-1958 u li tesa’ aktar minn 25,000 ruħ. Jingħad li nsibu mas-7000 każ ta’ mirakli ta’ fejqan bl-interċessjoni tal-Madonna ta’ Lourdes. Insibu l-‘International Medical Committee of Lourdes’ li għandu l-kompitu li jinvestiga l-mirakli tal-fejqan. Miraklu li baqa’ jissemma kien tat-tifla Delizia Cirolli minn Sqallija li kienet fieqet minn kankru (Ewing’s tumour) f’irkopptejha fil-Milied tal-1976. Insibu li L. Brosse li fl-1930 kienet fieqet mit-‘tuberculosis’, lil A. Thea, lil L. Schwager, lil A. Couteault li kienu fiequ mill-‘multiple sclerosis’ bejn l-1950 u l-1952 u lil S. Perrin li fl-1970 kien fieq mill-‘hemiplegia’. Lourdes jibqa’ l-post talpellegrinaġġi li l-iktar jiġbed lejh pellegrini matul is-sena kollha, madwar 6 miljun ruħ fis-sena. Insibu 400 ħaddiem, 107,000 voluntier matul is-sena u 30 saċerdot u ħames komunitajiet femminili. Dan kollu opra tal-Immakulata Kunċizzjoni li tkellmet permezz ta’ Santa Bernadette Soubirous.■ Biblijografija: Calero, A.M., La vergine Maria nel mistero di Cristo e della Chiesa, Torino 1995. De Fiores, S. – Meo, S., Nuovo Dizionario di Mariologia, Torino 1985. Dowling, J., “Lourdes cures and their medical assessment”, in Journal of the Royal Society of Medicine 77 (1984) 634-638. Harris, R., Lourdes: Body and spirit in the Secular Age, Penguin Books 1999. Laurentin, R., La vergine Maria, Roma 1970. Roschini, G., La Madonna secondo la fede e la Teologia, IV, Roma 1954. Sartori, L., Sviluppi postconciliari e mariologia, Roma 1976. “The London Illustrated News”, The Election of Pope Pius XI (11 February 1922).

5


Leħen il-Qala - Milied 2019

BETLEM U L-EMANWELI

Minn MONS. LAWRENZ SCIBERRAS

L-aħħar u l-aqwa personaġġ li jibni l-presepju kemm tal-ġebel kif ukoll dak ta’ qalbek, huwa l-Emanweli, Alla magħna. Agħraf li quddiemek ma hemmx biss sempliċement tarbija żgħira mfisqija fil-ħrieqi u qiegħda f’maxtura, tarbija li għandha bżonn ta’ kollox u ta’ kulħadd, imma Alla mlibbes il-laħam bħal tagħna. Dan huwa Ġesù, sempliċi żewġ sillabi, qosra qosra, imma li kienu kapaċi jaqsmu ż-żmien fi tnejn; dak ta’ qablu u dak ta’ warajh. Il-papa preżenti fl-enċiklika tiegħu l-Feddej tal-Bniedem jgħid hekk: “L-Iben t’Alla, meta sar bniedem, ingħaqad b’xi mod ma’ kull bniedem. Ħadem b’idejn ta’ bniedem, ħaseb b’moħħ ta’ bniedem, aġixxa b’rieda ta’ bniedem”. U għalhekk lejn dan Kristu mwieled għalina għandna induru; Lejh irridu nħarsu għaliex fih biss, fih l-Iben t’Alla hemm is-Salvazzjoni sħiħa tagħna. Betlem Dar il-Ħobż: Matul is-sena kollha din id-daqsxejn ta’ belt talLhudija tħajrek u tiġbdek, imma żgur li malli joqrob żmien il-Milied, Betlem tilbes xi ħaġa partikulari kollha kemm hi tagħha. Ma hemmx

6

dubju li l-opri kbar tal-arti jqanqluk sewwa bħal dik ta’ Bernini, ta’ S. Dali’, ta’ Picasso, Michelangelo, Raffaello,u tant oħrajn. Imma meta tkun nieżel dawk l-għaxar tarġiet li jwasslu fil-għar taħt l-art, fqajjar u mneżża’ minn kull kumdità tad-dinja u hekk tiftakar li l-Iben t’Alla HAWN twieled, tibqa’ msammar f’dak il-post mingħajr ma tlissen ebda kelma. U forsi jkun aħjar, għaliex ikun il-waqt li tiskot u mhux titkellem, li titboq ħalqek u ma tiftħux. Pero’ aħna l-Maltin meta nkunu fil-għar bla ma rridu niftakru fl-appostlu tal-Verbum Dei Caro Factum Est, li dan huwa l-qaddis Ġorġ Preca. U dan minħabba d-devozzjoni taħraq li kellu u li xerred lejn dawn il-kelmiet sublimi u divini tal-Evanġelju ta’ Ġwanni (1,14). It-triq li minn Ġerusalemm twasslek Betlem mhix twila ħafna, fiha biss disa’ kilometri. Donnu jidher ftit tal-kuntrast bejn dawn iż-żewġt ibliet. Tal-ewwel kienet iċ-ċentru politiku u reliġjuż talpoplu Lhudi, Betlem saret iċ-ċentru tal-ġrajja talakbar opra u mħabba t’Alla għalina l-bnedmin.

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Camilleri u Cutajar


Leħen il-Qala - Milied 2019 Tant hu veru dan, li Betlem wara l-ġrajja tat-twelid ta’ Ġesù flimkien mal-ġrajjiet l-oħra konnessi mat-twelid, imbagħad ma tissemma’ qatt aktar fl-Evanġelju. It-triq lejn Betlem hija mimlija bis-siġar tal-ħarrub, prinjoli, żebbuġ u żnuber. Triq li din il-belt tagħha tilmaħha bħal għassies, tixref mill-għoli biex tħares sewwa u tindokra l-baħħ tad-deżert għeri u niexef ta’ Ġuda. Deżert li jfakkar fl-għajjat ta’ tħejjija ta’ Ġwanni l-Battista biex wieħed iħejji t-triq tal-Mulej. Fit-Testment il-Qadim hemm xi ġrajjiet marbutin sfiq ma’ Betlem u li mbagħad kellhom eku fil-ġrajjiet tat-twelid tagħna. Betlem hija marbuta mal-mewt ta’ Rakel, illum għad hemm il-qabar ta’ din ilmatrijarka, imkien tant għażiż għal-Lhud (Gen 35,16-17). Mara oħra marbuta ma’ Betlem u li aktar ‘il quddiem isimha kellu jidħol fil-ġeneoloġija ta’ Ġesù hija Rut, ilMowabita, li minnha twieled Obed li nissel lil Ġesse, missier is-sultan David. Fuq kollox kien f’Betlem, li l-profeta Samwel dejjem fuq l-amar t’Alla, mar u dilek lil David bħala s-sultan ewlieni ta’ Iżrael. (l Sam 16,1). Ma’ dawn il-ġrajjiet li jdommu t-tħejjija għattwelid tal-Emanweli, hemm ukoll il-profezija ta’ Mikea 5,1. “Int Betlehem Efrata, minnek għad joħroġli dak li għad isaltan fuq Iżrael”. Betlem għalhekk hija dik il-belt fejn art u sema tbewsu f’għar fqajjar fil-blat artab; il-belt li laqgħet fi ħdanha l-Iben t’Alla tarbija. Ġesù twieled f’għar fejn kif jgħid Oriġene, ir-raġġi qawwija tax-xemx qatt ma niżlu hemm isfel u saħħnuh. Iżda minn dak il-waqt tat-twelid ‘il quddiem l-Għar sar wieħed miċ-ċentri tad-dinja Nisranija. San Ġirolmu mbagħad għex għal sitta u tletin sena sħaħ preċiż ħdejn l-art ta’ Betlem, jitlob u jimmedita dwar l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù. Dan il-qaddis għaref u biblista kiteb hekk: Ecce in hoc parvo terrae foramine caelorum conditor natus est. Li tfisser: Ekku, f’din il-ħofra żgħira hawn taħt l-art, twieled il-ħallieq tas-smewwiet. Betlehem kelma ġejja mill-ilsien Lhudi u komposta minn żewġ kelmiet midmumin flimkien; Bet u Leħem, li b’ilsienna jfissru dar u ħobż. Ġesù mela twieled f’Dar il-Ħobż u tqiegħed fuq it-tiben, biex aktar ‘il quddiem

huwa stess jgħidilna li kellu jkun ħobż ħaj għalina nieżel mis-sema. Il-maxtura hija l-post adattat għall-bhejjem biex jieklu l-għalf minn hemm. Frott it-twelid: Matul il-mixja twila u mqita tal-eluf u eluf ta’ snin dehru bosta mexxejja u fundaturi ta’ reliġjonijiet differenti. Dawn il-mexxejja u ħafna oħrajn, kollha stqarrew fil-beraħ u b’ħanġra kbira għajtu li kollha ġejjin b’messaġġ dirett mingħand Alla. Iżda r-raġuni almenu turina li jekk xi ħadd ikun ġej għax mibgħut minn Alla, insiru nafu wkoll ċerta informazzjoni meħtieġa għall-konklużjonijiet prattiċi tal-argument. Min hu dak li ġej, fejn ser jitwieled, x’inhi ħajtu u l-messaġġ tad-duttrina tiegħu, u fuq kollox x’se jiġri wara mewtu? U għalhekk dawn kollha kienu nies fost tant miljuni oħra. Kristu biss u waħdu meta mistoqsi dwar il-persuna u t-tagħlim tiegħu qalilhom, qallbu l-Iskrittura u ssibu hemm miktub dwari u fuqi. “Intom tistudjaw l-Iskrittura, għax taħsbu li fiha hemm il-ħajja ta’ dejjem; din tagħti xhieda għalija”: (Ġw 5,39). X’hemm mela aqwa u ta’ kredibbilta’ dwar Ġesù daqskemm dak li tenniet dwaru l-istess Skrittura, il-Kelma t’Alla Ispirata! Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh, li dan ma kienx twelid bħal kull twelid ieħor, imma wieħed kollu kemm hu straordinarju għaliex min deher fostna tarbija kien fis-sema fi ħdan missieru in sino Patris. Mela l-effetti u l-frott bilfors li għandu jkun ukoll straordinarju. Quddiem din il-verità San Ljun il-Kbir f’wieħed mid-diskorsi tiegħu dwar il-misteru tal-Milied jgħid: “O nisrani, agħraf ilkobor tiegħek; int, li sseħibt ma’ Alla fin-natura tiegħu, la terġax issa taqa’ fil-post baxx ta’ dari b’ħajja mhix xierqa. Żomm f’moħħok li inti nqtajt

7


Leħen il-Qala - Milied 2019 minn taħt is-setgħa tad-dlamijiet u għaddejt fiddawl u s-saltna ta’ Alla”. Mela wlied id-dawl, nafu fejn sejrin u nafu x’se nilħqu.” San Bernard ukoll jaħseb dwar il-qligħ li ġab miegħu t-twelid tal-Emanweli u jikkonkludi dejjem issa f’relazzjoni mal-bniedem. X’mod aqwa Ġesù seta’ jsib biex jurina kemm ħenn għalina filmiżerja tagħna jekk mhux billi hu nnifsu jitgħabba bl-istess miżerja tagħna? Il-Verb ta’ Alla sar dgħajjef għalina: hemm tjieba akbar minn din?” Għalhekk wieħed ma għandux joqgħod jistaqsi u jitħasseb kemm ibati hawn f’din id-dinja imma kemm bata l-Emanweli sa mill-ewwel mumenti tat-twelid tiegħu. Għax daqskemm wera ruħu ċkejken fl-umanità, daqshekk ieħor wera ruħu kbir fit-tjieba; u daqskemm sar qisu xejn minħabba fina, daqshekk ieħor sar għażiż għalina. Frott ieħor it-twelid tal-Emanweli huwa l-promozzjoni li ħa ġisimna stess: Ħalli nfisser dan il-ħsieb bit-tagħlim ta’ Santu Wistin. “Alla li ħalaq il-bniedem, issa huwa stess sar bniedem sabiex din l-opra tiegħu ma tispiċċax u tintilef. Mingħajr l-Inkarnazzjoni din l-opra ta’ Alla kienet tkun nieqsa u mhux kompluta. Il-Verb sar laħam, billi ħadet dak li ma kellhiex qabel, mingħajr però ma tilfet dak li kienet qabel”: Jiġifieri d-divinità. Santu Wistin qiegħed jgħallem li għalkemm quddiemna hemm tarbija, però din għandha żewg naturi, miġburin f’persuna waħda. U meta din it-tarbija kibret, kollox ġie kkonfermat kemm tassew Ġesù huwa veru Alla u veru bniedem.

8

Twelid uniku għax divin: Il-Papa San Iljun donnu ma jixba’ qatt jaħseb dwar dan it-twelid straordinarju tal-Emanweli, aktar u aktar meta jiftakar fil-verġinita ta’ ommu Marija, qabel it-twelid, fit-twelid u wara t-twelid. Virgo conceperit, virgo peperit, virgo permanserit. U biex joħroġ dejjem aktar għad-dawl l-uniċita’ ta’ dan ittwelid, l-istess Papa jirrifletti dwar seba’ eżempji dejjem mill-Bibbja fejn ftit jew wisq deher l-indħil t’Alla. Il-Papa jfakkar fil-formazzjoni tal-ewwel bniedem Adam mit-trab tal-art u xejn anqas mittiswir ta’ martu Eva mill-kustilja ta’ Adam innifsu (Ġen 2,7-22). Il-patrijarka Iżakk; dan twieled meta missieru Abraham kien xiħ ħafna u martu Sarah kienet sterili (Ġen 21,1-2). Hemm imbagħad it-twelid ta’ Ġakobb li kien maħbub minn Alla wkoll qabel ma twieled (Ġen 25,27). Il-profeta Ġeremija li Alla kkonsgrah qabel ma ħareġ minn ħdan ommu (Ġer 1,5). It-twelid misterjuż l-ieħor ta’ Samwel, iben Anna mara sterili, tibki xortiha miskina fit-tempju ta’ Silo quddiem il-qassis Għeli (l Sam 1,20). U fl-aħħar it-twelid ta’ Ġwanni

l-Battista, iben il-qassis Żakkarija u Eliżabetta, ittnejn imdaħħlin sewwa fl-eta’ (Lq 1,14-24). Meta twieled dan Ġwanni, f’dar missieru seħħew prodiġi tassew kbar. Imma għal dan il-papa għaref u qaddis, dawn is-seba’ eżempji ta’ twelid għalkemm fihom tidher l-id t’Alla digitus Dei, meta imxebbhin mat-twelid tal-Emanweli donnhom jintilfu u jintfew għal kollox. Għax it-twelid tas-Salvatur tagħna Ġesù, jisboq kull intelliġenza, u jgħaddi kull xempju ieħor, hu min hu , u hu fejn hu. Ma tista’ tipparagonah ma ebda twelid ieħor, u dan għaliex huwa assolutament singulari, uniku, ma hawnx impar tiegħu, bħalu u tal-għaġeb daqsu. Iċċarrtu smewwiet; hekk għajjat il-prinċep talprofeta Iżaija. U dan kollu seħħ fil-għar umdu, ħiemed u mwarrab minn kulħadd ta’ Betlem. Għalhekk jiena ktibt li hekk kif inti tkun nieżel dawk it-tarġiet li jwassluk ħdejn dik l-istilla talfidda li timmarka post it-twelid, aktar mill-kliem ikun wisq aħjar is-skiet u dan biex tħalli wkoll wisa’ għal xi demgħa sħuna li tibda ġġelben minn fuq ħaddejk. Marija omm privileġġjata: Tassew li l-Verb Etern ġie biex jibda jagħmel l-għamara tiegħu fostna u magħna, u dan għaliex ħa l-ġisem tiegħu minn Marija, u hekk il-Għerf t’Alla bena d-dar tiegħu (Prov 9,1). U hawn tidħol il-funzjoni divina u unika ta’ Marija f’dan il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Il-ġisem ta’ Ġesù huwa mill-ġisem ta’ ommu Marija. Għalhekk biex wieħed jiċċelebra sewwa t-twelid talEmanweli, hemm bżonn li wieħed ikollu idea ċara dwar in-natura u l-mod ta’ kif dan ġie iġġenerat. Is-Salvatur Ġesà sa mill-eternità hu Iben Alla, issa mill-mument tal-Inkarnazzjoni tiegħu sar ukoll iben Marija. U għalhekk għandna żewġ ġenerazzjonijiet: Waħda eterna u l-oħra temporanja. Fejn jidħol it-tnissil divin ta’ Kristu, dan huwa sa mill-eternità u mingħajr omm, filwaqt li fejn jidħol dak uman, dan ġie minn omm imma mingħajr missier. Et sine matre deitas, et sine patre esset humanitas. Ta’ min iva ta’ min irodd ħajr lil Alla għat-twelid glorjuż tal-Iben Uniġenitu tiegħu. Fi twelid l-Emanweli f’Betlem, ferħet l-art u ferħet is-sema, u dan għaliex fi twelidu kollox ġedded, kollox reġa’ resaq lejn iċ-ċentru veru li huwa Alla. Ilmisteru tal-Inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla huwa misteru ta’ fidi u mħabba. Trid biss tbaxxi rasek u tħobb minn qalbek lil dak li għaniek bil-grazzji u r-rigali kollha tal-Milied.■


Leħen il-Qala - Milied 2019

Riflessjoni fuq il-Milied Minn: ANGELO XUEREB

Iċ-ċentru tal-Milied għandu jkun Ġesù. Jekk huwa ma jibqax il-fus li fuqu jkunu bbażati dawn il-festi, allura għalina l-insara hemm xi ħaġa li mhix sejra tajjeb. Forsi hawnhekk nagħmlu sewwa jekk nistaqsu lilna nfusna x’inhuma l-prijoritajiet tagħna għal dawn il-festi.

tal-Inkarnazzjoni, jiġifieri li Sidna Ġesù Kristu, it-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa, sar f’kollox bħalna minbarra mid-dnub. San Ġorġ Preca flArloġġ Museumin għandu din it-talba: “L-Iben etern tal-Missier sar bniedem minn Marija Verġni u semmewh Ġesù.”

Nagħtu aktar bixra Nisranija lill-Milied: Ma ninsewx li f’dawn il-festi jintwerew valuri ta’ ħbiberija u ferħ. Dawn huma fihom infushom tajbin u jekk ninqdew bihom tajjeb, naslu wkoll għand Ġesù. Iżda jekk ma nagħtux kas jista’ jiġrilna bħal dawk il-persuni li jiċċelebraw it-twelid ta’ tarbija u waqt il-festin hija qiegħda f’xi rokna u jaslu biex jinsew l-iskop li għalih iltaqgħu.

Għalhekk sewwa li niftakru li fil-25 ta’ Marzu l-Liturġija tiċċelebra t-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija Santissima. Hija aċċettat din l-istedina mingħand Alla u l-Ispirtu s-Santu nissel lil Ġesù fil-ġuf tagħha. San Ġorġ Preca kien devot ħafna ta’ din il-ġrajja tant li qabbad lill-żpittur il-Kav. Rafel Bonnici Calì biex ipitter Madonna b’Ġesù f’sidirha.

Tkun ħaġa qaddisa jekk nagħtu dawn il-festi aktar bixra Nisranija; billi nagħmlu xi presepju fid-dar tagħna, xi statwa ta’ Ġesù tarbija, ma nagħtuhiex għal divertiment bla rażan, filwaqt li nagħmlu qrara sinċiera. Niftakru li l-qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard kien jgħid: “Christmas is a big business day” jiġifieri l-Milied huwa jum ta’ negozju kbir.

Il-Knisja tiċċelebra l-Milied disa’ xhur wara. Dan jurina li għalkemm Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla ħa n-natura ta’ bniedem tassew. Kif Adam qal lil Eva: “Did-darba din hija għadam minn għadmi u laħam minn laħmi” (Ġen 2, 23) hekk Marija setgħet tgħid l-istess għal Ġesù.

Jekk ninġarru minn dan il-kurrent inkunu tbegħidna minn Ġesù. Niftakru li huwa biss għandu l-qawwa li jagħtina l-paċi. Għalhekk jekk infittxu l-paċi mingħajru m’aħniex ser insibuha.

Meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem huwa għolla wkoll id-dinjità tagħna l-bnedmin. Fil-ktieb talĠenesi nsibu li Alla ħalaq lill-bniedem fuq xbieha tiegħu. Bit-twelid tiegħu fid-dinja Ġesù sar wieħed minna u qasam l-esperjenza umana minbarra d-dnub. F’ħajtu huwa kien jikber, ibati, kien jgħejja, jaqbdu l-ġuħ u l-għatx, kien jibki kif ukoll jifraħ.

Ġesù jieħu n-natura ta’ bniedem: Matul dawn il-festi jkun xieraq li nħallu ftit ta’ mumenti ta’ skiet biex nirriflettu fuq il-misteru

Ladarba l-bniedem huwa maħluq fuq xbieha ta’ Alla u Ġesù sar bniedem bħalna minbarra d-dnub, jistħoqqlu kull ġieħ u rispett avolja ġie li jiżbalja.

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Ġużepp, Loreta u Kelina Debono

9


Leħen il-Qala - Milied 2019 Iżda anki jekk jagħmel xi ħaġa ħażina jew igiegħel lil ħaddieħor ibati, xorta waħda jibqagħlu d-dinjità. Inħobbu lill-proxxmu tagħna: Għalhekk għandna nħobbu l-proxxmu tagħna huwa min huwa u minn kull fejn ġej, għax fih naraw lil Kristu. Infatti huwa stess jgħidilna li fil-ġudizzju universali sejrin inkunu iġġudikati fuq l-opri talħniena għax dawn inkunu qisna għamilnihom miegħu stess. Huwa stess qalilna li ser jgħid littajbin: “Ngħidilkom is-sewwa, kull ma għamiltu mal-iżgħar fost ħuti għamiltuh miegħi” (Mt 25,40). U ta’ dan jirċievu premju filwaqt li l-ħżiena jirċievu l-kastig talli ma għamlux karità mal-proxxmu għax din l-azzjoni qishom għamluha lil Kristu. San Ġwann tas-Salib jgħidilna: “Fit-tmiem ta’ ħajjitna niġu ġġudikati fuq l-imħabba”. U jekk inħobbu lil Alla nħobbu wkoll lill-proxxmu. Għalhekk nieħdu bis-serjetà l-imħabba talproxxmu jkun min ikun, saħansitra lill-għedewwa tagħna. Inkunu ngħinu lill-proxxmu tagħna mhux biss meta nagħtuh għajnuna materjali, iżda wkoll meta nagħtuh xi parir tajjeb, nisimgħuh u ma nikkritikawhx bla bżonn. L-għajnuna lill-proxxmu narawha fil-parabbola tal-għani u Lazzru. L-għani kien jilbes ilbies ta’ lussu u jagħmel l-ikliet filwaqt li wara biebu kellu tallab. Dan jgħallimna li ma għandniex ningħalqu

10

fina nfusna u ma jimpurtaniex mill-oħrajn. Dan nistgħu nagħmluh permezz ta’ xi kelma ta’ inkoraġġiment, sapport lill-oħrajn fid-diffikultajiet tagħhom u nisimgħu l-problemi tagħhom. Din ittip ta’ għajnuna lill-proxxmu hija imprezzabbli peress li hawn tendenza li anki l-membri tal-istess familja jitbiegħdu minn xulxin minħabba dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni ġodda li għandna f’idejna. Il-filosofu prominenti reliġjuż Ortodoss Russu, Nikolai Berdyaev (1874-1948), jgħidilna: “Kull att morali ta’ mħabba, ta’ ħniena, u ta’ sagrifiċċju jeqirdu mid-dinja, li hija mimlija bihom, il-mibegħda, il-krudeltà, u l-egoiżmu.” Iżda l-akbar att ta’ mħabba huwa li taħfer lil min naqsek jew għamillek il-ħsara. Ma ninsewx li l-aqwa rigal li nistgħu nagħtu fil-Milied huwa li naħfru lill-għedewwa tagħna u jekk nistgħu nirranġaw nagħmlu dan. L-għada tal-Milied niċċelebraw il-festa ta’ San Stiefnu. Dan l-ewwel martri tal-Knisja waqt li kienu jħaġġruh talab għall-għedewwa tiegħu. Dan ilqaddis mexa fuq il-passi ta’ Kristu li ħafer lil dawk li sallbuh. Parti minn talba li jisimha l-Vittma miktuba minn San Ġorġ Preca tgħidilna: “Isma’ l-leħen taddemm ta’ dan Ħuna s-saċerdot, qaddis u etern, jgħajjat quddiemek: maħfra, paċi u saħħa.” Il-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd. ■


Leħen il-Qala - Milied 2019

Il-Festa tal-Kunċizzjoni Mill-KAV. JOE M. ATTARD L-Istilla tal-Maltemp! Hekk laqqmuha l-antenati tagħna lil din il-festa li tiġi matul l-ewwel jiem ta’ Diċembru. U ħafna drabi dan l-għidut huwa minnu għax mhux darba u tnejn li l-istatwa ħelwa tal-Immakulata li għandna fil-knisja tal-Patrijiet tal-Fqajjar t’Assisi fil-qalba tal-Belt Victoria, kapolavur tal-istatwarju Salvatore Psaila, kellha tibqa’ ġewwa għax it-temp ikun għaddej minn xi burraxka qalila. Wara kollox ftit jiem wara tidħol ix-xitwa li magħha jogħsfor it-temp sabiħ u l-bnazzi li nkunu drajna bihom matul is-sajf u parti mill-ħarifa. Din il-festa tkun tant mistennija għax il-festi jkunu ilhom li għaddew xi ftit mhux ħażin u allura xi ftit ħoss tal-banda flimkien malħoss tal-murtali u ġigġifogu kif ukoll xi erba’ toroq imżejna, kulħadd jieħu gost bihom (grupp ħabrieki tal-Armar fi ħdan il-Komunita talPatrijiet sejjer is-sena kollha biex jarma lir-Rabat bl-isbaħ drapp u njam). Jien ngħix fil-Victoria u spiss niffrekwenta l-knisja ta’ San Franġisk fejn tiddomina l-istatwa tal-Immakulata. Illum għandi tlieta u sebgħin sena u allura niftakar ilKnisja ta’ San Frangisk ta’ ħamsin sena ilu u dik tal-lum u nista’ nara l-bidla enormi li minnhom għaddiet din il-knisja grazzi għall-isforzi kbar u sagrifiċċji li għamlu diversi gwardjani li mexxew hawnhekk. Wieħed wara l-ieħor ilkoll għamlu l-almu tagħhom biex isebbħu d-Dar t’Alla u r-riżultat jidher. Il-Pittur bravu l-Kav. Pawlu Camilleri Cauchi li trabba u kiber għad-dell talKunvent, mas-snin tana pittura sabiħa li biddlet lil din il-knisja mil-lejl għan-nhar. Uħud millpatrijiet kienu wkoll imiddu jdejhom u dawn taw ukoll sehemhom biex il-knisja hi dik li hi llum. Bla dubju matul il-jiem tal-festa l-knisja tkompli tiżżejjen u tilbes l-ilbies tal-okkażjoni waqt li jsiru funzjonijiet mill-isbaħ li jilħqu l-qofol tagħhom fl-għodwa tat-tmienja ta’ Diċembru bil-quddiesa u l-paniġierku u l-purċissjoni bl-istatwa talImmakulata li wara nofsinhar toħroġ iddur fuq l-ispallejn akkumpanjata mill-banda La Stella waqt li baned oħra fosthom dik Imnarja tanNadur u Santa Margerita ta’ Sannat, jissuktaw iferrħu lil dawk kollha li jattendu. L-istess jiġri fil-Qala u ġewwa Bormla fejn l-Immakulata ssirilha festa kbira. Hawnhekk ukoll in-nies tattendi bi ħġarha. Nismagħhom

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Mons. Anton, Vitor u Salvina Sultana

11


Leħen il-Qala - Milied 2019 sparar, għax għalkemm il-lokal huwa ċkejken, il-komunità għandha qalb kbira, u magħquda madwar ir-rettur twajjeb u ħabrieki t’hawnhekk, Monsinjur Paolo Cardona, kapaċi torganizza u tiġbed in-nies. Ftit jiem wara nqiegħdu ċ-ċirasa fuq il-cake billi nibdew in-Novena għall-festa kbira u għażiża tal-Milied li timla qalb kulħadd bl-akbar ferħ u hena. U bla ma rridu nibdew niskantaw kif tkun tgerbet sena oħra u jien ngħid għalija mal-ewwel jum tagħha nkun xjaħt sena oħra għax nagħlaq 74! Intant nawgura lil kulħadd festa sabiħa talImmakulata u jalla din is-Sinjura tas-Sema li twieldet mingħajr l-ebda dell ta’ ħtija, tal-inqas lilna tgħinna biex noħorġu minn dan il-Wied tadDmugħ bla ebda dnub u mmorru ngawduha għal dejjem.■

jgħidu li f’Bormla ssir in-Novena kmieni filgħodu u l-knisja tkun mimlija sa mit-tbexbix tal-għodwa. Kemm fil-Qala kif ukoll f’Bormla nsibu żewġ statwi mill-isbaħ tal-Immakulata li wkoll joħorġu fil-Purċissjoni l-Ħadd filgħaxija bin-noti tal-banda ma jonqsux. Fil-beraħ ta’ quddiem is-Santwarju qadim tal-Immakulata fil-Qala, is-sena l-oħra niftakar li doqt il-kagħak tal-għasel. Wara kollox mhux hekk jixirqilha din l-Omm tagħna li tnisslet mingħajr ħtija biex setgħet tagħti lill-umanita’ lil Bin il-Bniedem li twieled f’għar fqajjar ġewwa Betlem biex jifdina u jsalvana mill-jasar tad-dnub! Kif għidna fil-bidu ta’ din ir-riflessjoni, kollox jiddependi mit-temp għax inkunu resqin lejn l-istaġun tax-xitwa. Dari niesna mal-wasla talKunċizzjoni kienu jħobbu jżanżnu xi ‘coat’ tal‘fur’ jew xi libsa sabiħa imma ż-żminijiet tbiddlu u l-poplu tagħna nistgħu ngħidu li jżanżan ħwejjeġ ta’ kuljum u mhux sa joqgħod jistenna l-festa tal-Immakulata. Illum hawn il-flus fl-idejn u x-xogħol mhux nieqes għal min irid jaħdem u allura kulħadd komdu u jdawwar lira bla tbatija.

12

Intant wara l-festa tal-Kunċizzjoni, ftit jiem biss wara mmorru sal-irħajjel ta’ Santa Luċija, ‘il ġewwa mir-raħal ta’ Kerċem fejn issir festa ħelwa lil din il-Qaddisa u ħafna jkunu dawk li jidħlu jgawdu mill-ġdid purċissjoni ħelwa, baned u


Leħen il-Qala - Milied 2019

Prietka antika tar-raba’ Ħadd tal-Avvent tas-seklu VIII

VANĠELU (Lq 1, 46-55): Il-Magnificat Minn DUN KRYSTOF BUTTIGIEG Fil-ħarġa tal-Milied tas-sena l-oħra (2018) kont ippreżentajtilkom it-traduzzjoni tal-ewwel parti ta’ din l-omelija tal-monaku Ingliż Beda il-Venerabbli (672-735 AD). Din id-darba xtaqt nagħtikom il-kumplament ta’ din l-omelija li tispjega l-innu tal-Magnificat li jinsab fil-bqija tassilta evanġelika taż-Żjara ta’ Marija lil Eliżabetta. PRIETKA (I, 4): It-tieni parti. Ejjew mela nisimgħu l-kliem li qalet Marija biex naraw nistgħux nistħarġu xi ftit minn dak li kienet tħoss ġo fiha. Wara li semgħet ittweġiba ta’ Eliżabetta li, sejħitilha mbierka fost in-nisa, għarfitha bħala omm il-Mulej tagħha, u faħħritha għas-saħħa tal-fidi tagħha, hekk kif daħlet għandha u ratha timtela bl-Ispirtu s-Santu flimkien ma’ binha, Marija ma setgħetx tibqa’ siekta quddiem dan il-ġid kollu, u malli sabet il-

mument f’waqtu, uriet hi wkoll bi kliem meqjum dak li dejjem ħasset f’qalbha. […] Wara li ntebħet li dawk id-doni li ngħatawlha, ġew issa murija mill-Ispirtu permezz tal-oħrajn, hi wkoll rat kif kixfet dak it-teżor tas-sema li kienet qed tistarr f’qalbha. Qalet hekk: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, u l-bqija. Permezz ta’ dan ilkliem, hija l-ewwel tagħraf dawk id-doni speċjali li ngħatawlha, imbagħad b’mod ġenerali tibda tfakkar il-benefiċċji li bihom Alla ma jieqaf qatt jipprovdi lill-ġens uman. Hekk tkabbar lill-Mulej, ir-ruħ ta’ min jiddedika l-imħabbiet kollha li hemm ġo fih biex jaqdi u jfaħħar lil Alla, u min bilħarsien tal-preċetti ta’ Alla juri li għandu dejjem f’moħħu l-qawwa tal-kobor t’Alla. Jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħu, l-ispirtu ta’ min ma jitgħaxxaqx

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Morana u Ciantar

13


Leħen il-Qala - Milied 2019 glorifikata f’salt wieħed, hekk li l-hena singulari tagħha, tiġi mfaħħra bir-raġun kollu mill-vuċi ta’ kull nisel. Hi żżid issemmi wkoll id-doni li rċeviet mill-ħniena t’Alla b’mod tal-għaġeb, u tfaħħarhom b’sens xieraq ta’ radd il-ħajr. Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Ma tgħidx li kien mertu tagħha iżda tqis li l-kobor tagħha ġej mid-don ta’ Dak li, kbir u qawwi minnu nnifsu, jagħmel lil dawk li jafdaw fiH minn żgħar u dgħajfa għal kbar u qawwija. Bis-sewwa kollu, iżżid: qaddis hu l-isem tiegħu, biex twissi lissemmiegħa, anzi biex tgħallem lil dawk li kellhom jisimgħu kliemha, biex jirrikorru għall-fidi u jsejħu Ismu, biex ikunu jistgħu jieħdu sehem millqdusija ta’ dejjem u mill-veru Ħelsien, kif jgħid ilprofeta: “Kull min isejjaħ isem il-Mulej, jinħeles” (Ġoel II,32 = 3,5). Dan l-isem li tuża, huwa l-istess isem li ssemmi, meta tgħid: “l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi”. U issa, iżżid iktar biċ-ċar u tgħid:

bil-għana tad-dinja, u ma jsirx dgħajjef quddiem l-abbundanza tal-ġid li jgħaddi, u ma jitkissirx blinkwiet, iżda jithenna biss billi jiftakar fil-Ħallieq li mingħandu qed jistenna s-salvazzjoni ta’ dejjem. Żgur li dan il-kliem joqgħod fuq fomm min hu perfett, iżda qabel kollox jaqbel illi tlissinhom ilhienja Omm Alla, li bi privileġġ singulari, kienet mħeġġa b’imħabba tar-ruħ għal dak li kienet kuntenta li nisslitu fil-ġisem. Bir-raġun setgħet tifraħ b’Gesù, jiġifieri bis-salvatur tagħha, b’hena speċjali, iktar mill-qaddisin l-oħra, għaliex, dak li kienet tqis bħala l-awtur dejjiemi tas-salvazzjoni, dan kienet taf li kellu jitwieled minn ġisimha bi twelid fiż-żmien, hekk li fl-istess persuna waħda jkun hemm sewwasew l-iben tagħha u s-Sinjur tagħha. Fil-kliem li jmiss hija turi kemm kellha stima baxxa tagħha nfisha u kif kull mertu li kellha kisbitu b’don ta’ grazzja divina: Għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja. Hawn hija turi illi fil-fehma tagħha kienet biss qaddejja ċkejkna ta’ Kristu, iżda fid-dawl talgrazzja tas-sema, hija tgħid illi kienet mgħollija u

14

Minn nisel għal nisel il-ħniena tiegħu, fuq dawk li jibżgħu minnu. Meta tgħid nisel hija qed tirreferi għal kull poplu: sew il-Lhud kif ukoll il-pagani, jiġifieri l-ġnus kollha tad-dinja, li sa minn qabel rat, li kellhom jemmnu fi Kristu, għax kif jgħid Pietru: “Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ lil kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun” (Atti 10,34-35). Jaqblu mal-kliem ta’ Marija anke kliem il-Mulej, meta qal li ommu mhix biss dik li nisslitu fil-ġisem imma wkoll dawk kollha li jħarsu kelmtu. Billi kulħadd kien mistagħġeb bil-għerf u l-qawwa tiegħu meta kien jgħallem u jagħmel il-mirakli “waħda mara għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: ‘Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt” (Luqa 11,27-28), u minkejja li hu laqa’ tajjeb din ix-xhieda tajba, huwa wieġeb minnufih: “tassew ingħidlek, aktar huma hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha”. Dan għaliex, sew dik il-mara u sew kull min kien qed jisma’, seta’ jkun hieni jekk ikun lest jobdi mill-preċetti divini. B’dan il-mod kien qisu qed jgħid, li minkejja li refa’ hena singulari lil dik li bħala verġni ġarret f’ġufha welldet u mantniet lill-Iben inkarnat ta’ Alla, madanakollu fil-ħajja ta’ dejjem setgħu jiksbu post merfugħ anke dawk kollha, li jemmnu fiH, li jħobbuh b’qalb safja, li

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familja Spiteri


Leħen il-Qala - Milied 2019 jiftakru l-preċetti tiegħu, u li jkomplu jfakkruhom fir-ruħ tal-proxxmu bi tħeġġiġ kontinwu. Iżda billi l-Imqaddsa omm Alla għallmet li Alla kellu juża ħniena ma’ dawk li fid-dinja kollha kellhom jibżgħu minnu, ma kien baqgħalha xejn x’iżżid ħlief li tirreferi għall-kundanna li setgħu jaqilgħu l-imkabbra u kull min imaqdar il-kliem tal-verità. Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra fil-ħsieb ta’ qalbhom. “Bil-qawwa ta’ driegħu” tfisser li hu għamel dan bis-setgħa tiegħu. Infatti m’għandux bżonn min jgħinu, dak li fuqu hemm miktub li s-setgħa tiegħu timxi minnufih mar-rieda tiegħu (ara Għerf 12,18). Hija tgħid dan il-kliem, biex tiddeskrivi l-għemil tajjeb tagħna, fis-sens illi: meta aħna nwettqu xi virtù, ma jkunx bis-saħħa tar-rieda libera tagħna imma iktar minħabba r-rieda ta’ Alla (ara Salmi 59,14). Għalhekk hemm miktub: “Ma kienx b’sejfhom li huma ħadu l-art, jew bi driegħhom li kisbu r-rebħa; kienet il-leminija tiegħek u d-driegħ tiegħek, u d-dija ta’ wiċċek, għax int ħabbejthom” (Salmi XLIII,4 = 44,4). Xerred għalhekk l-imkabbra f’qalbhom, għaliex “il-bidu ta’ kull dnub hija l-kburija” (Bin Sirak X,15 = 10,13). Kien għalhekk li l-Mulej keċċa l-ġens uman mill-għamara dejjiema tas-saltna tas-sema u xerrdu ma’ kullimkien filmixja ta’ dan l-eżilju; imma ħalla għall-aħħar il-kastig li jxerred b’mod iktar gravi lil dawk li jwebbsu rashom fid-dnub. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom. Issejjaħ “setgħana” lil dawk li l-ewwel semmiethom “imkabbra”. Huma msejħa “imkabbra” għaliex jitkabbru iktar milli għandhom għalfejn, u huma msemmija “setgħana” mhux għax għandhom xi saħħa ta’ veru, imma għaliex, huma u jafdaw f’saħħithom jippruvaw jgħaddu mingħajr ma jitolbu l-għajnuna tal-Ħallieq tagħhom. Min-naħa l-oħra huma “tassew setgħana” dawk li tgħallmu jgħidu flimkien mal-Appostlu: “Għal kollox nifilħu bis-saħħa ta’ dak li jqawwina” (Filippin 4,13) u fuqhom hemm miktub: “Alla ma jbigħedx lill-qawwija għaliex huwa stess is-setgħani” (Ġob XXXVI,5 = 36,5). Għalhekk “niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin. Għax “kull min jitkabbar jiċċekken u min jiċċekken jitkabbar” (Luqa 14,11). Iżda nistgħu nifhmu wkoll, li dawk li minħabba l-kobor tagħhom ġew imniżżla mill-Mulej, xi drabi permezz tal-ħniena tiegħu jistgħu jerġgħu lura għall-grazzja tal-umiltà u minħabba d-dedikazzjoni fl-umiltà, jitgħollew fil-glorja. Infatti Sawl minħabba fis-suppervja tiegħu kien imkeċċi mit-tron tad-duttrina tal-Liġi,

iżda minnufih, hekk kif umilja ruħu ġie mgħolli ’l fuq biex jiprietka l-fidi fi Kristu. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. Kull min issa għandu l-ġuħ tal-ġid dejjiemi u ma jaqta’ qatt milli jagħmel it-tajjeb u ma jieqaf qatt ifittxu, dan għad ikun imxebba’ kif jixtieq, meta jiġi l-Feddej fil-glorja. Kull min iżda jehda jfittex l-ewwel il-ġid tad-dinja, qabel dak tas-sema, dan żgur li waqt il-ġudizzju tal-aħħar ikun mibgħut ’il barra mill-Mulej mingħajr ebda hena u b’hekk jiġu kkastigati mill-piena tal-miżerja ta’ dejjem flimkien max-xitan. Mill-bqija naraw ukoll, li f’din il-ħajja kuljum dan jitwettaq mhux bil-ftit, meta l-umli jiġu mogħtija sax-xeba’ mit-tjubija divina u mogħnija bid-don tal-virtujiet tas-sema; filwaqt li dawk li jitkabbru bil-għana tad-dinja, jew jiftaħru bis-sinjurija tal-għemejjel tajba qisu kien jiddependi kollox minnhom, jiġu mċaħħda mid-dawl tal-verità ġewwa fihom. Iżda, ma dawn il-preċiżi kelmiet, li Marija qalet fuq issuppervi u fuq l-umli, hemm bżonn inżidu dak li qalet qabel: “minn nisel għal nisel” għaliex fiddinja kull meta jgħaddi l-Ħallieq ġust u ħanin, huwa jieqaf lill-imkabbra u jagħti l-grazzja lillumli. Għalhekk wara li Marija fakkret il-ħniena u l-ġustizzja ta’ Alla, hija ddawwar l-istqarrija tattifħir tagħha għal dik l-ekonomija ġdida u speċjali tal-Inkarnazzjoni, li biha Alla ried jifdi d-dinja, u tgħid: Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu. Israel ifisser “bniedem li jara lil Alla”. B’dan l-isem jiġu msemmija dawk kollha li ġew mifdija, li permezz tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jarawH, Alla stess deher fost il-bnedmin bħala bniedem viżibbli. Laqa’ lill-Israel bħalma tabib jilqa’ l-marid biex ifejqu, bħalma re jilqa’ l-poplu biex jiddefendih mill-ħbit tal-għadu, biex jeħilsu, u wara li jirbaħ lill-għadu, jagħtih li jsaltan miegħu għal dejjem. Tajjeb qalet, “qaddej tiegħu”, sabiex tfisser l-umiltà u l-ubbidjenza, għax hu biss permezz ta’ dawn il-virtujiet li tista’ tinkiseb il-Fidwa. Għalhekk il-Mulej qal: “jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet” (Mattew 18,3). Imma hija żiedet li dan kien, “għax ftakar fil-ħniena tiegħu”. Għax fil-fatt meta Alla ħa fuqu l-umanità biex jifdiha ma kienx grazzi għallħlejqiet iżda kien kollu minħabba d-don talħniena divina. Infatti wara l-ħtija tas-suppervja

15


Leħen il-Qala - Milied 2019 x’kien jistħoqqilna jekk mhux il-korla tal-Ħallieq? Għalhekk aħna li ġejna mifdija għall-ħelsien u għall-ħajja ta’ dejjem, ma kienx minħabba xi ħila minn tagħna iżda minħabba l-grazzja ta’ dak li fuqu jingħad: “Fil-korla, ġib quddiem għajnejk ilħniena” (Ħabakuk III,2 = 3,2).

16

Hekk tkellem ma’ missirijietna, ma’ Abraham u mannisel tiegħu għal dejjem. Marija hi u ssemmi lill-missirijiet fakkret bissewwa kollu lil Abraham b’ismu għaliex minkejja li kien hemm ħafna missirijiet qaddisin li taw xhieda spiritwali tal-Inkarnazzjoni tal-Mulej, kien lilu li ġew l-ewwel imħabbra b’mod ċar ilmisteri ta’ din l-Inkarnazzjoni u r-Redenzjoni tagħna, u lilu ingħad b’mod partikulari: “jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġenesi XII,3 = 12,4). Fil-fatt, ħadd mill-fidili ma jiddubita li dawn ilkliem jirreferu għall-Mulej is-Salvatur tagħna, li ma stmellx jiġi fostna min-nisel ta’ Abraham biex jagħtina l-barka ta’ dejjem. Hi ssejjaħ nisel ta’ Abram mhux biss dawk il-magħżulin li ġew imnissla fil-ġisem mir-razza ta’ Abraham, iżda wkoll aħna li qrobna lejn Kristu minn fost il-ġnus pagani, hekk li ninsabu magħqudin skont ix-xirka tal-fidi ma’ dawn il-missirijiet li huma tant ’il bogħod minna skont l-oriġini tat-tnissil fil-ġisem. Infatti aħna wlied u nisel Abraham meta nitwieldu permezz tas-sagrifiċċju tar-Redentur tagħna, li ħa fuqu l-ġisem min-nisel ta’ Abraham. Aħna wlied Abraham meta bl-ikbar impenn infittxu naraw lil dak li dwar il-jum tiegħu Abraham feraħ li jista’ jarah, rah u thenna (cf. Ġwanni 8,56). Għalhekk jgħid l-Appostlu: “Jekk intom ta’ Kristu, intom ukoll nisel Abraham, werrieta skont il-wegħda” (Galatin 3,29). Marija, għalqet tajjeb bil-kliem, “għal dejjem”, għaliex il-wirt tas-sema li hawn qed jiġi mwiegħed, huwa mingħajr tmiem: salaħħar ta’ din id-dinja mhux ser jonqsu dawk li malli jemmnu fi Kristu jsiru nisel Abraham, u hekk ikollhom il-glorja tal-hena futura li hi għal dan in-nisel għal dejjem. Għalhekk ħuti għeżież, jeħtieġ li aħna, li ġie mwiegħed lilna l-wirt ta’ dejjem mill-Mulej, nissieltu biex niksbuh bl-isforz kontinwu tar-ruħ. Dan għaliex ladarba nixtiequ nirċievu dak il-ġid mingħajr tmiem, jeħtieġ li aħna nimpenjaw ruħna mingħajr waqfien sakemm inkunu ksibnieh. Ejjew għalhekk bil-meditazzjoni ta’ sikwit naħsbu fil-kliem tal-qari tal-Vanġelu, u nżommu dejjem f’qalbna l-eżempju tal-Imbierka Omm Alla, ħalli ladarba nkunu quddiem Alla blumiltà u mqiegħda mal-proxxmu b’kull rispett xieraq, ikun jistħoqqilna nkunu mgħollija għal

dejjem flimkien magħha. Meta naraw kif il-Verġni baqgħet dejjem umli, anke meta semgħet kliem ta’ veru tifħir, ejjew nistinkaw bir-reqqa sabiex ma nitkabbrux bil-għaxqa ta’ min ifaħħarna għalxejn b’xejn. U jekk taħkimna xewqa kbira għall-ġid li jgħaddi, ejjew niftakru li l-jum tal-ġudizzju jibgħat ’il barra lill-għonja b’idhom vojta, u jekk qatt jaħkem ħsibijietna l-inkwiet ta’ din l-art, ejjew niftakru li l-Mulej jgħolli liċ-ċkejknin. Ma naqtgħu qatt qalbna li niksbu l-maħfra taddnubiet imwettqa, għaliex “il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu”, ħalli fl-ebda ħażen imwettaq ma tibqa’ dik l-ikbar ħtija tan-nuqqas ta’ ndiema, għaliex Alla jieqaf lill-imkabbra, ibegħedhom minn dik ix-xorti li għandhom il-hienja, u jxerridhom ma’ kull inħawi tal-piena skont l-għamla tad-dnub. Jekk ikollna dejjem f’moħħna l-għemil u l-kliem ta’ Marija, jingħatalna mingħand Alla li nipperseveraw dejjem fl-ubbidjenza tal-kastità u fit-tħarriġ talvirtù. Per eżempju fil-Knisja qed tinbet dik iddrawwa tajba u bnina li jitkanta dan l-innu kuljum flimkien mas-salmi tal-Għasar, biex b’din iddrawwa, it-tifkira kontinwa tal-Inkarnazzjoni talMulej tixgħel lir-ruħ tal-fidili b’qima mħeġġa, u l-ħsieb frekwenti fuq l-eżempju ta’ ommu ssaħħaħ il-fehma tal-virtù. Bis-sewwa kollu din id-drawwa ġiet maħsuba għal filgħaxija, għaliex moħħna, għajjien kif ikun mill-jum u mimli distrazzjoni ta’ ħafna ħsibijiet, la jkun qorob ħin il-mistrieħ, ikun jista’ jinġabar fis-satra, u hekk, kif ikun miġbur fir-riflessjoni, jara dak kollu li għalxejn b’xejn u bi ħsara nġema’ matul il-jum, biex jinħeles matul il-lejl bit-talb u d-dmugħ. Imma peress li ġebbidna ftit fit-tul b’dan id-diskors, ejjew issa nduru lejn Alla u nitolbu mill-ħniena ta’ tjubitu li nkunu nistgħu nqimu t-tifkira tal-hienja Marija b’impenn tajjeb ħalli jkun jiswielna naslu għaċċelebrazzjoni tat-twelid tal-Mulej b’qalb aktar safja. Ix-xewqa tagħna li nwettqu l-għemil tal-ruħ u li nirċievu d-doni tas-sema ssib l-hena tagħha f’Dak illi ried li, isir bniedem u jagħti eżempju ta’ ħajja fost il-bnedmin, lil Ibnu l-Waħdieni, ilMulej tagħna Ġesù Kristu li miegħu jgħix u jsaltan Alla, flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. BEDA VENERABILIS, Homelia I,4: D. Hurst, ed., CCSL 122 (1955). Traduzzjoni taljana ta’ G. Abbolito Simonetti, CTP 90, (1990). Traduzzjoni ingliża ta’ L. T. Martin - D. Hurst, CSS 110-111, (1991)


Leħen il-Qala - Milied 2019 JOSEPH BEZZINA

Santa Marija tal-Qala fil-Viżta Pastorali tas-sena 1621 Nhar it-18 ta’ April, 1621, bdiet Għawdex ittielet viżta pastorali fi żmien l-episkopat talIsqof Baldassar Cagliares. Din il-viżta ma saritx mill-Isqof innifsu. Nafu li dan kellu diversi

knejjes tar-Rabat u wara kompla jdur il-knejjes tal-kampanja. Il-viżta fl-inħawi tal-Lvant ta’ Għawdex saret nhar is-27 ta’ April, 1621. IlViżitatur wasal fil-knisja ta’ Santa Marija talQala min-naħiet ta’ Għajnsielem kmieni wara nofsinhar (VP (1621) 38r). Il-Viżitatur jgħarrafna li l-knisja kienet għadha tissejjaħ ta’ Santa Marija u li kienet fil-kontrada tal-Qala. Josserva l-ewwel li l-knisja kellha altare lapideum aptum celebratione, artal tal-ġebel li kien tajjeb għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa u li kien omnibus necessariis munitum, mgħammar b’kulma kien meħtieġ. Fuq ir-riħ tal-artal kien hemm icona, xbieha, li mhix deskritta iktar. Nafu fil-fatt li kien qiegħed jirreferi għallinkwatru tal-Kunċizzjoni li l-Isqof Baldassar Cagliares kien irregala lill-knisja tul l-ewwel viżta pastorali tiegħu fis-sena 1615.

problemi ta’ saħħa u għalhekk, minn żmien għall-ieħor, kien ikollu jiddelega lil xi ħadd biex imexxi xi ċerimonji minfloku. 1 • Il-viżta fil-Qala: Għal din il-viżta f’Għawdex l-Isqof Cagliares iddelega lir-Reverendu Dun Piet-Franġisk Pontremoli, duttur fit-Teoloġija, kanonku tal-Katidral tal-Imdina, kif ukoll Pro-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Malta u Għawdex. Bħala assistent tiegħu, hu ħatar lill-Kanonku Melchiorre Vella, lawrjat fid-Dritt Kanonku. Il-Viżta fetħet bħas-soltu b’quddiesa solenni filKnisja Matriċi ta’ Santa Marija nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 1621, Dominica in Albis, il-Hadd ta’ fuq l-Għid (VP (1621) 1r). Fil-jiem ta’ wara żar il-

Maġenb l-artal maġġur kien hemm żewġ altari tal-injam. Dawn qisu kienu jintużaw meta waqt xi pellegrinaġġ ikun hemm iktar minn qassis wieħed u allura kien ikun hemm fejn iqaddsu iktar minn wieħed. Kienu aktarx tal-injam u ma tantx kienu f’kundizzjoni tajba. Tant hu hekk li l-Viżitatur ordna li ma jsirx iktar quddies fuqhom (38r). Dawn l-artali tal-ġnub kienu jservu wkoll biex fuqhom jinxtegħlu x-xema’ li joffru d-devoti. 2 • Knisja mdaqqsa b’ċimiterju: Ir-rapport tal-viżta jiddeskrivi l-knisja bħala lata et longa, wiesgħa u tawwalija. Kellha wkoll coemeterium ante hortium versus occidentem, ċimiterju quddiem ġnejna n-naħa tal-punent – bejn wieħed u ieħor fl-istess pożizzjoni tal-lum (38r). Din ma kinitx kappella tal-kampanja bħalloħrajn għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett, dawn il-kappelli ma kinux normalment longa, tawwalija. L-iktar kien ikollhom erba’ ndani xorok fuq tliet ħnejjiet. Mhux hekk tal-Qala. It-tieni, dawn il-kappelli kien normalment

Suffraġju għar-Ruħ għażiża ta’ Carmelo Mercieca

17


Leħen il-Qala - Milied 2019 ikollhom biss zuntier żgħir quddiem b’qabar wieħed jew tnejn. Dan aktarx kien ikun ħalla li jindifen fih il-benefattur li jkun bena l-knisja u l-familjari tiegħu. Il-fatt li din kellha ċimiterju jfisser li din kienet knisja b’ħafna devoti li xtaqu jindifnu taħt id-dell tagħha. Tagħrifa oħra qasira tgħidilna li kellha wkoll sera ferrea, jiġifieri, serratura tal-ħadid. Tagħrifa li tidher superfluwa, iżda fil-fatt turi ċerta kura lejn din il-knisja. Kienet tinżamm magħluqa sewwa għal ħarsien aħjar ta’ dak kollu li kien hemm ġewwa. 3 • Knisja b’devoti minn Għawdex u Malta: Ir-rapport ikompli li eodem Ecclesia est inter omnes Ecclesias hujus Insulae, li din il-knisja fost il-knejjes ta’ Għawdex devotissimam, mill-iktar devota. U kienet tgawdi devozzjoni mhux biss apud populum Gaulitanum, fost il-poplu ta’ Għawdex, iżda wkoll apud Melitensum, jiġifieri fost il-poplu ta’ Malta wkoll. Dan jikkonfermah il-fatt li a fidelibus dictarum Insularum continuo frequentatur, jiġifieri li d-devoti ta’ dawn ilgżejjer imorru bla ma jaqtgħu jinviżtaw f’din il-knisja.

L-Arċipriet u l-Kleru flimkien mal-Bord Editorjali jawguraw Milied Ħieni u Qaddis kif ukoll Sena Ġdida mimlija b’kull Risq, Hena, Paċi u Saħħa fil-Mulej Ġesù 18

Din id-devozzjoni kbira li tgawdi din il-knisja kienet tixhed fatt ieħor, in ea pendent multa vota cerea a fidelibus eidem oblata, jiġifieri, kien hemm imdendel fiha numru kbir ta’ wegħdiet taxxema’ li dawn id-devoti joffru lill-knisja. Dawn l-ex-voto tax-xema’ ma kinux jikkonsistu f’xema’ biss biex jixegħluhom quddiem ixxbieha ta’ Santa Marija. Iżda wkoll f’figuri taxxema’. Ngħidu aħna, waħda omm tkun talbet lill-Madonna biex ikollha ħlas u twelid bla kumplikazzjonijiet. Tal-grazzja li tkun qalgħet, kienet imbagħad tagħmel offerta ta’ tarbija żgħira tax-xema’. Wieħed ikun ibati b’qalbu u jgħaddi għall-aħjar. Joffri b’wegħda qalb taxxema’. U l-kumplament. Dawn l-offerti llum ma għadhomx jeżistu fostna. Iżda f’santwarji oħra Marjani għadek tara ex-voto ta’ din ix-xorta. Ngħidu aħna, ġewwa Fatima, għadhom offerti komuni. Rajthom ukoll f’pajjiżi oħra bħal ngħidu aħna f’diversi santwarji Marjani fil-Polonja. Santa Marija tal-Qala kienet dak iż-żmien iċċentru Marjan ta’ Għawdex u ta’ Malta.■


Leħen il-Qala - Milied 2019

Qala Teen Groups Jikteb FR. NOEL DEBONO Kollha kemm aħna konna daqsxejn ta’ tarbija ċkejkna. Ħajjitna kollha tiddependi fuq l-oħrajn. Ridna min jieħu ħsiebna, ilibbisna, imantnina, jipproteġina. Stajna nikbru għax xi ħadd ħabbna. Għalkemm żgur kollha kemm aħna konna ħelwin u niġbdu l-attenzjoni, imma flistess waqt konna l-aktar dgħajfa li nistgħu nkunu. Hekk ukoll is-sid tas-sema u l-art, għoġbu jsir Hu wkoll l-aktar dgħajjef fostna. Dak li jista’ kollox, sar irid mill-oħrajn biex jgħix u jikber. Tassew misteru kbir hu l-misteru tal-imħabba ta’ Alla muri lilna f’Ibnu Ġesù li sar bniedem bħalna, ċkejken tarbija, imfissqi f’maxtura. Imma Ġesù ma waqafx hemm, imma magħna mexa t-triq kollha tal-ħajja u jkompli sal-lum jingħata f’idejna fl-Ewkaristija, it-tifkira ħajja tal-mewt u l-qawmien tiegħu. Ġesù ngħata f’idejna u qtilnih. Imma ngħata wkoll f’idejn ilMissier. Għal xi wħud seta’ deher li Alla wkoll telqu, imma fil-fatt qajmu mill-imwiet u sar l-awtur tas-salvazzjoni tagħna!

Ix-xewqa tagħna fil-ħidma mal-istudenti hi, li bil-mod il-mod jitqarrbu aktar lejn il-persuna ta’ Ġesù li fih dehret fl-aqwa tagħha l-imħabba ta’ Alla għalina. Veru li ż-żmien tal-adolexxenza jġib miegħu ħafna taqlib, imma fl-istess waqt hu opportunità għall-komunità kollha li takkumpanja lill-istudenti fil-mixja tagħhom f’din l-età delikata. Nemmnu tassew li l-laqgħa ma’ Ġesù tkabbar u tfejjaq lil kull persuna. Għaldaqstant, din is-sena komplew il-laqgħat regolari għall-istudenti minn forms 2 sa 4 u dawk minn form 5 ’l fuq, flimkien ma’ attivitajiet oħra li jsiru minn żmien għal żmien. Fil-festa ta’ Kristu Re kellna l-okkażjoni nattendu bħala grupp għaċ-ċelebrazzjoni li saret għalladolexxenti kollha t’Għawdex fil-Katidral. Dan il-mument kellu sinifikat partikulari anke għallfatt li l-kant ġie animat miż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna. Wara ħafna żmien ta’ provi, il-grupp tażżgħażagħ anima din is-serata b’mod sabiħ ħafna, b’innijiet Maltin u anke barranin. Dan il-grupp ta’ kantanti u mużiċisti għażel l-isem ta’ The Truth,

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Frenċu u Pawla Muscat

19


Leħen il-Qala - Milied 2019 għax jixtieq li permezz tal-kant, ikompli jixhed li Ġesù hu t-triq, il-verità u l-ħajja. Hi xi ħaġa tassew sabiħa li dawn iż-żgħażagħ qed iqiegħdu t-talenti tagħhom għas-servizz ta’ Ġesù u l-animazzjoni fil-liturġija. Issa li qed joqrob żmien il-Milied bħala gruppi nippruvaw li ċ-Ċentru jiżżejjen għal dan ilperjodu u jkun post akkoljenti kemm jista’ jkun. Fi żmien in-Novena, niltaqgħu għal mument ta’ talb filgħodu qabel l-iskola u nippruvaw li f’dawk il-jiem inżuru wkoll lill-anzjani kollha tar-raħal li ma joħorġux. Għal dawn l-aħħar ġimgħat ukoll diversi żgħażagħ u adolexxenti, ħadmu bla heda biex itellgħu l-wirja tal-presepji fis-sala taċ-Ċentru Parrokkjali. Sigħat twal ta’ xogħol li jissarrfu f’wirja tassew sabiħa. Hu tassew ta’ sodisfazzjon għall-komunità kollha li dawn iż-żgħażagħ iqattgħu tant ġimgħat jippjanaw u jaħdmu għall-Milied sabiex “ilQala tissaħħar bil-presepji”. Mill-qalb awguri lil kulħadd għall-Milied Hieni. ■

20


Leħen il-Qala - Milied 2019

Il-Milied: Żmien l-Inkarnazzjonijiet! Mis-Seminarista GABRIEL VELLA Dak li ma kienx qrib tagħna sar il-qarib tagħna! Dak li ma setax jintlaħaq sar jintlaħaq! Dak li ma kienx uman sar uman! Dak li ma kienx demm u laħam sar demm u laħam! Dak li kien Alla għad li baqa’ Alla sar bniedem bħalna! Ġesù. Iva sar demm u laħam bħali u bħalek! Temmnu dan? Mhux faċli hux? Kif jista’ jkun Alla jsir bniedem? Dan kollu jmur kontra l-loġika umana! Imma għal Alla dak li hu lloġiku għalija u għalik hu loġiku għaliH. Issa aħjar minn qabel din l-affari! Qed titħawwad hux? Agħmel kuraġġ għax jien bħalek u miegħek qed nitħawwad. Il-Milied. Iż-żmien tal-inkarnazzjonijiet! Għalfejn? Niftakar li meta kont żgħir meta kien jibda joqrob żmien il-Milied kont nibda noħlom u nixtieq diversi rigali u mill-ewwel kont nesprimihom quddiem ommi bit-tama li minn ħolm u xewqat isiru realtà. Fil-ġurnata tal-Milied il-ħolm u x-xewqat kienu “jinkarnaw” fi kliem iktar sempliċi kienu jieħdu sura materjali, jiġifieri jsiru realtà. Mhux aktar xi ħaġa li ma nistax nilħaqha imma ssir xi ħaġa li nista’ mmissha u nilgħab biha... mhux aktar inviżibbli imma viżibbli... mhux iktar intanġibbli imma tanġibbli... Hekk hu. Għalhekk żmien ilMilied hu żmien l-inkarnazzjonijiet!

tal-ħolma ta’ Alla ma seħħitx darba elfejn sena ilu biss u daqshekk imma għadha sseħħ meta u xħin irridu aħna. Kif? Meta jien u int niddeċiedu li nilqgħu l-Vanġelu u ngħixuh fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-Papa Franġisku semma’ l-aħħar Eżortazzjoni Appostolika tiegħu ‘Christus Vivit’ – Kristu Jgħix – biex jassigurana li Kristu għadu jinkarna – jitwieled – u jgħix anke llum. Fi kliem ieħor li Kristu jgħix jiddependi minni u minnek... kemm lesti li nintegraw il-Vanġelu filħajja tagħna ta’ kuljum. Kemm hi kbira din li Alla jafda f’idejna l-ħolma tiegħu... jiddependi minna jekk lil Kristu ninkarnawhx jew le... Nistiednek li f’dan iżżmien qaddis tal-Milied tieqaf ftit u tirrifletti fuq din l-Inkarnazzjoni li jisimha Ġesù li seħħet elfejn sena ilu. Imma tieqafx hemm! Inħeġġek ukoll sabiex taħseb u tirrifletti fuq kif int tista’ tkompli tinkarna din l-Inkarnazzjoni – twelled lil Ġesù – fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum! Il-Milied u s-Sena t-Tajba. Awguri!■

Bħalma t-tfal joħolmu bir-rigali Alla li hu mħabba u li jħobbna bla ma jistenna xejn lura, ħolom li jagħti rigal lili u lilek. U biex din il-ħolma ssir realtà esprima x-xewqa tiegħu permezz ta’ Gabrijel lil Marija. Marija ma kinetx ċerta jekk kinetx kapaċi tgħinu jirrealizza l-ħolma tiegħu imma aċċettat! L-Ispirtu s-Santu kkollabora bilkbir. Ġużeppi mhux b’inqas! Wasal iż-żmien u l-ħolma ta’ Alla ġiet inkarnata – libset id-demm u l-laħam – f’għar ċkejken ġewwa Betlem. Ġesù! Hekk hu! U r-rigal li Alla minn dejjem ħolom – sa minn qabel il-ħolqien – li jagħti lili u lilek inkarna... sar tanġibbli... sar demm u laħam... sar viżibbli... sar il-qarib tagħna... Kemm hi ħaġa kbira din hux! X’misteru kbir! Iżda l-kobor ta’ dan kollu hu li l-Inkarnazzjoni

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Buttigieg u Mercieca

21


Leħen il-Qala - Milied 2019

L-Isqof Mario Grech Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet Minn: EUCHAR MIZZI

Isqof ta’ Għawdex: Fis-26 ta’ Novembru, 2005, il-Papa Benedittu XVI ħatru Isqof ta’ Għawdex. Huwa kien ikkonsagrat Isqof fit-22 ta’ Jannar, 2006 millpredeċessur tiegħu f’Għawdex, l-Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi. Fl-2011, huwa ssieħeb ma’ Isqfijiet oħra Maltin fejn ta parir lill-Kattoliċi sabiex ma jgħaddix ir-referendum li sar biex id-divorzju jiġi legalizzat.

“Mario Grech (20 ta’ Frar, 1957) huwa prelat Malti li kien Isqof ta’ Għawdex mill-2005 sal-2019, meta ġie msemmi għal pożizzjoni importanti fil-Kurja Rumana” L-ewwel Snin: Mario Grech twieled fil-Qala Għawdex, fl-20 ta’ Frar, 1957. Il-familja tiegħu mxiet lejn Ta’ Kerċem meta huwa kien tifel żgħir. Huwa attenda l-iskola tal-Liceo fir-Rabat u mbagħad huwa studja l-filosofija u t-teoloġija fisSeminarju Djoċesan ta’ Għawdex. Kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ Mejju, 1984. Imbagħad huwa mar ikompli l-istudji tiegħu fl-Universita’ Pontifiċja tal-Lateran fejn huwa ġie lliċenzjat fil-liġi ċivili u kanonika, u wara ħa anke d-Dottorat fil-Liġi Kanonika fl-Universita’ Pontifiċja ta’ San Tumas d’Akkwinu. Imbagħad huwa wettaq assenjament pastorali fil-Katidral ta’ Għawdex, fis-Santwarju talMadonna ta’ Pinu, u fil-Parroċċa ta’ Kerċem. Ir-responsabbiltajiet tiegħu fid-Djoċesi ta’ Għawdex inkludew is-servizz ta’ Vigarju Ġudizzjarju tad-Djoċesi, membru tal-Qorti Metropolitan ta’ Malta, għalliem tal-Liġi Kanonika fis-Seminarju ta’ Għawdex, u membru tal-Kulleġġ tal-Konsulturi, talKunsill Presbiterali u ta’ kummissjonijiet djoċesani oħra.

22

Bħala president tal-Konferenza Episkopali ta’ Malta, huwa pparteċipa fis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Familja fl-2014 u l-2015. Fl-indirizz tiegħu lis-Sinodu f’Ottubru, 2014, Grech qal illi “d-duttrina tal-fidi hija kapaċi li tipprogressa b’tali mod li takkwista riżultati aktar profondi” u li tindirizza persuni f’relazzjonijiet familjari komplessi, jew omosesswali jew ġenituri ta’ omosesswali, “Huwa neċessarju li nitgħallmu nitkellmu dik il-lingwa li hija magħrufa mal-bnedmin umani kontemporanji u li jaċċettawha bħala t-triq li twassal il-verita’ u l-karità tal-Vanġelu.” Mal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, l-Isqof Grech flimkien kitbu l-linji gwida pastorali dwar Amoris Laetitia, li ħarġet f’Jannar tal-2017, li tgħid li f’ċerti każi, divorzjat Kattoliku li reġa’ żżewweġ jista’ jirċievi t-tqarbin wara “dixxerniment onest”. Il-linji gwida kienu ri-ppubblikati flOsservatore Romano. Dawn il-linji gwida, fost l-oħrajn jgħidu hekk: “Jekk, bħala riżultat tal-proċess ta’ dixxerniment, persuna separata jew iddivorzjata li qed tgħix f’relazzjoni ġdida jirnexxilha, b’kuxjenza ffurmata u mdawla, biex taċċetta u temmen li hu jew hi tinsab f’paċi ma’ Alla, hu jew hi ma tistax tkun imċaħħda milli tipparteċipa fis-sagramenti tar-Rikonċiljazzjoni u tal-Ewkaristija.” F’ intervista f’Diċembru, 2018, huwa qal li jieħu gost jiddiskuti ma atei li jsaħħulu t-twemmin tiegħu u jippreferi djalogu mill-konfrontazzjoni

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familja Portelli.


Leħen il-Qala - Milied 2019 li l-kritiċi tiegħu jippreferu. Meta mistoqsi dwar issues familjari u sesswali huwa qal: Jekk xi ħadd jiġi għandi, jistaqsini għallgħajnuna sabiex jipprova jsib lil Ġesù Kristu... hu jew hi tista’ tkun omosesswali, u anke f’relazzjoni ta’ omosesswali. Jien ma ninpedixxix lil dik il-persuna; għall-kuntrarju nagħtiha l-għajnuna. L-agħar ħaġa li nista’ nagħmel hi li nieħu pożizzjoni kontra dik il-persuna..... Qabel, konna ngħidu: ‘l-ewwel irranġa ħajtek, u mbagħad nibdew il-vjaġġ lejn Alla’. Illum, min-naħa l-oħra, ngħidu: ‘Ejjew nersqu lejn Ġesù Kristu.... u Kristu jgħinna nirranġaw ħajjitna’. Xorta għadhom jeżistu l-‘Iswed’ u l-‘Abjad’; imma l-area griża ta’ bejniethom kibret. Hi proprju f’din l-area l-griża li għandna nfittxu. Għalhekk jiena għidt li għajjejt b’ dawk il-qassisin u Kristjani, li jħossu li huma diġa’ jafu t-tweġibiet kollha. Ħadd ma jista’ jippretendi dan. Aħna lkoll għandna nkomplu nfittxu. Sinodu tal-Isqfijiet: Fit-2 ta’ Ottubru 2019, il-Papa Franġisku nnominah Pro-Seġretarju Ġenerali tas-Sinodu talIsqfijiet. Huwa ser ikun jaħdem mas-Segretarju, il-Kardinal Lorenzo Baldisseri, u jipparteċipa bħala membru fis-Sinodu tal-Isqfijiet tar-Reġjun ta’ Pan-Amazon, u jieħu post Baldisseri meta huwa jirtira. Grech baqa’ l-Amministratur

Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Huwa wieħed mill-ħames uffiċjali tas-Sinodu li jservi ex officio fuq il-kummissjoni magħmula minn ħmistax-il persuna li hija responsabbli fit-tfassil tad-dokument finali tas-Sinodu. Minn qalbna nawguraw lill-Mons. Mario Grech fil-ħidma diffiċli u responsabbli tiegħu u nwegħduh it-talb kontinwu tagħna, biex il-Mulej ikompli jieqaf miegħu, issa f’din ilmissjoni ġdida tiegħu, sabiex iħalli l-frott mistenni għall-ġid tal-poplu Nisrani kollu. Il-Qala tħossha ferħana u kburija bik, bħala binha li dejjem għamiltilha unur f’kull kariga li kellek. Prosit u Ad Multos Annos! ■ Nota: Dan ir-rapport huwa meħud mill-website Synod of Bishops’ ‘tal-Vatikan.

23


Leħen il-Qala - Milied 2019

24


Leħen il-Qala - Milied 2019

25


Leħen il-Qala - Milied 2019

6.00am 5.00pm 5.30pm

Is-Sibt, 23 ta’ Novembru: It-Tlettax-il Sibt tal-Immakulata: JUM IL-BENEFATTURI

Quddiesa tas-Sibtijiet. Rużarju meditat, kurunella u Barka Sagramentali. Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-Arċipriet Dun Injazju Borg li tagħti bidu għall-festi ad unur tal-Immakulata. Fiha jsir talb għall-benefatturi ħajjin u mejtin tas-Santwarju. Mistiedna partikulari: il-Qalin residenti barra l-Parroċċa. Janima ċ-ċelebrazzjoni l-Kor Parrokkjali San Ġużepp. Wara, ħruġ tal-istatwa titulari talImmakulata min-niċċa fost talb u kant mill-ġemgħa preżenti.

Il-Ħamis, 28 ta’ Novembru: L-Ewwel Jum tan-novena: JUM RADD IL-ĦAJR TAL-PROVIDENZA U TAL-ĦOLQIEN TA’ MADWARNA

5.30pm 6.00pm

5.30pm 6.00pm

FESTA TITULARI TAL-

IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

FIS-SANTWARJU TAL-KUNĊIZZJONI QALA GĦAWDEX Mit-23 ta’ Novembru sat-8 ta’ Diċembru 2019

26

Motto: “...qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha..” [Lq:1:38]

Rużarju Meditat. Wara Kurunella u Barka Sagramentali. Quddiesa mmexxija minn Dun Franklin Vella.

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru: It-Tieni Jum tan-novena: JUM IL-MINISTERJALITÀ

Talba tar-Rużarju Meditat. Wara kurunella, u Barka Sagramentali. Quddiesa tan-novena mmexxija minn Dun Franklin Vella, fejn isir talb speċjali għal dawk kollha li jħaddnu xi ministeru fil-Knisja: tal-Kelma, Liturġiku jew Karitattiv.

Is-Sibt, 30 ta’ Novembru: It-Tielet Jum tan-novena: L-Erbatax-il Sibt tal-Immakulata JUM IL-FRATELLI

6.00am 5.30pm 6.00pm

Quddiesa tas-Sibtijiet. Rużarju Meditat. Wara Kurunella u Barka Sagramentali. Quddiesa mmexxija minn Dun Franklin Vella bis-sehem tal-fratelli. Il-fratelli kollha huma mistiedna sabiex ikunu preżenti għal din il-quddiesa fejn isir talb speċjali għalihom u għall-familji tagħhom. Jiġu libsa bil-konfratiji. Ikun hemm konfessur għall-qrar.


Leħen il-Qala - Milied 2019

Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru: Ir-Raba’ Jum tan-novena: L-Ewwel Ħadd tal-Avvent JUM IL-MORDA U L-ANZJANI

10.00am Quddiesa mmexxija mill-Kan. Anton Attard Kappillan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, bis-sehem tal-morda u l-anzjani. 5.30pm Talba tar-Rużarju Meditat. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 6.00pm Quddiesa tan-novena mmexxija minn Dun Geoffrey Attard fejn isir talb speċjali għal dawk li jieħdu ħsieb ilmorda u l-anzjani.

5.30pm 6.00pm

It-Tnejn, 2 ta’ Diċembru: Il-Ħames Jum tan-novena: JUM IL-VOLONTARJAT

Talba tar-Rużarju Meditat. Wara Kurunella u Barka Sagramentali. Quddiesa tan-novena mmexxija minn Dun Geoffrey Attard fejn isir talb speċjali għal dawk kollha involuti filvolontarjat nisrani kemm fil-parroċċa u kemm barra mill-parroċċa. Huma mistiedna partikularment dawk kollha li jsostnu lill-parroċċa bix-xogħol volontarju tagħhom.

Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Il-Ħamis, 5 ta’ Diċembru: It-Tminn Jum tan-novena: It-Tieni Jum tat-Tridu - JUM IT-TFAL

5.30pm 6.00pm

9.00am 5.30pm 6.00pm

It-Tlieta, 3 ta’ Diċembru: Is-Sitt Jum tan-novena: JUM IL-FAMILJA

5.30 pm Talba tar-Rużarju Meditat. 6.00 pm Quddiesa tan-novena mmexxija minn Dun Geoffrey Attard, fejn isir talb speċjali għall-familja. Huma mistiedna partikularment dawk il-koppji li din is-sena ngħaqdu fis-sagrament tażżwieġ jew għalqu 25 jew 50 jew 60 sena miżżewġa. Wara, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. Ikanta l-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

L-Erbgħa, 4 ta’ Dicembru: Is-Seba’ Jum tan-novena: L-Ewwel Jum tat-Tridu JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ADOLEXXENTI

5.30pm 6.00pm

Talba tar-Rużarju Meditat. Quddiesa tan-novena mmexxija minn Patri Philip Cutajar OFM Kapp., fejn isir talb speċjali għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, sabiex iħaddnu l-valuri nsara. Wara Kurunella u Barka

Talba tar-Rużarju Meditat. Wara kurunella, u Barka Sagramentali. Quddiesa tan-novena mmexxija minn Patri Philip Cutajar Kapp., fejn isir talb speċjali għat-trabi u għat-tfal talparroċċa u għal dawk li jedukawhom partikularment ġenituri, għalliema, u katekisti.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru: Id-Disa’ Jum tan-novena: It-Tielet Jum tat-Tridu JUM L-EVANĠELIZZAZZJONI

Quddiesa għat-tfal tal-Iskola Primarja tal-Qala. Talba tar-Rużarju Meditat. Wara Kurunella u Barka Sagramentali. Quddiesa tan-novena mmexxija minn Patri Philip Cutajar OFM Kapp., fejn isir talb speċjali sabiex jinħass aktar ilbżonn tas-smigħ tal-Kelma t’Alla minn kull membru tal-Komunita’ Parrokkjali. Huma mistiedna partikularment il-membri kollha tal-għaqdiet, ilKomunita’ Ewkaristika u l-grupp talkoppji u tal-katekeżi tal-adulti, membri tal-Azzjoni Kattolika, tal-Legjun ta’ Marija u tal-Museum.

Is-Sibt, 7 ta’ Diċembru: LEJLIET IS-SOLENNITÀ TAL-IMMAKULATA: JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN.

6.00am

Quddiesa bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq in-novena mmexxija millArċipriet b’suffraġju tar-Retturi u Benefatturi tas-Santwarju.

VĠILI TAL-IMMAKULATA 5.00pm Marċ mill-Banda ‘Ite ad Joseph’ li jibda minn Triq il-Kunċizzjoni (Familja Mizzi) u jasal sas-Santwarju fejn wara jakkumpanja t-Translazzjoni solenni. 5.30pm Ċelebrazzjoni tal-Innu Akathistos. 6.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija tal-Immakulata mmexxija minn Mons. Daniel Xerri, Arċipriet tal-Parrocca tax-Xewkija fil-pjazza tas-Santwarju,

27


Leħen il-Qala - Milied 2019 li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp. Tibda konċelebrazzjoni solenni bis-sehem tal-kleru tal-parroċċa. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali. 8.30pm

Velja Solenni tal-Immakulata mmexxija mill-Arċipriet tal-parroċċa. Il-Knisja sa mill-ibgħad żminijiet kienet issejjaħ lil uliedha sabiex jieħdu sehem f’din is-sahra biex flimkien jishru u nitolbu lill-Immakulata sabiex tħarishom minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem. Stedina partikulari lid-devoti Għawdxin sabiex jattendu, sa l-10.00 pm ikun spiċċa kollox. Janima l-kant waqt il-velja l-Komunita’ tal-Mixja Neokatekumenali.

Il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru: JUM IS-SOLENNITÀ TAL-IMMAKULATA

28

Ħinijiet tal-quddiesa: 4.15am, 5.00, 5.45, 6.30, 7.15, 8.00, 9.30, 11.00, 11.45, 12.30pm. 1.15, 3.00. 4.15am Quddiesa mill-Arċipriet tal-Parroċċa. 5.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tan-Nadur. 5.45am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xagħra. 6.30am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tax-Xewkija. 7.15am Quddiesa. 8.00am Pellegrinaġġ mill-Parroċċa t’Għajnsielem. 9.30am Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex, flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mis-saċerdoti talParroċċa. 11.00am Quddiesa. 11.45am Quddiesa. 12.30pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Kerċem. 01.15pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa ta’ Sannat. 01.30pm Tluq tas-65 Edizzjoni tal-Pellegrinaġġ Tradizzjonali tal-muturi, u karozzi mill-pjazza tas-Santwarju Ta’ Pinu. Mal-wasla tal-Pellegrinaġġ fil-pjazza tas-Santwarju jsir it-tberik tal-vetturi mill-Arċipriet tal-parroċċa. Titqassam tifkira lis-sewwieqa. 3.00pm Pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Fontana. 4.00pm Il-Banda tal-Qala ‘Ite ad Joseph’ iddoqq marċi brijużi fit-triq prinċipali tasSantwarju. 4.00pm Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennita’ mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien malġemgħa ippresedut minn Mons. Ġużepp Attard. 5.00pm Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni Aux Flambeau, bl-Istatwa devota talImmakulata. Il-Banda Ite ad Joseph iddoqq l-Innu ‘Lill-Verġni bla Tebgħa

tal-Qala’, mużika tas-Surmast Vincenzo Ciappara u versi tal-Poeta Għawdxi Ġorġ Pisani, bis-sehem talKor Parrokkjali San Ġużepp u wara takkompanja b’marċi reliġjużi. Imexxi l-Purċissjoni, Mons. Ġużepp Attard flimkien mal-kleru, l-abbatini u l-fratellanzi tal-parroċċa. Ma’ dħul talIstatwa titkanta l-Ave Maria, l-Antifona u wara Barka Sagramentali. • Lejliet il-Festa jkun hawn konfessuri barranin • •

• • • •

għall-Qrar mill-4.30pm sal-6.00pm. Nhar il-Festa jkun hawn konfessuri barranin mill-5.00am sal-5.00pm. Matul it-tlett ijiem tat-Tridu jieħu sehem ilKor Parrokkjali ‘San Ġużepp’, taħt it-tmexxija tad-Direttur u Organista s-Sur Mario Portelli. Il-mużika ta’ Lejliet u nhar il-Festa tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Frankie Debono. L-Għaqda Mużikali tal-Qala Ite ad Joseph tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci. Il-Mixegħla ġenerali matul il-jiem tal-Festa ssir mis-Sur J. Cutajar. Il-Logħob tan-Nar ser jinħadem minn: ‘Virtu’ Fireworks Factory’ tal-Għarb, u ‘Santa Marija Fireworks ‘- Kerċem Radju Leħen il-Qala (106.3FM Stereo u ‘webcasting’: www.radjulehenil-qala.com) ser ixandar iċ-ċelebrazzjonijiet kollha.■


Leħen il-Qala - Milied 2019

FROGRAMM

6.00pm

AVVENT U MILIED

PARROĊĊA IMMAKULATA U SAN ĠUŻEPP – QALA “...Iva, jien dalwaqt ġej!” Hekk ikun. Ejja, Mulej Ġesù! (Apok.22,20) L-ewwel parti tal-Avvent mill-Ewwel Ħadd sal-14 ta’ Diċembru l-Knisja torjentana mhux tant lejn it-tifkira tal-ewwel miġja tiegħU bħala tarbija f’Betlem iżda tpoġġi quddiemna t-tieni miġja tiegħu bħala l-Mulej u l-Imħallef Ħanin. Għalhekk tistedinna nistennewH ġej fis-sahra, fit-talb, fil-meditazzjoni, fis-skiet u fir-riflessjoni.

4.30pm

Il-Ħamis, 28 ta’ Novembru: Ċelebrazzjoni speċjali bi tħejjija għaż-Żmien Qaddis tal-Avvent.

Il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru: L-Ewwel Ħadd tal-Avvent.

8.15 am. It-talba ta’ Sbiħ il-Jum. It-talb tas-Salmi għandu post importanti f’dan iż-żmien. N.B. Tul il-Ħdud tal-Avvent il-quddiesa tal-10.30 am ser tkun il-quddiesa tal-familja. Għalhekk il-ġenituri huma mistiedna li jattendu għal din il-quddiesa flimkien ma’ wliedhom. Għalhekk it-tfal kollha tad-duttrina huma mħeġġa biex jattendu għal din il-quddiesa. • Tul iż-żmien tal-Avvent fil-quddiesa ta’ filgħaxija ssir riflessjoni fuq il-qari talquddiesa.

Il-Ħamis, 5 ta’ Diċembru: L-Avvent Żmien is-Smigħ tal-Kelma t’Alla

5.00pm

Quddiesa speċjali għat-tfal kollha flimkien mal-katekisti kif ukoll l-adolexxenti. It-tfal huma mistiedna biex iġibu l-ġulbiena biex titbierek waqt din il-quddiesa. Ser jiġi spjegat kif ser ngħixu l-Avvent ta’ din is-sena. Dritt wara jkollhom id-duttrina bħas-soltu.

Kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tieqa mżejna. Din il-kompetizzjoni hi organizzata mill-parroċċa b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Drammatika, ser jingħataw premjijiet sbieh. Ejjew imlew il-formula għal din il-kompetizzjoni fl-uffiċċju parrokkjali fil-jiem tal-uffiċċju. N.B. Dawk li jieħdu sehem f’kompetizzjonijiet organizzati minn kumitati u għaqdiet oħra barra mill-parroċċa ma jistgħux jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Mill-Ġimgħa, 29 ta’ Novembru sal-Ħadd 1 ta’ Diċembru

Bażar tal-Punzjetti b’risq il-knisja. Ejjew ixtru biex inkomplu insostnu lill-parroċċa biex tkompli taqdina.

Is-Sibt, 30 ta’ Novembru: Bidu Solenni tas-sena liturġika u taż-żmien l-Avvent

12.00pm Mota solenni li tħabbar dan iż-żmien. Stedina lil kulħadd sabiex f’dawn iljiem tal-Avvent nisimgħu l-quddies kuljum, u nirrifletu fuq kif qegħdin

ngħixu l-ħajja li l-Mulej silifna. Quddiesa tal-ewwel Ħadd tal-Avvent. Lejl ta’ adorazzjoni li jibda fl-10.00 pm. u jintemm fil-5.00 am. Xieraq li ngħaddu ftit mil-lejl ma’ Ġesù fil-bidu tal-Avvent fejn qed jistedinna għas-sahra.

It-tfal kollha tal-parroċċa huma mistiedna għall-festa ta’ San Nikola. Iġibu magħhom toy sabiex jagħtuh lit-tfal tar-refuġjati fil-jiem tal-Milied. Filwaqt li nistiednu lill-familji sabiex f’dan il-jum iġibu preserve u ikel biex nagħtuh lin-nies fil-bżonn. Din l-attività ser issir fil-Knisja Arċipretali. Din iċċelebrazzjoni ssir flok id-duttrina.

Is-Sibt, 7 ta’ Diċembru: Lejliet is-Solennita’ tal-Immakulata Xieraq li nattendu fis-Santwarju tagħha u nieħdu sehem fil-velja. Il-velja tibda fit-8.30 pm. u tintemm fl-10.00 pm.

Il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru: Il-festa tal-Ġmiel u Qdusija

Solennità tal-Immakulata. Inqaddsu dan il-jum billi nqerru, nitqarbnu, ngħidu t-talba tar-Rużarju, inżuru s-Santwarju tagħha u nieħdu sehem filpurċissjoni. Il-quddies fil-Knisja Arċipretali ser ikun fil-5.30 am, fis-6.30am, u 8.30am, filgħaxija ma jkunx hawn. Filgħodu ħdejn iz-zuntier tasSantwarju tal-Kunċizzjoni Bażar tal-punzjetti b’risq il-parroċċa.

It-Tlieta, 10 ta’ Dicembru: Fil-ħemda tal-lejl il-Kelma Setgħana t’Alla ġiet fostna

7.00pm

Quddiesa f’għar katekeżi tal-adulti.

għall-grupp

tal-

29


Leħen il-Qala - Milied 2019 Konv. Wara l-quddiesa jsir it-tberik u l-inawgurazzjoni tal-wirja tal-presepji fis-sala l-kbira taċ-Ċentru Parrokkjali. Din il-wirja hi organizzata millparroċċa b’kollaborazzjoni mal-Grupp tal-Armar. Inħeġġukom ħafna biex tmorru tarawha u tistiednu qrabatkom u ħbieb minn barra l-parroċċa sabiex jiġu jarawha.

L-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru: “Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.”

7.00pm

6.30pm

Quddiesa f’għar għall-grupp tal-koppji.

Il-Ħamis, 12 ta’ Diċembru: Ishru għax ma’ tafux is-siegħa

Adorazzjoni animata mis-Sur Mario Caruana u mmexxija mill-Arċipriet. Inħeġġukom sabiex tattendu biex nagħmlu tagħna l-istedina li jagħmlilna dan iż-żmien tal-Avvent sabiex nishru u nistennew lill-Mulej li ġej.

It-Tnejn, 16 sal-Ġimgħa 20 Diċembru: Itolbu bla ma taqtgħu

7.00am

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru: Festa tad-Dawl – Festa ta’ Santa Luċija

Mil-lum il-quddiem sa ma’ tintemm in-novena ma’ jkunx hawn quddiesa fl-4.30 pm. Iżda kulħadd huwa mistieden biex jattendi għall-quddiesa tas-6.00 pm. 6.00pm Quddiesa speċjali għall-komunità parrokkjali bi tħejjija għan-novena. It-tfal huma mistiedna biex iġibu magħhom il-bambini li ser jitpoġġew fil-presepji u fit-twieqi sabiex jiġu mbierka. Il-quddiesa ser tkun għaddawl tax-xema.

Is-Sibt, 14 ta’ Dicembru: Kulma għamiltu ma’ wieħed minn dawn iż-żgħar għamiltuh miegħi

7.00am

9.00am

Tluq għad-Dar tal-Providenza għal xogħol volontarju f’din is-sena Ġużeppina. - 11.00am Irtir tal-Griżma għalladolexxenti subien u bniet fil-Museum tas-subien.

Il-Ħadd, 15 ta’ Diċembru: It-Tielet Ħadd tal-Avvent It-Tieni Parti tal-Avvent: Bidu tan-Novena tal-Milied

30

“Ifirħu dejjem fil-Mulej: nerġa’ ngħidilkom, ifirħu. Il-Mulej qorob.” (Fil, 4:5) N.B. Ejjew ilkoll flimkien nagħmlu minn qalbna maxtura denja li fiha jitwieled is-Salvatur billi nattendu bi ħġarna għan-novena. Illum tibda t-tieni parti tal-Avvent fejn il-Knisja tpoġġilna l-misteru tat-twelid ta’ Ġesù, fejn l-għajta tannisrani hi Maranatha Ejja Mulej Ġesù. L-uniku appuntament għan-nisrani ta’ veru f’dawn il-jiem hu n-novena u xejn aktar. 8.15am It-talba ta’ Sbiħ il-Jum. It-talb tas-Salmi għandu post importanti f’dan iż-żmien. 10.30am quddiesa tan-novena li din is-sena ser titmexxa minn Fra Etienne Gibson

Mument ta’ talb fid-Dar Parrokkjali għall-adolexxenti u għaż-żgħażagħ bi tħejjija għall-festa tal-Milied u wara breakfast flimkien mas-saċerdoti.

It-Tlieta, 17 ta’ Diċembru: L-ikel tal-vjaġġ

Filgħodu jsir il-qrar u t-tqarbin tal-morda.

Il-Ġimgħa, 20 u s-Sibt 21 ta’ Diċembru: Kont marid u ġejtu żżuruni

Żjajjar mill-adolexxenti lill-anzjani u lill-morda fi djarhom fejn jagħtuhom rigal tal-Milied.

5.15pm 6.00pm

It-Tnejn, 23 ta’ Diċembru: L-aħħar jum tan-novena

Rużarju, kant tal-Alma Redemptoris Mater u Barka Sagramentali. Quddiesa tan-novena.Wara t-tfal kollha preżenti flimkien mal-ġenituri huma mistiedna għal sorpriża kbira li tkun tistennihom fil-pjazza. Tingħata tifkira lit-tfal kollha preżenti.

It-Tlieta, 24 ta’ Diċembru: Ejja Mulej Gesù. Lejliet il-Milied Ikun hemm ukoll saċerdoti disponibbli għall-qrar. 5.00pm Quddiesa tal-Vġili bl-omelija. 6.30pm Purċissjoni bil-Bambin organizzata mis-Soċjetà tal-Museum bis-sehem talBanda Ite ad Joseph. Wara programm filKnisja bil-prietka tat-tifel. Inħeġġukom ħafna sabiex tattendu biex flimkien nagħmlu stqarrija pubblika fil-misteru ta’ Alla jsir bniedem. Inħeġġu lil kull familja biex tixgħel xemgħa fit-tieqa biex il-parroċċa kollha tistqarr il-fidi f’dan il-misteru tad-dawl. Ejjew nagħmlu Milied tassew nisrani billi nattendu bi ħġarna għall-quddiesa ta’ nofsillejl u wara jiġi d-divertiment. 11.30pm Kant tal-Uffiċċju tal-Qari, tajjeb li nkunu preżenti għal din it-talba tas-Salmi. 12.00am Tħabbira tat-twelid ta’ Ġesù u bidu


Leħen il-Qala - Milied 2019 solenni tal-quddiesa ta’ nofsillejl. Ix-xbieha ta’ Ġesù Tarbija tkun akkumpanjata mit-tfal li din is-sena ser jagħmlu l-ewwel tqarbina, f’idejhom ikollhom xema’. Huma flimkien malkonċelebranti jwasslu x-xbieha ta’ Ġesù Tarbija sa fuq l-artal waqt il-kant talGlorja. Jieħu sehem il-kor Parrokkjali San Ġużepp. Wara kulħadd huwa mistieden biex niċċelebraw flimkien din il-ġrajja ta’ ferħ billi nieħdu xi ħaġa flimkien fil-pjazza, jekk it-temp ikun ħażin niltaqgħu fis-Sagristija.

L-Erbgħa, 25 ta’ Diċembru: Jum it-twelid tal-Messija

Quddies fil-5.30 am, 6.30, 8.30, u fil-5.00pm; fl-10.30 am. Quddiesa solenni mmexxija millArċipriet. Janima l-kant il-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa. 12.00pm Ikla tal-Milied għal dawk kollha li jinsabu weħidhom, fid-Dar Parrokkjali.

Is-Sibt, 28 ta’ Diċembru: Festa tal-Innoċenti Martri

Nitolbu biex il-ħajja tiġi rrispettata mit-tnissil salmewt. 6.00pm Quddiesa għal dan l-iskop.

Il-Ħadd, 29 ta’ Diċembru: Il-Familja Mqaddsa

Quddies: 5.30 am, 6.30, 8.30, 10.30.u 5.00pm. Nitolbu għall-bżonnijiet tal-familji tagħna.

It-Tlieta, 31 ta’ Diċembru: L-Aħħar jum tas-sena

Fil-5.30pm. Ruzarju 6.00pm Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet flimkien mal-kleru tal-parroċċa, bissehem tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp. Fi tmiem il-quddiesa jitkanta t-Te Deum, l-innu ta’ radd il-ħajr, Inħeġġukom sabiex tattendu biex flimkien inroddu ħajr lil Alla ta’ dak kollu li għamel magħna matul is-sena li għaddiet. Wara nofs siegħa Adorazzjoni fis-skiet. 7.30pm Tombla kbira organizzata mill-grupp tal-Fund Raising tal-Parroċċa fis-sala taċĊentru Parrokkjali.

L-Erbgħa, 1 ta’ Jannar: Solennita’ ta’ Omm Alla. – Jum il-Paċi.

Quddies: 5.30 am, 6.30, 8.30, 10.30, u fil-5.00 pm. Fil-quddies tingħad it-talba lill-Ispirtu s-Santu

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Jannar: L-Ewwel jum tal-Kwaranturi

L-adorazzjoni tibda minn wara l-quddiesa tas7.30am. 6.00pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija minn Patri Peter Paul Cachia OSA bilprietka fuq l-Ewkaristija.

Is-Sibt, 4 ta’ Jannar: It-Tieni jum tal-Kwaranturi

L-adorazzjoni tibda minn wara l-quddiesa tas7.30 am. 6.00pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija Patri Peter Paul OSA bil-priedka fuq l-Ewkaristija. Lejl ta’ adorazzjoni jibda fl-10.00 pm. u jintemm fil-5.00 am. Ejjew ngħaddu ftit ħin mil-lejl quddiem Ġesù Ewkaristija.

Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar: Solennità tal-Epifanija tal-Mulej Għeluq tal-Kwaranturi

Quddies: 5.30am, 6.30, 8.30, 10.30, u fil-5.00pm. Issir it-Tħabbira tal-festi. 8.30 am. Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet fejn jiġu ppreżentati t-tfal li ser jagħmlu l-ewwel tqarbina u l-adolexxenti li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof. Importanti ħafna li dawk li ser jirċievu dawn iż-żewġ sagramenti jkunu preżenti għal din ilquddiesa. Wara l-quddiesa purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija bis-sehem tal-kleru, abbatini, u tal-fratelli. Xħin naslu lura tingħata l-barka sagramentali fil-pjazza. Dritt wara, nassistu għall-miġja tal-Maġi fil-pjazza prinċipali tar-raħal tagħna. U wara, bħalhom, nagħmlu l-istess ġesti li għamlu huma, inbusu lil Ġesù tarbija. Inħeġġukom ħafna sabiex tattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni. Jitħabbru r-riżultati tal-kompetizzjoni tal-isbaħ presepju u tieqa.

It-Tnejn, 6 ta’ Jannar: Għeluq tal-festi tal-Milied Festa tas-Santa Infanzja

4.30 pm. Quddiesa li tibda b’purċissjoni qasira mis-sagristija għall-knisja bis-sehem tat-tfal. Waqt din il-quddiesa t-tfal huma mistiedna jġibu offerti ta’ flus biex nagħtuhom lit-tfal tal-missjoni. Din il-quddiesa tieħu post id-duttrina. Id-duttrina tibda nhar il-Ħamis, 9 ta’ Jannar. ■

31


Leħen il-Qala - Milied 2019

QED IKOLLNA LIL PATRI MARCELLO Minn Mons. Salv Grima • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • • •

32

Bqajt mistagħġeb meta ħabib antik ħareġ b’waħda minn tiegħu. Jaqaw m’għadux irid jaf iktar bik? Xi stajt għamiltlu? Mhix dik il-kwistjoni, imma xi ħaġa iktar serja. Mela x’qallek la rajtha daqshekk bi kbira? Kont qed intarraflu xi ħaġa dwar il-quddiesa u t-talb għall-fejqan. Ma naħsibx li qallek li kellu xi esperjenza ta’ fejqan! Dik kieku sewwa. Min ma jixtieqx li jikseb xi fejqan? Donnha ġejja fit-tul. Forsi m’għandekx ħsieb li tgħid biex ħareġ. Jien ippruvajt ngħinu li hawn ħafna mard serju minn xiex infiqu. Forsi qallek li ma jridx ifieq, jew li m’għandu l-ebda bżonn ta’ fejqan. Il-waħda u l-oħra tawni x’nifhem f’liema stat jinsab. Mela mhux bħali. Dejjem noħlom b’xi mard. U nkun beżgħan. Barra mill-mard li għandek f’moħħok int, taħseb li m’hemmx mard ieħor? Mhux kull mard huwa l-istess. Hemm min jimrad serjament, bla ma jaf. Hawn semmejtlu t-talb għall-fejqan. Semmejtlu lill-Patri. Ilkoll bżonnu. Ngħidlek il-verita’ dak ma nfallihx . Imma mhux biex nintilef fuq xi mard. Inti tifhimni li hawn ħafna bżonn ta’ fejqan, anki spiritwali. Dak ma jonqosx. Taħseb li dak hu l-iskop prinċipali li għalih jiġu? Naqbel miegħek li hemm skop ieħor ta’ fejqan li jiġu għalih. Allura kif kompliet it-taħdita bejnietkom? Allaħares jaħsbuha bħalu oħrajn. Imma l-kelma taf tiġri. Miskin hu u kull min jaħsibha bħalu. Nitolbu għalihom. Fil-fatt hekk bqajt miegħu u komplejt nurih li mhux se ninsieh. Milli jidher intbaħt li għandu marda serja u ma jimportahx ifieqx minnha. Qed tinduna int ukoll. Xi tħoss għal min jgħidlek li abbanduna kollox? Mela din hi l-istorja kollha! Forsi qallek li lanqas jemmen li għandu ruħ. La ruħ u lanqas ħajja oħra. Storja tassew doloruża. Qed tgħinni nifhem kemm hemm bżonnha l-Quddiesa u t-talb għall-fejqan. Mard bħal dak! Ara x’nagħmlu. Aħna ma nfalluhiex u niftakru iktar fih. U f’dawk kollha li qed jaħsbuha bħalu. Hemm dawk li mill-ewwel jittieħdu. Min jaf x’jaħseb dwar is-Sena Ġużeppina? Dak għall-festa ma jibqax lura. Hawn hu ċ-ċans. Mhux se jmerik li San Ġużepp jinsab il-ġenna. Inkompli nfakkru kemm San Ġużepp kien joħlom, biex nara biex se jiġi. Ħa tkun tajtu rigal sabiħ għal dal-Milied! U ħaġ’oħra. Jaqaw? Nara jitħajjarx jiltaqa’ ma’ Patri Marcello. Dak ikollu xi ħaġa x’jgħidlu. ■

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Karmnu u Grezzja Buttigieg u Francesca Xerri


Leħen il-Qala - Milied 2019

Id-Devoz zjoni lejn l-Immakulata fil-Knisja ta’ Santa Marija Tal-Blat fil-Qala Minn MARIO FENECH

Meta l-Isqof Vincenzo Labini kien qiegħed jagħmel il-Vista Pastorali tiegħu fir-raħal tan-Nadur u fillimiti tiegħu nhar it-13 ta’ Mejju, 1891, huwa sab li kien hemm numru ta’ knejjes żgħar mifruxin filkampanja.

fuqu kien hemm ix-xbihat tal-Immakulata u ta’ Sant’Andrija. Dan il-qaddis huwa l-protettur tassajjieda, għaldaqstant jista’ jkun li kienu l-istess sajjieda tal-inħawi li xtaqu li jkun hemm ix-xbieha tiegħu f’din il-knisja. Dan il-ventartal wara li kien ġie rrestawrat, illum jinsab fil-Knisja Arċipretali tal-Qala fil-Kappella ddedikata lil Santa Marija tal-Qala.. Jgħid ukoll li dakinhar il-knisja kienet għadha mingħajr Kwadru Titulari u biex tpatti għal dan kien hemm statwa tal-ġebel tal-Immakulata quddiem il-knisja. Huwa ordna lill-Prokuratur tal-knisja biex jagħmel il-Kwadru u jneħħi l-istatwa mill-knisja. L-Isqof Labini kien żar ir-raħal tal-Qala sentejn wara. Id-data kienet l-10 ta’ Mejju, 1783. Dakinhar il-Kwadru Titulari kien f’postu għaliex kien sar wieħed ġdid mill-Artist Malti Rokku Buhagiar 1723-1805.

Dakinhar huwa żar is-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Qala fejn sab li dan kien miżmum tajjeb ħafna mill-Prokuraturi tiegħu kif ukoll minnies li spiss kienu jżuruh.

L-istatwa tal-ġebel kienet għadha quddiem ilknisja. L-Isqof ordna li din għandha titpoġġa fuq il-bejt in-naħa tal-faċċata tal-knisja li tħares fuq ilBajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Jidher li dan is-Santwarju kellu xi dħul tajjeb, għaliex l-Isqof ordna lill-Prokuraturi biex dawn jirrappurtaw kull dħul li jkun hemm lillProkuratur tal-Knisja Parrokkjali tan-Nadur.

Wieħed mill-Amministraturi ta’ din il-knisja kien ċertu Michele Bartolo u dam fil-kariga sal-31 ta’ April, 1821. Dan kien jagħmel il-festa bil-Primi Vespri u Quddiesa Kantata. Kienu jiġu sparati wkoll il-maskli.

Minħabba l-fatt li l-Isqof Labini ma kellux ħin biżżejjed biex iżur il-Kappelli kollha, huwa ddelega lill-Kappillan tal-Parroċċa tan-Nadur Dun Franġisk Sapiano, biex iżurhom hu u wara jirrapporta lilu b’dak li jkun sab.

Kemm dam jieħu ħsieb il-knisja bejn is-sena 1801 u s-sena 1809 huwa ħa ħsieb ikabbar il-knisja

Għal dan il-għan il-Kappillan kien niżel Hondoq Ir-Rummien nhar il-21 ta’ Mejju, 1781 fejn kien hemm knisja ċkejkna ddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni. Din kienet għadha kemm ġiet mibnija sena qabel u kienu jsejħulha bħala ta’ “Santa Marija tal-Blat.” Jingħad li kien ħa ħsieb ilbini tagħha ċertu Ġanni Vella li kien min-Nadur. Fir-rapport tiegħu l-Kappillan Sapiano jgħid li fil-knisja kien hemm ventartal tal-injam li

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Nazzarenu, Grezzja u Rose Grima u l-mejtin tal-familja

33


Leħen il-Qala - Milied 2019 li kienet issir fil-Qala. Għalhekk huma talbu lillIsqof Labini nhar il-11 ta’ Mejju, 1783 biex ikunu jistgħu jiċċelebraw din il-festa f’data differenti. L-Isqof ta l-kunsens tiegħu u l-festa bdiet tiġi ċċelebrata f’Ħadd li jiġi fl-Ottava tal-Festa. Dan il-fatt jikkonferma kemm kienet importanti minn dejjem din il-Festa tal-Immakulata għallPoplu tal-Qala. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.■

bl-ispiża tkun dik ta’ 342 skud, 10 rbgħajja u 10 grani. Ħa ħsieb ukoll jibni niċċa fuq il-bieb biex fiha tpoġġiet l-Istatwa tal-ġebel tal-Immakulata. L-Artal waħdieni ta’ din il-knisja huwa tal-ġebel u qabel kien fis-Santwarju tal-Immakulata tal-Qala stess u kien inġieb meta sar l-Artal tal-Irħam. Il-fatt li fit-tarf tar-raħal tal-Qala kien hemm żewġ knejjes iddedikati lill-Immakulata juri kemm missirijietna kienu devoti lejn il-Madonna. Dan mhux biss, għaliex fil-qalba tal-parroċċa ta’ dak iż-żmien, jiġifieri fin-Nadur, kien hemm ukoll devozzjoni kbira lejn il-Madonna b’dan it-titlu.

Triq il-Kunċizzjoni Qala, Gozo

tel: +356 2156 5626 Franco mob: 7953 6874 email: info@divebluewaters.com web: www.divebluewaters.com

34

Hardware

Fil-knisja kien hemm kwadru fuq wieħed millArtali fejn il-festa kienet issir b’ċerta sollennità. IlKappillan Sapiano flimkien mal-Kleru ma xtaqux li jtellfu mill-importanza tal-festa tal-Immakulata

Best Quality Lowest Prices


Leħen il-Qala - Milied 2019

Mid-Djarju ta’ {u\epp Debono (39) Miġbura u ppreżentata minn Euchar Mizzi.

Ir-Raba’ Kapitlu - It-Tmintax-il Parti. (Jaqbad mill-ħarġa tal-Festa 2019)

Fil-ħarġa tar-Rivista tal-Festa 2019, komplejna bil-kronaka ta’ twelidijiet, żwiġijiet, imwiet u xi punti oħra li seħħew fil-Qala jew f’pajjiżna matul is-sena 1957. Illum ser inkomplu bl-istess kronaka minn fejn spiċċajna fl-aħħar ħarġa, cioe’ ser nibdew minn Jannar sa Diċembru 1958. Mela nibdew: 01.01.58 Il-Kummissarju ta’ Għawdex huwa Captain J. Attard. 01.01.58 Sar iż-żwieġ ta’ Pawlu Falzon (talFakoff). 05.01.58 Sar iż-żwieġ bejn Anthony Portelli (talBej) ma’ Saveria Buttigieg.

26.01.58 28.01.58 01.02.58 02.02.58 07.02.58 09.02.58 09.02.58 11.02.58 22.02.58 25.02.58 13.03.58 13.03.58 15.03.58 27.03.58 12.04.58

05.01.58 07.01.58 14.01.58

Sir Edmund Hillary laħaq is-“South Pole” New Zealand. Mietet Luċija Vella (ta’ Gejża), armla. Il-Kav. Dr. Ant. Tabone Supretendent tal-Isptar t’Għawdex irtira bil-pensjoni. Huwa kien mogħti l-O.B.E. fl-10 ta’ Ġunju, 1961 u miet fil-11 ta’ Frar, 1972.

20.04.58

20.04.58

20.01.58

Dr. Vivian Fuchs laħaq is-“South Pole”, British.

21.04.58 29.04.58

Miet Carmel Mejlaq (ta’ Żelluma), ġuvni. Il-Knisja bniet maħżen għall-armar fi Triq l-Imgarr il-Qala. Miet Joseph Mejlaq ex-Surġent talPulizija (ta’ Galma) Sar iż-Żwieġ bejn Josephine Cutajar (tal-Amerikan) ma’ Joseph Farrugia mill-Fontana. Mietet Ursola Buttigieg (tal-Bażett), armla. Mietet Gerita Grech (ta’ Galma), armla. Sar iż-żwieġ bejn Ġemma Xerri ma’ Patrick Buttigieg (tas-Surran). Saret il-ġabra tal-Bizzilla għall-knisja. Miet Marċel Camilleri (tal-Furnar) fi sptar fl-Ingilterra. Saret laqgħa tal-Kummissarji tal-Karità fil-Palazz tal-Isqof ir-Rabat. Beda x-xogħol ta’ tikħil fin-naħa ta’ barra tal-knisja, liema xogħol intemm fit-18/9/58. Il-M.T. ir-Reġina Omm waslet l-ajruport ta’ Ħal-Luqa mnejn telqet wara siegħa u nofs. Mietet Marija Vella (tal-Maġġa), xebba. Miet Karmnu Cauchi (tal-Malvi). Sar iż-żwieġ bejn Nazzareno Camilleri (ta’ F. ta’ Bediq) ma’ għarustu Bigeni. Saret il-Prima Messa ta’ Dun Ġużepp Buttigieg (ta’ Kubritu).

Fis-12.45pm Pitturi tal-Caravaġġio tpoġġew f’posthom fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Il-Gven ta’ Duminku Mintoff irriżenja. Illum il-GWU ordnat strike ta’ ġurnata: Ġew rapportati diversi ħsarat.

Suffraġju għar-Ruħ għażiża ta’ Maria Antonia Mizzi

35


Leħen il-Qala - Milied 2019

12.05.58 18.05.58 21.05.58 24.05.58 01.06.58 02.06.58 15.06.58 06.07.58 08.07.58 13.07.58 14.07.58 21.07.58 23.07.58 26.07.58 29.07.58 02.08.58 07.08.58 09.08.58 16.08.58 16.08.58 02.09.58 19.09.58 29.09.58 29.09.58 05.10.58 09.10.58

36

Minħabba xi nkwiet ikkaġunat millistrike, mal-100 persuna ttellgħu l-qorti, fosthom żewġ Ministri: dak tas-Saħħa Dr. A. Hyzler u Ms. Agatha Barbara Ministru tal-Edukazzjoni. Jien u l-Maġistrat S. Attard għamilna żjara f’Ħal Far, Birżebbuġa, Marsaxlokk, eċċ. Sar iż-żwieġ bejn Salvu Portelli (tal-Bej) ma’ Marija mix-Xewkija. Miet Salvu Attard (ta’ Wiqu). Sar iż-żwieġ bejn Sunny Buttigieg (tasSurran) ma’ Ċetta min-Nadur. L-Isqof t’Għawdex Mons. Ġużeppi Pace bierek il-vapur SS. Crested Eagle. Il-vapur SS. Crested Eagle beda bilvjaġġi tiegħu bejn Għawdex u l-Marfa. Sar iż-żwieġ bejn Carmela Xerri (tanNonu) ma’ Pawlu Grech minn Victoria. Sar iż-żwieġ bejn Francis Xerri (ta’ Ħadidu) ma’ Anġela min-Nadur. Anthony Portelli jġib l-ewwel Television fil-Qala – Telefunken. Loreto Xuereb xtara karozza ġdida Hillman. Mietet Tona Portelli (tal-Ġus). Akkompanjajt lill-Maġistrat S. Attard fiż-Żurrieq f’Malta. Miet Ġamri Buttigieg (tal-Peċlek). Sar iż-żwieġ bejn Ġerita Falzon (talKalar) ma’ Pawlu Buttigieg (tal-Għażli). In-neputija Ġuża Mizzi welldet tifla – Marija Rita. Miet Joseph Borg (ta’ Ħapsija) Festa ta’ San Ġużepp – ħadu sehem il-Baned Leone Vict. u Prekursur.taxXewkija Sar iż-żwieġ bejn Ġejtu Borg (ta’ Gejta) ma’ Anġela mix-Xewkija. Sar iż-żwieġ bejn Emmanuel Mizzi (ta’ Ġorbos) ma’ Nażżarena min-Nadur. Xtrajt xkora bettieħ bil-prezz ta’ 28s ilqantar. Sar iż-żwieġ bejn Ġużeppa Xerri (tanNonu) ma’ Francis Cefai. Miet Anthony Mizzi (tal-Gringu), armel. L-E.T. il-Kardinal Francis Spellman wasal f’Malta b’600 pellegrin miegħu. Miet fl-Awstralja Carmel Xerri (ta’ Wenzu ta’ Katru). Sar iż-żwieġ bejn Francis Cutajar u Ġanna Cauchi (tal-Fulex). Miet il-Q.T. il-Papa Piju XII fit-3.52am.

14.10.58 Jien u Karmnu Buttigieg (ta’ Jappa) għaddejna ġurnata f’Malta. 19.10.58 Sar iż-żwieġ bejn Joseph Mizzi (ta’ Żroma) u Pawla (tal-Peffu). 28.10.58 Il-Kardinal Angelo Giuseppe Roncalli kien elett Papa mal-11-il votazzjoni. Huwa twieled fil-25 ta’ Novembru, 1881 u ħa l-isem ta’ Papa Ġwanni XXIII. 01.11.58 Sar iż-żwieġ bejn Joseph Portelli (ta’ Feliċ) ma’ Salvina Cutajar (ta’ Patista). 01.11.58 Sar iż-żwieġ bejn Karmni Mejlaq (taċĊavett) ma’ raġel Malti. 02.11.58 Saret il-ġabra għall-Erwieħ, fejn inġabret is-somma ta’ £90.18s.

04.11.58 Saret il-Koronazzjoni tal-Papa Ġwanni XXIII, ċerimonja li bdiet fit-8.30am sas1.10pm. 10.11.58 Bdiet tiġi stallata sistema elettrika filknisja minn Anthony Zammit minn Qormi Malta u din tlestiet fit-30 ta’ Settembru, 1959. 23.11.58 Sar iż-żwieġ ta’ Salvu Camilleri (tanNajsi) ma’ Geatana minn Victoria. 08.12.58 Sar Pellegrinaġġ ta’ 100 mutur lejn isSantwarju tal-Kunċizzjoni. 15.12.58 Il-Papa ħatar 23 Kardinal ġdid. Issa hemm 74 Kardinal, 29 Taljani u 45 mhux Taljani. 23.12.58 Kienet stallata Kiosk tat-Telefon filPjazza San Ġużepp.■

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Mifsud, Falzon u Grima


Leħen il-Qala - Milied 2019

Għal sena oħra, l-Għaqda Armar San Ġużepp – Qala, b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tal-Qala qed torganizza wirja ta’ presepji. Il-presepji huma kollha maħdumin b’sengħa u dedikkazzjoni kbira minn dilettanti Qalin, fosthom tfal. Inħeġġukom biex tiġu iżżuru din il-wirja fiċ-Ċentru Parrokjali mit-Tnejn sas-Sibt mill-5.00 sad-9.00pm Il-Ħdud, mielied u l-Ewwel tas-sena mill-10.00am sa 12:00pm u mill-4.00 sad-9.00pm fis-26ta’ Diċembrumill-10.00am sad-9.00pm.

37


Leħen il-Qala - Milied 2019

Tours Conducted by Tour Leader Euchar Mizzi During 2020: •

HOLY LAND: 18th to 25th of February.

FATIMA: 10th to 17th May. (13th May First Apparition).

LAKE BLED – SLOVENJA: 1st Mid July.

ASSISI – CASSIA – RUMA: End of July.

LOURDES: 1st Mid August.

KRAKOVA – POLONJA: Second half of August.

HOLY LAND: November.

LOURDES: 5th to 9th of December.

Note: Tours to Holy Land, Fatima, Assisi etc, Lourdes and Poland are all accompanied by a Spiritual Director. €100 Amitex Discount per couple. (Ask for more details) You can ask for a brochure or view our programmes on: www.eurotours.com.mt

38


Leħen il-Qala - Milied 2019

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATION L-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA 48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill-Awstralja dwar ħutna l-Qalin emigranti, minn MICHAEL BUTTIGIEG, President Australian Qala Association Inc.

Aħbarijiet minn Melbourne għall-Qalin tal-Qala Għeżież Qalin, insellmilkom: Kif intom? Nispera li tinsabu tajbin. Reġa’ wasal iż-żmien li nkellimkom permezz tar-Rivista. Filli Jannar u filli Diċembru. Nistħejjilkom tgħidu għallerwieħ ħlisna mis-sħana qalila tas-sajf li ħakmet fuq l-Ewropa kollha. Aħna segwejna u smajna anke minn ħbieb tagħna li kienu hemm kemm kienet sħana għax jafu li jien ma tantx nieħu gost biha. Però kollox irid ikun, hemm nies li jieħdu pjaċir bis-sħana u jibżgħu ħafna mill-ksieħ. Jien ukoll inħobbu s-sajf però dik is-sħana ta’ Malta ċċedini speċjalment meta t-temperatura titla’ 38/40 jew aktar. Anzi Malta fis-sajf ma jagħmilx dak ir-riħ jaħraq. Hawn ikun hawn kultant riħ jaħraq li ma tissaportix barra, qisu nfetaħ il-bieb tal-infern. Però mbagħad ir-riħ ma jdumx, jinbidel malajr u billejl norqdu fil-frisk. Din ix-xitwa ma kinitx kiefra ħafna. Iva kellna ftit tal-ksieħ u snow. Kellna ħafna xita wkoll u anke riħ qawwi li nqalgħu xi sigar u waqgħu fuq xi karozzi. Mietet anke mara ġo Queensland. Ħadd ma jemmnek li kien hawn nirien kbar fil-foresti u nqerdu siġar, djar u anke annimali u dan fix-xitwa, aħseb u ara fis-sajf. Għas-sajf li ġej, diġa’ beda jallarmana li ser ikollna sajf sħun u anke ħafna nirien. Nisperaw li qed jgħidu ma jiġrix. Nistennew u naraw.

Fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru hawn tiġi ċċelebrata il-“Fathers’ Day”. Isiru bosta ballijiet millgħaqdiet, pero’ ġimgħa qabel. Għax fil-ġurnata ta’ Jum il-Missier, min ikollu l-ġenituri tiegħu mejtin imur iċ-ċimiterju u wara jmorru jieklu barra. Issa l-festi ġewwa Melbourne qegħdin joqorbu biex jispiċċaw. Il-Ħadd 15 ta’ Settembru, 2019, saret ilfesta tal-Qalb ta’ Ġesù organizzata mill-għaqda “Sacred Heart Fontana”. Kien ħafna riħ u bard u l-purċissjoni ma ħarġitx. Il-festa ssir fil-knisja ta’ St. Mary Mac Killop – Keilor Downs, 5 minuti bilkarozza minn fejn noqogħdu aħna. Il-Kappillan hu Mons. Joe Portelli, imnissel minn tal-Venew millQala, kienu joqogħdu Kemmuna. Is-Sibt 21 ta’ Settembru fetħet ukoll ir-Royal Melbourne Show, fejn idumu għaxart ijiem logħob u wiri ta’ ħxejjex u annimali. Tkun qisha l-Wirja ta’ Santa Marija fir-Rabat, Għawdex. Hawn idumu aktar u għalqet it-Tlieta l-1 ta’ Ottubru. Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, lejlet il-Grand Final tal-Australian Rules, u tkun vaganza pubblika, biex in-nies tkun tista’ tmur ic-City u l-ewwel jieħdu l-breakfast mal-players u wara ssir Parade kbira fejn idunu sa nofsinhar. Ikun hemm ħafna kant u attivitajiet fis-City. Is-Sibt, il-Grand Final, festa kbira ħafna għall-Awstraljani, aqwa minn Santa Marija. Nies

Ix-xahar ta’ Awwissu, is-Sibt 24, fil-belt ta’ Melbourne ġo Federation Square, fil-qalba tal-belt, sar il-White Night, fejn damu sejrin sal-Ħadd filgħodu fejn ittrasport ikun b’xejn għal kulħadd. Man-nofs miljun ruħ jew aktar attendew għall-attivitajiet kollha li jsiru filgħaxija u mal-lejl. Kien suċċess kbir. IsSibt filgħaxija għamlet ftit tax-xita għalkemm ittemperatura kienet 8 celcius. In-nies xorta baqgħu ġejjin matul il-lejl. Pero’ l-organizzaturi qalu li aktarx li jibdluha għal Ottubru.

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Portelli u Grech

39


Leħen il-Qala - Milied 2019 7 ta’ Novembru hija l-ġurnata tan-nisa “Daks Day”, fejn ikun hemm ħafna tiġrijiet taż-żwiemel u dik il-kompetizzjoni tal-kpiepel tan-nisa. Hi ġurnata attiva ħafna ġo Flemington Race Course.

kullimkien biex jaraw minn fuq it-T.V. ġewwa Federation Square fuq screen kbir fejn il-pjazza tkun ippakkjata. Tistgħu taħsbu x’ikun hemm fil-ground. MCG Melbourne Cricket Ground. Jibdew fis-2.00pm bl-Innu Awstraljan, ikantaw xi ftit kanzunetti u xi ċajt fuq il-ballun u fis-2.30 pm tibda l-logħba fejn iddum sal-5.00pm. Din is-sena daħlu għall-final team minn Melbourne “Richmond Tigers”, u team ieħor minn Sydney, G.W.S. Giants. Naturalment rebħu Richmond Tigers b’114-il punt. G.W.S. Giants ġabu 25 punt. Qatt ħadd ma jiftakar li fil-Grand Final iġibu dawk il-ftit punti biss. L-attendenza kienet ta’ 114-il elf ruħ, u wara erħilhom biex jiċċelebraw ġimgħa sħiħa. Issa jerġgħu jibdew il-logħob fit-tieni ġimgħa ta’ Marzu 2020. Ix-xahar ta’ Ottubru, nhar il-Ħadd 20, saret il-festa ta’ Stella Maris, mill-Għaqda tal-“Maltese Stella Maris Association”, fil-knisja ta’ St. Joseph The Worker, North Reservoir, fejn il-Kappillan hu Fr. Manuel Bonello, mix-Xagħra, Għawdex. Il-Ħadd ta’ wara 27 t’Ottubru saret ukoll il-festa ta’ San Filep mill-Għaqda Żebbuġija San Filep, fil-knisja ta’ St. Paul ġol-West Sunshine. F’Ottubru wkoll ta’ ħamsin sena ilu, kont emigrajt lejn l-Awstralja, sewwa sew it-Tlieta 21 ta’ Ottubru 1969 u wasalna l-Ħamis 23 ta’ Ottubru. It-Tnejn 27 ta’ Ottubru, 1969 bdejt naħdem, dakinhar kont għadni ġuvni (1969 – 2019) 50 sena ilu.

40

Ix-xahar ta’ Novembru jfakkarna fl-għeżież tagħna. Isir ħafna quddies mill-Għaqdiet, però l-akbar waħda tkun dik tat-Tarxien Social Club, fejn ikun hemm ħafna u ħafna nies. L-għaqdiet jiġu bil-banners tagħhom. Il-quddies u t-talb isir fiċĊimiterju, Memorial Park Altona, fejn hemm ħafna u ħafna Maltin u Għawdxin midfunin hemm. Din l-attivita’ saret il-Ħadd 3 ta’ Novembru. Jumejn biss wara, it-Tlieta 5 ta’ Novembru, saret dik it-tiġrija l-kbira tal-Melbourne Cup. Kienet ukoll ġurnata ta’ vaganza pubblika, fejn miljuni ta’ dollari jintlagħbu u anke jintefqu. Ġurnata sħiħa żwiemel, kant, daqq u logħob ta’ kull xorta jsir ġo Flemington. Il-Ħamis

Tagħrif mill-Għaqda tagħna “Australian Qala Association Inc.” L-aħħar festa għal din is-sena kienet il-Kunċizzjoni li ssir mill-Bormliżi, fil-knisja ta’ St. Mary f’Altona, fejn għalina hawn jingħalaq l-istaġun tal-festi. Imbagħad nagħtu bidu għall-festi tal-Milied. L-Għaqda tagħna organizzat ukoll żewġ trips, wieħed il-Ħadd 17 ta’ Novembru, fejn morna ġurnata dawra ma’ ftit bajjiet kbar u sbieħ ta’ Port Philip Bay. Konna Coach sħiħa ta’ 50 ruħ, fejn irkibna l-Ferry bil-Coach b’kollox biex naqsmu għan-naħa l-oħra tal-bajja ta’ sorrento. Bqajna sejrin u waqafna Rye Beach, għall-Coffee Break. Kulħadd ħa gost u anke ħarġu sodisfatti b’dak kollu li għamilna. Kellna wkoll l-aħħar Weekend Away għal Albury, xi erba’ sigħat ‘il bogħod minn Melbourne s-Sibt 30 ta’ Novembru u l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru. Hawn ukoll fuq Bus ta’ 50 ruħ, kulħadd ħa pjaċir bil-kumpanija ta’ xulxin, fejn anke kantajna xi Christmas Carols, speċjalment dik popolari “Ninni la tibkix iżjed”. Il-Ħadd lura lejn id-dar ħadnihom ġo Farm taċ-Cherries u nixtru ħafna frott ħelu u frisk, l-aktar cherries. Għall-bidu ta’ Lulju kont irċevejt l-aħbar sabiħa ħafna mill-Qala, fejn Joe, ħu l-Arċipriet, kien ċempilli u qalli li l-Arċipriet il-W.R. Dun Nazju Borg kien ġej iżur l-Awstralja fi żjara qasira ta’ 3 ġimgħat. Hu ġie fit-22 ta’ Awwissu fuq żjara personali tal-familja. Jien ħadt ħafna pjaċir u billi sena qabel kien ġie jżurna wkoll, aħna talkumitat iddeċidejna li noħorġu nieklu miegħu u ma’ ħuh Joe u l-mara Miriam. (Għal min ma jafx, Joe ħu l-Arċipriet, huwa sponsor tal-Għaqda tagħna). L-Erbgħa 8 ta’ Awwissu ltqajna d-dar tiegħi ġewwa St. Albans, fejn għaddejna ħafna ħin nirraġunaw fuq affarijiet l-aktar dawk li jikkonċernaw il-knisja.


Leħen il-Qala - Milied 2019

It-tiswijiet li saru u l-Pannelli eċċ. Il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru għamel quddiesa għall-Għaqda taxXagħra tat-8 ta’ Settembru l-Vitorja, fejn wara ltaqa’ max-Xagħrin u xi ftit Qalin ukoll. Il-Ħadd 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja, qaddes il-Quddiesa tal-Festa u anke l-Għaqda tagħna tal-A.Q.A. tajnieh donazzjoni ta’ $ Aus. 300. It-Tnejn 9 ta’ Settembru huwa telaq lura lejn Malta. Minn qalbna ngħidulu grazzi taż-żjara tiegħu fostna għat-tieni darba. Erġajna wasalna fix-xahar ta’ Diċembru, xahar li jġibli memorji u nostalġija sabiħa ħafna talFesta tal-Kunċizzjoni u l-Milied. Fi żmieni l-festa tal-Kunċizzjoni kienet issir il-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd. Ġie li kien ikun il-bard, riħ u anke xita. Kemm-il darba l-purċissjoni ma ħarġitx, però ġie li nzerta bnazzi wkoll u konna naraw il-purċissjoni u wara nieħdu l-Barka Sagramentali. Wara konna ninġabru lura lejn id-dar. Fix-xitwa jidlam kmieni. Wara konna nibdew nistennew u nippreparaw għall-Milied, fejn konna nagħmlu l-ġulbiena għallpresepju. Niftakar jien kont nagħmel presepju kbir u sabiħ, kelli ħafna pasturi. Konna nieħdu gost nilagħbu b’kollox, ma kellniex toys u oġġetti oħra biex nilagħbu, u qatt ma konna nkunu mdejqin. Illum hemm minn kollox u ma nafx x’mhemmx u kulħadd stressjat u ħadd mhu kuntent bli l-Mulej jipprovdilna. Lili l-Milied ifakkarni fi tfuliti fil-Qala, fil-mużew, fil-purċissjoni tal-Bambin u wara kont immur il-knisja għall-quddiesa ta’ nofsillejl mannanna Dolora. Kif tispiċċa l-quddiesa lura lejn iddar, nieħdu belgħa kafe’ u pasta (in-nanna sinjura ma kinitx iżda rabbietni sewwa ħafna u qatt ma ħallietni bil-ġuħ, il-Mulej jagħtiha l-Ġenna). Wara għas-sodda u meta nqum filgħodu kont infittex taħt l-imħadda u kont insib borża bil-ħelu, lewż talmilied eċċ., li jkun ġabli l-Bambin, talli kont nisma’ min-nanna, hekk kienet tgħidli. Veru konna tfal sinċieri f’dawk iż-żminijiet.

ftit sħun ukoll. Illum il-Milied aktar hu mitfuh fuq il-kummerċ, milli fuq il-ferħ u l-ispirtu qaddis u sempliċi tal-twelid ta’ Ġesù Bambin. Il-ħajja ta’ żmienna kollox spiċċa, speċjalment fl-Awstralja. Però b’daqshekk ma jimpurtax. Aħna għalina l-Milied huwa l-Birthday ta’ Ġesù Bambin, żmien ta’ ferħ, paċi u hena kbira, kemm għaż-żgħar u kemm għall-kbar. L-Anġli hekk kantaw, “Paċi flart lill-Bnedmin ta’ rieda tajba”. Jiena u Rose Anne din is-sena erġajna sirna nanniet għat-tieni darba – Baby Girl EMILJA. Mela ħbieb nagħmlu qrara u tqarbina tajba biex veru l-Milied ma jkunx ġie għalxejn, u Ġesù Bambin jidħol fina u ġo djarna u jberikna u jkompli jgħammar magħna u jġibilna l-paċi, barka u s-sliem. Aħna wkoll tal-Kumitat nieħdu ftit tal-mistrieħ biex jekk San Ġużepp iħallina qawwijin u sħaħ nerġgħu nibdew sena oħra ta’ xogħol għall-komunità Maltija u speċjalment għall-Qalin ta’ Melbourne, fejn ukoll niċċelebraw il-25 Sena mit-twaqqif tal-Għaqda tagħna l-A.Q.A. Inc. 1995 – 2020.

Jien, marti Rose u l-Kumitat kollu nibagħtu l-isbaħ xewqat għal Milied hieni u Sena mimlija risq, hena, paċi u ġid lill-poplu kollu tal-Qala. Il-Milied u s-Sena t-Tajba u nisperaw li dejjem tkun sena aħjar minn ta’ qabilha. Saħħa, viva l-Kunċizzjoni u l-Milied it-Tajjeb. Nawguraw ukoll l-isbaħ xewqat għall-Festi talMilied u l-Ewwel tas-Sena, lir-Revdu. Arċipriet, lill-Kleru, lill-Onor. Clint Camilleri, lil Dr. Franco Mercieca, lis-Sindku u Kunsilliera, lill-President tal-Banda, Kumitat u bandisti u lill-Editur u l-Bord ta’ Leħen il-Qala. Nawguraw ukoll lill-Editriċi talEku tal-Banda, lill-Qala St. Joseph F.C. u players,lillgħaqdiet kollha tal-Qala u l-poplu kollu. Lilkom ilkoll il-Festa tal-Kunċizzjoni, il-Milied u s-Sena t-Tajba. Awguri! ■

Hawn fl-Awstralja l-Milied jiġi fis-Sajf u jkun xi

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Ġanni u Ursula Mizzi

41


Leħen il-Qala - Milied 2019

Il-Milied fil-Museum fl-Antik Mis-Soċju ANTHONY MIZZI

Il-festa tal-Milied għalina l-insara hija festa kbira għax tfakkarna fl-imħabba t’Alla għall- bnedmin, li l-Iben t’Alla sar Bniedem u Għammar fostna. Dari f’Malta u Għawdex il-Milied kien jiġi ċċelebrat b’mod sempliċi, imma fl-1921 is-saċerdot Dun Ġorġ Preca, li kellu mħabba kbira lejn Ġesù ried li s-soċji jagħmlu purċissjoni bil-Bambin lejliet il-Milied, u din tant intgħoġbot li bdiet issir kull fejn kien hemm l-oqsma tal-Museum. F’Għawdex il-Museum tas-subien beda r-Rabat fl-1941 u bdew jagħmluha bħalma kienet issir Malta. Meta niġu biex insemmu l-Qala, il-Milied kien ikun iċċelebrat b’mod sempliċi ħafna. Irridu niftakru l-faqar li kien hawn u ċ-ċokon tar-raħal.

Imma meta fl-1944 beda l-Museum tas-subien talQala, il-festa tal-Milied bdiet tieħu xejra ftit aħjar minn qabel, għalkemm bejn l-1915 u l-1928, ilqassis li wara sar kappillan Dun Ġużepp Vella talMaġġa, kien jagħmel laqgħat għat-tfal subien u sejħilhom tal-Museum. Dan il-qassis kien jagħmel xi grotti wkoll biex jagħtihom lit-tfal fil-Milied. Il-purċissjoni tal-Milied: Issa niġu għall-1944 meta beda l-Museum tassubien fl-1 ta’ Ottubru fil-Qala. Billi ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jippreparaw għallMilied, dik is-sena ġabu l-affarijiet mir-Rabat, u anke t-tifel li għamel il-prietka tal-Milied kien mir-Rabat. Is-superjur Manuel Bianco jgħid li l-purċissjoni tal-Milied bdiet mill-garaxx ta’ Salvu Camilleri, u Salvu kellu qanpiena f’idu li kien idoqqha. Manuel Bianco qal li n-nies meta rawhom għaddejjin laqgħuhom ħafna, għax kienet xi ħaġa ġdida. Dik is-sena jiġifieri 1944, kienu reġgħu bdew isiru ċerti attivitajiet normali, għax fis-snin 1941, 1942, 1943, il-quddiesa ta’ nofsillejl kienet issir fil-5.00 p.m. minħabba l-periklu tal-gwerra.

42

Fis-sena 1945 għamlu bradella għall-bambin li kien żebagħha Karmnu l-‘Gimes’. Dan kien jinqala ħafna biex jiżbogħ u jirħama. Din il-bradella baqgħet tintuża sas-snin disgħin, meta saret waħda ġdida. Il-Bambin għall-purċissjoni kienu jissellfuh mingħand Bernard Vella ‘ta’ Trejża’. Bernard kien jibża ħafna għalih għax kien xogħol ta’ Wistin Camilleri. Kien jagħtihulhom ftit ħin qabel il-purċissjoni u l-għada kien jintuża wkoll fil-purċissjoni n-Nadur billi s-superjur kien millQala. Dawn damu jissellfuh sal-1983 meta nxtara dak li hemm illum. Il-Milied hija festa tad-dawl, imma dari fixxhur tax-Xitwa malli tinżel ix-xemx kien ikun dlam ċappa kullimkien, għajr għal xi fanal f’xi kantuniera li kien jaqta’ ftit id-dlam, jekk ma jintefix bir-riħ. Dak iż-żmien, jiġifieri xi 70 sena ilu, xi ħwienet bdew idawlu l-ħanut filgħaxija bil-lampa tal-mantell. Din kienet tagħmel dawl ferm aktar mil-lampa tal-pitrolju għax dawl elettriku ma kienx hawn. Allura Salvu Camilleri s-superjur, kien beda jissellef waħda mingħand Bernard Vella ‘ta’ Trejża’ u oħra mingħand Karmnu Mercieca ‘ta’ Pietru’. Dawn kellhom ħanut ġol-pjazza, Bernard kien bil-ħanut tal-kafè u kien jiftaħ filgħodu biss u Karmnu ‘ta’ Pietru’ kien jiftaħ is-Sibt biex jaqta’ x-xagħar. Salvu kellu lampa oħra billi kienu bil-forn. Dawn illampi kien fihom battikata biex tixgħelhom, wara kienu jiddendlu ma’ stand tal-ħadid li kien jeħel ma’ lasta tal-injam. Dawn il-lampi kienu jdawlu t-triq waqt il-purċissjoni bil-Bambin. Kienu għamlu wkoll dawk il-bandalori bl-arkett, bix-xemgħa ġo fihom, u magħluqin bil-karti kkuluriti, kienu jidhru sbieħ ħafna fid-dlam. Id-

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Ġużeppa u Mikieli Cefai u l-Familja


Leħen il-Qala - Milied 2019 Minn 20 sena ’l hawn bdiet tieħu sehem ukoll filpurċissjoni l-banda ‘Ite ad Joseph’.

disinn tagħhom kien għamlu soċju minn Malta, u kienu l-istess disinn f’Malta u Għawdex. Domna nużawhom ħafna snin, sa ma bdew jitmermru, u erġajna għamilna sitta ġodda fuq l-istess disinn li għadhom jintużaw. Kien qatagħhom Sammy Attard ‘ta’ Ġulju’. Il-purċissjoni bil-Bambin dejjem kienet tibda mill-Museum, u tispiċċa ġolpjazza fuq il-bankina ta’ Ġużepp Debono ‘ta’ Liberatu’, fejn kien isir xi kant tal-Milied, dak iż-żmien bil-Latin u bil-Malti, xi żewġ poeżiji mit-tfal u l-prietka tat-tifel. Dak iż-żmien kienet tkun twila u xi versi bil-Latin, għalhekk it-tifel kien ikun ta’ ċerta intelliġenza u rieda soda biex jitgħallem bl-amment dawk il-paġni kollha. Ittemp mhux dejjem kien ikun ħanin magħna. Meta kien jinzerta l-maltemp ma kien isir xejn. Meta fl-1947 infetaħ il-Museum tas-subien finNadur u s-superjur kien Salvu Buttigieg millQasam tal-Qala, il-membri u t-tfal tan-Nadur bdew jiġu għall-purċissjoni tal-Bambin il-Qala u l-għada fil-Milied, imbagħad kienet issir inNadur, u tal-Qala kienu jmorru n-Nadur. Iktar ’il quddiem Leli Attard beda jġib it-tfal minNadur bit-trakk ta’ missieru biex jieħdu sehem filpurċissjoni tal-Bambin tal-Qala, ‘Mur għamilha illum!’. Issa dan it-trakk beda jintuża ta’ palk, biex it-tfal jagħmlu l-poeżiji u l-prietka tal-Milied minn fuqu. Karmnu Portelli u aktar ’l quddiem Pawlu Attard li kienu soċji kienu jmexxu l-kant akkumpanjat bl-armonju. Il-programm kien jispiċċa bil-kant tal-poeżija “Jien tifel fqajjar’’. Ġanni Calleja kien jarma’ l-apparat tas-sound u kien jieħu d-dawl elettriku minn għand Ġużepp Debono. Kienu jattendu ħafna nies. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, in-nies bdiet tonqos, u l-Arċipriet Dun Ġużepp Borg Attard u l-viċi tiegħu Dun Anton Sultana kellmu lissuperjur Salvu Buttigieg biex il-purċissjoni talMilied terġa’ tibda tieħu l-ħajja. Dan kien fis-snin sebgħin, għalhekk Dun Anton Sultana, kiteb pageant tal-Milied biex jieħdu sehem fiha ħafna tfal u żgħażagħ, u wara l-purċissjoni kollox beda jsir ġol-knisja. Din l-idea ntlaqgħet tajjeb għax kien hemm żgħażagħ u rġiel li kienu jieħdu sehem fiha. Din il-pageant baqgħet issir sal-1988.

Ir-rigali tal-Milied: Issa ngħid ftit fuq x’kienu jagħtu lit-tfal li kienu jiġu l-Museum fil-Milied, kif kienet ix-xewqa ta’ Dun Ġorġ Preca. Kienu jagħtuhom grotta żgħira bil-Bambin tax-xemgħa. Darba niftakar, ma nafx x’kien ġara, għax ma kinux għamlu grotti dik issena però s-superjur Salvu Camilleri kien tana santa u ftit ħelu, u ħriġna kollha diżappuntati mill-Museum. Fil-bidu li beda l-Museum fil-Qala kien jagħmel xi ftit grotti Karmnu Buttigieg ‘ta’ Jappa’ u wara bdew jagħmluhom is-soċji Fredu Vella u Pawlu Attard. Wara komplejt jien u għadni sa issa. Barra l-grotti bdejna nagħmlu l-istatwi tal-ġibs. Dan konna bdejna billi kien jiġi soċju minn Malta għal xi ġimgħa jaħdem Għawdex li kien jismu Anthony Fiorini mill-Furjana. Dan kien kapaċi ħafna għal dan ix-xogħol tal-ġibs u ż-żebgħa. Dan Malta u jiżbogħ xi ftit minnhom biex jurina kif għandhom jiġu. Dan ilu 60 sena u wara komplejna aħna dawn is-snin kollha. Il-presepju tal-Museum: Meta bnew il-Museum il-ġdid fl-1950, Karmnu ta’ Jappa, kien għamlilhom presepju fit-taraġ. Dak iż-żmien lanqas dawl elettriku ma kien hemm. Aktar ’il quddiem bdew jagħmluh Dun Ġużepp Vella, Dun Anġ Buttigieg, Fredu Vella, Ġużi Grima u Pawlu Attard ġol-intrata f’post aħjar. Kienu akkwistaw ftit pasturi minn Malta li kienu kbar, jien kont nitpaxxa nħares lejh. Wara xi snin li ma kienx isir bdejt nagħmlu jien, bil-għajnuna ta’ xi żgħażagħ li kienu jiġu l-Museum dak iżżmien fosthom Paul Portelli, Mario Portelli u Joe Muscat u bqajt nagħmlu għal 45 sena, imma bħalma jiġri dejjem il-bniedem ma jibqax li jkun u ċ-ċirkostanzi jinbidlu. Imma meta tqis kollox naħseb li l-presepju tal-Museum ħalla impatt fuq it-tfal biex jitħajru jagħmlu xi presepju fid-dar. Dawn kienu ftit minn dak li għadni niftakar, tifkiriet sbieħ li ma’ ninsa’ qatt u xtaqt li naqsamhom magħkom. Il-Milied it-Tajjeb lil Kulħadd!■

43


Leħen il-Qala - Milied 2019

Ite Ad Joseph Bar

Drinks Free Appetizers & Live Football 12, Pjazza San Ġużepp, Qala

44


Leħen il-Qala - Milied 2019

Christmas, politics and religion

By VALERIE CASSAR MEJLAK

The two pillars of society and the Child who started it all. Christmas: A time of joy, giving, receiving, decorating, cooking, celebrating. A time to look back at our roots. To think about the Child who was born in a manger, with a donkey and a cow for warmth. A time to tell the story of that child to our own children. To see the wonder in their eyes, and maybe, yes, a yearning for the simple joy of celebrating that which makes us all brothers and sisters in a world divided and saddened by greed and corruption. Religion: The roots of our beginnings. The teachings that have come down generation after generation from the first Christmas when the Child was born. The teachings that brought peace on this earth, because of their very simplicity. Love thy neighbour as you yourself want to be loved. Give, share of what you have. Do honest work for your wages. Whether you are the village doctor, the lawyer, the postman, the builder or the farmer, do your work happily because you know that nobody can do it better than you. Bring home enough to have food for your family, for small comforts that make life better. You do not need too much. Happiness is in having enough. Once you start hoarding, adding your money, there is a danger of it becoming more important than life itself. And it is then that life becomes sad. That stress takes over and sends you home frowning instead of smiling. That instills the doubts, the wishes of greener grass when in reality the grass in your own garden is the greenest of all. If only we can go back to the teachings of our religion. If only we can go back to living simply, without the need to have more and more. Religion is not simply a word. It is a life. There are commandments given to us by our own God. The father of that child born in a stable, the Holy Spirit emanating from the Father

to the Child, making Them not three but one. If only we can go back to believing. To looking at that Child knowing that He is real. That all we have to do is follow His teachings, everything else will just fall in place. Politics: A government that is made up of men and women. Men and women that we choose to put as our leaders. Leaders whose only job should be to bring peace, prosperity and comfort to every citizen who relies on them for good decisions. For keeping the law and justice alive and working at all times. For making sure that the law is adhered to at all times. Only then could a country move on in peace. For creating jobs and giving the people the right to earn their living honestly every day. For ensuring that the lives of everyone is sacred. From the first instance that a child is conceived to the last minute of a 100 year olds last breath. These people should always keep in mind that they are there to serve and not to be served. I believe that all this could be done. All this could actually be made so much easier if we could go back and look at this Child born in a stable and believe that He was born to redeem us. To teach us that our needs ought not to be so many. That there is actually enough of everything for every one of us if only we could all be satisfied with having enough. Let us look at the Child and believe. May the Child Jesus bless you all this Christmas and fill your heart with the joy and peace of being satisfied with all you have. Merry Christmas, Valerie.

Suffraġju għall Erwieħ gheżież tal-Familji Attard u Buttigieg

45


Leħen il-Qala - Milied 2019

in-najsi Mario Camilleri “Camilleri Family” 21, Independence Street, Qala, Gozo. Tel: 2155 4941 Mob: 9946 0725

9988 5457

46

 For 

all kind of Concrete Works Crane Hire


Leħen il-Qala - Milied 2019

Taħt il-Ħarsien Tiegħek O Patrijarka Ġużeppi Minn ANDREW BORG

Is-sena d-dieħla 2020 id-dinja Kattolika ser tfakkar Ċentinarju Speċjali Ġużeppin, meta fit-8 ta’ Diċembru 2020 jaħbat għeluq il-150 sena minn meta Papa Piju IX kien iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. F’għeluq l-ewwel 100 Sena mill-Proklamazzjoni ta’ San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali, il-mibki u studjuż Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi – Isqof ta’ Għawdex, dakinhar Amministratur Appostoliku għal Għawdex, kien ippubblika Ittra Pastorali bl-isem ta’ “Taħt il-Ħarsien ta’ San Ġużepp”, u li ġġib id-data tal-24 ta’ Lulju, 1971 u li kienet stampata fl-Orphans Press f’Għajnsielem. Mons. Isqof Nikol G. Cauchi: Mons. Nikol Cauchi, kien Isqof t’Għawdex bejn l-1972 u l-2006. Dan ifisser li meta huwa kiteb din l-Ittra Pastorali huwa ma kienx għadu Isqof ta’ Għawdex, però kien ilu snin Isqof Amministratur Appostoliku għal Għawdex filwaqt li l-Isqof Ġużeppi Pace kien għadu mimli bil-għomor. Fil-fatt Mons. Cauchi kien ikkonsagrat Isqof fid-9 ta’ April, 1967, meta kien maħtur ukoll Amministratur Appostoliku għal Għawdex. Huwa mbagħad kien maħtur Isqof Djoċesan fl-20 ta’ Lulju, 1972, sena wara li kiteb ilkitba li qed nitkellmu dwarha llum.

l-Għid” u li ġiet estiża għad-dinja kollha minn Papa Piju IX fl-1847, l-istess Papa li fl-1870 iddikjarah Patrun tal-Knisja Universali. Huwa jfakkarna mbagħad fir-rabta max-xahar ta’ Marzu li saħħaħha Papa Leone XIII meta ħeġġeġ lill-Insara biex “matul ix-xahar ta’ Marzu jagħmlu talb speċjali lil San Ġużepp u kiteb talba biex tingħad matul ix-xahar ta’ Marzu ddedikat lill-Patrijarka ta’ Nażaret, u matul ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju Mqaddes”. Isemmi wkoll il-Papa Benedittu XV li għażlu bħala Patrun tal-Ħaddiema, lill-Papa Piju XI li invokah fit-taqbida tal-Knisja kontra l-Komuniżmu, lill-Papa Piju XII li waqqaf il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem fl1955, lill-Papa San Ġwanni XXIII li mar jafdalu f’idejh il-Konċilju Vatikan II, u lill-Papa San Ġiovanni Pawlu II li mar isejjaħlu Kustodju tar-Redentur. Mons. Isqof Cauchi jħeġġeġ lill-Insara li jaqbdu dan ilktieb f’idejhom biex jitħajru jimxu fuq il-passi ta’ dan il-qaddis biex permezz tiegħu jaslu għas-salvazzjoni. San Ġużepp huwa xempju għal kull Nisrani, imma b’mod speċjali għall-ħaddiema, għall-ġenituri u għallbnedmin ittribulati” jikkonkludi dan l-Isqof devot ta’ San Ġużepp. Fid-dawl ta’ din id-devozzjoni lejn San

L-Isqof Cauchi apparti li kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna, kellu wkoll devozzjoni xejn inqas lejn San Ġużepp. Infatti huwa kien ippubblika wkoll “F’Marzu ma’ San Ġużepp”, Lumen Christi Publication, li ħarġet ir-raba’ edizzjoni tagħha. Dan huwa ktejjeb li jinkludi fih meditazzjonijiet qosra u talb ieħor miġbur minn dan l-Isqof. Fid-daħla ta’ din ir-raba’ edizzjoni Mons. Cauchi nnifsu jikteb li d-devozzjoni lejn San Ġużepp “kompliet tikber u tissaħħaħ fost il-poplu t’Alla” f’dawn l-aħħar snin, u jfisser li “minħabba l-kwistjonijiet dommatiċi li kienu mqanqla fl-ewwel sekli wara Kristu, id-duttrina dwar San Ġużepp u l-kult tiegħu fil-Knisja Kattolika ddawru ma bdew, u l-progress tagħhom mexa bilmod ħafna”. Interessanti ħafna dak li jgħidilna dwar min daħħal l-isem ta’ San Ġużepp fil-Martiroloġju ta’ Ġerusalemm, xi ħaġa li huwa jattribwixxi lil Benedittini tal-Monasteru ta’ Reichnau fis-seklu IX. Mons. Cauchi jitkellem dwar il-festa ta’ San Ġużepp li “għal xi żmien kienet issir fit-tielet Erbgħa wara

Suffraġju għaar-Ruħ għażiża ta’ Maria Cefai

47


Leħen il-Qala - Milied 2019 Ġużepp li huwa xandar appertament nifhmu aktar kif fir-rwol ta’ Amministratur Appostoliku huwa ħareġ id-dokument li qed niflu għall-finijiet ta’ dan l-artiklu. Il-Pastorali ta’ San Ġużepp: Il-pastorali dwar San Ġużepp, li qed nitkellmu dwarha hawnhekk fiha ħames taqsimiet: introduzzjoni bla titlu, u erba’ taqsimiet oħra intitolati: Għażla t’Alla taqa’ fuq l-umli, Ġużeppi tarRabta l-Qadima u Ġużeppi tal-Vanġelu, Il-Familja ta’ Nażaret u l-Knisja u San Ġużepp u l-irġiel Kattoliċi. Fl-introduzzjoni tiegħu Mons. Cauchi jfisser irraġuni wara l-imsemmija pastorali u jagħti ħjiel ta’ kif il-Knisja, permezz tal-Papa li jmexxiha waslet biex tonora lil San Ġużepp b’dan il-mod. Huwa jissottolinja l-fatt li din id-deċiżjoni ma għandha x’taqsam xejn ma’ deċiżjonijiet oħra ta’ qaddisin li jiġu dikjarati patruni jew protetturi, minn żmien għal żmien. Fil-każ ta’ San Ġużepp din id-deċiżjoni kienet ferm aktar minn hekk: “kien att solenni li bih l-aqwa awtorità tal-Knisja, irrikonoxxiet il-misteru evanġeliku li fih għandu sehem il-Qaddis Patrijarka u l-pjan li Alla l-Imbierek sa mill-bidu tagħha (talKnisja), ħejja għas-soċjetà ta’ dawk li jemmnu fl-Iben Tiegħu”. Huwa jkompli jispjega kif San Ġużepp ma rċieva l-ebda missjoni ġdida permezz ta’ din ilproklamazzjoni imma “ġiet magħrufa u mxandra l-missjoni li kienet fdata lilu sa minn meta kien għadu jgħix fid-dinja u li huwa ilu jwettaq kemm ilha teżisti l-Knisja”. Fi kliem ieħor irridu nifhmu li San Ġużepp m’ilux biss Patrun tal-Knisja Universali għal dawn l-aħħar 150 sena (100 sena fil-każ ta’ meta kien qed jikteb Mons. Cauchi) iżda ilu Patrun tagħha sa minn meta nżergħet iż-żerriegħa tagħha mill-Ispirtu s-Santu fil-ġuf ta’ Marija, aktar minn 2,000 sena ilu. L-imsemmi Papa, kulma għamel, u dan għamlu fuq talba li waslitlu minn kull rokna tad-dinja Kattolika, kien li pproklama dan ir-rwol li sa minn dejjem kien mogħti lil Ġużeppi ta’ Nażaret minn Alla l-imbierek.

48

Alla jagħżel l-Umli: Mons. Cauchi jiftaħ din l-ewwel taqsima tal-Ittra Pastorali tiegħu billi jirreferina għat-test tal-Ewwel Ittra ta’ San Pawl lill-Korintin, u jfakkarna kif Alla “ħafna drabi jagħżel dak li d-dinja tiddisprezza, jagħżel bħala strumenti tal-ħidma tiegħu, ħwejjeġ li fihom infushom huma ta’ importanza żgħira”. Hekk naraw li meta Alla bagħat lil Ibnu l-Waħdieni fid-dinja ma bagħtux ġo palazz enormi u sinjur għand xi Re jew prinċep, iżda bagħtu f’belt mhux magħrufa għand ħaddiem tal-id, u meta l-istess Ibnu safa mhedded mis-Sultan Erodi, ma pproteġihx permezz ta’ armati mmexxija minn l-aqwa kapijiet militari, iżda ħalla f’idejn l-istess “Ħaddiem fqajjar ta’ Nażaret, l-umli mastrudaxxa Ġużeppi” li “ħarab

bil-Familja lejn l-Eġittu u hekk salva mill-qerda litTarbija Divina”. F’dan il-kwadru li jfakkarna fih l-Appostlu tal-Ġnus, iżda li tkellmu dwaru wkoll l-Evanġelisti, naraw blaktar mod ċar lil San Ġużepp qed iħares lill-Knisja Mqaddsa. Għax il-Knisja Mqaddsa mhijiex għajr “il-Ġisem Mistiku Tiegħu”. B’dan nifhmu li meta Ġesu kien qed jitrabba bħala bniedem bħalna f’kollox minbarra fid-dnub huwa kellu l-fraġilità umana anke jekk fl-istess ħin kien ukoll wieħed mill-persuni tatTrinità Qaddisa b’xejn imnaqqas f’dan is-sens Divin. Daqstant ieħor kienet fraġli l-Knisja Mqaddsa flewwel snin tagħha, jiġifieri fit-tletin sena li Kristu kien qed jifforma bħala bniedem – l-ewwel bħala tarbija, imbagħad bħala sabi, imbagħad bħala ġuvnott u eventwalment bħala raġel rikonoxxut mill-komunità Lhudija – u din il-fraġilità kellha l-protezzjoni unika u umli ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret. Issa kif Ġużeppi ħa ħsieb jeħles lit-tarbija Ġesù (ilKnisja fl-Infanzja tagħha) mid-deni permezz talħarba lejn l-Eġittu, hekk fi żmien Papa Piju IX reġa’ waqaf magħha meta “kienet mhedda minn perikli kbar u eżerċti qawwija (li) kienu armati kontriha”. U l-imsemmi Papa, biex jagħmel kuraġġ lill-Insara ried li jfakkar, anzi ried li jibqa’ mfakkar darba għal dejjem, il-fatt li “l-Knisja qiegħda taħt il-ħarsien talumli qaddis ta’ Nażaret” u li permezz tiegħu setgħet tinġieb fix-xejn “is-suppervja tal-għedewwa tagħha”. X’unur għall-qaddis tagħna, hux tassew, li Alla li jista’ kollox, imur jafda “l-aqwa teżori tiegħu” (kif imur isejħilhom il-kbir Duttur Franġiskan, San Bernardin ta’ Siena) f’idejn San Ġużepp, li kien magħżul biex jieħu ħsieb, imantni, jitma’, jlibbes, iwennes, iħares u jsalva mhux biss lill-Iben t’Alla, iżda anke lil Dik li ġabitu fid-dinja. X’unur għall-qaddis tagħna, li b’dan ir-rwol li ngħatalu divinament, huwa kien qiegħed ukoll iwettaq rwol divin ieħor, dak li jieħu ħsieb – mhux biss għaż-żmien tiegħu temporanju, meta kien qed jgħix fuq din l-art, iżda għall-eternità – lill-egħżeż proġett li ħoloq Alla għas-salvazzjoni tal-bniedem: ilKnisja Universali. Ġużeppi tar-Rabta l-Qadima u Ġużeppi talVanġelu: Fit-tieni taqsima tal-imsemmija pastorali Mons. Cauchi jagħmel bħal ħafna studjużi li ġew qablu, fosthom s-Santi Padri u d-Dutturi ewlenin, u jimraħ fuq il-kotba tal-Antik Testment biex fihom jara xebh mal-qaddis tagħna u ma’ għemilu. Hemm Ġużeppi ieħor li jispikka fil-Ktieb tal-Ġenesi. Li bosta kienu dawk li qisuh bħala figura li tantiċipa u tirraffigura lil Ġużeppi ta’ Nażaret, li kellu jkun il-Patrijarka pereċċellenza li jorbot u jgħaqqad it-Testment il-Qadim mal-Ġdid. Qed nitkellmu hawn dwar Ġużeppi magħruf l-aktar għall-istorja tal-bejgħ tiegħu minn


Leħen il-Qala - Milied 2019 ħutu stess, frott l-għira li kibret fi qlubhom għalih minħabba fl-imħabba tal-missier. L-ewwel xebh li jara Mons. Cauchi bejn dawn iżżewġ figuri Bibliċi, fi kliemu stess: “L-ewwel wieħed wera onestà fit-twettiq ta’ dmirijietu fil-familja żgħira tas-sid tiegħu Putifar; għal xi żmien sab ruħu fid-dalma tal-ħabs u wara li ġie msejjaħ biex ifisser il-ħolmiet tas-Sultan Farawni, ġiet lilu mogħtija setgħa kbira fl-Eġittu, u rnexxielu jsalva mill-ġuħ lil dak il-poplu.” “Hekk ukoll Ġużeppi, matul ħajtu kien jaħdem u jistinka għall-familja żgħira ta’ Nażaret; wara mewtu, għal xi żmien ismu kien fl-oskurità, però fl-aħħar wasal il-mument meta mhux biss il-kittieba Kattoliċi, imma saħansitra l-Papiet tawh il-ġieħ li kien jixraqlu u indikawh bħala mudell tal-Insara.” Araw xi kliem sabiħ imur juża Papa Piju IX fid-digriet Quemadmodum Deus tat-8 ta’ Diċembru, 1870 li bih huwa pproklama li San Ġużepp kien sa minn dejjem il-Patrun tal-Knisja Universali, kliem li l-istess Mons. Cauchi għażel li jikkwotah f’din il-pastorali: “Kif ilKbir Alla mar jagħżel lil dak Ġużeppi iben il-Patrijarka Ġakobb, b’kap tal-Eġittu, sabiex jikkonserva l-qmuħ għal dak il-poplu; hekk ukoll fil-milja taż-żminijiet, xħin ġie biex jibgħat lil Ibnu Uniġenitu Tiegħu, Salvatur tad-dinja, ħatar lil Ġużeppi ieħor, li tiegħu l-ewwel Ġużeppi kien figura; u mqiegħed minn Alla, bħala Prinċep tad-dar tiegħu, huwa mantna lil Dak, li l-poplu Nisrani kellu jirċievi bħala ħobż nieżel missema, biex ikollu l-ħajja ta’ dejjem.” Xi ġmiel u xi profondità hemm f’dan it-tixbih! Li kieku jaħasra t-tagħlim Nisrani tagħna ma jiqafx fl-età

tal-Griżma kemm ikollna opportunitajiet li nimirħu fil-kitbiet tas-Santi Padri, tad-Dutturi tal-Knisja u tal-Papiet li mexxewha. Lil San Ġużepp narawh f’dawl ġdid: ninsew il-figura xwejħa u mwarrba li ħafna drabi spikkat fil-pitturi u fir-rakkonti li wasslu għandna tul is-sekli; ma nibqgħux narawh bħala figura mqiegħda fid-dell tal-istorja; imma narawh flimportanza kollha tiegħu fi ħdan il-pjan imfassal bħal bizzilla mill-Missier Etern, biex il-Bniedem ma jibqax ikkundannat għall-eternità. Tabilħaqq, Ġużeppi ta’ Nażaret, bħal Ġużeppi tat-Testment il-Qadim, jieħu ħsieb il-Qamħ, iżda mhux il-qamħ li jxebbagħna materjalmnent, iżda l-Qamħ Qaddis li jxebbagħna spiritwalment u eternament. Tabilħaqq Ġużeppi kien mhux biss il-ħarries, il-kuratur, il-gwardjan ta’ Ġesù Salvatur, iżda f’ċerti mumenti diffiċli u delikati kien ukoll is-Salvatur tal-istess Salvatur. Il-Familja ta’ Nażaret u l-Knisja: Ma għandna ebda diffikulta’ naraw lil Ġużeppi bħala dak li ħa ħsieb lill-Iben ta’ Alla u lill-Omm tiegħu, anzi proprju dan ir-rwol huwa dak li jikkaratterizza l-immaġini li sa minn meta konna tfal drajna naċċettaw u nifhmu fil-konfront ta’ dan il-qaddis. Daqstant ieħor iżda, m’għandux ikollna diffikulta’ li naraw lil Ġużeppi jieħu ħsieb lill-Knisja ta’ Kristu. U proprju dwar dan li jitkellem Mons. Cauchi fit-tielet taqsima tal-pastorali tiegħu. Huwa jfiehem li flewwel żminijiet tagħha “l-Knisja kienet rappreżentata f’dawk iż-żewġ personaġġi qaddisa (jiġifieri Ġesù u Marija). Bħalma żerriegħa, għad li tkun għadha ma nibtitx, imma potenzjalment tiġbor fiha x-xitla kollha, hekk ukoll għad li l-Knisja ta’ Kristu kien għadha ma ġietx imwaqqfa uffiċjalment, imma kellha bħala nukleu tagħha lil Ġesù u lil Marija. Matul ħajtu fiddinja, San Ġużepp kien diġa’ beda l-missjoni tiegħu li jieħu ħsieb il-Knisja, li f’Ġesù u f’Marija kellha l-bidu

49


Leħen il-Qala - Milied 2019 tagħha u f’dawk it-tnejn kienet miġbura.” Mons. Cauchi jerġa’ jfakkarna li din il-missjoni Ġużeppi ma jtemmhiex meta huwa jħalli din il-dinja, iżda, għax hekk kienet ir-Rieda ta’ Alla, jissokta jwettaqha wara mewtu, u hekk għadu jagħmel, u għad jibqa’ jagħmel għal dejjem ta’ dejjem. Din hija xi ħaġa li timliena b’fiduċja, jgħidilna Mons. Cauchi, iżda fl-istess ħin hija xi ħaġa li tfakkarna fid-dmir tagħna bħala membri tal-istess Knisja, id-dmir li nħarsu lejn San Ġużepp u bħalu nwettqu dak li hu mistenni minna bħala membri mill-ġisem ħaj tal-Knisja. Fi kliem aktar fqajjar, ma nistennewx li jagħmlu kollox għalina l-Papiet, l-Isqfijiet u s-Saċerdoti li ekkleżjastikament jaqgħu taħthom. Il-Knisja hija aħna lkoll, u allura jaqa’ fuqna lkoll li nagħtu l-kontribut biex inżommuha ħajja, bil-fidi tagħna fi Kristu Ġesù, bl-għajnuna tal-Madonna, Omm tagħna lkoll, u bl-assistenza kontinwa ta’ San Ġuzepp, li qatt ma ser iħallina waħidna f’din it-taqbida. San Ġużepp u l-Irġiel Kattoliċi: L-aħħar taqsima ta’ din il-pastorali hija ddedikata lill-irġiel Kattoliċi, “jiġifieri għal dik il-kategorija ta’ Nsara li mhux dejjem jikkorrispondu kif imiss massejħat li jsirulhom ħalli jkunu membri maturi, vitużi u appostoliċi tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu.” Hawnhekk huwa qed jalludi għal dawk mehdija bl-affarijiet taddinja u li jinsew li aħna qegħdin hawn b’ċens li għad jaqħlaq. Lil dawn ifakkarhom li l-istess Ġużeppi ta’ Nażaret “jgħallimhom li jekk jitbiegħdu minn Alla, ma jista’ jkun qatt li jsibu l-paċi.” U tabilħaqq min aħjar minn San Ġużepp jista’ jgħallimna dan? San Ġużepp għex fil-paċi u fis-skiet, u dan għamlu b’għażla libera, għax ried li kulma jagħmel ikun skont ir-rieda ta’ Alla l-Imbierek. Is-silenzju ta’ Ġużeppi, b’kuntrast qawwi mal-istorbju li jikkaratterizza l-ħajja tagħna ta’ kuljum, ippermettilu li jkun bniedem proattiv, bniedem li jaġixxi, bniedem li jqum u jagħmel dak li qallu l-anġlu tal-Mulej. Tabilħaqq ma smajniex kelma li hi kelma milli qal Ġużeppi fil-ħajja tiegħu, iżda rajnieh jaġixxi fil-mument propizju, bil-mod xieraq, u b’riżultati tajba, anzi tajba ħafna, u dan mhux darba jew tnejn, iżda tul ħajtu kollha. San Ġużepp mhuwiex ir-raġel tal-paroli – li minnu għandna żżejjed illum, biżżejjed tiftaħ il-paġni ta’ facebook – iżda kien ir-raġel tal-azzjoni!

50

Huwa minnu li San Ġużepp huwa l-uniku bniedem li għalih l-istess Alla bħala bniedem kellu joqgħod għallkelma tiegħu, fi kliem ieħor kellu jobdih. Iżda fl-istess ħin Ġużeppi għex l-ubbidjenza t’Alla kontinwament, għax huwa b’kull nifs li ħa, b’kull qatra għaraq li ħarġet minn ġismu, kien qed iwettaq dak li ried Alla. Il-Pjan Divin seta’ jiżviluppa gradwalment b’mod dinjituż bis-saħħa ta’ Ġużeppi ta’ Nażaret li ħa fuq spallejh ir-

rwol ta’ missier l-Iben Divin u ta’ raġel fiż-żwieġ ta’ dik li ntgħażlet biex tkun Omm il-Verb Etern. F’dan id-dawl Mons. Cauchi jiġbdilna l-attenzjoni u jgħid: “San Ġużepp li dejjem obda għar-rieda ta’ Alla u li b’sagrifiċċju personali tiegħu, iddedika ħajtu għallfamilja Mqaddsa, huwa ċanfira għal dawk li ħafna drabi jikkompromettu l-ħidma qaddisa tal-Knisja, għax mhumiex lesti li jissagrifikaw il-fehmiet privati tagħhom u jikkollaboraw għall-ġid komuni.” Kliem tabilħaqq profetiku għax qed narawh iseħħ quddiem għajnejna ta’ kuljum fi żminijietna wkoll. Mons. Nikol Cauchi jgħanni l-isbaħ tifħir lil San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali, billi jindirizza lill-missirijiet, lill-miżżewġin, lill-ġenituri, lillħaddiema, u jħeġġiġhom biex jaraw f’Ġużeppi l-mudell per eċċellenza tal-ħajja tagħhom, u tar-rwoli partikolari tagħhom fil-ħajja tal-familja u fis-soċjeta’. Huwa jagħlaq hekk: “Kieku l-irġiel ta’ gżiritna, fuq l-eżempju ta’ San Ġużepp, jipproponu bis-serjeta’ li jaqdu fedelment id-dmirijiet tagħhom bħala Nsara, bħala kapijiet tal-familja u bħala ħaddiema, kieku s-soċjetà tagħna tinbidel bħal-lejl min-nhar u din ittibdila tisfa ta’ ġid mhux biss għall-Knisja, imma wkoll għal art twelidna.” U jien ngħidlu minn fommok ‘l Alla għażiż Mons. Nikol Cauchi, li għal tant snin mexxejt b’għaqal kbir id-djoċesi Għawdxija. Jalla kliemek jaqa’ fuq widnejn li jisimgħu, kemm fi ħdan il-Knisja Maltija, kif ukoll fi ħdan is-Soċjetà Maltija inġenerali. Għax tabilħaqq, mhijiex xi ħaġa diffiċli biex tifhimha, li kieku kulħadd kellu jagħżel lil San Ġużepp bħala mudell tiegħu fil-familja, fuq il-lant tax-xogħol u filħajja in ġenerali, kieku mhux biss il-Knisja ta’ Kristu tkun li tissaħħaħ iżda l-istess pajjiżna, li ma jkollux għalfejn iberbaq flusu f’għadd kbir ta’ servizzi soċjali li qegħdin hemm biex isostnu finanzjarjament lil tant u tant familji mfarrka. Kieku minflok ngħinu l-familji wara li jitfarrku, ngħinuhom biex jissaħħu u nevitaw li jitfarrku, kemm tkun isbaħ u aħjar il-ħajja tagħna. Idħol għalina. Int O San Ġużepp, kif dejjem dħalt għal kull min dar lejk ifittex l-għajnuna. Int qatt ma dawwart wiċċek in-naħa l-oħra. Il-ħarsa tiegħek qatt ma qlajtha minn fuqna, li aħna wliedek. Bħal ma għamilt ma’ Ġesù u ma’ Marija għal tletin sena sħaħ, u bħalma għamilt mal-Knisja ta’ Kristu sa minn qabel ma’ twieldet u bdiet tikber bil-mod il-mod, ibqa’ għamel magħna li aħna membri ħajjin tagħha. Iftħilna għajnejna biex narawk, li dejjem qiegħed hemm għalina, sabiex ma nħallux ix-xitan jaqtgħalna qalbna u nħallu rwieħna ninġarru mal-kurrent li jibagħtilna kontinwament biex ibegħedna minn l-unika sors tas-salvazzjoni tagħna li hi l-Knisja.■


Leħen il-Qala - Milied 2019 PAMELA PORTELLI is a psychologist working in the mental health services. Her main areas os specialization are addictions, pain management and mental health, She is also a visiting lecturer at the University of Malta Her e-mail is pamelaportelli@yahoo.com

Loneliness Though our need to connect is innate, many of us feel alone frequently. Although we may be surrounded by others throughout the day - or are in a stable relation, we may still experience deep and pervasive loneliness. These feelings often escalate during the holiday season such as Christmas, anniversaries which remind us of the loss of loved ones, or during times of stress. Feelings of loneliness and isolation affect everyone. While research shows that the number of people who experience loneliness is quite large, people don’t always talk about feelings of loneliness and don’t always know what to do with these feelings. Adolescents and the elderly are more likely to be impacted than others. The Risks of Loneliness: Feelings of isolation can have a serious effect on one’s physical health. Loneliness can be a

risk factor for heart disease, Type 2 diabetes and arthritis, among other critical diseases. Lonely people are also twice as likely to develop Alzheimer’s disease and have lower immunity to disease. Loneliness can also affect our mental well-being, resulting in depressive symptoms. Research also shows that the areas of the brain that deal with social exclusion are the same as those that process physical pain. Conclusively, individuals who are alone are more likely to experience pain than those with social connections. At the root, isolation compromises immunity, increases the production of stress hormones, and is harmful to sleep. This feeds chronic inflammation, which lowers immunity to the degree that lonely people even suffer more from the common cold. Loneliness can be a chronic stress condition that ages the body and causes damage to overall well-being. What to Do If You’re Experiencing Feelings of Loneliness: If you’re experiencing loneliness, there are some things you can do about it. Join a Class: Whether it’s an art class, an exercise class, or a class at your local community, joining a class automatically exposes you to individuals who share at least one of your interests. It can also provide a sense of belonging. This can stimulate creativity, give you something to look forward to during the day, and help stave off loneliness.

Volunteer:

Becoming a volunteer for a cause you believe in can provide the same benefits as taking a class — meeting others, being part of a group, creating new experiences — and also brings the benefits of altruism, and can help you find more meaning in your life, both of which can bring greater happiness and life satisfaction, as well as decrease loneliness. Additionally, working with others who have less can help you feel a deeper sense of gratitude for what

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Ġużepp u Carmela Buttigieg

51


Leħen il-Qala - Milied 2019 you have in your own life. Find Support Online: Because loneliness is a somewhat widespread issue, there are many people online who are looking for people to connect with. You do have to be careful of who you meet over the internet, but you can find real support, connection and lasting friendships from people you meet online. Strengthen Existing Relationships: You probably already have people in your life that you could get to know better, or connections with family that could be deepened. If so, why not call friends more often, go out with them more, and find other ways to enjoy your existing relationships and strengthen bonds? Get a Pet: Pets carry so many benefits, and preventing loneliness is one of them. It can connect you with other people — walking a dog opens you up to a community of other dog-walkers. Additionally, pets provide unconditional love, which can be a great salve for loneliness. See a Therapist: Research has shown that loneliness and depressive symptomatology can act in a synergistic effect to diminish well-being,

meaning the more lonely you are, the more depressed you feel, and vice versa. Because of this, sometimes just “getting out there” and meeting other people isn’t enough. If this is the case for you, it may be a good idea to seek psychological help to cope with feelings of loneliness, especially if you also feel symptoms of depression, such as a loss of enjoyment doing things you used to enjoy. Whatever you do to combat loneliness, know that you are truly not alone, and there are many things you can do to feel more connected.■

Salvu Camilleri & Sons Ltd. (Tan-Najsi) Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire Ready Mix Plant: 2156 0346 Residence: 2155 1485 Mobile: 9949 5378 “Camilleri House” Belveder Street, QALA

52


Leħen il-Qala - Milied 2019

Rakkonti:

Pellegrinaġġ bil-Kwadru Devot tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar f’Malta Minn: JOE MIZZI

Kien ilni s-snin bix-xewqa li nieħu sehem attiv fil-pellegrinaġġ tal-muturi u roti fil-Festa talMadonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar Malta, ngħid jien imqar għal darba waħda f’ħajti. Preparamenti: Waslet dik il-ġurnata li din is-sena ħabtet ilĦadd 15 ta’Settembru, 2019, ġurnata mill-isbaħ tipikament sajfija. Wara li ħsilt il-mutur li għandi u tajtu l-petrol il-ġurnata ta’ qabel, lestejt ukoll ilvest li hija ta’ kulur aħdar jixgħel u ħallejt kollox għal-lest. Tluq: Sebaħ il-Ħadd filgħodu meta qomt biex nisma’ l-quddiesa tas-sitta ta’ filgħodu fis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fir-raħal tal-Qala, fejn wara, għall-ħabta tas-sebgħa u kwart soqt bil-mutur biex nirkeb il-vapur lejn iċ-Ċirkewwa. Inżilt minn fuq il-vapur u filwaqt li ħriġt minn fuq il-moll, waqaft u lbist il-vest biex filwaqt li kont qed insuq il-mutur inkun aktar viżibbli mis-sewwieqa l-oħra. Għaddejt mill-Mellieħa, Wied tal-Mistra, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Burmarrad u finalment spiċċajt fi Triq ld-Difiża Ċivili f’ Tarġa Gap, il-Mosta.

Elena u wara saret waqfa żgħira ta’ ftit minuti fejn il-kappella ta’ Santu Rokku. Reġa’ ngħad it-talb lill-Madonna, ingħata bukkett fjuri lill-Madonna tal-Grazzja. Hawn ix-xufiera bil-muturi tagħhom ġew imbierka minn saċerdot. Il-pellegrinaġġ issokta billi għadda għal fejn l-Oratorju tal-patrijiet Missjunarji ta’ San Pawl, viċin l-Isptar Mater Dei, lejn San Ġwann, il-mini ta’ Triq Reġjonali, ix-xatt ta’ San Ġiljan, tas-Sliema, il-Gżira, Ta’ Xbiex u l-Imsida. Għaddejna għal Sa Maison, il-Furjana, Marsamxett, Sant’ Iermu u saret waqfa oħra ħdejn il-monument tal-qanpiena tal-gwerra ħdejn il-barrakka t’isfel fejn sar xi talb u l-korteo kompla.

Wara li kien għadda ftit ħin, deher riesaq filpost trakk ‘pick-up’ b’inkwadru tal-Madonna tal-Grazzja armat fuqu u mżejjen bil-karti talliedna bojod u blu li huma l-kuluri assoċjati malMadonna. Pellegrinaġġ: Minn fuq it-trakk tal-inkwadru l-organizzaturi bdew jagħtu struzzjonijiet lis-sewwieqa sabiex joqogħdu attenti, isuqu bil-galbu u xi avviżi oħra. Wara saret talba għall-protezzjoni lill- Madonna tal-Grazzja u fid-disgħa u għoxrin minuta beda l-korteo bil-muturi għas-Santwarju Bażilika ta’ Santa Marija Imtellgħa s-Sema fil-Mosta fejn saret l-ewwel waqfa. Hemm reġa’ ngħad xi talb u nstemgħet il-mużika tal-Ave Maria. Nistqarr magħkom li dak il-ħin ġismi qam xewk xewk bilferħ u l-pellegrinaġġ kompla billi għadda minn diversi lokalitajiet fosthom, Ħal Lija u Birkirkara minn fejn l-għassa tal-pulizija, Bażilika ta’ Santa

Suffraġju għall-Erwieħ għeżież tal-Familji Mizzi u Mifsud

53


Leħen il-Qala - Milied 2019 Għaddejna minn ħdejn il-pixkerija l-antika, iddwana u għat-telgħa tal-Kurċifiss sa ħdejn Ġnien Pietro Floriani u l-funtana tal-Iljun fi Triq Sant’ Anna. Minn hemm ħadna direzzjoni lejn il-Marsa, Triq Aldo Moro u Triq il-Baċir, Vjal Santa Luċija u għaddejna min-naħa taċ-Ċimiterju tal-Addolorata għal Triq Palma, Triq Ħal Luqa u Pjazza Antoine De Paule quddiem il-knisja maestuża ta’ Kristu Re f’ Raħal il-Ġdid. Komplejna billi nżilna n-niżla tat-Tarzna, taħt il-mina ta’ Bormla u komplejna triqitna lejn ilBażilika tal-Isla. Ġbidna lejn ix-xatt tal-Isla lejn il-Maċina u lura lejn Bormla minn Pjazza Gavino Gulia ħdejn l-istatwa miksija b’materjal kulur iddeheb. Il-pellegrinaġġ kompla u għaddejna minn fuq Verdala fi triqitna lejn il-Fgura fejn għamilna waqfa għall-mistrieħ fi Triq il-Liedna. Wara li xufiera preżenti xtraw xi souveniers tal-okkażjoni, f’nofsinhar il-pellegrinaġġ telaq għall-aħħar parti tiegħu. Filwaqt li lkoll kemm aħna konna fi Triq ilGranmastru Hompesh fil-Fgura, saret waqfa oħra quddiem il-knisja tal-parroċċa tal-lokal dedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Ingħata bukkett fjuri ieħor mill-kappillan tal-parroċċa, fejn issoktajna fi triqitna lejn Ħaż-Żabbar.

jistennew iċ-ċiklisti bir-roti li telqu mill-inħawi tar-Rabat Malta Nista’ nassigura lil min qed jaqra dan ir-rakkont li l-atmosfera ta’ ferħ li rajt fost iż-Żabbarin u nies oħra miġbura minn kull rokna ta’ Malta, personalment ħallietni bla kliem waqt id-dħul tal-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja flimkien mal-muturi u s-sewwieqa tagħhom. Għal diversi mumenti f’dan il-pellegrinaġġ, ħassejt ħafna ferħ intern, filwaqt li kont kburi li almenu, darba f’ħajti kont ħadt sehem attiv f’din il-manifestazzjoni hekk sabiħa f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja. ■

Mill-mina ta’ Hompesh ‘il ġewwa lejn ĦażŻabbar, it-triq kienet kollha nies ferħana jaraw il-pellegrinaġġ dieħel ġo belthom b’dik iddevozzjoni u atmosfera ta’ festa fl-istess ħin. Wara li għaddejna minn diversi toroq f’din il-lokalità, wasalna fi Triq is-Santwarju tal-Madonna talGrazzja fejn minħabba r-rassa tan-nies u bejn innumru kbir ta’ muturi, is-sewqan kien bilmod u b’ħafna waqfien. Fil-Pjazza tal-Madonna tal-Grazzja, li kienet iffullata bin-nies u bil-muturi, kien hemm l-Arċipriet Dun Evan Caruana. Malli lkoll kemm aħna waqafna quddiem is-Santwarju fin-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar, ġie rreċitat l-Angelus u wara li qal xi talb ieħor diversi membri talkleru dehru jgħaddu minn qalb ix-xufiera talmuturi u jberkuhom. Hemmhekk kien intemm ilpellegrinaġġ tal-muturi, però kienu għadhom qed

Segwi Leħen il-Qala fuq:

h�p://issuu.com/lehenil-qala jew

54

www.facebook.com/lehen.ilqala


Leħen il-Qala - Milied 2019

Rokna Le�erarja

WASLET FOSTNA L-KUNĊIZZJONI Għal darb’oħra Għawdex kollu qed jistenna b’ħerqa kbira din il-festa hekk għażiża ta’ kulħadd bla dubju l-mira.

Lilha jagħmlu festa kbira il-ħbieb tagħna l-Patrijiet, mixegħla, muż’ka mill-aqwa, paniġierku, tridijiet!

Għan-Novena n-nies tiffolla mal-ewwel sigħat tal-jum, tisma’ l-prietka b’dehwa kbira, xejn jimporta kemm se ddum!

Ma’ dħul l-istaġun tax-xitwa tfeġġ fuqna ġrajja sabiħa meta l-Mulej ‘l Ommu ħeles, fuq kull dnub ħarġet rebbieħa!

Triqatna ma jibqgħux lura iżda jxiddu lbies fin; pavaljuni, bnadar, statwi, pedestall bid-deheb zekkin!

Malta u Għawdex ta’ Marija, lilha jħobbu u jgħożżu sħiħ, għaliex jafu b’lilha magħhom huma żgur jagħmlu r-riħ.

U b’hekk tnisslet mingħajr tebgħa, tat lid-dinja lil l-Feddej li mid-dnub ilkoll ħelisna tal-imgħoddi u ta’ li ġej!

Tisma’ wkoll jindaqqu l-marċi u l-ħoss tal-isparar, bosta drabi jkollna t-tlielaq; żwiemel, dwieb, anki xi ħmar!

Ejja mela, o Diċembru, ġib miegħek l-Immakulata għaliex din hija s-sur qawwi, fuqha nserrħu din il-blata.

Statwa ħelwa tassew rari bis-sħiħ jgħożżu l-Frangiskani ġewwa l-knisja f’nofs ir-Rabat, imprezzabbli, wirt tant għani

Ġewwa l-Qala wkoll dil-festa tkun bil-bosta mistennija u fit-tmienja ta’ Diċembru atmosfera ferreħija!

Meta l-Ħadd flgħaxija toħroġ biex iddur mat-toroq tagħna, o Marija, itfa’ ħarstek u fi ħdanek dlonk ilqagħna.

illi Salvatore Psaila b’ħila kbira u sengħa fina irnexxielu mas-snin joħloq u bi mħabba dlonk jagħtina.

L-istess arja ukoll taħkem ġewwa Bormla bir-raġun: is-Sinjura ta’ bla tebgħa ir-ras saħqet tad-dragun.

Xerred fuqna l-barka tiegħek u iġbidna dejjem lejk sabiex wara din il-ħajja ġewwa l-Ġenna niġu ħdejk!

Kav. Joe M. Attard

Victoria, Għawdex - 2019

Suffraġju għar-Ruħ Għażiża ta’ Toni Cremona

55


Leħen il-Qala - Milied 2019 Taħt il-qilla tad-dnub tagħna Tlifna sew it-triq fid-dlam; Kif għamejna f’dak li hu fieragħ Kien għalina biss ingann. Għax x’hemm isbaħ mill-kenn tiegħek, Inti d-dawl li turi t-triq, Stilla tiddi timla s-sema L-ewwel dawl minn taż-żerniq. Kemm-il ħarsa int tfajt fuqna Meta l-ħażen kien viċin, Dħalt għalina quddiem ibnek Sabiex magħna jkun ħanin. Mara sbejħa liebsa l-abjad Żgur li isbaħ minnek m’hemmx, Inti Ommna Immakulata, B’serp taħt riġlek liebsa x-xemx. Fis-Santwarju Nazzjonali, Mibni f’ġieħek tant snin ilu, F’riġlejk jinxteħtu tant devoti, Għaliex Lilek jiġu jqimu. Il-Jum tat-8 ta’ Diċembru Nistennewh b’ħerqa qegħdin, Għaliex fih int toħroġ tbierek Lid-devoti u lill-Qalin. Int Omm kbira u ħanina, B’imħabba fonda liema bħala Int ressaqt lilna madwarek, Ħares lir-raħal tal-Qala. Mar-raġel safi Ġużeppi, Mexxina Int sewwa kuljum, Għażilnikom żewġ Padruni Tant kburin u bir-raġun. Taħt id-dell minn tas-Santwarju L-għeżież tagħna miġburin, Fil-mistrieħ li jixirqilhom l-Antenati tal-Qalin. Bukkett ward illum ġbarnilek Kollu fwieħa tan-natura, Hekk jixraqlek bil-wisq aktar Padruna tagħna ġejt maħtura. Isma’ mela l-karba tagħna Omm il-ġmiel, tama u ħniena, Ixħet fuqna l-grazzja tiegħek Minn dnubietna ġietna ndiema. Tal-Univers Inti Reġina Tarka kontra t-tentazzjoni, Kenn u sabar ifrex fuqna Viva l-Immakulata Kunċizzjoni! Mario Fenech - Tas-Sliema - 30/08/19

56

“Lil Marija Immakulata”


Leħen il-Qala - Milied 2019

Is-Santwarju tal-Immakulata tal-Qala Nitħasseb meta ngħarrex ġewwa żmienek, Nieqaf miblugħ u barra minn sensija Xħin naħseb fik u n-nies l’ int rajt f’dawk jiemek, Jittallbu l-grazzji f’dawk il-jiem waħxija. Kull ġebla li hemm fik tixhdilna seklu, Il-grazzji jixhdu t-tinqix l’hemm fik, Ġrajjiet itennu l-qniepen kull periklu Li f’dak il-baħħ taż-żmien għadda mingħalik. Qumu mejtin minsija, ixhdu l-ġrajja Ta’ dak il-jum ta’ dawl u ta’ sbuħija, Forsi l-ħsieb tagħhom kien x’għajta mill-plajja Minn tal-Appostlu l-Kbir mogħni b’kull dija. ‘Ma ż-żmien dejjem għaddej bla ma tittendi U int dejjem tistor, ikabbar il-leġġendi. Joseph Portelli – 1980.

Lil San Kerrew tal-Qala

Is-snin u l-jiem għaddew u int għadek magħna, L-ispirtu tiegħek għadu ħaj ġo fina. Il-forn l’int żort ta’ spiss hemm għadu magħna, Fejn int kont tmur ta’ spiss għal dik l-għaġina. In-nies ta’ dak iż-żmien kienu jitgħaxxqu Kif kienu jarawk ġej tiela’ mill-plajja. Għax fik kienu jaraw il-ħlejju kollu U l-ġmiel ta’ serħ li fik jinsab fil-ħajja. Jien fik nistrieħ, kif ninżel ġewwa qabrek, Għax ruħi tfur bil-ferħ, inħoss kull tama Li tnissi n-niket, qtugħ il-qalb u d-dnewwa. Terġa’ titnissel, u tbiegħed ‘l hemm kull għama. Hekk inti tibqa’ sserraħ il-qlub Kerrew ta’ qalbna, u tbegħedna mid-dnub. Joseph Portelli – 1983.

Lill-Erwieħ midfuna fiċ-Ċimiterju tal-Qala Nitħasseb jiena meta niġi ħdejkom Qalbi bħal tieqaf, taqbadni bħal dnewwa; ‘ma qabel nitlaq intenni t-talba, Terġa’ tfeġġ f’qalbi t-tama u l-ħlewwa. Intom tinsabu hawn mat-trab tal-art. Il-jiem u s-snin għaddew u intom mistrieħa Meħlusa minn kull hemm, kull għawġ, kull mard, Għat-talbiet tagħna biss intom miġwieħa. Ma nixba qatt intenni jien isimkom, Li jnisslu fija dik in-nostalġija Taż-żmien ta’ meta kontu għadkom magħna, ‘Ma tafu intom, minna qatt minsija. Għalikom spiċċa x-xogħol u t-tbatija, Issa tinsabu fl-hena u t-tgawdija. Joseph Portelli – 10.11.61.

57


Leħen il-Qala - Milied 2019 Mill-Uffiċċju Parrokkjali

Mill-1 ta’ Novembru 2018 sal-31 ta’ O�ubru 2019

miġbura minn Fr. Charles Bu�gieg

TGĦAMMDU FIL-FIDI NISRANIJA 25/11/2018 30/12/2018 30/12/2018 19/1/2019 22/1/2019 3/3/2019 20/4/2019 21/4/2019 11/5/2019 19/5/2019 23/6/2019 30/6/2019 28/7/2019 10/8/2019 25/8/2019 14/9/2019 22/9/2019 26/9/2019 13/102019

Elena Cremona Clara Buttigieg Clarise Azzopardi Marceline Ava Hedges Amelia Xerri Rihanna Saliba Isaac Mizzi Joel Muscat Giulia Ruscica Bonnie Camilleri Nathan Mejlaq Jean Bonello Noah Borg Paulos Buttigieg Estelle Marie Rapa Kylie Portelli Carlos Mejlaq Theodore Buttigieg Amber Buttigieg

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ FIL-PARROĊĊA Alexandra Grima ma’ Orlando Atzori Mario Rapa ma’ Stephanie Attard Joanne Xerri ma’ Franklin John Vella

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ BARRA L-PARROĊĊA Manuel Mizzi ma’ Diane Calleja Chantelle Tabone ma’ Charlie Xiberras Anthony Xerri ma’ Michelle Camilleri

MIETU BIS-SINJAL TAL-FIDI U MIDFUNIN FIĊ-ĊIMITERJU TAL-QALA 14/1/2019 19/1/2019 22/1/2019 27/1/2019 27/2/2019 10/3/2019 18/3/2019 22/3/2019 29/3/2019 3/4/2019 21/5/2019 27/5/2019 28/5/2019 15/6/2019 25/7/2019 26/7/2019 27/7/2019 3/8/2019 3/8/2019 5/8/2019 5/9/2019 9/9/2019 4/10/2019

58

Paolo Borg Rose Camilleri Doris Elvira Daily Carlo Filiberto Atzori Loreta Vella Mary Giordamaina Rosaria Theuma Adrian Norman Fox Josephine Buttigieg Anthony Buttigieg Mary Rose Mizzi Geraldine Ann Smith Francis Xerri Michelina Zammit Carmela Mizzi Margerita Buttigieg Michael Debono M’Antonia Camilleri George Buttigieg Teresa Buttigieg Paul John Devoy Rosemary Said John Muscat

Xewkija Qala Qala Kercem Qala Mosta Qala Qala Qala Kanada Qala Qala Qala Mosta Qala Qala Qala Nadur Victoria Qala Qala Qala Nadur

89 sena 83 sena 83 sena 70 sena 79 sena 49 sena 84 sena 75 sena 71 sena 74 sena 79 sena 65 sena 81 sena 83 sena 88 sena 85 sena 75 sena 87 sena 76 sena 83 sena 74 sena 58 sena 89 sena

Joseph Attard ma’ Ursula Drarviec Godwin Borg ma’ Carmen Schmidt


Leħen il-Qala - Milied 2019

Kronaka tal-Parroċċa  miġbura minn

Minn FR CHARLES BUTTIGIEG

Mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Novembru 2019. It-Tlieta 23 ta’ Lulju, fit-7.45 pm saret il-Velja ta’ Talb fil-knisja bi tħejjija għall-festa. Mexxa Patri Marcello Ghirlando OFM, u l-kant kien animat minn Mario Caruana.

filwaqt li l-kor parrokkjali San Ġużepp anima l-kant. Il-Banda tal-Qala Ite Ad Joseph laqgħet lil San Ġużepp fuq iz-zuntier u wara għamlet marċ fil-pjazza u madwar il-knisja.

L-Erbgħa 24 ta’ Lulju, assistejna għall-Ħruġ tal-Istatwa min-niċċa. Fis-7.00 pm saret ilKonċelebrazzjoni, li tat bidu għall-Festi ad unur talKbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp bis-sehem tażżgħażagħ. Wara kellna l-Ħruġ tal-istatwa titulari ta’ San Ġużepp min-niċċa fost kant u talb miż-żgħażagħ,

Il-Ħamis 25 ta’ Lulju, kien Jum it-Tfal. Filgħaxija, fis-7.00 pm saret il-Konċelebrazzjoni tal-Ewwel Jum tan-Novena għat-tfal kollha. Fit-8.30 pm saru l-Fun Games għat-tfal kollha fil-pjazzetta. Il-Kunsill Lokali pprovda l-puppet show. Il-Ġimgha 26 ta’ Lulju, fit-8.30 pm sar BBQ kbir filbajja ta’ Ħondoq organizzat mill-Għaqda tal-Briju San Ġużepp. Il-Ħadd 28 ta’ Lulju, fil-5.30 pm saret quddiesa bis-sehem tal-morda kollha mmexxija mill-Kan. Joe Cardona. Fit-8.00 pm ġiet imtellgħa Serata ta’ Divertiment u ta’ Talent Lokali fil-pjazzetta għallfamilja kollha, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Il-Mistieden speċjali kien Joe Demicoli. It-Tnejn 29 ta’ Lulju, fit-8.30 pm saret Tombla kbira, ikel, xorb u logħob għat-tfal organizzata mill-Għaqda tal-Armar fil-pjazzetta u fil-pjazza bilkollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. It-Tlieta 30 ta’ Lulju, fil-5.00 pm saru t-Tiġrijiet taż-żwiemel fil-korsa tax-Xħajma. Fid-9.00pm sar il-Kunċert Mużikali imtella’ mill-Banda tal-Qala filpjazza ewlenija mmexxi mis-Surmast tal-Banda Mro. Mark Gauci. Ingħata l-‘Premju Assunta Mifsud’ lill-bandisti John Paul Buttiġieġ, Jonathan Mifsud u Chantelle Zammit. L-Erbgħa 31 ta’ Lulju, sar BBQ Buffet kbir b’risq il-Festa fil-pjazza fid-9.00pm. Kien hemm live Entertainment minn Cash and Band. Il-Ħamis 1 ta’ Awwissu, fid-8.45pm sar riċeviment

Suffraġju għar-Ruħ Għażiża ta’ Salvu Said

59


Leħen il-Qala - Milied 2019

għall-emigranti Qalin, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fid9.15pm bdew il-marċijiet mill-baned tal-Qala u ta’ Sannat minn Ta’ Kassja. Fl-12.15am ġie imtella’ Feature mill-Għaqda tal-Briju fi pjazza Isqof Buttiġieġ. Is-Sibt 3 ta’ Awwissu, fis-7.00pm saret itTranslazzjoni Solenni. Mexxa l-quddiesa l-Kan. Dr. Joe Zammit, Arċipriet Emeritu. F’nofsillejl kien hemm il-Wirja tan-Nar tal-Art u Show spettakulari bl-isem ‘Shades of Fire. Second Edition’ fil-pjazza. Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu, Festa ta’ San Ġużepp. Fid-9.00 am attendejna bi ħġarna għall-quddiesa pontifikali ta’ jum il-festa mmexxija mill-Isqof tagħna, fejn l-Arċipriet tax-Xagħra u Arċipriet Emeritu Mons. Carmelo Refalo għamel il-paniġierku. F’nofsinhar

sar il-marċ brijuż mill-Banda tax-Xewkija. Fis6.30pm sar il-Kant tal-Għasar u fis-7.20 pm assistejna għall-Ħruġ Solenni tal-Purċissjoni. Kien hemm ukoll spettaklu tan-Nar tal-Ajru. Fl-10.00 pm sar id-dħul tal-Purċissjoni u Antifona u Barka Sagramentali. Il-Ħamis 8 ta’ Awwissu, fis-7.00 pm fakkarna t-48 sena minn meta l-Kwadru Titulari ta’ San Ġużepp ġie inkurunat, b’quddiesa solenni mmexxija millArċipriet tagħna Dun Injazju Borg.

60

L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, ħadna sehem fil-Velja djoċesana ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier tas-


Leħen il-Qala - Milied 2019

Santwarju Ta’ Pinu, fit-8.00 pm li din is-sena kienet immexxija mill-isqof ġdid fil-Perù Mons. Giovanni Cefai. It-Tnejn 19 ta’ Awwissu, kellna magħna lillIsqof tal-Peru’ Mons. Giovanni Cefai. Wara sar BBQ organizzat mill-Banda tal-Qala mit-8:00pm ‘il quddiem fi Ġnien il-Familja l-Qala. It-Tlieta 27 ta’ Awwissu, ilqajna fostna mill-ġdid lis-seminarista tagħna Gabriel Vella, wara sena esperjenza pastorali ġewwa Modena l-Italja. Is-Sibt 31 ta’ Awwissu, tajna bidu għas-Sibtijiet talKunċizzjoni. Filgħodu fis-6.00 am qaddes il-Kan Dun

61


Leħen il-Qala - Milied 2019 Karm Portelli min-Nadur. Filgħaxija fis-6.00 pm sar ir-rużarju quddiem l-Ewkaristija u fis-6.30 pm saret il-quddiesa. It-Tnejn 2 ta’ Settembru, iltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Piju fis-6.30 pm għall-adorazzjoni u fis-7.00 pm għall-quddiesa mmexxija minn Fr. Charles Buttiġieġ. Il-Ħadd 8 ta’ Settembru, Grupp ta’ Fratelli u parruċċani akkumpanjati minn Raymond Cefai marru għall-Festa tal-Isla. It-Tnejn 9 ta’ Settembru, il-Banda tal-Qala organizzat ħarġa bit-Train għax-Xatt u Marsalforn. It-Tnejn 16 ta’ Settembru: Fakkarna l-155 sena mittwaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Il-Ġimgħa 20 sal-Ħadd 22 ta’ Settembru: Ġie organizzat mill-Kunsill Lokali, il-Qala International Folk Festival. Il-Ħadd 22 ta’ Settembru, fil-quddiesa tat-8.30 am li kienet għat-tfal u l-istudenti kollha sellimna lisseminarista Fabio Cini li tul din is-sena għamel sena ta’ ħidma fostna. Sar ukoll it-tberik tal-basktijiet taliskola. It-Tlieta 24 ta’ Settembru: Il-Grupp ta’ Patri Piju mar bħas-soltu l-Kapuċċini għall-Festa liturgika ta’ Patri Piju. Il-Ħamis 26 ta’ Settembru: Fis-7.30 pm saret laqgħa importanti għall-ġenituri kollha tat-tfal tad-duttrina fil-Museum tas-Subien immexxija mill-Arcipriet. Is-Sibt 28 ta’ Settembru: Saret Healing Mass fil-knisja fis-7.00 pm immexxija minn Patri Hayden Williams OFM Cap bi preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna tas-Saħħa. Mill-10.00 pm sal-5.00 am sar lejl ta’ adorazzjoni u talb tar-rużarju għall-paċi fid-dinja u għall-bżonnijiet tal-Knisja. Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, saret il-Festa tal-Madonna tas-Saħħa, fil-5.00 pm b’konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Roberto Gauci. Wara saret il-Purċissjoni tant devota bil-kwadru mirakoluż bis-sehem talFratelli kollha u d-devoti kollha minn Malta u Għawdex. Mit-Tnejn 30 ta’ Settembru sal-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru: Saret il-Ġimgħa Mużewmina, ġimgħa ta’ tagħlim nisrani, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija kuljum fil-Mużew tas-Subien. Din is-sena l-Museum tasSubien fakkar il-75 sena mit-twqqif tiegħu fil-Qala. Matul din il-ġimgħa saret quddiesa tal-okkażjoni fil-bitħa tal-Museum tas-Subien li fiha sar ukoll ilmandat lill-katekisti u l-qasam ippubblika ktejjeb dwar l-istorja tal-Museum fil-Qala.

62

Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru, nqara fil-quddies kollu filparroċċa tagħna l-messaġġ speċjali għalina l-Qalin tal-Isqof Mario Grech li kien għadu kif beda missjoni ġdida ġewwa Ruma dwar is-Sena Ġużeppina filparroċċa tal-Qala. F’din l-okkażjoni l-Arċipriet nieda programm speċjali pastorali mibni fuq il-laqgħat għall-kategoriji kollha fil-parroċċa u tagħlim dwar San Ġużepp, il-konsagrazzjoni ta’ kull familja taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp fiż-żjajjar mis-saċerdoti

u xogħol volontarju f’ Dar Arka u fid-Dar talProvidenza. It-Tlieta 8 ta’ Ottubru: Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla organizzat Healing Mass. Fil-5.30 pm saret l-adorazzjoni u fis-6.30 pm saret il-quddiesa ta’ fejqan immexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM u bil-kant animat minn Mario Caruana. Din issena Patri Marcello ser jagħtina tagħlim importanti dwar San Ġużepp. Is-Sibt 12 ta’ Ottubru l-kumitat tan-Nar tal-Festa organizza ħarġa għall-BirguFest. Il-Ħamis 17 ta’ Ottubru fis-6.30 pm saret l-adorazzjoni ta’ darba fix-xahar immexxija mill-Arċipriet Dun Injazju Borg u bil-kant animat minn Mario Caruana. It-Tlieta 22 ta’ Ottubru saret laqgħa tal-Katekeżi ta’ darba fix-xahar immexxija mill-Arcipriet fis-6.45 pm. Il-laqgħa saret fic-Ċentru Parrokkjali fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ. Il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru, wara nofsinhar sal-Ħadd sar il-bażar ta’ San Martin b’risq il-linef il-kbar talknisja fil-garage ta’ Ġuża Sultana. Kien hemm ħelu, pasti, qassatat, fjuri, qsari, xitel, bukketti u qlub. Is-Sibt 23 ta’ Ottubru mis-6.00 pm sat-8.00 pm sar Seminar importanti għall-ġenituri kollha u t-tfal tad-duttrina fil-Mużew tas-Subien. Ġie jkellem lillġenituri Fr Franco Fenech, waqt li t-tfal kellhom attivita’ mħejjija mill-adolexxenti tal-parroċċa. Kellhom ukoll animation li żammithom attivi ħafna. Dakinhar ukoll l-Ispigolatrici della Chiesa organizzaw quddiesa fil-knisja tal-Qala fis-6.00 pm u wara mexxew adorazzjoni b’talb għall-qdusija tal-persuni kkonsagrati. Is-Sibt 2 ta’ Novembru: Fakkarna l-għeżież mejtin tagħna. Filgħaxija saret il-Konċelebrazzjoni Solenni fil-beraħ immexxija mill-Arċipriet fuq iċ-ċimiterju qrib l-għeżież tagħna, dritt wara l-Pellegrinaġġ li telaq mill-pjazza tal-Qala fil-5.15 pm. Kien mument tassew sabiħ fejn tlabna qrib l-għeżież tagħna. It-Tlieta 12 ta’ Novembru: Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla organizzat Healing Mass. Fil-5.30 pm saret l-adorazzjoni u fis-6.30 pm saret il-quddiesa ta’ fejqan immexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM. Patri Marcello kompla jgħallimna dwar ilfigura ta’ San Ġużepp. Il-Ħadd 17 ta’ Novembru il-Banda tal-Qala flimkien mal-Għaqda Każini tal-Banda organizzat il-quddiesau l-marċ fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Ċeċilja. Il-Ħamis 21 ta’ Novembru fis-6.30 pm saret l-adorazzjoni ta’ darba fix-xahar immexxija millArċipriet Dun Injazju Borg. Is-Sibt 23 ta’ Novembru: Fis-Santwarju talKunċizzjoni wara l-quddiesa tal-5.30 pm assistejna għall-ħruġ tal-istatwa titulari tal-Kunċizzjoni minniċċa. Il-Ħamis 28 ta’ Novembru: Tajna bidu għan-Novena tal-Festa tal-Kunċizzjoni. ■


Leħen il-Qala - Milied 2019 Ir-Ritra� ta’ din il-Ħarġa: (Nru. 23)

Dun Karlu Vella mal-Membri tal-Azzjoni Kattolika Sezzjoni Rġiel – Qala.

Ritratt misluf lilna mis-Sinjorina Conette Portelli, li jmur lura aktar minn sebgħin sena ilu. Dan hu ritratt li juri lir-Reverendu Dun Karlu Vella (Tal-Maġġa), flimkien mal-membri tal-Azzjoni Kattolika, fergħa tal-irġiel tal-Qala. Dawn kienu jiltaqgħu fiċ-Ċirkolu tal-Azzjoni, fejn illum hemm iċ-ċentru tażżgħażagħ fi Triq it-28 ta’ April 1688, (dakinhar Triq l-Imgarr). Ippruvajna bosta tentattivi biex nippruvaw ngħarrfu xi persuni minn dawn is-36 persuna, però bi tbatija rnexxilna ngħarrfu xi wħud minnhom. Mix-xellug għal-lemin: It-tieni filliera: is-sebgħa wieħed, Ġużepp Camilleri (Tal-Kitarra – ex-Pulizija). It-tielet filliera: it-tielet wieħed, Kelinu Spiteri (Tal-Ħarti). Ir-Raba’ filliera: l-ewwel wieħed, Ġużepp Abela (Ta’ Kelula), l-aħħar wieħed Ġużepp Grima (Ta’ Baldini). Fuq wara nett iżomm l-istandard: Anġlu Portelli (Tal-Kirċ, missier Conette, kien għadu Ġuvni). F’isem il-Bord Editorjali nirringrazzjaw lis-Sinjorina Conette Portelli u nistiednu oħrajn li għandhom fil-pussess tagħhom xi ritratti antiki biex isellfuhomna għall-pubblikazzjoni u nrodduhom lura mmedjatament u grazzi bil-quddiem.■ EUCHAR MIZZI - L-Editur

E-mail: lehenilqala@gmail.com

63


Leħen il-Qala - Milied 2019

GELLUXA SUPPLIES LTD General Merchant Store A, N.B. Grunju Street, Qala, Gozo T: 2155 1555 F: 2155 4273 M: 9982 4300 E: gelluxa@maltanet.net

Xerri il-Bukkett Bar - Restaurant Pizzeria 64

Zewwieqa Road, Qala - Gozo Tel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394 Mob: 9949 0679 E-mail: bukkett@maltanet.net

Tal-Kelba Building Contractor Crane & Generator Hire Contact: Raymond Cefai ‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, Gozo

Tel: 21557847 - 21562532

Mobile: 9949 3169


CUSTOMIZE

Pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa fl-okkażjoni ta’ din is-Sena Ġużeppina, organizzat mill-Parroċċa tal-Qala

Inżuru: Postijiet marbuta mal-istorja tas-salvazzjoni tagħna, u ma’ San Ġużepp. Nażaret, il-Muntanja Tabor, l-Għadira tal-Galilea, Kafarnaum, Kana, Betlem, Ġerusalemm, il-Ġetsemani u postijiet oħra.

Hi okkażżjoni unika fejn bħala Parroċċa nġeddu l-fidi tagħna permezz taż-żjara f’dawn il-postijiet tant għeżież marbuta mal-fidi tagħna. Il-ġranet huma mis-6 sal-14 ta’ Awwissu 2020.

• Prezz Kbar: €1450 kollox inkluż. • Prezz Żgħar: minn 12-il sena l-isfel €1,000 kollox inkluż. Il-quddiem ser nibgħatu l-programm ta’ dan il-pellegrinaġġ. Jekk ma tridux li toħorġu ddisgustati, ejjew inkitbu malajr fl-Uffiċċju Parrokkjali, għax il-postijiet huma limitati.



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.