Lehen il-Qala Festa 2019

Page 1

Leħen il-

Qala

Festa 2019


dSt. Joseph Square, Qala, Gozo Tel: (356)2155 6242 Mob: (356)7942 7014


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il‑Kelma tal‑Arċipriet Dun Nazju Borg

Mat-tmiem ta’ Lulju nkunu wasalna wkoll lejn tmiem ta’ sena Pastorali oħra li tasal fi tmiemha bil-festa tant mistennija u mixtieqa għalina l-Qalin, il-festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Din is-sena barra li kienet sena pastorali intensa, tibqa’ mfakkra għal diversi proġetti ta’ restawr u manutenzjoni li saru fil-parroċċa. Bdejna bir-rinnovament tal-ewwel parti taċĊentru Parrokkjali, il-koppla, il-kampnar, il-bejt tal-knisja, il-kalamita, u nispiċċaw bis-Santwarju tal-Kunċizzjoni li sar xogħol estensiv fil-ħitan minn ġewwa kif ukoll fis-sistema tad-dawl. Ħafna minn dan ix-xogħol sar bil-għajnuna u s-sapport ta’ ħafna minnkom. Dan ir-restawr iġegħelna nirriflettu fuq restawr ieħor li hu urġenti daqs jew aktar mirrestawr li għamilna tul din is-sena. Qed nirreferi għar-restawr fil-ħajja tal-fidi tagħna. Hu fatt li kulma jmur il-fidi fil-qlub tan-nies tagħna qed dejjem tonqos. Dan jidher ċar minn diversi fatturi, l-attendenza għall-quddies partikularment talĦadd, il-mod ta’ kif inħarsu lejn is-Sagramenti, ilmod kif inħarsu lejn il-Katekiżmu ta’ wliedna, illaqgħat tal-adolexxenti u taż-żgħażagħ tagħna, ilkważi rifjut għal-laqgħat ta’ formazzjoni u tagħlim Nisrani kemm mill-koppji kif ukoll mill-adulti, innuqqas ta’ commitment fil-ħajja Nisranija. Dawn u ħwejjeġ oħra jindikaw li l-fidi fi Kristu rxoxt ma għadhiex tant importanti. Għad jiġi żmien

u mhux tant imbiegħed, li lanqas ma’ nressqu aktar lil uliedna għas-Sagramenti. Quddiem din is-sitwazzjoni rridu nagħmlu l-għażla, jekk ma nagħmluhiex din l-għażla u nkomplu nkaxkru, inkunu qed nagħmlu ħsara kbira lilna nfusna, lil uliedna u anke lill-Knisja. Irid ikollna l-kuraġġ li nwettqu dak li ngħidu b’għemilna. Insaqsu lilna nfusna: Il-mod kif ngħix, l-istil tal-ħajja tiegħi x’inhu jurini u jgħidli? Kristu għad fadallu post fil-ħajja tal-familja tiegħi? Qed inkun fidil lejn dak li qed jitlob minni? Għax hu stess qalilna “Min iħobbni jħares kelmti” . Ma rridx inkun pessimist iżda nixtieq li nkun realista. Mhux qed ngħid li kollox spiċċa, iżda żgur li hemm bżonn li nieħdu deċiżjoni. U din it-talba li nixtieq nagħmel lill-Patrun tagħna San Ġużepp, sabiex kif għalih kienet l-għożża u l-għaxqa tiegħu li jħaddan miegħu lil Ibnu Ġesù, hekk aħna lkoll membri ta’ din il-Komunita’ Parrokkjali bħalu ma nehdew qatt milli nħaddnu magħna lil Ġesù billi ngħixu l-kelma Tiegħu, nersqu lejn is-sagramenti u nħobbu lil xulxin kif ħabbna Ġesù. Nixtieq ninqeda b’din l-okkażjoni billi minn qalbi nixtieq il-Festa t-Tajba lill-morda, lill-anzjani, lill-emigranti u lil dawk fostna li għalihom il-festa flok hi mument ta’ ferħ, hi mument ta’ dieqa. Nixtieq nawgura minn qalbi wkoll il-Festa t-Tajba lil kull membru ta’ din il-komunità Ġużeppina. ■

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Kappillani, Arċiprieti u Saċerdoti Qalin kollha

1


Leħen il-Qala - Festa 2019

Leħen il‑Qala Il-47 Sena • No. 130 - Serje F - No. 14 • Festa 2019

B o r D E D i to r ja l i Arċ. Dun Nazju Borg Chairman Mary Josette Xerri Joe Grima Qari tal‑Provi Mary Josette Xerri Buttigieg Rose Ġbir tar‑Reklami Fr. Charles Buttigieg Fr. Noel Debono Membri

Euchar Mizzi Editur Frankie Buttigieg Joseph Michael Cefai Frankie Ion Magro Joe J.P. Zammit Anaca Photograghy Lorne Cremona Frankie Pisani u diversi oħrajn Ritratti

Ritratt fil-Qoxra: Il-Faċċata tal-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp wara x-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-koppla u l-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Hajr lil Frankie Pisani u Lorne Cremona

2

F’Din il‑Ħarġa Il-Kelma tal-Arċipriet 1 Editorjal 3 Messaġġ tal-Festa mis-Sindku tal-Qala 4 Il-Papa Benedittu XV 6 Il-ħolm ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu u San Ġużepp 9 Is-silenzju ta’ San Ġużepp 11 Ghalfejn “żmien barra”? 13 Il-Parroċċa tal-Qala ssir Arċipretali 14 Ħidma mwettqa matul is-sena li għaddiet 16 Kumitat tal-festa - l-ewwel tax-xorta tiegħu 19 Revoluzzjoni bil-bniedem! 20 Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa Matul din is-sena pastorali fil-Qala 21 MUSEUM Bniet 22 MUSEUM Subien 23 Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla 28 Leġjun ta’ Marija 29 Katekeżi tal-Adulti 30 Grupp tal-Koppji 31 Formazzjoni tal-Għarajjes 32 Abbatini 33 Laqgħat għall-Familji 34 Laqgħat għall-Ġenituri 35 Organizzazzjoni tan-Nar 36 Grupp tal-Qniepen 38 Għaqda Armar San Ġużepp 39 Radju Leħen il-Qala 40 Għaqda Briju San Ġużepp Qala 41 Banda ‘Ite ad Joseph’ 42 Għaqda Drammatika tal-Qala 43 Għix il-ħajja fit-tajjeb 44 Sena ta’ proġetti b’risq il-Komunità Parrokkjali 46 Suppliment Restawr 49

Prietka antika fuq il-Vanġelu tal-Festa

53

Festa a time of happiness Programm tal-Festa San Ġużepp Mid-Djarju ta’ Ġużepp Debono Australian Qala Association San Ġużepp fil-Knejjes t’Għawdex Sleep and Health Rokna Letterarja Kronaka tal-Parroċċa Nifirħu lill Raymond Xerri Tfal u Studenti li rċevew l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma Ritratt tal-Ħarġa

57 58 63 65 71 73 75 79 85 86 87

■ Direzzjoni u Amministrazzjoni: Uffiċċju Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex. Tel/Fax: 2155 6684 ■ Toħroġ tliet darbiet fis-sena, fix-xhur t’April, Awwissu u Diċembru, u titqassam b’xejn iżda kull offerta tiġi aċċettata. ■ Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-korrispondenti tal-artikli li jiġu ppubblikati m’humiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali. ■ Kull korrispondenza għandha tintbagħat lill-Bord Editorjali, “Leħen il-Qala”, Dar Parrokkjali, Pjazza San Ġużepp, Qala, Għawdex, jew e-mail: lehenilqala@gmail.com ■ Stampat: A&M Printing Ltd. Qala. Tel: 2155 3217


Leħen il-Qala - Festa 2019

Editorjal Niċċelebraw Flimkien l-Għid ta’ San Ġużepp! Euchar Mizzi

Żmien il-Festa ta’ San Ġużepp reġa’ magħna. Din hija l-Festa tagħna, tal-Poplu tal-Qala. Festa li minn dejjem kienet, għadha u tibqa’ parti integrali minna l-Ġużeppini Qalin. Okkażjoni li sservi ta’ vetrina ta’ dak kollu li l-Qala għandha x’toffri lill-viżitaturi u lill-barranin li jiġu bi ħġarhom iżuru s-Santwarju Ġużeppin tagħna, kif ukoll sabiex jiddevertu u jixxalaw magħna waqt ilmanifestazzjonijiet esterni li jinżammu kuljum filgħaxija matul il-ġimgħa tal-Festa. Nippreparaw għas-Sena d-dieħla! Għall-grazzja t’Alla wasalna biex is-sena li ġejja niċċelebraw il-Festa Ċentinarja meta fit-8 ta’ Diċembru 2020 jaħbat għeluq il-150 Sena minn meta Papa Piju IX kien iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Niftakru li f’għeluq il-mitt sena ta’ dan il-patrunaġġ, l-Eċċ. Tiegħu, il-mibki Isqof t’Għawdex Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, dakinhar Amministratur Appostoliku, kien ippubblika Ittra Pastorali bl-isem; “Taħt ilĦarsien ta’ San Ġużepp”, li ġġib id-data tal-24 ta’ Lulju 1971. Però dwar din l-ittra jkollna ċ-ċans nitkellmu aktar fid-dettall is-sena li ġejja. Għalhekk naħseb li jkun sewwa u xieraq li nibdew naħsbu minn issa sabiex nagħmlu tifkira xierqa u denja ta’ dan iċ-Ċentinarju Ġużeppin tant għażiż għalina u għall-Ġużeppini kollha Maltin u Għawdxin. Għalhekk ejjew nagħmlu ħilitna kollha sabiex

nippruvaw nimitaw lil dan il-Qaddis Kbir tagħna u nieħdu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw lil kull min jagħti sehmu sabiex tkun organizzata Festa Ġużeppina mill-aspetti kollha li minnhom hi magħmula. L-ewwel billi nattendu għall-funzjonijiet tal-knisja, imbagħad billi nipparteċipaw fil-manifestazzjonijiet ta’ barra u billi nagħtu l-għajnuna kollha tagħna kemm finanzjarjament, billi nagħtu daqqa t’id fl-armar u t-tiżjin ta’ ġewwa u ta’ barra l-knisja, kif ukoll fiżżarmar u l-ġabra lura tad-drapp u tal-armar kollu bil-galbu sabiex ma ssirx ħsara bla bżonn. Is-sena li ġejja hija wkoll il-55 Anniversarju minn meta l-Parroċċa tal-Qala ġiet promossa għall-grad ta’ Parroċċa Arċipretali mill-mibki Papa San Pawlu VI. b’digriet tal-21 t’April 1965, li jġib il-firma tal-Kardinal Pietro Ciriaci, Prefett tas-Sacra Congregazione del Concilio. Dan seħħ tul il-Veskovat ta’ Mons. Ġużeppi Pace, Isqof t’Għawdex. Dwar dan l-avveniment għandkom issibu artiklu f’din il-ħarġa f’paġna 14. Nifirħu u nawguraw: Qabel nagħlaq nixtieq nifraħ minn qalbi lill-Mons. Lawrenz Xerri f’għeluq il-60 Sena tasSaċerdozju tiegħu – 60 Sena ta’ ħidma Pastorali fost il-merħla li l-Mulej afdalu f’idejh. L-istess irrid nifraħ lill-Fr. Joe Falzon O.Carm. li wkoll qed jiffesteġġja l-50 Sena Saċerdotali tiegħu. Liż-żewġ Saċerdoti żelanti u ħabrieka wlied il-Qala nirringrazzjawhom tal-ħidma kbira Pastorali tagħhom u minn qalbna nawgurawlhom u ngħidulhom. Ad Multos Annos! Irrid nifraħ ukoll lis-Sinjura Carmela Vella li l-Mulej għoġbu jżejjinha b’103 snin li matulhom rabbiet familja kbira u sabiħa u li għadhom igawdu u jħobbu lil xulxin sal-ġurnata tal-lum. Happy Birthday Carmela! Nieħu din l-opportunità biex nagħti l-Festa t-Tajba lill-Qalin u lill-Ġużeppini kollha!■

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Ġanni u Ġuża Mizzi

3


Leħen il-Qala - Festa 2019

Messaġġ tal-Festa ta’ San Ġużepp mis-Sindku tal-Qala Is-Sur Paul Buttigieg

Għeżież Qalin, Reġa’ wasal sajf ieħor u dan ifisser li l-festa talpatrun tagħna San Ġużepp tinsab magħna. Kif wieħed jista’ jimmaġina, festa bħalma nagħmlu aħna tinvolvi ħafna xogħol li tant voluntiera jagħmlu minn qalbhom b’imħabba lejn San Ġużepp u l-parroċċa tagħna. Hi ħaġa sabiħa u importanti li napprezzaw ixxogħol ta’ dawn il-Qalin imma jkun ferm isbaħ li nieħdu l-eżempju tagħhom u nagħmlu ħilitna, kulħadd bil-mod tiegħu, biex nagħtu l-kontribut tagħna b’risq ir-raħal tal-Qala u l-parroċċa tagħna. B’dan il-ħsieb f’moħħi, sa minn qabel bdejt inservi lill-Qalin fil-Kunsill Lokali, dejjem rajt kif nista’ nagħti s-sehem tiegħi għall-ġid ta’ raħalna. Kif jafu ħafna, sa mill-bidu li feġġet il-kwistjoni ta’ Ħondoq ir-Rummien, kont minn ta’ quddiem biex niġġieled u nħares l-interessi tal-Qalin u r-raħal tagħna.

Kunsillier

Malli ġejt elett fil-Kunsill Lokali bħala kunsillier, fost affarijiet oħra rajt li fejn ir-residenti tal-Qala jkunu qed isofru xi forma ta’ inġustizzja, nara li din l-inġustizzja tissolva. Għal dan il-għan, bissapport tagħkom il-Qalin irnexxielna fost l-oħrajn insalvaw il-wied tal-Marġa; inwaqqfu rimi ta’ skart fiż-żona Ta’ Muxi; u nagħmlu petizzjoni biex noġġezzjonaw għall-iżvilupp fiż-żona Tas-Salib. Fiż-żmien li fih kont kunsillier, irnexxieli wkoll inwaqqaf trakkijiet milli jgħaddu kontra r-rotta ndikata lilhom b’tant inkonvenjent għar-residenti; ħdimt biex isir water culvert fi Triq il-Kunċizzjoni biex tittaffa l-problema ta’ għargħar f’dik it-triq kull meta tagħmel ix-xita; u stinkajt biex issir triq bis-siment f’Tas-Simar.

m’għandhomx in-nar għaddej minn wara l-bibien tagħhom kull ġimgħa tul is-sajf kollu.

Sindku

F’inqas minn sentejn li ilni nservi lill-poplu tal-Qala bħala sindku, b’wiċċi minn quddiem nista’ ngħid li rnexxieli nagħmel ħafna xogħol. Dan ix-xogħol ivarja minn ħidma ta’ day to day running sa proġetti li bihom jibbenefikaw ir-residenti tal-Qala. Kif wieħed jista’ jimmaġina, biex iżżomm raħal nadif kuljum jinvolvi ħafna xogħol u biex nagħmlu dan għandna ħaddiema li ta’ kuljum iduru mattoroq tagħna biex inaddfuhom kemm mill-ħmieġ u kemm mill-ħaxix ħażin. Rajna wkoll li żoni magħrufa għar-rimi tal-iskart bħalma hi ż-żona Taċ-Ċawl jiġu mnaddfa u ħadna l-okkażjoni biex f’Earth Day tiġi organizzata clean up. Biex inżidu s-sigurta’ u biex nevitaw li jsir vandaliżmu ġew installati security cameras ħdejn Ġnien Maġistrat Salvu Attard u fi Triq il-Wileġ. Jixraq li t-tindif fir-raħal kollu jkun kumplimentat minn tisbiħ tal-ambjent u għal dan il-għan saret manutenzjoni fil-playing field ta’ Ġnien il-Familja fejn anke nbidlet parti mis-sistema tad-dawl; tħawlu 350 siġra u arbuxelli ġodda fil-belveder; qed isir taħwil regolari ta’ pjanti u siġar f’żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill; u qed isir kontinwament bini ta’ ħitan tas-sejjieħ mġarrfa f’diversi postijiet madwar ir-raħal.

Inġustizzja oħra li kienu qed isofru r-residenti tal-Qala kienet li n-nar pirotekniku li jinġieb minn Malta għall-festi Għawdxin kollha kien qed jinħatt f’Ħondoq ir-Rummien u jispiċċa jkun ta’ periklu għar-residenti tal-Qala meta dan jgħaddi fit-trakkijiet mit-toroq tagħna. B’insistenza tiegħi rnexxielna nwaqqfu din l-inġustizzja u llum il-Qalin jistgħu jkunu moħħhom mistrieħ li

4

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Ġużepp, Loreta u Kelina Debono


Leħen il-Qala - Festa 2019 jkompli jsir it-tindif u l-manutenzjoni tal-widien tagħna u diġa saru l-preparamenti biex isir dan ixxogħol fil-wied li jitlaq mill-Wileġ, jgħaddi minn tal-Marġa u jispiċċa f’Ħondoq ir-Rummien u filwied kollu Ta’ Grejgel. Wara li diġa ġew installati WIFI hotspots fi Pjazza San Ġużepp u f’Ħondoq ir-Rummien issa se ssir installazzjoni ta’ aktar WIFI hotspots madwar ir-raħal kollu u fil-pjazza ewlenija tar-raħal se jitwaħħal defibrillator biex f’każ ta’ emerġenza jkun jista’ jintuża. Fi Ġnien il-Maġistrat Salvu Attard se ssir it-tiswija fuq it-tapiti u se jinbidlu l-bandli. Hija prijortà tagħna li nużaw ir-riżorsi li għandu l-Kunsill Lokali bl-aħjar mod biex intejbu l-infrastruttura tal-Qala. F’dawn is-sentejn sar kisi bit-tarmac fi Triq Ta’ Kassja, Triq Ġdida fi Triq il-Mitħna, il-parti t’isfel ta’ Pjazza San Ġużepp u parti sostanzjali minn Andar ix-Xagħri (li saret blispejjeż tal-kuntrattur). Sar ukoll, refurbishment tattoilets pubbliċi ta’ Pjazza San Ġużepp u Ħondoq ir-Rummien; issewwiet is-sistema elettrika ta’ taħt l-art fi Pjazza Repubblika u żdiedu l-ispotlights; u saru traffic management plans f’Tal-Marġa u Ta’ Cini.

Il-festival annwali QIFF jirrikjedi ħafna xogħol ta’ organizzazzjoni u ħafna fondi. Ħafna mix-xogħol għal festival ta’ din is-sena diġa’ sar biex din issena, QIFF ukoll ikun suċċess.

Ir-residenti huma fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsill u għalhekk ittieħdu diversi inizjattivi għal dan ilgħan. Ħdimt ma’ MGOZ biex fir-raħal tagħna ġiet imnedija day centre fejn isiru lezzjonijiet tal-ganċ, ganutell, patchwork, u eżerċizzi fiżiċi. Barra minn hekk, is-sala tal-Kunsill qiegħda wkoll tintuża bħala scrabble club u għall-ball room dancing u saru wkoll korsijiet tal-biedja organika u dwar siġar u pjanti. Minn żmien għal żmien jiġu organizzati wkoll ħarġiet għar-residenti tal-Qala, kemm f’Malta u anke f’Għawdex.

Ħidma f’din il-leġiżlatura

Dak li sar s’issa għadu mhux biżżejjed - issa jmiss li nħarsu ‘l quddiem u naraw kif nistgħu nagħmlu aktar xogħol b’risq il-Qala. Fil-fatt diġà saru preparamenti ta’ proċeduri amministrattivi (li jieħdu ħafna ħin), u nġabu l-fondi meħtieġa biex ikunu jistgħu jitwettqu diversi proġetti. Se jsir traffic management plan għal Triq il-Kunċizzjoni u b’kollaborazzjoni ma’ MGOZ se jitkompla l-water culvert fil-bidu ta’ Triq il-Kunċizzjoni, minn Pjazza San Ġużepp sal-Wied tal-Marġa u culvert ieħor mat-tul kollu tal-iskola primarja. B’kollaborazzjoni ma’ MGOZ ukoll, se jsir bini mill-ġdid, kisi ta’ tarmac u installar ta’ street furniture tul Triq iż-Żewwieqa. Se jiġu asfaltati wkoll t-toroq ta’ madwar il-Pjazza San Ġużepp. Se

Fi Ġnien il-Familja, hemm problemi li ilhom jakkumulaw għal snin twal u qed nikkommettu ruħna li dawn il-problemi nsolvuhom. Għalhekk, qed naħdmu biex isiru gazebos ġodda u biex ilpannelli jibdew jiffunzjonaw. Inwiegħed li bħalma dejjem għamilt, se nibqa’ nagħmel ħilti biex nara lir-raħal tagħna dejjem aħjar. Nappella biex kemm fil-festa u kemm f’kull attivita’ oħra li ssir fil-Qala nibqgħu nagħtu s-sehem tagħna b’għaqda flimkien biex il-ġid li diġa’ sar ikompli jiżdied għal benefiċċju tal-Qala u r-residenti kollha. F’ismi u f’isem sħabi, minn qalbi nixtieq il-Festa t-Tajba lill-Qalin u lill-Ġużeppini kollha.■ Viva San Ġużepp

5


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il-Papa Benedittu XV li pproklama lil San Ġużepp Patrun tal-Familja u tal-Moribondi, u meta huwa kien ġej Malta Minn Fr charlEs ButtigiEg

Kważi mitt sena ilu l-Papa Benedittu Ħmistax kien beħsiebu jħalli l-Vatikan minħabba li kien jinsab f’periklu kbir u jsib refuġju ġewwa Malta. Il-Papa Benedittu XV, Giacomo Della Chiesa, twieled ġewwa Pegli f’Genova fil-21 ta’ Novembru tal-1854, jiġifieri 165 sena ilu. Huwa kien it-tielet tifel tal-Markiż Giuseppe Della Chiesa u tal-Markiża Giovanna Migliorati. Ta’ ħmistax-il sena xtaq ħafna li jibda l-istudji għassaċerdozju imma missieru riedu jaħsibha sewwa u li l-ewwel jillawrja fil-liġi mill-Università ta’ Genova li dak in-nhar kienet iddominata minn ambjent anti-klerikali. Għalhekk huwa daħal is-Seminarju fl-1875 ta’ 21 sena, wara li kien illawrja fil-liġi ġewwa Ruma, eżattament fil-Kulleġġ ta’ Capranica u laħaq saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 1878, ordnat mill-Isqof Raffaele Monaco La Valletta. Wara l-istudji diplomatiċi fl-Akkademja Pontifiċja huwa laħaq segretarju tan-Nunzju Mariano Rampolla del Tindaro ġewwa Spanja. Fl-1887 beda jaħdem fis-segreterija tal-Istat tal-Vatikan fi żmien il-Papa Ljun XIII. Huwa ġie kkonsagrat Isqof mill-Papa San Piju X fil-Kappella Sistina fit-22 ta’ Diċembru tal-1907 fejn il-Papa Piju X tah iċ-ċurkett episkopali u l-baklu tiegħu nnifsu. Huwa laħaq Arċisqof ta’ Bologna fit-18 ta’ Frar tal-1908. Imlaqqam bħala l-bniedem tad-dover huwa sar Kardinal fil-25 ta’ Mejju tal-1914 fi żmien meta l-Ewropa u d-dinja globali kienet riesqa lejn Gwerra Dinjija. Fil-fatt il-gwerra bdiet f’Lulju tal-1914 wara li fit-28 ta’ Ġunju kien inqatel Franz Ferdinand tal-Awstrija ġewwa Sarajevo fis-Serbja. Huwa ġie elett Papa fit-31 ta’ Settembru wara li kien ilu biss tliet xhur Kardinal. Il-Papa Benedittu XV, kien elett Papa wara 10 votazzjonijiet fit-tielet jum talkonklavi, li kien beda fil-31 ta’ Awwissu minn 57 Kardinal li 55 minnhom kienu mill-Ewropa, fejn fost il-favoriti kien hemm Serafini, u Maffi ta’ Pisa. Jingħad li huwa kien ġab vot wieħed

6

biss aktar minn Maffi, liema vot ma kienx tiegħu personali. Il-Motto tiegħu kien ispirat mis-Salm 71: In Te Domine Speravi, Non Confundar In Aeternum. Huwa kiteb 13-il Enċiklika fejn fost l-oħrajn u l-aktar importanti nsibu ‘Ad Beatissimi Apostolorum’ tal-1 ta’ Novembru tal-1914 u ‘Humani Generis Redemptionem’ tal-15 ta’ Ġunju 1917 għall-paċi fid-dinja, ‘In Hac Tanta’ tal-14 ta’ Mejju tal-1919 dwar l-1200 sena tal-Missjoni ta’ San Bonifaċju fil-Ġermanja, ‘Maximum illud’ tat-30 ta’ Novembru 1919 dwar il-Ħidma Missjunarja fil-Knisja u ‘Spiritus Paraclitus’ tal-15 ta’ Settembru tal-1920 dwar l-Iskrittura Mqaddsa u l-Ispirazzjoni Bibblika, ‘In Praeclara Summorum’ tat-30 t’April 1921 fl-okkażjoni tas-sitt mitt sena mill-mewt ta’ Dante Alighieri, ‘Fausto Appetente Die’ tad29 ta’ Ġunju 1921 fl-okkażjoni tas-seba’ mitt sena mill-mewt ta’ San Duminku ta’ Gużman u l-Ittra Appostolika ‘Incruentum Altaris’ dwar is-sagrifiċċju tal-Quddiesa għall-erwieħ talpurgatorju tal-10 ta’ Awwissu tal-1915. Huwa ta importanza kbira lill-Istudju ta’ San Tumas t’Akwinu, id-Duttur Anġeliku u dan fuq il-passi tal-Papa Ljun XIII li kiteb l-Enċiklika ‘Aeterni Patris’ u San Piju X li kien kiteb l-Ittra ‘Angelici Doctoris’. Huwa għamel diversi appelli għall-waqfien tal-Ewwel Gwerra Dinjija minn meta laħaq Papa kif naraw fl-Enċiklika ‘Ad Beatissimi Apostolorum’ u fejn fit-28 ta’ Lulju tal-1915 isejjaħ il-gwerra bħala ‘karnefiċina orrenda’ li kienet tiddiżonora lill-Ewropa u ‘s-suwiċidju tal-Ewropa’. Kemm-il darba talab bil-ħniena biex il-mexxejja tal-pajjiżi jieqfu mill-gwerra almenu fil-lejl tal-Milied. Fl-1917 kien offra suġġerimenti għal tmiem il-gwerra magħrufa bħala n-Nota Papali għall-Paċi, fejn dawn ma ġewx aċċettati mill-mexxejja tal-pajjiżi nvoluti fil-gwerra. Pjaga oħra għall-Papa kienet li eluf

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familji Psaila u Grech


Leħen il-Qala - Festa 2019 ta’ saċerdoti, reliġjuzi u seminaristi eżattament b’kollox 79,000 ma ġewx eżentati u kellhom iwettqu s-servizz militari fil-gwerra, fejn insibu li 1500 minnhom servew ta’ kappillani militari, u li minnhom 4,618 sfaw maqtula. Franza biss kellha 45,000 saċerdot involut fil-gwerra. Fosthom insibu lill-Ġiżwita Pierre Teilhard de Chardin. Fil-gwerra huwa għen ħafna foqra, morda speċjalment bil-kolera u tuberkolożi u refuġjati u tfal orfni tal-gwerra kif ukoll lis-suldati feruti u priġunieri tal-gwerra. Jingħad li l-Papa nefaq daqs 82 miljun lira tad-deheb fl-assistenza umanitarja matul il-gwerra. Ta’ min jgħid li fl-ewwel gwerra dinjija nqatlu mad-9 miljun suldat, mal-21 miljun suldat ieħor sfaw midruba u 7 miljun ruħ maqtula. Il-gwerra waqfet nhar il-11 ta’ Novembru tal-1918 (the eleventh hour of the eleventh day of the eleventh month) permezz tal-Armistizju ta’ Compiegne fi Franza ta’ fuq. Fl-1922 ġewwa Kostantinopli fejn kien hemm kemm Musulmani u Nsara, kien sar monument tiegħu sabiex jibqa’ mfakkar bħala Papa Kbir waqt il-gwerra. Ma kienx kuntent ukoll bilqawmien tal-komuniżmu ġewwa r-Russja. Huwa ħadem biex ġie ppromulgat il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Knisja, permezz tal-Bolla ‘Providentissima Mater’ tas-27 ta’ Mejju tal1917. Kien Papa li kellu mħabba kbira lejn ilMissjoni, lejn il-Madonna u fuq kollox lejn San Ġużepp fejn fil-Kodiċi tal-1917 huwa għolla l-festa ta’ San Ġużepp tad-19 ta’ Marzu għal waħda ta’ ‘prima klassi’, u saret waħda talpreċett għall-Knisja kollha (ara kanoni 1247). Huwa żied l-invokazzjoni ‘Sultana tal-Paċi’ fil-litanija tar-rużarju. Huwa wkoll waqqaf ilFesta tas-Sagra Familja, b’mod universali filkalendarju liturġiku tal-Knisja fl-1921, li tiġi ċċelebrata dejjem il-Ħadd ta’ wara l-Milied jew fit-30 ta’ Diċembru meta l-Milied jaħbat il-Ħadd. Il-Papa Benedittu XV fil-25 ta’ Lulju 1920 f’għeluq il-ħamsin sena mill-proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali kiteb, li permezz ta’ San Ġużepp aħna naslu għand Marija u permezz ta’ Marija għand ilgħajn ta’ kull qdusija, Ġesù Kristu, permezz tal-motu proprio ‘Bonum sane’ u għalhekk issena d-dieħla dan id-dokument jagħlaq mitt sena fejn ukoll niċċelebraw il-150 sena tal-

proklamazzjoni ta’ San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali. Huwa ddikjara fuq kollox li San Ġużepp huwa Patrun tal-Familji Nsara fejn jikteb: “Permezz ta’ Ġużeppi nersqu direttament lejn Marija, u permezz ta’ Marija nersqu lejn l-għajn ta’ kull qdusija, Ġesù, li bilpreżenza tiegħu fil-familja, qaddes f’Ġużeppi u Marija l-virtujiet tal-familja”. Proprju fid-9 t’April 1919 daħħal żewġ prefazji, wieħed ta’ San Ġużepp u l-ieħor tal-Quddiesa tal-mejtin. Fl-1920 kien ikkanonizza lil Giovanna d’Arco u fi żmienu seħħew id-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima. Skond dokument sigriet, il-Protokol numru 28,886 bid-data tal-10 ta’ Diċembru tal-1921, miżmum fis-Sala Indiċi tal-Arkivju Sigriet tal-Vatikan, insibu tagħrif dwar pjan sigriet sabiex il-Papa Benedittu XV f’kaz ta’ periklu kbir għalih fil-Vatikan jiġi ttrasferit lejn Malta permezz ta’ żeppellin li kien jista’ jġorr sa tliet persuni, liema vjaġġ kien ser jieħu seba’ sigħat, minn Ruma għal Malta. Dan għaliex sa mill1870 il-Papat safa ‘priġunier’ ġewwa l-Vatikan u s-sitwazzjoni bejn l-Italja u l-Vatikan ma tantx kienet tajba, hekk li l-antiklerikaliżmu u l-mażunerija kienu qawwija ħafna, kif ukoll kien qiegħed dejjem jissaħħaħ il-faxxiżmu

7


Leħen il-Qala - Festa 2019 permezz ta’ Benito Mussolini. Il-pilota anonimu ta’ fiduċja kien diġà beda jipprepara ruħu bit-taħriġ għal dan il-vjaġġ lejn Malta. Dan il-pjan ma seħħx minħabba l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-Papa nnifsu li ma kinux jippermettulu jagħmel dan il-vjaġġ, u fil-fatt miet xahar biss wara. Kieku kellu jseħħ dan il-vjaġġ, il-Papa kien aktarx imut ġewwa Malta. Mhux l-ewwel darba li Malta kienet ser toffri l-ospitalita’ tagħha għallPapa. Dan ġara qabel fl-1848, qabel mal-Papa Beatu Piju IX mar Gaeta, fejn il-Papa kien diġa’ aċċetta l-proposta ta’ Sir William Parker imma ġara li l-kmandant navali Cooper Key wasal tard fil-port ta’ Civitavecchia biex jiġbor lillPapa. Kif ukoll fl-1870 meta l-Prim Ministru Ingliż Gladstone kien offra wkoll lill-Papa Piju IX biex imur Malta lejlet il-waqgħa ta’ Ruma. Anke l-Papa Ljun XIII bl-appoġġ tal-Kardinal Franciż Charles Lavigerie, kien ikkonsidra li jsib kenn hawn Malta bejn l-1881 u l-1889. Il-Kardinal Lavigerie kien ġie apposta hawn Malta f’Lulju tal-1882. Il-Papa Benedittu ħmistax, il-Papa tal-Paci u tal-Missjonijiet, miet milqut minn bronkopulmunite qawwija,

fit-22 ta’ Jannar tal-1922 fl-età ta’ 67 sena, wara li kien laqqat riħ wara li qagħad jistenna fixxita lix-xufier tiegħu wara li qaddes għand issorijiet fil-Giardini Vaticani ġewwa l-Vatikan stess. ■

Biblijografija

Becker, A., War and Faith: The religious imagination of France 1914‑1930, New York 1998. Brennan, M., “A light in the darkness: The interaction between Catholicism and World War I”, in The Purdue Historian 6 (2013) 14-33. Houlihan, P.J., “Local Catholicism at Transnational War Experience: Everyday religious practice in occupied Northern France, 1914-1918”, in Central European History 45 (2012) 233-267. Kent, C., Papal Diplomacy in the Modern Age, Westport 1994. La Piana, G.F., “From Leo XIII to Benedict XV”, in The American Journal of Theology 21 (1917) 175-192. Remond, R., Religion and Society in Modern Europe, Malden (MA) 1999. Smith, H.I., “Benedict XV and the Historical basis for Thomistic Study”, in The Catholic Historical Review 7 (1921) 55-61. The Times Digital Archive 1785-1985, “Pope Benedict XV”, in The Times (23 January 1922).

Gelluxa Supplies Ltd General Merchant Store A, N.B. Grunju Street, Qala, Gozo

8

T: 2155 1555 F: 2155 4273 M: 9982 4300 E: gelluxa@maltanet.net


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il-ħolm ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu u ta’ San Ġużepp

Minn Mons. lawrEnz sciBErras

Il-Bibbja hija magħmula minn żewġ taqsimiet ta’ kotba, dawk tal-Antik Testment li jdommu 45 wieħed u dawk tal-Ġdid li huma 27. Biss dawn iż-żewġ taqsimiet, huma komplimentari għal xulxin. Santu Wistin għandu sentenza qawwija ħafna dwar dan. Huwa jgħid: It-Testment il-Ġdid ikun moħbi fil-Qadim fil-waqt li l-Qadim isir magħruf filĠdid1. U preċiżament għalhekk li l-Bibbja hija ktieb wieħed u mhux 72 ktieb. Issa dan jgħodd ukoll għall-personaġġi, għas-simboli, għallġrajjiet u xejn anqas għall-profeziji. Fi kliem tekniku dejjem dwar il-personaġġi tat-Testment il-Qadim, dawn jissejħu t-tip filwaqt li dawk tat-Testment il-Ġdid jissejħu l-anti tip. Interessanti li kien Ġesù nnifsu li applika u kkonferma din il-verità fit-tagħlim tiegħu stess. Eżempju: Ġesù jsemmi l-każ ta’ Ġona profeta dejjem f’relazzjoni mat-tlett ijiem tiegħu filqabar. Isemmi wkoll lil Salamun, fejn jgħid li huwa akbar minn Salamun (Mt 12, 42-43). San Pawl imbagħad ifakkar fl-ewwel Adam u Kristu t-tieni Adam, (Rum 5). Minħabba l-ewwel wieħed daħlet il-mewt, minħabba Ġesù daħlet il-fidwa. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika wkoll isaħħaħ din il-verità meta jgħid hekk: “Il-Knisja fit-Tradizzjoni tagħha dejjem uriet ċar li wieħed hu l-pjan ta’ Alla fiż-żewġ Testmenti u dan permezz tat-tipoloġija. Din fl-għemil ta’ Alla ta’ Żmien il-Patt il-Qadim tara tħabbira minn qabel ta’ dak li Alla għamel fil-milja taż-żmien filPersuna ta’ Ibnu magħmul bniedem” (Nru 128). Issa wieħed mill-personaġġi tat-Testment il-Ġdid u li dan għandu t-tip tiegħu wkoll fitTestment il-Qadim hemm San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija, u l-missier legali, nutrittiv u kustodjali u putattiv ta’ Ġesù. U min huwa t-tip ta’ San Ġużepp? Bla dubju ta’ xejn dan huwa Ġużeppi iben Ġakobb u Rakele. Dan, li minħabba l-għira sfrenata ta’ ħutu ġie mibjugħ lill-Ismaegħlin bħala skjav l-Eġittu. Anzi li kieku mhux għax qabeż għalih Ruben, ħuh il-kbir, ħut dan 1. Kostituzzjoni Dommatika Dei Verbum, Kap IV, Malta, 1982, 212.

Ġużeppi riedu joqtlu! (Ġen 37, 20). Mela jxerrdu demm innoċenti bħalma għamel Kajjin ma’ ħuh Abel! F’dan l-artiklu se nitkellmu dwar il-ħolm ta’ dawn iż-żewġ personaġġi biex hekk naslu u nikkonkludu kemm dan San Ġużepp diġà kellu Ġużeppi ieħor fl-Antik Testment li jixbhu tassew. Interessanti għaliex dan ix-xebh qiegħed ukoll f’isem missirijiet dawn iż-żewġ personaġġi - Ġakobb. (Mt 1,16 u Ġen 37,12) Il-ħolm: Ħafna drabi l-ħolm huwa funzjoni, imma bi probabbiltà kbira dawn ikun fihom xi forma ta’ verità wkoll2. Fit-Testment il-Ġdid il-ħolm huwa rari u nieqes ħafna, imma mhux hekk fitTestment il-Qadim. Il-Koħelet jagħmel riferenza qawwija għal dan: “Għax fejn joktor il-ħolm, joktor il-kliem fieragħ” (Koħ 5,6). Hemm ukoll interpretazzjonijiet l-aktar żbaljati u relattivi tal-

ħolm u dan jagħtuh dawk li jkunu jridu jqarrqu bin-nies (Dt 13,1-6; Ġer 23,25-32). “Għax allat ta’ djarhom jgħidu kliem fieragħ; dawk li jħabbru kellhom dehriet qarrieqa, ifissru ħolm mhux minnu, u għalxejn ifittxu jfarrġu” (Żak 10,2). Nies li ma kinux Lhud kellhom il-ħolm, bħal Fargħun jew Nabukodonosor, u kellu jkun bniedem Lhudi li jfisser u jinterpreta l-ħolm tagħhom. Hekk għamel Ġużeppi mal-Fargħun. Dan qallu x’kienu jfissru s-seba’ baqriet smien 2. L. Sciberras, Il-Mastrudaxxa ta’ Nazzaret, Gozo 2009, 14.

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familji Camilleri u Cutajar

9


Leħen il-Qala - Festa 2019 fil-laħam u ħoxnin, u s-sebgħa l-oħra koroh u magħluba f”laħamhom. Ġużeppi fissirlu wkoll lill-Fargħun is-seba’ sbuliet smien u sbieħ, u s-seba’ sbuliet irqaq u maħruqin (Ġen 41, 4-6). L-istess għamel Danjel ma’ Nabukodonosor. Danjel lis-sultan fissirlu xi jfissru dawk ittliet kelmiet bl-Aramajk: mene, teqel, parsin (Dan5,25). Meta mbagħad il-poplu Lhudi kien ikollu l-ħolm dan kien mod ieħor. Dan għaliex ma kienx ikollu bżonn ta’ ebda għajnuna biex jifhem dik il-komunikazzjoni divina. Jaħweh ta’ sikwit jirrivela l-pjanijiet tiegħu għall-poplu filħolm u dehriet oħra simili. Hekk ġara mal-Patrijarka Abraham (Ġen 15,12-12), ma’ Abimelek li Alla żaru “bil-lejl filħolm” (Ġen 20,3.6). Ma’ Laban l-Arami fil-ħolm bil-lejl (Ġen 31,24). Ma’ Ġakobb-Iżrael li waqt ir-raqda ħolom u ra sellum fl-art bil-quċċata tiegħu fis-sema (Ġen 28,12-13). Ma’ Ġużeppi li ħolom bil-qatet, bix-xemx, qamar u ħdax-il kewkba nxteħtu fl-art quddiemu (Ġen 3,5-11); ma’ Samwel fil-maqdes ta’ Silo meta sama’ l-leħen ta’ Alla u mar jgħid kollox lil Eli (1 Sam 3,1.14), ma’ Natan, dwar il-bini ta’ tempju lil Alla fil-belt ta’ Ġerusalemm (2 Sam 7,4-17), u ma’ Salamun meta Alla deherlu wkoll fil-ħolm bil-lejl (1 Slat 3,5). San Ġużepp: Issa fil-ħolm u fir-rivelazzjonijiet li kien ikollu San Ġużepp, kien l-Anġlu tal-Mulej li jwassallu dan kollu, u kien għalhekk ukoll li Ġużeppi laqa’ u ġarr kull responsabbiltà bilferħ lilu mogħtija3. Hekk kif l-aġografu jsejjaħ lil Ġużeppi tal-Antik Testment “il-bniedem tal-

ħolm” (Ġen 37,19), hekk ukoll nistgħu ngħidu għall-Patrijarka San Ġużepp. Dawn il-ġrajjiet kollha jidhru fil-Vanġelu ta’ San Mattew. Issa kemm fil-ħolm li kellu Ġużeppi talAntik Testment, kif ukoll il-Patrijarka San Ġużepp, dan il-ħolm dejjem sar f’kuntest u

10

3. A. Lancellotti, (Nuovissima Versione della Bibbia 33) Roma 1975, 42). Ġużeppi ta’ raġel ġust qatt ma ddubita jew ma emminx dawk il-messaġġi mwasslin lilu mill-anġlu talMulej minkejja li kienu messaġġI li jitolbu minn Ġużeppi responsabiltajiet kbar, ta’ u ta’ riskju kbir.

ċirkostanzi biex wieħed isalva jew jeħles lil xi ħaddieħor minn periklu kbir, mard jew minn xi mewt4. L-ewwel wieħed meta ħolom dwar il-qatet li nxteħtu fl-art quddiem il-qatta tiegħu (Ġen 37,7), kif ukoll li x-xemx, il-qamar u ħdaxil kewkba nxteħtu fl-art quddiemu (Ġen 37,9), dan ifisser li huwa kellu jibqa’ ħaj biex isalva lil ħutu mill-ġuħ kbir li waqa’ fuq Kangħan u lil missieru Ġakobb. Fil-fatt hekk ġara tassew u dan seħħ veru. Għaliex ħut Ġużeppi marru l-Eġittu u mingħajr ma kienu jafu xtraw il-qamħ mingħand ħuhom stess Ġużeppi. Iżda dawn ħutu lil Ġużeppi ma għarfuhx. Ara x’qal Ġużeppi lil ħutu meta nkixef issigriet ta’ kollox. Ġużeppi nesa u ħafrilhom, anzi qalilhom hekk lill-ħutu: “U issa la tagħlux u la tinkeddux għax begħtuni għal hawn, għax biex tibqgħu ħajjin intom, Alla bagħatni hawn qabilkom” (Ġen 45,5). San Ġużepp kellu dan il-ħolm: (1) Biex jieħu u jilqa’ għandu lil Marija b’martu minkejja li kienet tqila bit-tarbija: (Mt 1,20-24). (2) Ġużeppi fil-ħolm l-anġlu jordnalu biex jaħrab lejn l-Eġittu u hekk isalva lit-tifel mill-mewt (Mt 2,13-14) (3) Fil-ħolm ukoll Ġużeppi jkollu twissija wara li rritorna mill-Eġittu biex ma jmurx joqgħod ilLhudija, għaliex hemm issa kien hemm jaħkem Arkelaws flok Erodi missieru.5 Mela f’dan ilħolm kollu li kellu San Ġużepp, dawn dejjem saru biex jeħles, isalva u jiddefendi kemm lil martu Marija u xejn anqas lill-għażiż ibnu Ġesù minn kull periklu ta’ kalunji, malafami u saħansitra wkoll il-mewt. Hekk kif fit-Testment il-Qadim Alla ta l-kapaċità lil Ġużeppi mibjugħ minn ħutu biex dan ifisser il-ħolm u hekk isalva, xejn anqas Alla inqeda b’anġlu biex aktar minn darba ikellem lil San Ġużepp ukoll fil-ħolm u jwassallu xogħol u missjoni l-aktar tqila, imma daqstant meħtieġa fl-Istorja tas-Salvazzjoni6. Kemm għalhekk kienet u għadha f’postha u qawwija l-għajta tal-Fargħun lin-nies tiegħu meta dawn isibu lilhom infushom f’xi diffikulta’ jew problema: “Morru għand Ġużeppi u agħmlu li jgħidilkom” (Ġen 41,55). U din l-istess għajta għad fadal ħafna u ħafna bżonnha aħna li nemmnu tassew fil-qawwa u s-safa ta’ San Ġużepp, ir-raġel tal-ħolm qaddis.■

4. G. Michelini Stare con Gesù stare con Pietro Assisi 2017, 116. 5. M. Ghirlando, Dan hu l-Ġudajiżmu, Malta, 2003, 46-47. Issa dan Arkelaws nistgħu ngħidu li f’dik li kienet krudelta kompla fejn ħalla missieru Erodi l-Kbir. 6. M.C. Bail The Life of Saint Joseph, New Jersy 2000, 418


Leħen il-Qala - Festa 2019

IS-SILENZJU TA’ SAN GUŻEPP Minn angElo XuErEB

Wieħed mill-aktar karatteristiċi li naraw f’San Ġużepp huwa s-silenzju li osserva matul ħajtu kollha. ● Fil-Vanġeli ma nsibu l-ebda kelma ta’ San Ġużepp: L-ewwelnett fil-Vanġeli mkien ma nsibu li huwa qal xi kelma. Dejjem huwa sieket. San Ġorġ Preca kien iħobb jgħid li t-tajjeb ma jagħmilx ħsejjes u l-ħsejjes ma jagħmlux tajjeb. Ta’ min isemmi li l-kliem għandu s-sbuħija tiegħu peress li jista’ jkun ukoll ta’ ġid. Il-kliem tal-bniedem spiritwali huwa biex jikkomunika mal-oħrajn u jkun ta’ għajnuna. L-ilsien jista’ jkun mezz biex jikkritika lilloħrajn u jikxef id-difetti tagħhom. Għalhekk San Ġorġ Preca jagħtina dan il-parir: “Qatt la toqgħod żgur li ma tasalx il-kelma li inti tkun għidt lil xi ħadd: in-natura hija minnha nnifisha lablaba, u fl-okkażjoni ma tafx trażżan ilsienha: ftit huma l-perfetti, u perfett huwa min irażżan fommu” (Direttorju Spiritwali Direzzjoni 209). Min jipprattika s-silenzju jsib aktar ħin biex jitlob u hekk ikun midħla ta’ Alla. U żgur San Ġużepp kien jgħix din il-ħajja. U dan joħroġ ċar meta l-Verġni Marija li kienet ġa mgħarrsa miegħu ħarġet tqila. Għalih din kienet

sitwazzjoni li ma kienx jistennieha. L-Iskrittura tgħidilna li kien raġel ġust u għalhekk ried jitlaqha bil-moħbi. Ipprattika s-silenzju billi ma ntrabatx mal-opinjoni tiegħu iżda żgur li talab l-għajnuna ta’ Alla. Il-bniedem silenzjuż ikun miftuħ għall-pariri għaqlin ta’ ħaddieħor u għall-ispirazzjonijiet ta’ Alla. U hekk ġralu San Ġużepp. Fil-prudenza u l-umiltà tiegħu kien lest li jibdel id-deċiżjoni tiegħu meta deherlu l-anġlu tal-Mulej f’ħolma billi qallu: “Ġużeppi, bin David, la tibżax tieħu għandek lil Marija, l-għarusa tiegħek, għax dak li tnissel fiha hu mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1, 2). Ta’ min jinnota li meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha ssir Omm Alla hija staqsietu: “Kif jista’ jkun dan, la jien ma nagħrafx raġel?” (Lq 1, 34). Iżda f’din l-ispirazzjoni li kellu San Ġużepp ma staqsa xejn. Emmen dak li qallu l-anġlu tant li meta stenbah mir-rqad għamel kif ordnalu l-anġlu. Il-Vanġelu ta’ San Mattew jgħidilna: “U ħa l-għarusa tiegħu għandu; u mingħajr ma għarafha, wildet iben u semmieh Ġesù” (Mt 1, 24-25). Is-silenzju tiegħu ġie premjat billi flimkien ma’ Marija Santissima kienu huma l-ewwel li raw il-wiċċ ta’ Ġesù tarbija, li huwa l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem.

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familja Portelli

11


Leħen il-Qala - Festa 2019 San Ġużepp ipprattika s-silenzju quddiem ilmisteru tal-Inkarnazzjoni sa minn meta Marija ħarġet tqila sakemm miet qabel ma Sidna Ġesù Kristu ħareġ għall-missjoni pubblika tiegħu. Dan nistgħu nikkonkluduh peress li matul ittliet snin li Ġesù dam jipprietka u jagħmel ilmirakli dan il-qaddis ma jissemma mkien. ● San Ġużepp għex ħajja miġbura fost il-ħafna impenji tiegħu: Forsi wieħed jieħu l-impressjoni li biex wieħed jgħix ħajja ta’ silenzju hemm bżonn li jkun jgħix waħdu jew ikun f’xi monasteru. Iżda dan mhux ilkaż. Tista’ tkun tgħix waħdek jew f’xi monasteru iżda moħħok ikun imxerred u ma tkunx tisma’ biżżejjed dak li Alla jkun irid minnek. San Ġużepp għex ħajja miġbura fost il-ħafna impenji li kellu; il-ħajja tiegħu tal-familja, filħanut tax-xogħol tiegħu ta’ mastrudaxxa, filvjaġġ tiegħu biex jinkiteb fiċ-ċensiment f’Betlem u fil-ħarba tiegħu lejn l-Eġittu; fejn flimkien ma’ Ġesù u Marija kellhom jgħixu f’pajjiż barrani għat-tradizzjonijiet spiritwali Lhud, flimkien ma’ kundizzjoni soċjali u drawwiet differenti. Is-silenzju tiegħu wasslu għat-talb mill-aktar profond. Nistgħu ngħidu li l-ħajja tiegħu kienet

talba kontinwa. Ħarsa b’imħabba u umiltà lejn Ġesù kienet l-aqwa talba li seta’ jagħmel Ġużeppi. Huwa kien qisu jgħix kontinwament fi ħdan ta’ Ġesù Sagramentat; b’differenza li flok ostja kellu quddiemu lil Ġesù ħaj ... kien l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. L-Iskrittura għalkemm tpoġġilna quddiem għajnejna s-silenzju ta’ Ġużeppi madankollu turihulna bħala bniedem ta’ azzjoni. U proprju dan huwa l-iskop tas-silenzju ta’ natura spiritwali ... huwa silenzju għall-azzjoni. Issilenzju li jwassal għall-għażż ma huwiex silenzju kif iridu Alla. Infatti l-motto ta’ San Benedittu li huwa Missier il-monastiċiżmu tal-Punent huwa “Itlob u aħdem”. U proprju l-ħajja ta’ San Ġużepp hija mudell kemm għal dawk li qegħdin jgħixu ħajja kontemplattiva u anki għal-lajċi impenjati filħajja ta’ kuljum. Bix-xogħol ordinarju flimkien mat-talb huma jaslu biex jagħtu glorja lil Alla. Fid-dinja li qegħdin ngħixu fiha, fejn il-ħajja hija mgħaġġla, u l-ħin liberu jispiċċa mixrub mill-mezz ta’ komunikazzjoni soċjali San Ġużepp huwa mudell għalina. Huwa jgħallimna li permezz tas-silenzju ngħixu f’kuntatt aktar ma’ dawk li jinsabu madwarna u ma’ Alla.■

Triq il-Kunċizzjoni Qala, Gozo

tel: +356 2156 5626 Franco mob: 7953 6874 email: info@divebluewaters.com web: www.divebluewaters.com

12


Leħen il-Qala - Festa 2019

Għalfejn “żmien barra”? Mis-seminarista gaBriEl VElla

Nimmaġina li int li qed taqra dan l-artiklu meta smajt li kont se nagħmel sena barra minn Malta saqsejt diversi mistoqsijiet. Aktarx saqsejt lilek innifsek: “imma għalfejn ma jibqax Għawdex? Barra minn Malta x’hemm aħjar jew differenti? Mhux aħjar jibqa’ hawn ħalli jeħles?” Tinkwetax! M’intix waħdek! Anke jien għamilt dawn il-mistoqsijiet... imma... illum, kważi sena wara għandi xi risposti u nixtieq naqsamhom miegħek! L-ewwel ħaġa li nixtieq ngħidlek hi li iktar minn sena barra... din is-sena hija sena ‘l ġewwa. F’liema sens? Fis-sens illi din is-sena hija sena karatterizzata minn riflessjoni profonda u iktar milli wieħed iħares ‘il barra minnu, iħares fil-fond ‘il ġewwa, fil-qalb fejn hemm jinsabu x-xewqat, il-problemi, l-emozzjonijiet u l-ħolm... Fi ftit kliem huwa t-tħaddim tal-eżerċizzju tad-dixxerniment! Stenna ftit! Taqtax qalbek! Tibżax mill-kelma dixxerniment! Huwa eżerċizzju sabiħ ħafna! Infatti nixtieq li flimkien nippruvaw nifhmu x’inhu dan l-eżerċizzju. Huwa eżerċizzju li tista’ tagħmlu anke int... anzi inti bħala kristjan/a nistiednek tagħmlu wkoll! Ma rridekx taħseb li huwa eżerċizzju riservat biss għal min qed is-Seminarju! Huwa eżerċizzju li huwa anke għalik... tinsab f’liema stat tinsab... tinsab f’liema età tinsab! Imma x’inhu dan l-eżerċizzju hekk imsejjaħ tad-dixxerniment? Sempliċi... huwa l-eżerċizzju li jgħinek tagħżel bejn ħaġa u oħra... xi drabi bejn ħaġa tajba u oħra inqas tajba... xi drabi bejn ħaġa tajba u oħra iktar tajba. Huwa eżerċizzju li jlaqqgħek mal-kuxjenza tiegħek... li jlaqqghek ma’ Alla u mal-volontà tiegħu... li jlaqqgħek max-xewqat tiegħek u li l-għan tiegħu hu li jwasslek biex tieħu deċiżjoni... Bħal kull eżerċizzju ieħor jitlob ukoll xi sagrifiċċji... Stenna ftit! Bid-differenza li huwa eżerċizzju li jtul il-ħajja kollha... u mhux għal ftit żmien biss... Bħalma f’tim tal-futbol hemm kowċ li jmexxi t-tim, l-eżerċizzju tad-dixxerniment jitlob li jkun hemm xi ħadd li jakkumpanja, li jikkowċja lil min qed jagħmel dan l-eżerċizzju. Fil-każ tagħna l-kristjani minbarra xi persuna jew persuni – saċerdoti, psikoloġi,

ħbieb - li nfittxu aħna biex jgħinuna għandna wkoll l-akkumpanjatur “per eċċellenza” li jissejjaħ Spirtu s-Santu. Xi ħaġa speċjali f’dan l-akkumpanjatur hija li huwa mogħti lil kulħadd u mhemmx għalfejn wieħed jitħabat biex ifittxu. Dan għaliex Ġesù qabel ma ħalla din id-dinja tahulna... u tahulna għal dejjem... u tah lil kulħadd u mhux li xi wħud biss... iva tah anke lilek... Iva dan lest li jakkumpanjak u jgħinek... iżda jeħtieġ li inti bil-libertà kollha tħallih. U kif se jgħinek? Sempliċi, billi jdawlek bil-Kelma ta’ Alla... Is-sabiħ ta’ dan l-eżerċizzju hu li għalkemm jitlob ambjent ta’ silenzju, solitudni u ta’ talb ma jitlobx li jseħħ f’post determinat jew bi programm speċifiku. Anzi jitlob id-diversità. Tiegħi qed nagħmlu barra minn Malta eżattament f’Modena filwaqt li qed ngħix ma’ komunità ta’ saċerdoti djoċesani u nagħti sehmi f’uħud mir-realtajiet tal-parroċċa ta’ Castelnuovo Rangone. Skużani jekk ħawwadtek! Normali għax anke jien għadni nitħawwad... imma li nista’ ngħidlek b’ċertezza anke jekk għadni fhimt biss ftit minn dan l-eżerċizzju, dan “iż-żmien barra” bl-esperjenzi u l-persuni kollha li laqagħni magħhom għinni niskopri ħafna affarijiet fuqi nnifsi. Forsi jkun hemm min jgħidli: “Tajjeb! Imma fejn wasslek jew qed iwasslek dan l-eżerċizzju?” Qed iwassalni biex niskopri li qabel kollox u qabel ma biss kont neżisti kien hemm min ħabbni u għadu jħobbni u se jibqa’ jħobbni... iva jien iben maħbub ta’ Alla... iva jien maħbub minn Alla... bħalma inti int u kulħadd. Forsi tkompli tistaqsini: “Imma għal liema konklużjoni jew deċiżjoni wasslek dan l-eżerċizzju?” Iktar milli wassalni għall-konklużjoni jew għal kjarezza totali, wassalni biex nara x’hemm fil-fond tal-fond ta’ qalbi u x’jagħmel sens fil-ħajja. Ma nafx jekk weġibtekx imma b’ċertezza u b’ferħ ngħidlek kif jgħidu l-Ingliżi “it’s worth it” li wieħed jagħmel “żmien barra” fil-każ tiegħi sena jew jekk hemm bżonn anke iktar. Minn qalbi nħeġġek biex anke int tipprova... jista’ jkun b’mod differenti għax kif diġà għidtlek ma hemmx formula jew mod wieħed ta’ kif u fejn tista’ tagħmel dan l-eżerċizzju. Biżżejjed tieqaf ftit u tistaqsi lilek innifsek. Minn qalbi nawguralek u bħalma nitlob għalik, nitolbok titlob għalija. Il-Festa t-Tajba lill-Qalin Kollha.■

Paġna Suffraġju għall-Erwieħ għeżież ta’ Victoria u Carmelo Portelli

13


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il-Parroċċa tal-Qala ssir Arċipretali (Is-Sena li ġejja 2020, tagħlaq 55 sena) Minn: Euchar Mizzi Kien is-Sibt 11 t’ April 1965, meta l-mibki, l-Eċċellenza Tiegħu, Mons. Ġużeppi Pace Isqof ta’ Għawdex, flimkien ma’ Mons. Joseph Mercieca Kanċellier u ma’ Fr. Michael Xuereb saċerdot millQala, kitbu ittra/talba lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Pawlu VI, sabiex jgħolli l-Parroċċa tal-Qala għaddinjità ta’ Parroċċa Arċipretali. Din l-ittra kienet impustata “Express” għal Ruma nhar il-Ħadd filgħodu fil-Belt Valletta, Malta. L-ittra kienet miktuba bit-Taljan u kienet tgħid hekk: Beatissimo Padre, I sottofirmati sacerdoti della parrocchia di Casal Qala e a nome di tutto il popolo di questo villaggio prostrati dinanzi al augusto trono di Vostra Santità implorano che si degni concedere il titolo di Arcipretale alla chiesa loro parrocchia appartenenti alla diocesi di Gozo. Notivi di tale domanda e che celebrandosi quest’anno il primo certinario della diocesi, vorrebbero ricordare il primo Vescovo Mons. Michele Francesco Buttigieg che nacque in essa parrocchia.

Il popolo contribuisce ogni anno grosse somme di denaro per le missioni; non occorre dire quanti legati pii vengono ogni anno offerti alla stessa chiesa. In essa vi sono erette diverse confraternite e non mancano le societa’ cattoliche. Il clero numeroso e’ assiduo alla funzione per cui spera che la Santita vostra si benigni accordare alle chiesa parrocchiale il titolo di Arċipretale. E della grazia, Can. Carmelo Vella – Parroco Sac. Angelo Camilleri – Procuratore Sac. Salvatore Vella Sac. Francesco Camilleri Sac. Michele Buttigieg Sac. Giuseppe Vella Sac. Giuseppe Buttigieg Sac. Lorenzo Theuma Sac. Michael Xuereb.

La parrocchia nostra merita a nostro giudizio che venga onorata con detto titolo. Essa fu eretta in parrocchia nel a.c. 1688 quando fu dismembrata dalla chiesa della allora Matrice di Gozo, oggi catedrale; in sequito fu trasferita nella regione di Nadur ed indi, crescendo la popolazione nella regione di Qala, fu eretta in parrocchia sotto il titolo di San Giuseppe Sposo di Maria Vergine. Il popolo attaccatissimo alla parrocchia con grandi sacrifici edifico una bella chiesa fornita di tutto l’occorrente per il culto divino. Ebbe origine nel villaggio una comunita’ di suore religiose del terzo ordine di San Francesco. Ha tra altro nei suoi confini un antichissimo santuario dedicato alla Vergine Immaculata, e per la grande devozione verso questo santuario da parte del popolo di Gozo, l’attuale vescovo ottenne la faculta d’incoronarla.

14

Din hi l‑kopja tal‑talba/petizzjoni li l‑kleru u l‑poplu tal‑Qala bagħtu lill‑Papa Pawlu VI, illum San Pawlu VI.

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familji Morana u Ciantar


Leħen il-Qala - Festa 2019 Fil-qosor din l-ittra / talba kienet tgħid hekk: Beatissimu Missier, Aħna hawn taħt iffirmati, saċerdoti tal-Parroċċa tal-Qala u f’isem il-poplu kollu ta’dan ir-raħal qed jitolbu lill-Qdusija Tiegħek sabiex jekk meqjusa denji tikkonċedi t-titolu ta’ Arċipretali lill-knisja tal-parroċċa tagħhom li tappartieni għad-djoċesi ta’ Għawdex. Ir-raġunijiet għal din it-talba, li din is-sena qed niċċelebraw l-ewwel ċentinarju tad-djoċesi, nixtiequ nfakkru l-ewwel Isqof Mons. Mikiel Franġisk Buttigieg li twieled f’din il-parroċċa. Il-parroċċa tagħna, nemmnu li timmerita dan it-titlu. Hija ġiet imwaqqfa parroċċa fis-sena 1688 meta ġiet maqtugħa mill-knisja Matriċi ta’ Għawdex, illum il-Katidral; li mbagħad ġiet ittrasferita lejn in-Nadur u meta kibret ilpopolazzjoni fir-reġjun tal-Qala, reġgħet ġiet maqtugħa parroċċa taħt it-titlu ta’ San Ġużepp Għarus ta’ Marija Verġni. Il-poplu marbut b’qawwa kbira mal-parroċċa, b’sagrifiċċji kbar bena knisja sabiħa mgħammra b’dak kollu meħtieġ għas-servizz tal-kult divin. Fir-raħal twaqqfet ukoll komunità tas-sorijiet reliġjużi tat-tielet ordni ta’ San Franġisk. Għandu wkoll fil-konfini tiegħu Santwarju antikissmu ddedikat lill-Verġni Immakulata, li minħabba d-devozzjoni kbira li kellu mill-poplu Għawdxi, l-Isqof attwali akkwista l-fakultà li jinkurunaha.

Il-Papa San Pawlu VI jaċċetta t-talba tal-Kleru u Poplu tal-Qala: Fil-fatt din it-talba kienet ġiet milqugħa millQ.T. il-Papa San Pawlu VI u l-Parroċċa kienet irċeviet digriet mis-Santa Sede li kien iġib iddata tal-21 t’April 1965, iffirmat mill-Kardinal Pietro Ciriaci, Prefett tas-‘Sacra Congregazione del Concilio’, li kien jikkonċedi t-titlu ta’ Parroċċa Arċipretali lill-Parroċċa tagħna talQala. B’hekk id-disa’ Kappillan attwali l-Kan. Dun Karm Vella, minn dakinhar beda jissejjaħ Arċipriet, unur mistħoqq lill-Parraċċa tal-Qala ddedikata lill-Immakulata u lill-Patrijarka San Ġużepp, Għarus Kastissimu ta’ Marija Verġni. Għalhekk il-Kan. Dun Karm Vella, sar l-ewwel Arċipriet tal-Qala. Dakinhar, indaqqet mota ta’ siegħa fil-5.00pm u wara l-kant tad-‘Te Deum’ u l-għoti talBenedizzjoni, l-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti l-oħra kollha ħarġu jifirħu u jiċċelebraw filħwienet kollha tal-Parroċċa, waqt id-daqq kontinwu tal-qniepen melodjużi tal-knisja tagħna. Ftit tal-ġranet wara, fil-Knisja Parrokkjali saret iċ-ċerimonja tal-qari tad-Digriet tas-Santa Sede li eleva lill-Parroċċa għad-dinjità Arċipretali, fil-preżenza ta’ Mons. Isqof Djoċesan Ġużeppi Pace, il-kleru u l-poplu tal-Qala li attenda bi ħġaru. Wara sar riċeviment fis-Sagristija.■ Ref: Dokument fl-Uffiċċju Parrokkjali – Parroċċa Arċipretali Qala (kopja murija fl-artiklu).

Il-poplu jikkontribwixxi kull sena somom kbar ta’ flus għall-missjoni; mhemmx għalfejn ngħidu kemm legati piji jiġu offruti kull sena lill-istess knisja. Fiha twaqqfu diversi fratellanzi u ma jonqsux is-soċjetajiet kattoliċi. Il-kleru numeruż jattendi għall-funzjonijiet u għaldaqstant huwa jispera li l-Qdusija Tiegħek tagħti lill-knisja parrokkjali t-titlu ta’ Arċipretali. B’ringrazzjament, U hawn issemmew is-saċerdoti li kienu jservu fil-parroċċa dakinhar – 9 saċerdoti. (ara hawn fuq).

Il‑Kardinal Pietro Ciriaci li ffirma d‑digriet tal‑Santa Sede dwar il‑ħatra ta’ “Parroċċa Arċipretali”.

15


Leħen il-Qala - Festa 2019

QALA TEEN GROUPS:

Ħidma Mwettqa Matul is-Sena li Għaddiet Minn Fr. noEl DEBono

Is-sena pastorali li għaddiet kienet sena importanti għall-gruppi tagħna peress li tlesta x-xogħol ta’ refurbishment fiċ-Ċentru u l-gruppi tal-adolexxenti bdew jużaw dan il-post millġdid. Kien nhar it-13 ta’ Diċembru 2018 li Mons. Isqof Mario Grech mexxa quddiesa fil-parroċċa tagħna u bierek dan il-post wara aktar minn sena ta’ ħidma. Ir-refurbishment fiċ-Ċentru kien ħolma ta’ ħafna adolexxenti u żgħażagħ li għal dawn l-aħħar snin kienu jagħmlu użu minnu, u issa nistgħu ngħidu li saret realtà. Dan kollu seta’ jseħħ grazzi għall-impenn u l-ġenerożità ta’ ħafna nies li offrew xogħol, materjal, donazzjonijiet u ħafna ħin sabiex il-proġett seta’ jinbeda u jitlesta. Fis-snin li għaddew stajna naraw x’kienu l-affarijiet l-aktar meħtieġa fiċ-Ċentru, kemm fl-istruttura u kemm fis-servizzi li jingħataw. U għalhekk il-punt tat-tluq ta’ dan il-proġett kien proprju dan. Minn hemm bdejna naħsbu kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mill-ispazju

16

li għandna u saru l-ewwel disinji. Imbagħad bil-mod il-mod beda x-xogħol strutturali, ġew mgħoddija s-servizzi ġodda, sar it-tikħil u t-tibjid, ġie mqiegħed il-madum, u fl-aħħar l-installazzjoni tad-dawl, l-għamara, ritratti u l-irtokki tal-aħħar. Ta’ min iqis li s-servizzi taddrenaġġ kienu fi stat ħażin ħafna u parti kbira tal-post kienet għadha mingħajr madum, peress li l-post oriġinarjament ma kienx maħsub bħala post li fih jiltaqgħu l-gruppi. Għall-grazzja ta’ Alla, illum għandna servizzi ġodda, post ċkejken fejn jista’ jintrefa’ l-materjal marbut mal-attivitajiet, kamra tal-laqgħat imdawla u b’dehra ġdida, sala ta’ rikreazzjoni moderna li tista’ tintuża għal diversi għanijiet, u spazju dedikat għal mumenti aktar ta’ talb u ta’ ġabra. Kemm dawk li ġew raw il-post u kemm aħna li qed nagħmlu użu regolari minnu ninsabu kuntenti ferm mhux biss mid-dehra ġdida li ħa, imma fuq kollox għax nistgħu noffru servizz aħjar lil dawk kollha li jiffrekwentawh.

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familji Buttigieg u Attard


Leħen il-Qala - Festa 2019 xhur kellna diversi mumenti ta’ talb flimkien, bħall-Ġimgħat tar-Randan fid-Dar Parrokkjali filgħodu, Il-Via Sagra fil-knisja, il-mumenti tal-qrar, u l-Adorazzjoni fiċ-ċentru stess. Matul ir-Randan ġew offruti l-eżerċizzi għażżgħażagħ, u l-istudenti kollha ħadmu fuq tifkira li mbagħad ingħatat lit-tfal tad-duttrina li attendew il-quddiesa tal-10.30am matul irRandan. Kienet okkażjoni mhux biss li ngħixu r-Randan b’mod aktar intens imma wkoll biex nikbru aktar bħala komunità waħda. Matul din is-sena, f’kollaborazzjoni ma’ Dar Ġużeppa Debono, għamilna numru ta’ laqgħat sabiex titqajjem aktar awareness tal-kobor tal-ħajja sa mit-tnissil tagħha fil-ġuf u l-istudenti għenu wkoll f’mumenti dedikati għall-parroċċa kollha. Minn żmien għal żmien jiġu wkoll organizzati attivitajiet aktar rikreattivi bħall-ħarġa ta’ Malta, passiġġati u oħrajn ta’ fundraising.

Matul is-sena komplew il-laqgħat u l-attivitajiet marbuta mal-gruppi ta’ form 2 u 3, 4 u 5, u 16 plus. Iċ-ċentru kien jiftaħ regolarment l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt, kemm għal mumenti ta’ formazzjoni kif ukoll għal mumenti ta’ rikreazzjoni. Matul dawn l-aħħar

Grazzi mill-qalb lil diversi persuni li jgħinu spiss fil-ħidma mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ fisskiet. Grazzi speċjali lil Fabio Cini u Tania Xerri li kienu preżenza kontinwa matul is-sena filgruppi tagħna u lil tant nies li għenu fil-proġett taċ-ċentru. Min jixtieq jgħin b’xi donazzjoni din tkun ferm apprezzata sabiex jitħallsu l-ispejjeż li fadal. Bħala komunità nitolbu l-interċessjoni ta’ San Ġużepp u ta’ Ommna Marija fil-ħidma ta’ formazzjoni mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!■

17


Leħen il-Qala - Festa 2019

in-najsi Mario Camilleri “Camilleri Family” 21, Independence Street, Qala, Gozo. Tel: 2155 4941 Mob: 9946 0725

9988 5457

18

 For 

all kind of Concrete Works Crane Hire


Leħen il-Qala - Festa 2019

Kumitat tal-Festa ta’ San Ġużepp – Festi Esterni (l-Ewwel tax-xorta tiegħu fil-Qala) Minn Euchar Mizzi

Kopja oriġinali tal-minuti tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat Festi Esterni – Festa ta’ San Ġużepp filQala Għawdex, misjuba fl-Uffiċċju Parrokkjali talistess Parroċċa, li ġġib id-data tal-21 ta’Awwissu 1965, turi biċ-ċar li dan kien l-ewwel Kumitat imwaqqaf b’mod uffiċjali u bi skrittura apposta mill-Parroċċa tal-Qala. Dan il-Kumitat twaqqaf mill-Arċipriet il-Kan. Dun Karm Vella (l-ewwel Arċipriet tal-Qala) u twaqqaf bl-iskop speċifiku li jkun jista’ jservi ta’ għajnuna għall-istess Arċipriet u hekk tkun tista’ tiġi ċċelebrata kif jixraq il-festa titulari ta’ San Ġużepp, Patrun Speċjali ta’ din il-Parroċċa. Għal dan il-għan huwa sejjaħ nies magħżula mir-Raħal u offrielhom dan l-inkarigu li lkoll laqgħu bil-qalb. L-ewwel laqgħa ta’ dan il-kumitat inżammet fil-Kanonika (fid-Dar tal-Arċipriet), nhar is-Sibt, 21 ta’ Awwissu 1965, fit-8.00 pm. Preżenti għal-laqgħa kienu: Kan. Dun Karm Vella – Arċipriet Rev. Dun Ġużepp Vella (tat-Trejża) Is-Sur Anton Buttiġieġ P.E.P. (is-Surmast) Is-Sur Karmenu Grech (tas-Sanita’) Is-Sur Michael Buttiġieġ (tas-Sanita’) Is-Sur Pawlu Vella (tal-Oħxon) Is-Sur Ġanni Mizzi (tal-Patri) Is-Sur Salvu Cutajar (ta’ Kejli) Is-Sur Karmnu Camilleri (tas-Slajv) Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat, wara t-talba tal-bidu, il-membri għaddew biex iffurmaw sett ta’ regolamenti li fuqhom għandu jimxi dan ilkumitat. Naturalment imbagħad għaddew sabiex jaħtru permezz ta’ elezzjoni l-membri li jokkupaw il-karigi ta’ dan il-kumitat. B’vot unanimu ġie maħtur bħala President is-Sur Anton Buttiġieġ. Bħala Viċi-President kien magħżul is-Sur Karmenu Grech. Għall-kariga ta’ Segretarju kien maħtur ir-Rev. Dun Ġużepp Vella. Ass. Segretarju kien magħżul is-Sur Pawlu Vella. Is-Sur Michael Buttiġieġ inħatar bħala l-Kaxxier, waqt li Ass. Kaxxier kien maħtur is-Sur Salvu Cutajar. Typist kien magħżul is-Sur Ġanni Mizzi. Awdituri kienu maħtura s-Sur Ġanni Cefai (ta’ Tunis) u s-Sur Patrick Buttiġieġ (tas-Surran). Bħala membri oħra tal-kumitat kien hemm is-Sur Karmnu Camilleri u s-Sur Mikiel Spiteri (il-Ħarti). Peress li f’din il-laqgħa ma kienx hemm

aġenda partikulari, kulħadd tħalla jippreżenta temi u materji differenti għad-diskussjoni. L-ewwel suġġeriment f’loku kien li jinstab mezz kif jinġabru l-aktar flus possibbli mingħajr ma ssir pressjoni żejda fuq il-parruċċani. Il-mezz l-aktar meqjus kien deċiż li ssir kontribuzzjoni libera ta’ kull ġimgħa għal sena sħiħa minn delittanti li lesti joffru s-sehem tagħhom minn jeddhom. Suġġeriment ieħor mhux inqas fejjiedi minn ta’ qablu kien li jsiru rappreżentazzjonijiet tal-palk u żewġ fieri matul is-sena bħala fondi għall-festa. Proposta oħra importanti kienet dik li jagħmlu ħilithom kollha biex jiffrankaw il-flus li jistgħu mingħajr ma jnaqqsu l-livell tal-festa. Hawn ġie suġġerit li billi l-akbar spiża tal-festa kollha tkun fil-luminazzjoni u fil-logħob tan-nar, ilkumitat qabel li jistudja l-kwistjoni u jara jekk hux possibbli li tinħadem xi ħaġa lokalment. Hawn billi l-ħin kien daħal sewwa, il-President deherlu li jkun aħjar jekk din il-kwistjoni tiġi diskussa f’laqgħa oħra. Is-seduta ntemmet fl-10.00 pm. u ġiet aġġornata għal ġurnata oħra fil-viċin. Osservazzjoni li nixtieq nagħmel hi li dawn il-persuni kollha msemmija f’dan id-dokument minbarra Pawlu Vella, Salvu Cutajar u Patrick Buttiġieġ, li għadhom qawwijin u sħaħ, illum huma lkoll mejtin, li nittamaw li qegħdin igawdu lill-Mulej, lill-Immakulata u lil San Ġużepp li lkoll kienu tant iħobbu. Konklużjoni: B’hekk 54 sena ilu twaqqaf l-ewwel kumitat tal-Festa Esterna fil-Qala li nistgħu ngħidu li kien u għadu sal-lum mezz ta’ sostenn kbir għal kull Arċipriet kif ukoll mezz ta’ organizzazzjoni millaqwa għall-Festa sabiħa u kbira, li tiġi organizzata kull sena u li tagħmel tassew ġieħ lill-Patrun tagħna San Ġużepp u ta’ unur għar-raħal tagħna tal-Qala. Dan il-makkinarju Festiv u effettiv għadu jaħdem sal-ġurnata tal-lum u nittamaw li jkompli jagħti l-frott meħtieġ u ferm mistenni mill-Qalin kollha sena wara l-oħra għall-festa tal-Magnus! ■ Ref: Kopja miżmuma fl-Arkivju Parrokkjali talParroċċa tal-Qala, li magħha tinkludi wkoll kopja tar-regolamenti magħmula mill-istess kumitat u li fuqhom jimxu dawn il-laqgħat.

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Nazzarenu, Grezzja u Rose Grima

19


Leħen il-Qala - Festa 2019

RIVOLUZZJONI BIL-BNIEDEM! Minn Mons. salV griMa

20

• Għandek idea xi tkun rivoluzzjoni? Għax kont naħsibha xi forma ta’ progress. • Nismagħhom isemmu dik Franċiża fi tmiem is-seklu 18. Ma jfissirx li dik biss. • Anki wara saru iktar tentattivi bħalma pprova jagħmel Karl Marx. • Imma taf int ma’ xiex għandha x’taqsam ir-rivoluzzjoni? • Jgħidu li għandha x’taqsam mal-politika jew mal-ekonomija. • Illum ivvintaw iktar affarijiet tant li żdiedet ir-rivoluzzjoni umana. • Ma nistax nifhmek sewwa. Mhux qed tifhem għall-evoluzzjoni umana? • Le. Hemm dik li qed tissejjaħ ir-rivoluzzjoni tal-“gender”. Qatt m’aħna kwieti! • Smajtha dil-kelma imma qatt ma nqalgħuli problemi dwarha. • Frattant illum qed jingħad ħafna, u xejn taħseb li dan hu xi progress. • Jaqaw hawn xi biża’ bħal meta tfaqqa’ xi pesta jew jixtered xi virus? • Biżżejjed ngħidlek li ftit snin ilu mijiet ta’ eluf ħarġu jipprotestaw fi Franza. • Mela x’kien qed jiġri sewwa? Xi rivoluzzjoni oħra bħal dik ta’ qabel? • Il-ġenituri ma ridux jibagħtu ‘l uliedhom l-iskola fejn daħħlulhom tagħlim ġdid. • Tagħlim ġdid? U mhux tajjeb għat-tfal? X’ġara sewwa? • Riedu jdaħħlulhom it-teorija tal-“ħsieb uniku”, m’hemmx għażla bejn tifel u tifla! • Imma ngħid jien: dan biex mindu żgħar jibdew jirrispettaw lil xulxin? • Mhux f’dak is-sens. It-teorija mhix dwar rispett, iżda dwar bidla. • Isbaħ din! Allura x’komplew jgħidu dwar din it-teorija jew bidla? • Li m’hemmx iktar differenza, m’hemmx il-maskil u l-femminil. • Mela mhux bħalma qalilna l-kappillan li Alla hekk ħalaqhom: raġel u mara. • Din tagħhom hija manuvra biex mingħalihom jiddefendu xi kategorija ta’ nies! • Allura dawn qed jippruvaw jirfsu fuq is-sewwa magħruf. Xi proġett għandhom? • Ngħiduha ċar li m’għandu qatt ikun hemm xi forma ta’ diskriminazzjoni. • Naqbel miegħek fejn hemm id-dinjita’ tal-bniedem, bħal ħlas għall-istess xogħol..... • Ekku. Dik hija ugwaljanza, bħalma anki fiż-żwieġ it-tnejn huma ndaqs. • Iżda xorta jibqa’ li l-funzjoni tar-raġel u tal-mara hija differenti. • U hekk għandha tkun il-familja kif ħalaqha Alla. Inkella kif joktru u jnisslu? • Tassew dit-teorija tal-gender hija gidba kbira, ma tħallix il-veru skop taż-żwieġ. • U dan biex taparsi ma jibqgħux xi tendenzi opposti bejn l-irġiel u n-nisa? • Imma biex tittratta t-tendenzi opposti hemm bżonn toħloq rivoluzzjoni sħiħa? • Ara x’fatta jridu jġibuha l-familja u s-soċjetà tal-lum! Imeru s-sewwa magħruf! • Bħalxejn hemm min jipprova japprofitta b’xi mod mill-każ ta’ Marija u Ġużeppi! • Ħażin jagħmlu. Marija xorta kienet tassew martu u Ġużeppi tassew żewġha.... • Li ġara mhux għax qalbu xi ordni imma għax twettqet ħidma tal-Ispirtu s-Santu. • Ekku. L-Iben ta’ Alla sar bniedem, u sehem Ġużeppi kien f’għerusija ma’ Marija. • Seħħ misteru kbir! Marija saret tassew Omm, b’Ġużeppi li baqa’ missier putattiv. • Alla mhux iħawwad fil-gender. Ħalla kollox bħalma ħalaq fil-bidu. • Alla wettaq opra kbira, u frattant il-bniedem jivvinta l-maqlub! Il-Festa t-Tajba.■


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

MATUL DIN IS-SENA PASTORALI FIL-QALA - 2018-2019 minn Fr charlEs ButtigiEg

IL-KOMUNITÀ EWKARISTIKA:

Il-Komunità Ewkaristika kienet tiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa fil-Parroċċa tagħna fit-7.45pm (sajf) u fis-6.45pm (xitwa). Fil-bidu tas-sena kellna laqgħa mal-Vigarju Episkopali għall-katekeżi Mons. Joseph Attard. Din is-sena l-Komunità flimkien mal-Presbiteru tagħha għamlet mixja ta’ Katekeżi, Riflessjoni, Adorazzjoni, u Ewkaristija li tispiċċa bl-ikla tal-Agape. Bħala Komunita’ Ewkaristika nirringrazzjaw dejjem lill-Arċipriet tagħna Dun Nazju Borg talappoġġ tiegħu li dejjem jagħtina. Ħadna sehem ukoll fl-attivatijiet li organizzat id-Djoċesi ta’ Għawdex f’din is-sena Marjana. Inħeġġu aktar membri sabiex jattendu u kulħadd mistieden, speċjalment dawk li qegħdin iħossu l-bżonn li jersqu iktar qrib tal-Mulej.

AZZJONI KATTOLIKA – FERGĦA NISA U OMMIJIET: Din is-sena flimkien mal-grupp tan-nisa talAzzjoni Kattolika mmeditajna dwar is-sejħa għall-qdusija kif jixtieq minna Papa Franġisku. Dan il-grupp iltaqa’ dejjem kull ġimgħa fiddar tad-Duttrina. Għal darba oħra ngħatat l-opportunità għall-ommijiet li wliedhom jattendu d-Duttrina, nhar ta’ Tnejn, għallaqgħa tal-Azzjoni Kattolika b’Lectio Divina tal-Evanġelju tal-Ħadd. Din il-laqgħa sservi ta’ mument ta’ laqgħa għall-ġenituri waqt ilħin li jkunu jistennew lil uliedhom waqt idduttrina fid-Dar tad-Duttrina. Inħeġġu aktar ommijiet sabiex jattendu għal din il-laqgħa ta’ darba fil-gimgħa waqt li wliedhom ikunu jitgħallmu.

marbuta ma’ Padre Pio speċjalment għand ilPatrijiet Kapuċċini tar-Rabat. Il-grupp joffri matul is-sena donazzjonijiet għall-isptar li kien bena Padre Pio ġewwa San Giovanni Rotondo, li l-Qaddis riedha tkun dar ta’ faraġ u fejqan, kif ukoll borża ta’ studju fil-Kenja. Din is-sena, id-donazzjoni li ta l-grupp għallisptar ta’ Padre Piju għenet sabiex inxtara apparat mill-iktar modern għall-kura tat-tfal bil-kanċer u għall-kura tal-qalb.

PASTORALI SKOLASTIKA:

Il-parroċċa kompliet tinvesti ruħha filpastorali skolastika fl-iskola Primarja. Saru diversi ċelebrazzjonijiet tal-qrar, quddies fliskola, fil-Knisja Arċipretali u fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni, Eżerċizzi li saru minn Fr Simon Cachia, Ċelebrazzjoni ta’ Fidi, Marjana u Ewkaristika u Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr tat-tfal tal-Year 6, kif ukoll tberik tal-annimali fil-Festa ta’ San Franġisk. Nirringrazzjaw lill-Kap, lill-Assistent Kap u l-istaff kollu talGħalliema tal-appoġġ li dejjem jagħtu lillParroċċa sabiex twettaq din il-pastorali ferm utli għal uliedna fl-iskola tagħhom.■

GRUPP SAN PIJU TAL-PJAGI:

Komplejna bil-laqgħat tal-Grupp ta’ Padre Piju kull l-ewwel Tnejn tax-xahar fl-4.00pm u fis-sajf fil-5.00pm. Issir Adorazzjoni u Quddiesa bl-omelija u b’talb għall-fejqan matul is-sena kollha minbarra x-xahar ta’ Awwissu. Ġew organizzati diversi attivitajiet

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Karmnu u Grezzja Buttigieg u Francesca Xerri

21


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Messaġġ mill-Fergħa tal-Mużew Nisa Minn Doris attarD sdc

Dun Ġorġ kien iħobb jgħid, ‘It-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid’, u dan Dun Ġorġ kompla saħħu anke permezz ta’ ħafna kotba li ħallielna. Dawn huma xi tagħlimiet mill-kitba ta’ Dun Ġorġ: 1. Kotra ta’ ġid spiritwali u temporali tinżel mis-sema bil-quddiesa.

2. Għandna nżommu kemm nistgħu l-paċi ma’ kulħadd. 3. Biex wieħed ikollu l-paċi m’għandu jixtieq xejn. 4. Għandna nagħtu, iżda bil-prudenza. 5. Sinjal tal-veru għerf hi l-paċenzja. 6. Huwa ngannat min jaħseb li huwa aħjar minn ħaddieħor. 7. X’jagħmel il-bniedem spiritwali: • Jaħrab il-ħwejjeġ li ma jogħġbuhx fl-oħrajn • Jevita kwistjonijiet boloh. • Jagħder kull mizerja tal-proxxmu. • Iħenn aktar malajr milli jinkorla. • Jinsa kull inġurja li jkun irċieva. • Fit-taħbit jerħi ruħu f’idejn Alla. Dun Ġorġ kiteb ħafna dwar San Ġużepp. Nieħdu silta żgħira mill-kitba tiegħu: ‘San Ġużepp għandu quddiem Alla setgħa wisq kbira u min jagħrfu ma jistax ikun li ma jirrikorrix lejh. Santa Tereża stqarret li ebda grazzja ma talbet lil San Ġużepp u ma qalgħethiex. Dun Ġorġ iħeġġiġna biex insejħu lil San Ġużepp b’talba li żgur togħġbu: ‘San Ġużepp ta’ qalb safja itlob għalina’. • Nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għat-tagħlim fil-MUSEUM. • Nieħdu gost u napprezzaw li naraw lit-tfal jattendu bil-qalb. • Nirringrazzjaw ukoll lill-Arċipriet ta’ kull għajnuna tiegħu. J’Alla l-festa li se niċċelebraw f’isem San Ġużepp tqarribna dejjem iżjed lejn Ġesù. Nawguraw ilFesta t-Tajba lil kulħadd! Il-Paċi magħkom.■

22

E‑mail: lehenilqala@gmail.com


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

F’GĦELUQ IL-ĦAMSA U SEBGĦIN SENA MILLBIDU TAL-MUSEUM FIL-QALA Mis-soċji rġiel tal-Museum

l-aħbar reġa’ tħajjar imur fil-Museum tar-Rabat. Il-bidu: L-ewwel darba li ssemma l-isem tal-Museum fil- Għalhekk mar ikellem lil Manwel Bianco u qallu Qala kien proprju madwar mitt sena ilu. Is-Soċjetà bix-xewqa tiegħu. Bianco staqsieh kemm kellu 1 GĦAQDAbħala MUŻIKALI ‘ITE AD JOSEPH’ A.D. 1996 żmien - uQala wieġbu li kellu tletin sena. Għalhekk tad-Duttrina Nisranija magħrufa Museum li twaqqfet minn San Ġorġ Preca f’Malta fl-1907 Bianco qallu biex imur ikellem lil Dun Ġorġ. bdiet tixtered fl-irħula ta’ Malta. Fil-Qala jissemma li wieħed saċerdot żagħżugħ, Dun Ġużepp Vella tal-Maġġa kien jagħmel laqgħat għall-ġuvintur ġo dar tal-familja tiegħu, li kienet tinsab fi Triq ilBelveder.

L-istorja tal-Museum L-istess Dun Ġużepp kiteb li fil-korteo tal-Ewwel tas-Subien Quddiesa Solenni tiegħu, li sar mid-dar tiegħu salknisja ħadu sehem it-tfal tal-Museum. Imma ma tal-Qala nafux x’kuntatti kellu ma’ Dun Ġorġ. Iżda nafu

li San Ġorġ Preca fil-bidu tas-snin kiteb Toni Mizzi - għoxrin ittra lil Rakela Camilleri li kienet Superjura talKien 100 sena ilu proprjament fl-1915 li fil-Qala Museum tal-bniet tan-Nadur biexIs-Soçjetà tgħin kif tista’ ssemma l-ewwel darba l-MuΩew. tallill-Museum tal-Qala. Qalilha li se jipprova jibgħat Museum li beda San Ìor© Preca f’Malta fl-1907 kienet lil Jimmy Soċju ta’ ieħor. Iżdau dan is-Soċju baqa’ bdiet tixteredjew fl-ir˙ula Malta, fil-Qala jissemma ma ġiexsaçerdot u din iż-żerriegħa tal-Museum li wie˙ed Ωag˙Ωug˙ Dun ÌuΩepp intemmet. Vella talMa©©a kien jag˙mel laqg˙at g˙all-©uvintur ©o dar Iżda l-pjanijiet ta’ Alla ħadd ma jista’ jifhimhom. tal-familja tieg˙u li kienet tinsab fi Triq il-Belveder. Dan Matul 1940 kien żmien il-gwerra u Malta kienet Dun ÌuΩepp kiteb li fil-korteo mid-dar sal-knisja g˙allqed tkun attakkata bl-aħrax mill-ajruplani ewwel quddiesa solenni tieg˙u ˙adu sehem it-tfal Taljani u Ġermaniżi. Għalhekk ħafna familji tal-muΩew. Imma ma nafux x’kuntatt kellu ma' Dun mill-Kottonera ġew Għawdex biex ifittxu kenn Ìor©. Nafu li Dun Ìor© fil-bidu tas-snin g˙oxrin kiteb tal-bombi. Il-Gvern ukoll tal-muΩew ħaseb biex ittramill-periklu lill-Rakela Camilleri li kienet superjura iġib l-anzjani tal-iSptar San Vinċenz de Paul tal-bniet tan-Nadur biex tg˙in kif tista’ lil muΩew talf’Għawdex minħabba li l-ajruport kien Qala. Qalilha li se jipprova jibg˙at lil Jimmy jewviċin soçjuu l-attakki ta’ spiss. Naturalment ie˙or, immakienu dan is-soçju baqa’ ma ©iex u mal-anzjani dan il-bidu kellhom jiġu wkoll l-infermiera u ħaddiema oħra. Ωg˙ir kien waqaf. Fost dawn kien hemm Soċju tal-Museum millKien fl-1940 Ωmien il-gwerra u Malta kienet qed tkun Ħamrun jismu Manwel Bianco. attakkata bl-a˙rax mill-ajruplani Taljani u ÌermaniΩi. Meta spiċċa Għawdex ġietu l-ispirazzjoni biex jibda l-Museum tas-subien bħal dak li kien hemm Malta. Għal dan l-iskop kiteb lil Dun Ġorġ biex jara x’parir ser jagħtih. San Ġorġ Preca wieġbu lura u qallu biex jibda. L-ewwel darba li għamel laqgħa għat-tfal kien fit-23 t’April 1941 f’dar qrib it-Tokk fir-Rabat. Kien hemm preżenti 7 itfal ta’ refuġjati Maltin. Maż-żmien komplew jiżdiedu t-tfal mir-Rabat. Salvu Camilleri, li meta kien żgħir kien jattendi fil-Museum ta’ Dun Ġużepp Vella, meta sema’ din

Óafna ©ew bil-ħsieb G˙awdex min˙abba Salvufamilji weramill-Kottonera lil Dun Ġorġ tiegħu u l-periklu li kienu fih. Il-gvern ukoll ˙aseb biex i©ib l-Fundatur aċċettah. Għalhekk beda jmur ir-Rabat ix-xju˙ tal-isptar San Vinçenz de Paul, f’G˙awdex għal-laqgħat tal-Museum kuljum biż-żiemel. min˙abba li kien hemm l-ajruport viçin u hekk kienu Miegħu kien jieħu tlett itfal, Ġużepp Buttigieg, fil-periklu. Max-xju˙ kellhom ji©u wkoll l-infermiera u Anġlu Buttigieg u Manuel Mizzi. Dawn kienu ˙addiema o˙ra. Fost dawn jmorru miegħu kuljum fuq il-karettun tal-molol. kien hemm soçju tal-muΩew Iżda darba xħin mill-Óamrun jismu kienu Manualġejjin lura fid-dlam, ilkarettun sab ħofra u nqaleb. Dawn l-erbgħa, Bianco. Dan meta sab ru˙u Salvu u t-tfal spiċċaw mal-art, imma b’xorti tajba G˙awdex, ried jibda l-muΩew ma weġġgħux għalkemm tas-subien u kiteb lil Dun ħadu qatgħa kbira. Salvu reġa’ rranġajag˙tih. l-karettun u komplew it-triq Ìor© biex jara x’parir lejn il-Qala. Dawn Dun Ìor© wie©bu lura uit-tfal qallu ftiehmu li ma jgħidu xejn jibda. lil ommhom, biex L-ewwelimma darbameta Ġużepp Buttiegieg id-dar, ommu Anġla rat il-flokk tiegħu li wasal g˙amel laqg˙a g˙at-tfal kien fit-23 u t’April, 1941mill-ewwel f’dar mqatta’ staqsietu x’kien ġara. Dan ma kienx induna li l-flokk kien tqatta’ billi kien id-dlam. L-omm indunat li kien ġralhom xi ħaġa, u minħabba f’hekk kellu jgħidilha.

Hawn irridu niftakru li kien żmien il-gwerra; żmien li ma tantx kien ta’ min joqgħod jiġri barra bil-lejl bla bżonn. Imma l-ommijiet ta’ dawn ittfal xorta waħda ħallewhom imorru ma’ Salvu. Dawn it-tfal baqgħu determinati li jkomplu jmorru. Dawn il-laqgħat ħallew frott kbir tant li tnejn minnhom saru saċerdoti. Dawn kienu Dun Ġużepp Buttigieg u Dun Anġ Buttigieg. Manwel

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tas-Soċi tal-Museum

23


Leħen il-Qala - Festa 2019 kollox. Dawn il-Kandidati kienu jmorru l-Azzjoni Kattolika iżda tħajru jibdew fil-Museum u għamlu dan wara parir pożittiv li ħadu mingħand ilKappillan. Salvu Camilleri jsir l-ewwel Superjur: Dakinhar filgħodu wara ċ-ċerimonja s-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg qal lil Salvu Camilleri biex iqum bilwieqfa u linnies qallhom li minn dakinhar Salvu Camilleri ser ikun isSuperjur tagħhom. Wara nofsinhar saret ċerimonja tal-magħżulin lil 24 tifel; fosthom kien hemm Dun Ġużepp Buttigieg u Dun Anġ Buttigieg. Iċ-ċerimonja saret fis-Santwarju talKunċizzjoni. Magħżul fil-Museum ifisser tifel ta’ tnax-il sena li jwiegħed li ser jibqa’ jattendi għallezzjonijiet tal-Museum.

Mizzi kien sar Soċju għalkemm wara xi żmien kien iżżewweġ. Fl-1943 infetaħ il-Museum fix-Xewkija u issa minflok il-vjaġġ lejn ir-Rabat bdew imorru lejn il-Museum tax-Xewkija u hekk bdew jiffrankaw biċċa triq. Wara dan iż-żmien ta’ formazzjoni kien wasal il-waqt li jiftaħ il-Museum fil-Qala, li seħħ fl-1 ta’ Ottubru 1944. Billi ma kellhomx lokal kienu jiltaqgħu ġox-xarabank ta’ Salvu Camilleri. It-tfal kienu joqogħdu bilqiegħda u min jagħmel il-lezzjoni kien joqgħod bilwieqfa fin-nofs. Iżda wara ftit Salvu beda jiġborhom ġo kamra fid-dar tal-familja tiegħu. Salvu Camilleri inkorpora Soċju fil-Museum tar-Rabat. Il-kelma Inkorporazzjoni tfisser li wieħed jingħaqad mas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija permezz ta’ ċerimonja. F’Ġunju saret iċ-ċerimonja tal-Kandidati lil Salvu Buttigieg, Toni Camilleri, Manuel Camilleri, Manuel Mizzi u Toni Portelli. Fil-Museum Kandidat ifisser wieħed li qiegħed jipprepara ruħu biex isir Soċju. Iċ-ċerimonja saret fid-dar ta’ Ġużepp Camilleri fi Triq l-Imġarr ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali.

24

Kien il-Ħadd filgħodu u kienu preżenti s-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg, xi saċerdoti tal-Qala, u l-kappillan Dun Ġużepp Vella li tant kien jinkoraġġihom. Kien huwa stess li tletin sena qabel, kien beda xi ħaġa bħal din u kien waqaf

Fl-1945 inkrew żewġt ikmamar minn dar fi Triq it-Telgħa biex jagħmlu l-laqgħat hemm. IsSuperjur Emanuel Bianco beda jitgħallem ir-rota biex mir-Rabat imur ix-Xewkija u jiġi l-Qala. Huwa stess jgħid li dak li ma għamilx meta kien tfal beda jwettqu ta’ tletin sena. Kien qal li ġieli ħa xi tkaxkira, imma kien iqum u jkompli lejn il-Qala. Xi drabi meta kien jiġi bir-rota l-Qala minħabba l-maltemp kien jorqod fir-raħal tagħna. Il-Museum tal-Qala beda jħalli l-frott tant li fl1947 is-Soċju Salvu Buttigieg inħatar Superjur talQasam tan-Nadur, li kien fetaħ f’dik is-sena. Issa kien wasal il-waqt li jibdew jaħsbu biex ikollhom post tagħhom, jiġifieri lokal adattat għattagħlim tad-duttrina. Bil-għajnuna ta’ Dun Anġ Camilleri fl-1948 inxtrat biċċa art ġo tas-Salib biex fuqha jinbena l-Museum il-ġdid. Dan kien pass ta’


Leħen il-Qala - Festa 2019 kuraġġ kbir li kien ifisser ħafna xogħol u sagrifiċċji kbar. Iżda bil-għajnuna t’Alla u tal-familja ta’ Salvu Camilleri, flimkien mal-entużjażmu tasSoċji u ż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien din ix-xewqa kellha ssir realtà. Tqabbad biex jagħmel il-pjanta l-perit Arthur Bondin mir-Rabat u l-permess tal-bini ħareġ fl24 ta’ Awwissu 1949 u minnufih bdew ix-xogħol tal-pedamenti. Is-Superjur Salvu Camilleri xtara trakk żgħir u kien imur Ħondoq iġib il-ġebel biex jimlew il-pedamenti. Miegħu kienu jmorru grupp ta’ żgħażagħ biex jgħinuh. Fil-21 ta’ Novembru 1949 sar it-tqegħid tal-ewwel ġebla. L-ewwel tliet filati tal-qawwi kienu lesti, kien jonqos il-ġebla li ser ipoġġi l-Isqof. Il-ġurnata bdewha bil-quddiesa fil-5.30a.m. is-Soċji u t-tfal flimkien. Fl-10.00a.m. reġgħu ltaqgħu l-knisja għall-programm adattat għat-tfal. Fit-3.30p.m. iltaqgħu fil-knisja għall-wasla tal-Isqof Ġużeppi Pace. Hemmhekk saru diskorsi mis-Superjur Ġenerali Ewġenju Borg u l-kappillan Dun Ġużepp Vella. Wara marru purċissjoni sal-post fejn kien qiegħed jinbena l-Museum il-ġdid. L-Isqof poġġa l-ewwel ġebla fost il-ferħ tal-poplu kollu tal-Qala. Wara reġgħu lura lejn il-knisja u l-Isqof għamel diskors u wara ta l-barka sagramentali. Il-poplu tal-Qala kif kien ġeneruż mal-knisja kien ġeneruż ukoll mal-Museum għax fis-27 ta’ Diċembru 1950 marru fil-Museum il-ġdid. L-ewwel sular, kien lest bil-bibien u t-twieqi, bittikħil filwaqt li l-madum kien lest nofsu, u n-nofs l-ieħor sar wara. B’dan il-mod bdiet issir ħaġa wara l-oħra skont il-bżonn. San Ġorġ Preca ġie wkoll il-Qala: San Ġorġ Preca ma ġiex ħafna drabi Għawdex iżda nafu li ġie darbtejn il-Qala. L-ewwel darba kien fl1926 fil-Museum tal-Bniet li dakinhar kien fil-bidu ta’ Triq it-Telgħa u t-tieni darba kien f’Settembru 1951. Dakinhar kien ġie biex ikellem lis-Superjur Salvu u lil Dun Anġ u fl-istess jum qagħad jistrieħ ftit fid-dar tagħhom. Ta’ min isemmi li l-familja ta’ Salvu Camilleri kienu jissejħu tal-Furnar billi kienu jaħdmu bil-

forn. Dakinhar kien hemm xi nisa ġol-forn u xħin saru jafu li fid-dar tas-sidien kien hemm Dun Ġorġ qagħdu fejn il-bieb biex xħin ikun sejjer jarawh. Meta Salvu fetaħ il-bieb u Dun Ġorġ rahom fejn il-bieb staqsa lil Salvu għalfejn kienu qegħdin hemm. Salvu wieġbu li dawn għamlu hekk biex jarawh, imma Dun Ġorġ wieġbu; “Lili x’se jarawli?!” Dawk in-nies li kien hemm qalulu biex iberikhom, imma hu qalilhom li ma kinux bravi għax ma għakksux għajnejhom. San Ġorġ Preca ħadem dejjem għas-saltna ta’ Alla u qatt ma ried li jkun popolari. Salvu Buttigieg isir Superjur: Is-Superjur Salvu Camilleri dam Superjur tal-Qala sal-1964, imbagħad għamel xi żmien Superjur ixXewkija u wara beda jmur l-Għasri u Għajnsielem. Salvu Camilleri ħalla din id-dinja fis-6 ta’ Marzu 1990. Warajh is-Superjur Ġenerali għażel lil Salvu Buttigieg li kien Superjur in-Nadur. Kien beda jinħass ilbżonn li l-bitħa talMuseum tiġi rranġata biex it-tfal jilagħbu mingħajr periklu. Salvu Camilleri li kellu biċċa art, li tmiss mal-Museum taha lill-Qasam biex il-bitħa tkun aktar kbira. Fl-1983 beda t-tneħħija tal-ħamrija u l-qtugħ tal-blat li kien iebes u f’Ġunju ġiet miksija bis-siment. Anġlu Cefai ġie mqabbad biex jagħmel dan ilproġett. Anki l-bitħa tal-Museum hija frott ta’ ġenerożità: Salvu Camilleri ta l-art, ħuh Dun Anġ ħallas il-bini tal-ħajt tat-triq filwaqt li s-Superjur Salvu Buttigieg beda jħallas lil Anġlu Cefai millpensjoni tiegħu ftit ftit, għalkemm dan kien jgħidlu li ma kellux għaġla biex iħallsu. Salvu Buttigieg kien bniedem ta’ Alla u qatt ma fittex l-unuri u l-kumdità, iżda għamel milli kien jista’ biex Ġesù jkun magħruf u maħbub. Salvu baqa’ Superjur tal-Qasam tal-Qala sa ma miet ħabta u sabta fid-19 ta’ Frar 1985. Bidu tal-bini tat-tieni sular: F’Settembru tal-1985 is-Superjur Ġenerali għażel lil Toni Grima mill-Qasam tax-Xewkija Superjur tal-Qala. F’dan iż-żmien bdiet tikber ix-xewqa li jinbena t-tieni sular u jsir xi tibdil anke fis-sular ta’ isfel. Is-Sibt 19 ta’ Awwissu 1989 beda x-xogħol ta’ bdil ta’ parti mis-saqaf tal-Museum u fid-9 ta’ Settembru tpoġġew il-planki. Fid-29 ta’ Settembru

25


Leħen il-Qala - Festa 2019 Isqof Badge tad-deheb bil-kliem ‘Verbum Dei Caro Factum Est’. Fit-2 ta’ Novembru 1997 waqt laqgħa ġenerali li saret fil-Museum tar-Rabat is-Superjur Ġenerali Victor Delicata, ħabbar li s-Superjur tal-Qala Toni Grima kien sar is-Superjur tal-Qasam tax-Xagħra. Is-Superjur Toni Grima jibqa’ mfakkar għaxxogħol kbir li sar fi żmienu; iżda ta’ min isemmi li minkejja dan ix-xogħol it-tagħlim tad-duttrina baqa’ għaddej b’mod normali tas-soltu. 1991 l-Arċipriet Dun Anton Sultana fi tmiem ilparrokat tiegħu, wera l-imħabba li kellu lejn ilMuseum billi għamel donazzjoni ta’ Lm1000 lillQasam tas-subien u Lm1000 lil tal-bniet. Ix-xogħol tal-bini tas-sular ta’ fuq tal-Museum beda nhar it-Tlieta 4 ta’ Frar 1992 mill-bennej Toni Pisani. Wara li tlesta x-xogħol tal-bini sar il-bejt f’erba’ partijiet. Ix-xogħol sar mill-membri talqasam. Il-bejt sar fit-12 u 25 ta’ Lulju u fit-8 ta’ Settembru u fit-3 ta’ Ottubru 1992. Fl-1 ta’ Ottubru 1994, il-Museum tal-Qala għalaq 50 sena mill-ftuħ tiegħu li kien sar fl1944. Għalhekk saret quddiesa mill-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi u l-kleru tal-Parroċċa fil-Knisja Parrokkjali bħala ringrazzjament lil Alla. Kienu ġew ukoll xi membri tal-Korp Buon Ordni. Dawn kienu grupp ta’ superjuri maħtura mis-Superjur Ġenerali biex jissorveljaw l-Oqsma Mużewmini. Is-Superjur Manwel Bianco kien ukoll preżenti. Ġie stampat ktieb bil-grajjiet tal-Qasam. Fissajf tal-1995 ix-xogħol tal-bini tal-Museum kien tkompla għax tneħħew il-ħitan tal-kmamar t’isfel u ġiet sala sabiħa.

26

Tberik tat-2 Sular u bidla ta’ Superjuri: Fis-27 ta’ Lulju 1996 sar it-tberik tat-tieni sular. Kienet saret quddiesa filpjazza mill-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi u s-saċerdoti talparroċċa. Wara l-quddiesa sar Korteo mill-pjazza għallMuseum. Imbagħad fil-qasam jiġifieri fil-lokal tal-Museum saru diskorsi qosra misSuperjur Ġenerali, minn Mons. Ġużeppi Buttigieg, li kien idDelegat Djoċesan tal-Isqof għas-soċjeta’, il-Primarju tasSoċjetà Joe Abdilla u mill-Isqof. Wara l-Isqof Cauchi bierek is-sular ta’ fuq. Bħala tifkira ta’ din l-okkażjoni s-superjur Toni Grima ppreżenta lill-

Issa Emmanuel Attard sar Superjur tal-Qala. Fid-9 ta’ Lulju 1999 is-Superjur Ġenerali Victor Delicata ġie jżur il-Qasam tal-Qala u wara li kellem lit-tfal u lis-soċji ħabbar li għażel lil Patrick Buttigieg, Soċju mill-istess qasam bħala Superjur il-ġdid. Fi żmien li Patrick Buttigieg kien Superjur tkompla x-xogħol li kien jonqos biex titlesta s-sala ta’ isfel. Din bdiet tintuża kemm għal xi laqgħat u anke biex tintuża bħala sala tal-logħob. Fis-7 ta’ Ottubru 2004 is-Superjur Ġenerali Victor Delicata ħatar lis-soċju Toni Mizzi bħala Superjur tal-Qasam tal-Qala. Il-Kunsill Lokali rrikonoxxa l-ġid li s-Soċjetà talMuseum għamlet u li għadha tagħmel fil-Qala billi ta Ġieħ il-Qala lil sitt Soċji tal-Museum. Dawn kienu Toni Grima fl-1997, lil Toni Camilleri, Manwel Camilleri, Ċetta Magro u Carmena Mizzi fl-2005 u Ġużeppi Xerri fl-2011. Fil-bidu tal-Episkopat tal-Isqof il-ġdid Mons. Mario Grech għamel żjara fil-Qasam fis-17 ta’ Marzu 2006, fejn ġie milqugħ bil-ferħ mis-Soċji u t-tfal. Mewt ta’ żewġ soċji u bidla ta’ Superjuri oħra: Fis-27 ta’ Diċembru 2006 miet is-Soċju Toni Camilleri fl-età ta’ 94 sena fid-dar tiegħu u ftit ġimgħat wara fil-11 ta’ Frar 2007 miet Manwel Camilleri fl-għomor ta’ 92 sena. Dawn kienu Soċji tal-bidu tal-Museum fil-Qala u ddedikaw ħajjithom għal Alla fil-vokazzjoni mużewmina.


Leħen il-Qala - Festa 2019 jrid ikun hemm xi vokazzjoni mużewmina. B’dan il-mod it-tfal u ż-żgħażagħ jinqasmu f’kategoriji differenti. Għandna l-Preparatorja li huma tfal minn 10 sa 12-il sena, il-Magħżulin minn 13 sa 14-il sena, l-Aspiranti minn 15 sa 16-il sena, ilKandidati minn 17 sa 20 sena. Wara, jekk wieħed iħoss li għandu jimxi wara Kristu fil-Museum, isir Soċju.

Huma ltaqgħu kemm-il darba ma’ San Ġorġ Preca u bla dubju kibru dejjem iżjed fl-imħabba lejn Alla u l-proxxmu bħala Soċji Mużewmini. Fil-fuljett tal-Milied 2006 konna semmejna l-ħsieb li għandna li nirranġaw il-kappella tal-Museum biex tkun aktar attraenti għat-tfal u ż-żgħażagħ. B’ħekk il-laqgħat u t-talb isir f’ambjent aħjar. Wara li sar id-disinn u ġie approvat mit-tmexxija tas-Soċjetà tal-Museum, ix-xogħol sar f’Settembru 2007. Ħafna mill-ispejjeż tħallsu mill-benefattur Dun Anton Sultana. L-Isqof Mons. Nikol G. Cauchi bierek il-kappella fit-18 ta’ Settembru 2008 fil-Ġimgħa Mużewmina. Fil-5 ta’ April 2010 Pawlu Grech sar Superjur tal-Qasam tal-Qala minflok Toni Mizzi. Fit-12 ta’ Settembru 2018 tħabbret il-ħatra ta’ Frankie Pisani bħala Superjur ġdid tal-Qala u Għajnsielem filwaqt li Toni Mizzi ġie maħtur bħala Soċju responsabbli mill-Qasam tal-Qala. Il-Ħajja fil-Museum: It-triq fis-Soċjetà tal-Museum tibda minn età żgħira bil-preparazzjoni biex fil-futur jekk Alla

F’dawn il-75 sena li l-Museum ilu li beda l-Qala sar ħafna ġid li lanqas nistgħu nimmaġinawh. Ittfal subien kollha tal-Qala daqu mill-ġid li joffri l-Museum, min ftit u min ħafna. Mhux ta’ min jinsa li mill-bidu tal-1944 s’issa kienu 1200 tifel li għamlu ċ-Ċerimonja tal-Magħżulin, 120 tifel li għamlu ċ-Cerimonja tal-Kandidati u 30 saru Soċji. Minn dawk li saru soċji, ħarġu bosta vokazzjonijiet saċerdotali u oħrajn iffurmaw familja. Jalla din l-opra qaddisa u mbierka tkompli tagħmel il-ġid fir-raħal tagħna u f’pajjiżna u f’pajjiżi oħra biex Ġesù jkun magħruf u maħbub aktar. Il-Paċi magħkom!■

27


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla

Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla – Qala 2019 Attivitajiet ta’ matul is-Sena Minn ursola thEuMa

28

Jiena Ursola Theuma ġejt mistiedna biex nikteb fir-Rivista “Leħen il-Qala” dwar l-attivitajiet li x-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla għamlet filparroċċa tagħna tal-Qala matul din is-sena; u dan billi aħna tax-Xirka magħrufin li ma nagħmlu xejn għajr il-Kungress. Dawn huma l-attivitajiet: 3 ta’ Jannar: Festa tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesù; niċċelebrawha b’quddiesa biex nirriparaw għad-dagħa li jsir lill-Isem Imqaddes Tiegħu, blintenzjoni għall-benefatturi u kollaboraturi ħajjin u mejtin. Din ħallejna legat għaliha. L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar issir siegħa Adorazzjoni fil-parroċċa. L-Ewwel Sibt tax-xahar; siegħa Adorazzjoni fis-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni bi predikatur barrani. Fil-bidu ta’ kull xahar nippubblikaw il-fuljett “Kelma ta’ Kuraġġ u Mħabba”. Dan jitqassam ma’ Malta u Għawdex. Noveni ta’ Quddies: Isiru żewġ Noveni ta’ Quddies, waħda għallommijiet u oħra għall-missirijiet ħajjin u mejtin li jkunu miktubin għall-okkażjoni ta’ Jum l-Omm u Jum il-Missier. Jitqassmu l-kartolini, u fl-istess waqt tinġabar offerta libera, li tmur għall-ispejjeż kbar li għandha x-Xirka. Fit-Tielet Ħadd tax-xahar, minflok is-siegħa Adorazzjoni bdejna nagħmlu kull xahar, siegħa Adorazzjoni u tispiċċa billi s-Saċerdot jinżel fost in-nies biex iberikhom bis-Santissmu Sagrament. Wara Quddiesa għall-Fejqan, li tkun immexxija minn Patri Marċello Ghirlando OFM. Isir talb għallfejqan, għal dawk kollha li qegħdin ibatu kemm fiżikament u kemm spiritwalment. Talb għal kull xorta ta’ tbatija. Wara jkun hemm id-dilka biżżejt imbierek. Meta tkun ser issir din il-Quddiesa għall-Fejqan, isir l-avviż fil-bullettin u fil-quddies, u posters li jitqassmu fil-ħwienet, anke barra mirraħal. In-nies qiegħda tikkonkorri għalihom. Pero’ fis-sajf nieqfu. Norganizzaw ukoll Missjoni ta’ Talb u Tagħlim fil-parroċċa. Din tkun minn Ħadd it-Trinita’ Qaddisa sa Ħadd il-Korpus. Din is-sena kienet mis16 sat-23 ta’ Ġunju 2019, bit-tema;

“Bħalma l-bniedem ma jistax jgħix mingħajr ikel, hekk ukoll in-Nisrani ma jistax jgħix mingħajr l-Ewkaristija”. Din kienet tikkonsisti: Żjajjar fl-iskola primarja “President Anton Buttigieg” li kienu jikkonsistu fi Qrara u Quddiesa. Żjajjar lill-morda li ġew amministrati lilhom isSagramenti. Żjajjar lill-familji ta’ Yr. 2, fejn talbu flimkien malFather u wara rċevew il-barka tiegħu. It-Tlieta filgħaxija kellna wkoll l-Adorazzjoni u l-Quddiesa għall-Fejqan. Kollox kien immexxi minn Patri Marċello Ghirlando OFM. Filgħaxija kellna wkoll in-Novena għallmissirijiet ħajjin u mejtin u quddiesa oħra għallbenefatturi u kollaboraturi ħajjin u mejtin, mis-saċerdoti tal-parroċċa bi ħsieb qasir dwar l-Ewkaristija. Is-Sibt, fl-okkażjoni tal-Sollennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, inżamm Lejl Adorazzjoni fisskiet. Il-Ħadd, din il-missjoni laħqet il-qofol tagħha bis-sollennita’ tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, b’Konċelebrazzjoni solenni u wara purċissjoni bis-Sagrament bħala radd il-ħajr lil Ġesù talli għoġbu jibqa’ magħna fl-Ewkaristija u tal-grazzji kbar li sawwab fuqna; u b’riparazzjoni għaddagħa u l-offiżi li jirċievi f’dan is-Sagrament talImħabba, mat-Toroq Wardija, Belvedere, 28 t’April 1688 u wara għall-knisja fejn tingħata l-Barka Sagramentali. Grazzi lill-Mulej tal-grazzji kbar li qed jagħtina biex inkomplu naħdmu, għax mingħajru ma nistgħu nagħmlu xejn. Hu l-Awtur ta’ kollox. Grazzi ħafna lill-W.R. Arċipriet Dun Nazju Borg, lil Dun Charles Buttigieg, lil Fr. Noel Debono, lil Mons. Salv Grima, lil Patri Marcello Ghirlando OFM, u lill-kollaboraturi kollha li kollhom ħeġġa u b’ħafna sagrifiċċji dejjem lesti biex jgħinu. Grazzi ħafna wkoll lil dawk kollha li jikkontribwixxu bl-offerti liberi tagħhom ta’ Jum l-Omm u Jum il-Missier u lil dawk li jagħtu l-offerta tagħhom matul is-sena. Il-Mulej jixħet il-Barka Tiegħu fuqkom u jħallaskom bil-mija fil-wieħed. Nitolbu għalikom u grazzi lil kulħadd. Il-Festa t-Tajba lill-Qalin kollha.■


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Leġjun ta’ Marija Fergħa Rġiel Il-karatteristiċi tal-Vera Devozzjoni lejn Marija skont San Luiġi Maria de Montfort Minn: Dr. ErcolE SPItErI m.d.

Id-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata ta’ Marija kienet waħda mill-aspetti ewlenin tal-messaġġ ta’ Fatima. Fatima hija magħrufa bħala “l-Iskola ta’ Marija” għaliex hija fil-Qalb Immakulata tagħha li nistgħu nitgħallmu l-aħjar, dik id-devozzjoni perfetta lejn Ġesù Kristu, dik l-unjoni perfetta mal-Qalb Mqaddsa Tiegħu, u dik l-imħabba perfetta fejn nikbru fil-virtu’ u l-qdusija.

sena oħra. Hija tat lilha nnifisha kompletament lil Ġesù permezz ta’ Marija u tirrepeti t-talba li l-Madonna kienet għamlitilha biex tgħid meta tagħmel xi sagrifiċċju: “O Ġesù, huwa għall-imħabba tiegħek, għall-konverżjoni tal-midinbin u bħala riparazzjoni għad-dnubiet imwettqa kontra l-Qalb Immakulata ta’Marija”.

San Luiġi Maria de Montfort, li kiteb il-ktieb klassiku dwar il-mod spiritwali lejn Ġesù Kristu permezz tal-Imqaddsa Verġni Marija, ġab fil-qosor li l-Vera Devozzjoni lejn Marija hija t-triq tal-qdusija. Din hija qasira, faċli, żgura u perfetta”. Huwa kiteb li “Iktar ma ruħ tkun ikkonsagrata lil Marija, iktar tkun ikkonsagrata lil Ġesù Kristu”.

Skont “il-karatteristiċi tal-Vera Devozzjoni” ta’ San Luigi Maria de Montfort, li dawn it-tlett itfal ċertament kisbu dan il-mod qaddis għandha dawn il-karatteristiċi: Interna: Id-devozzjoni vera lejn Marija hija minn ġewwa, jiġifieri, ġejja mill-moħħ u millqalb,toħroġ mill-istima li għandna lejha, l-idea għolja li fformajna tal-kobor tagħha u l-imħabba li għandna għaliha. Tenera: Hija Tenera; jiġifieri, fiduċja sħiħa fiha bħal dik ta’ tifel jew tifla fl-omm maħbuba tiegħu jew tagħha. Din il-fiduċja tagħmel lirruħ tirrikorri lejha fil-bżonnijiet kollha tal-ġisem u l-menti tagħha, b’ħafna sempliċità, fiduċja u tenerezza.

Wieħed jista’ jistagħġeb għall-fatt li bih it-tfal ta’ Fatima kibru daqshekk malajr fil-qdusija u fil-wiri ta’fidi u virtù daqshekk erojka f’dawk iċċirkostanzi ta’ sfida. Lucia baqgħet tgħix tmenin

Qaddisa: Din id-devozzjoni lejn Marija hija qaddisa. Jiġifieri, twassal lir-ruħ biex tevita d-dnub u timita l-virtujiet tal-Verġni Imbierka, partikolarment l-umiltà profonda tagħha, il-fidi vivaċi tagħha, l-ubbidjenza għamja tagħha, it-talb kontinwu tagħha, il-mortifikazzjoni universali tagħha, il-purità divina tagħha, il-karità ardenti tagħha, il-paċenzja erojka tagħha, il-ħlewwa anġelika tagħha u l-għerf divin tagħha. Dawn huma l-għaxar virtujiet prinċipali tal-Verġni l-aktar qaddisa. Kostanti: Hija kostanti, jiġifieri, tikkonferma r-ruħ fit-tajjeb, u ma tħallihiex tabbanduna

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-Familji Mifsud, Falzon u Grima

29


Leħen il-Qala - Festa 2019 faċilment l-għemil spiritwali tagħha. Tagħmilha kuraġġuża biex topponi d-dinja u t-tlellix tagħha, il-ġisem fil-ġibdiet u l-passjonijiet tiegħu; u lixxitan fit-tentazzjonijiet tiegħu. Hekk persuna tassew devota lejn il-Madonna ma titħarrikx mittriq it-tajba, u lanqas tkun irritabbli, skrupluża jew timida. Diżinteressata: Id-Devozzjoni mhix interessata, jiġifieri, tagħmel li r-ruħ ma tfittixx lilha nnifisha imma lil Alla biss, u lil Alla fl-Omm Qaddisa Tiegħu. Devot veru ta’ Marija ma jservix lil Marija fi spirtu ta’ interess, u lanqas għall-ġid tiegħu, kemm temporali jew etern, korporali jew spiritwali, imma esklussivament minħabba li jistħoqqilha li tiġi moqdija u Alla waħdu fiha. Il-Vera Devozzjoni lejn Marija u l-Leġjun ta’ Marija: Il-Leġjun ta’ Marija hu mibni fuq din

l-għamla ta’ devozzjoni u jħeġġeġ lill-membri tiegħu biex iħaddnu din il-prattika. F’Għawdex, minn żmien għal żmien saru diversi korsijiet biex kull min irid aktar tagħrif isibu. Fil-fatt bħala konklużjoni tas-Sena Marjana Djoċesana li qed niċċelebraw, il-Leġjun ta’ Marija f’Għawdex għandu l-ħsieb li jorganizza kors li għalih ikun mistieden kulħadd, saċerdoti, reliġjuzi u lajċi li jixtiequ jikkonsagraw lilhom infushom lil Ġesù permezz ta’ Marija. Dan għandu jsir matul ix-xhur tax-xitwa b’laqgħa darba fil-ġimgħa, u jieħu madwar tmien lezzjonijiet. Int li qed taqra nistednuk għalih. Nieħdu din l-opportunità sabiex nagħtu l-Festa t-Tajba lil kulħadd. ■

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Katekeżi tal-Adulti - Qala

L-Esperjenza tagħna fil-Grupp tal-Katekeżi tal-Adulti Minn Joe u anġela Psaila

Jien u marti Anġela nattendu għal-laqgħa ta’ tagħlim u talb darba fix-xahar. Il-laqgħa hi magħmula minn madwar għoxrin persuna adulta rġiel u nisa. Hi laqgħa interessanti għax fiha jkollna mument ta’ tagħlim u formazzjoni Nisranija bbażata fuq il-Kelma t’Alla. Din is-sena ħadna xi siltiet mill-Vanġelu ta’ San Mark fejn ġew spjegati fid-dettal. Bl-għajnuna tal-power point kien ikollna wkoll deskrizzjoni ġeografika ta’ fejn ġrat is-silta jew il-ġrajja li nkunu qed nirriflettu fuqha. Ikollna wkoll mument fejn min irid jista’ jaqsam il-Kelma li nkunu qed nirriflettu fuqha. Ikollna wkoll mument ta’ adorazzjoni u diversi kant ta’ tifhir li verament idaħħlek fi spirtu ta’ talb. Kemm hi ħaġa sabiħa li kieku aktar nies jagħrfu l-bżonn tas-smigħ u l-meditazzjoni tal-Kelma t’Alla. Għalina hi esperjenza sabiħa u pożittiva ħafna li tgħinna naraw u ngħixu l-ħajja ħafna drabi mgħaġġla b’nuċċali nisrani. Dawn il-laqgħat huma mmexxija mill-Arċipriet. Ikollna mumenti sbieħ ukoll bħal qrib il-Milied, fejn immorru u niċċelebraw quddiesa ġewwa għar u kif ukoll f’Mejju fl-okkażjoni tas-Sena Marjana. Din is-sena morna fuq iz-zuntier tasSantwarju Ta’ Pinu fejn ikkontemplajna u rreċtajna t-talba tant mixtieqa mill-Madonna, ittalba tar-Rużarju f’ambjent tassew sabiħ. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni sabiex inħeġġu u nistiednu aktar adulti rġiel u nisa biex jiġu sabiex jisimgħu l-Kelma t’Alla, għax kif jgħid San Ġorġ Preca: “It-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid.” Jekk tassew irridu nikbru fil-fidi jeħtieġ li mmantnuha bis-smigħ tal-Kelma t’Alla. Ma nħallux il-ħwejjeġ ta’ madwarna, bħat-televixin eċċ. itellfuna l-laqgħa ma’ Kristu. Kristu stess jgħidilna: “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mtaqqlin u mħabbtin u jiena nserraħkom.” Il-laqgħat ġeneralment ikunu fit-tieni Tlieta tax-xahar, dritt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Nibdew jekk Alla jrid fil-bidu ta’ Ottubru. Minn qalbna nagħtu l-Festa t-Tajba lill-Arċipriet, is-Saċerdoti u l-Qalin u l-Ġużeppini kollha.■

30


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Grupp tal-Koppji - Qala

L-Esperjenza tagħna fil-laqgħat tal-Koppji Minn PaulinE Muscat

Fl-ewwel żjara li l-Arċipriet Dun Nazju għamel lill-familji wara l-pussess, esprima l-ħsieb li jixtieq ilaqqa’ l-koppji ta’ familji li għadhom irabbu. Fil-programm li ħareġ għal żmien id-duttrina kien hemm spazju nhar ta’ Sibt filgħaxija għal din il-laqgħa, darba kull ħmistax, li ddum madwar 50 sa 60 minuta.

Mumenti sbieħ li ma tgħixhomx waqt iċċelebrazzjonijiet tal-knisja mal-komunità.

Bħal kull familja oħra f’relazzjoni niltaqgħu mal-inżul u t-tlajja’, li bil-grazzja ta’ Alla u t-talb jirnexxielna nkomplu naqdfu kontra l-kurrent u l-mewġ li niltaqgħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. It-tagħlim li nirċievu Bħala koppja jien u żewġi aċċetajna dan jgħinna naċċettaw l-isfidi tal-ħajja u s-slaleb l-invit u flimkien ma’ ħafna familji oħra li Alla għoġbu jibagħtilna b’inqas diffikultà u attendejna għal din l-esperjenza. Fil-passat nħarsu iżjed lejn il-pożittiv. Bħala ndividwu kienu jsiru laqgħat simili u nħossni kbirt aktar fl-imħabba ġieli attendejna wkoll. Itta’ Alla, insibha inqas tfal ikollhom ħin rikreattiv diffiċli biex naħfer, u noffri ... f’relazzjoni għalihom u jkun hemm minn s-sofferenzi u d-diffikultajiet jieħu ħsiebhom. L-Arċipriet tal-ħajja lil Ġesù li bata u niltaqgħu mal-inżul jipprepara power point, miet għalina fuq is-salib. u t-tlajja’, li biljaqralna silta qasira millJiġu mumenti diffiċli, meta grazzja ta’ Alla u vanġelju, jispjega l-punti nistaqsi lili nnifsi “Imma jien t-talb jirnexxielna prinċipali u jirrelatahom miexja fit-triq it-tajba?”, “Qed nkomplu naqdfu mal-ħajja ta’ kuljum. ngħix il-ħajja matrimonjali Flimkien niddiskutu wkoll kif irid Alla?”. Mumenti li kontra l-kurrent u bejnietna dak li jkun intqal. żgur mhux waħdi ngħaddi l-mewġ li niltaqgħu Kif jgħid il-Malti, “Kulħadd minnhom. Però bil-għajnuna miegħu fil-ħajja ta’ jgħid tiegħu”. Fi żmien iltat-talb u l-perseveranza u kuljum. It-tagħlim Milied u l-Għid il-Kbir issir l-fidi sħiħa f’Alla u l-Madonna li nirċievu jgħinna ċelebrazzjoni Ewkaristika nkomplu nimxu ‘l quddiem. b’differenza. Dik tal-Milied Irridu nimxu fuq l-eżempju naċċettaw l-isfidi talħafna drabi ssir f’għar fejn ta’ Marija u nwieġbu “Ikun li ħajja u s-slaleb li Alla nesperjenzaw it-twelid ta’ trid int”, għax fl-aħħar millgħoġbu jibagħtilna... Ġesù Bambin fl-atmosfera aħħar dak li hemm miktub filoriġinali tagħha u dik talpaġni ta’ Alla għalina mhux Għid issir madwar mejda bħal se jinbidel. meta Sidna Ġesù laqqa’ lillappostli għall-aħħar ċena qabel ma għadda Jien nemmen li jekk persuna tibqa’ tiftakar għall-passjoni tiegħu. L-aħħar laqgħa ta’ imqar frażi waħda, tkun għamlet pass ‘il qabel is-sajf issir fil-Kappella tal-Blat. Wara quddiem, u ma tkunx attendiet għalxejn. dawn it-tliet ċelebrazzjonijiet kull familja It-tagħlim qiegħed hemm u jsir b’ħafna tipprepara xi ħaġa żgħira tal-ikel u naqsmu sagrifiċċji, irridu nkunu aħna li nagħmlu ħilitna biex naċċettaw dan l-invit u flimkien bħala familja waħda. nisimgħu l-kelma t’Alla. Wara dawn iċ-ċelebrazzjonijiet iġġiegħlek tħossok aktar qrib ta’ Ġesù u tifhem iżjed Jalla f’Ottubru li ġej niltaqgħu ma’ iżjed il-miraklu tal-ġisem u d-demm tal-Mulej. Xi familji ġodda li jiġu jqattgħu ftit ħin jisimgħu drabi waqt il-laqgħa jsir mument żgħir ta’ fuq il-ħajja ta’ Ġesù biex jirrelatawha maladorazzjoni. Mument ta’ skiet fejn bil-qalb ħajja tagħhom ta’ kuljum. u l-moħħ tesprimi l-ħsibijiet tiegħek ma’ Nixtieq nawgura l-Festa t-Tajba Ġużeppina Ġesù, fejn inti tkellmu u tisimgħu jkellmek. lil kullhadd! ■

31


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Formazzjoni tal-Għarajjes - Qala Il-Laqgħat tal-għarajjes Minn JoannE u Franklin VElla

Għeżież qarrejja ta’ Leħen il-Qala, Xtaqt nikteb kelmtejn fuq il-laqgħat li attendejt matul dawn l-aħħar sentejn bi preparazzjoni għaż-żwieġ fi ħdan il-Knisja Kattolika. Wara bosta snin f’relazzjoni stabbli, ħassejna li kien wasal il-mument li nieħdu pass aktar importanti u sinifikanti, dak taż-żwieġ. Għaldaqstant, bdejna nattendu l-kors tal-għarajjes kull ħmistax ma’ koppji oħra minn u barra mir-raħal. Dawn il-laqgħat kienu jiġu ppreparati mill-koppja Jason u Francene Farrugia flimkien mal-Arċipriet u Carmen Borg. Meta bdejna, konna nħossu li huma żejda mal-ħajja impenjattiva tagħna, iżda mbagħad, meta bdejna naraw l-impenn tal-animaturi, bdejna nindunaw kemm kienu sa jkunu ta’ benefiċċju għalina. Għal kull sessjoni huma kienu jippreparaw fuljett bl-informazzjoni kollha biex jittieħed id-dar kif ukoll preżentazzjoni animata u vidjows biex iqanqlulna l-interess.

Tkellemna fuq bosta suġġetti interessanti u relevanti għall-ħajja mgħaġġla tal-lum. Fost is-suġġetti li tkellemna fuqhom, kien hemm il-komunikazzjoni ta’ bejn il-koppja, fejn tgħallimna kif nistgħu nkunu aktar effettivi fil-komunikazzjoni ta’ bejnietna u fuq l-importanza li jkollna ħin flimkien fejn inkunu nistgħu naqsmu l-ħsibijiet tagħna

32

flimkien. Forsi l-aktar laqgħa li għadni niftakar kienet dik meta ddiskutejna kemm huma differenti l-irġiel u n-nisa. Għalkemm dejjem kont konxja li magħmulin differenti, din il-laqgħa għenitni nifhem aktar li aħna lkoll naħsbu u naġixxu differenti, allura dejjem għandna nkunu ċari kemm jista’ jkun ma’ xulxin. Argument ieħor li kien tqajjem kien dwar il-problemi li jistgħu jinqalgħu bejn il-miżżewġin minħabba ndħil tal-ġenituri. Huwa diffiċli meta l-ġenituri u l-konjugi jistennew affarijiet differenti minnek u int ssib ruħek fin-nofs bejniethom, ma tafx lil min se taqbad tikkuntenta. Bil-għajnuna tal-laqgħat, inħossuna aktar ippreparati fuq x’għandna nagħmlu f’każ li nsibu rwieħna f’din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, għarrfuna wkoll fuq is-sess u orjentazzjonijiet sesswali, fuq drawwiet ħżiena u vizzji u fuq deċiżjonijiet ta’ natura importantissima bħalma huma t-tfal u t-trobbija tagħhom fost l-oħrajn. Fuq kull suġġett li tkellemna dwaru, l-animaturi dejjem kienu jgħarrfuna fuq it-teorija li hemm disponibbli u fuq studjużi ta’ dan is-suġġett u s-sejbiet tagħhom, kif ukoll, esperjenzi mill-ħajja miżżewġa personali tagħhom. Kif tennejt aktar ’il quddiem, wieħed jista’ jara dawn il-laqgħat minn lenti negattiva, dik li jkollok tmur ta’ bil-fors. Iżda jiena naħseb li kienu importanti ħafna għax iġegħluna nirriflettu fuq dak li għandna noqogħdu attenti għalih u biex nagħmlu minn kollox biex ngħixu skont ir-rieda t’Alla. Nirrepeti dak li dejjem kienu jtennulna, iż-żwieġ mhuwiex taċ-ċajt, huwa sagrament, huwa rabta dejjiema skont il-liġi t’Alla, għalhekk għandna nidħlu għalih b’impenn kbir u tama kbira f’xulxin. Nitlob lil San Ġużepp u lill-Immakulata biex iżommu jdejhom fuqna f’din il-ħajja ġdida li għażilna li nibdew. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!■

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Frenċu u Pawla Muscat


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Abbatini - Qala

Esperjenza li ser nibqa’ ngħożż ġo qalbi Minn FaBio cini

Niftakar qisu lbieraħ, kien il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru wara nofsinhar, propjament ftit jiem biss qabel bdejt l-esperjenza tas-sena Propedewtika, meta d-Direttur tas-Sena Propedewtika kien infurmani li l-esperjenza pastorali tiegħi kienet ser tkun fil-Parroċċa tal-Qala. Niftakar ċar kristall il-ferħ li kont ħassejt. Il-parroċċa tal-Qala minn dejjem kienet waħda li tqajjem interess fija u dan kompla żied wara li s-Seminarista Gabriel Vella kien għamel esperjenza pastorali ta’ sentejn fiż-Żebbuġ, raħal twelidi. Dan kien biss il-bidu ta’ esperjenza tassew sabiħa. Wara li kont iltqajt mal-Arċipriet, dan kien infurmani dwar x’kien ser ikun l-involviment tiegħi fil-parroċċa. Ikolli nistqar magħkom li fil-bidu kont xi ftit jew wisq beżgħan għaliex issa ħajti kienet inbidlet; filli

ndur u nagħqad ġol-istess erba’ toroq ta’ raħal twelidi u filli sibt ruħi ġo raħal kompletament ġdid, b’nies u realtajiet ġodda, filli noqgħod taħt l-istess saqaf mal-ġenituri tiegħi u filli sibt ruħi ngħix f’komunità ġewwa s-Seminarju. Imma qatt ma ħarist lura u dejjem pruvajt nagħmel li nista’ sabiex nitgħallem kemm nista’ minn din l-esperjenza, u dan grazzi għas-sapport kontinwu li sibt. Waħda mill-ewwel affarijiet li laqtitni hekk kif irfist ġewwa l-parroċċa tal-Qala kienet il-membri tal-kleru tal-parroċċa. L-enerġija u d-dedikazzjoni flimkien mal-armonija u l-ħbiberija ta’ bejniethom kienu affarijiet illi lili mhux biss jaffaxxinawni iżda kienu wkoll ta’ eżempju sabiħ għalija. Il-grupp tal-abbatini tal-parroċċa tagħna kien l-aktar aspett li messejt mill-qrib. Flimkien malabbatini għamilt mixja ta’ sena permezz ta’ laqgħat kull nhar ta’ Sibt kif ukoll xi attivitajiet spiritwali u oħrajn divertenti. Tgħallimt ħafna minn dan ilgrupp tal-abbatini, grupp tassew sabiħ kif ukoll prezzjuż għall-Parroċċa tal-Qala. L-esperjenzi u l-memorji sbieħ li għandi mal-abbatini ser jibqgħu miktuba b’ittri tad-deheb f’qalbi. Aspett ieħor mill-parroċċa li stjat nesperjenza matul din is-sena kien il-grupp tal-adolexxenti. Dan il-grupp kien ukoll għajn minn fejn jien stajt nitgħallem u dan permezz ta’ laqgħat kull ġimgħa kif ukoll permezz ta’ attivitajiet u esperjenzi li kellna minn żmien għal żmien matul is-sena. Matul din is-sena kelli wkoll ix-xorti li nesperjenza l-festi tal-Milied u tal-Għid flimkien mal-komunità tal-Qala. Dawn ukoll ser jibqgħu mnaqqxa ġewwa qalbi flimkien mal-ħafna esperjenzi oħra li kieku kelli nsemmi waħda waħda żgur li ma nispiċċa qatt. Ma nixtieqx intawwal ħafna imma nittama li permezz ta’ dawn l-erba’ versi tajtkom idea żgħira tal-esperjenza tiegħi li kelli magħkom matul din is-sena. Grazzi talli lqajtuni fostkom. Din hi esperjenza li żgur ser nibqa’ ngħożż ġo qalbi għal ħajti kollha. ■

Paġna Suffraġju għall-ruħ għażiża ta’ Frank Buttigieg

33


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Laqgħat għall-Familji Minn JosEPh Farrugia

F’quddiesa li għamel fil-Kappella Sistina fejn għammed 33 tarbija nhar il-11 ta’ Jannar 2015, ilPapa qal lil dawk preżenti li “Alla, bħala missier tajjeb u omm twajba, irid jagħti rigali tajbin lil uliedu”, u jrid jagħtihom “ikel sustanzjali”. “X’inhu dan l-ikel sustanzjali” staqsa l-Papa lil dawk il-familji preżenti. “Hija l-Kelma tiegħU. Il-Kelma li tgħinna nikbru, u li ġġegħelna nagħmlu frott tajjeb, bħalma x-xita u l-borra huma tajbin għall-art u jagħmluha produttiva”. F’din is-sena pastorali 2017/2018, bħala Grupp tal-Familja, komplejna bil-mixja li konna bdejna fis-sena preċedenti, jiġifieri mixja ta’ katakeżi fuq il-Vanġelu ta’ San Mark. Il-format tallaqgħat kien maqsum fi tlieta. Fl-ewwel laqgħa konna naqraw silta mill-Evanġelju ta’ San Mark u wara l-Arċipriet kien jagħmel l-ispjega tagħha. Fit-tieni laqgħa kien ikollna mument ta’ qsim ta’ esperjenzi personali relatati ma’ dik issilta u wara nispiċċaw bi ftit adorazzjoni u fittielet laqgħa konna niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien, u wara jkollna l-Agape fejn kulħadd kien iġib xi ħaġa tal-ikel miegħu u naqsmuh flimkien bħalma kienu jagħmlu l-ewwel komunitajiet Insara. Tul din is-sena rajna s-sejħa tal-ewwel appostli, il-fejqan tar-raġel li kellu spirtu ħażin, il-fejqan ta’ ħafna nies fosthom omm il-mara ta’ Xmun u Kristu jippriedka. Interessanti kienet l-esperjenza li qasmu magħna l-Appostli Franġiskani li ngħaqdu magħna propja dak innhar li konna qed naqsmu l-esperjenzi tagħna marbuta mal-katakeżi, meta Kristu fejjaq lil dak li kellu spirtu ħażin.

Il-laqgħat reġgħu bdew b’mod regolari f’Ottubru tas-sena l-oħra. Ma jfissirx li fis-sajf inqtajna għal kollox, iżda iltqajna u għamilna BBQ flimkien biex b’hekk żammejna l-grupp tagħna ħaj. Dawn il-laqgħat kienu jsiru nhar ta’ Sibt, kull ħmistax... tista’ tgħid darbtejn f’xahar. Mumenti oħra sbieħ li għaddejna bħala grupp kienet il-quddiesa li għamilna ġo għar ġewwa x-Xagħra flimkien mal-Grupp ta’ Katakeżi li jiltaqa’ darba fix-xahar. Għax-xhur tas-sajf issa l-laqgħat naqsu għal darba fix-xahar, biex b’hekk il-grupp jibqa’ jiltaqa’, u l-laqgħat ikunu mument ta’ talb u wara xi ħaġa soċjali. Hemm il-ħsieb li fil-laqgħa li jmiss t’Awwissu jkollna mument ta’ talb u wara bbq ħdejn il-baħar. Ħarsa lura lejn din is-sena, nara li kienet waħda pożittiva u li titgħallem tisma’, tifhem u tipprova tgħix il-Kelma t’Alla filwaqt li fl-istess ħin taqsam l-esperjenzi tiegħek mal-oħrajn u tisma’ wkoll lill-oħrajn. Tinduna li ħaddieħor jista’ jkun qiegħed jgħum fl-istess ilma bħalek jew li oħrajn għaddew minn esperjenzi simili. Minn hawnhekk nixtieq nagħmel stedina lillfamilji kollha li qed jaqraw dan l-artiklu biex huma wkoll jingħaqdu magħna. Aktar malfamilja tkun kbira u magħquda... aktar jista’ joħroġ ġid. Nawgura l-Festa t-Tajba lill-qarrejja kollha ta’ Leħen il-Qala.■

Salvu Camilleri & Sons Ltd. (Tan‑Najsi) Suppliers of Ready Mix Concrete, Crane Hire

34

Ready Mix Plant: 2156 0346 Residence: 2155 1485 Mobile: 9949 5378 “Camilleri House” Belveder Street, QALA


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Laqgħat ta’ formazzjoni nisranija għall-ġenituri tat-tfal tad-duttrina Minn nancy saiD

Fil-Parroċċa tagħna ssir laqgħa ta’ darba fixxahar min-nies professjonali li jkun fiha siegħa ta’ taghlim imprezzabbli. Siegħa ta’ darba fix xahar li għalija tgħaddi f‘ħakka t’għajn għax barra li tkun interessanti tkun ukoll ta’ għajnuna għall-ħajja ta’ kuljum kemm bħala ġenituri kif ukoll bħala ndividwi. Mhux faċli li tinqala’ minn ġod-dar wara ġurnata xogħol u impenji oħra, imma siegħa darba fixxahar mhix xi ħaġa li torbtok daqshekk, u x’ħin tqis it-tagħlim li titgħallem kemm għalik kif ukoll kif trabbi lil uliedek u ‘l ħafna nkwiet li jistgħu jiltaqgħu miegħu huwa żgur li din il laqgħa qed tagħmel ħafna ġid għall-komunità tagħna. Barra minn hekk, il-kelliema minkejja li huma nies bravi ħafna, ikellmuna b’ mod li jista’

jifhmu kulħadd allura ma tiddejjaqx tisma’ għax anke ġieli tkun forma ta’ konverżazzjoni li biha kulħadd jaqsam l-esperjenzi tiegħu u nitgħallmu minn xulxin. Il-Parroċċa toffri wkoll ‘child minding’ għal waqt il-laqgħa biex min ikollu t-tfal żgħar jistgħu jġibuhom magħhom u ma titlifx laqgħat prezzjużi bħal dawn li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalik u għall-għeżież tiegħek. Għalija, jien inkun inħares ‘il quddiem dejjem għal-laqgħa oħra għax dejjem jirnexxieli nieħu xi ħaġa tajba minn kull laqgħa, u jekk taħseb li tinsa t-tagħlim li jkun intqal meta tiltaqa’ ma’ xi diffikulta mill-ewwel jiġi ġo moħħok il-kliem li tkun smajt u kif jgħidu titgħallem kemm titgħallem qatt mhu biżżejjed. Nagħti l-Festa t-Tajba lil kulħadd!■

35


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Messaġġ Tal-Kumitat tan-Nar San Ġużepp – 2019 Minn VincEnt ButtigiEg

Għaddiet sena oħra u l-festa reġgħet magħna. Reġa’ mess lili biex inwassal il-messaġġ talKumitat tan-Nar. Inkun inqerr magħkom meta nistqarr li kważi tiġini suġġezzjoni nindirizzakom. Iżjed milli ngħidilkom x’affarijiet qed inħejju għal din il-festa, b’rasi baxxuta nixtieq ngħidilkom grazzi lilkom ilkoll kemm intom, ta’ kull għajnuna li jogħġobkom tagħtuna matul is-sena. Mingħajr l-għajnuna imprezzabbli tagħkom ilkoll, aħna ma nkunu qatt f’pożizzjoni li nippreparaw il-programm tan-nar tal-festa. Pero` qabel ngħaddi biex insemmi xi affarijiet li beħsiebna ntellgħu din is-sena nixtieq nagħtikom daqsxejn informazzjoni dwar ilKumitat innifsu. Sal-festa li għaddiet aħna konna kumitat proviżorju; difatti konna qed nissejħu ‘Organizzazzjoni għan-Nar tal-Festa’. Dan għax tort tad-diffikultajiet li kienu nqalgħu tul is-snin li għaddew ma setax jitwaqqaf mill-ġdid il-kumitat qisu qatt ma kien xejn. Kif spjegajt fil-messaġġ tas-sena li għaddiet, kienet ix-xewqa tal-Arċipriet u, iżjed minnu, tal-Kurja tal-Isqof li jkun hemm xi forma ta’ kontinwazzjoni mal-passat fil-formazzjoni talkumitat. Wara li għaddiet il-festa u l-għaqda

36

l-ġdida wriet li kienet lesta tidħol għax-xogħol bis-serjetà, ingħatajna l-approvazzjoni millKurja biex insiru l-kumitat uffiċjali li jieħu ħsieb il-programm tan-nar. Grazzi għal dan, stajna mill-ġdid nieħdu l-isem proprju tagħna jiġifieri; ‘Kumitat tan-Nar San Ġużepp Qala’. Wara r-riżultati tajba miksuba fil-festa li għaddiet din is-sena qed nippruvaw inżidu xi affarijiet. Fil-programm tan-Nar tal-Art tas-Sibt ser inżidu xi tlett irdieden li s-sena li għaddiet ma lħaqniex lestejna. Dawn ser ikomplu jagħmlu l-programm iżjed mimli. Il-Grupp tażżgħażagħ tal-Briju, li s-sena li għaddiet ħadu ħsieb jagħmlu show piroteknika sħiħa wara ġ-ġigġifogu tradizzjonali, beħsiebhom huma wkoll itellgħu spettaklu ieħor din is-sena. Għal nhar il-festa mbagħad ser inżidu wkoll il-murtali tal-kulur li tant intgħoġbu s-sena li għaddiet. Ħdimna wkoll biex inżidu l-varjetà tal-murtali bil-ħsejjes li jinħarqu wara l-kaxxa tal-ħruġ. Dejjem skont il-prinċipju tagħna, ma ħdimniex biex ikollna kwantità iżjed imma biex ikollna dejjem kwalita` aħjar. Nispera li dak li hemm imħejji jogħġobkom u jkun ta’ sodisfazzjon għalikom.


Leħen il-Qala - Festa 2019

Nixtieq ngħid kelma li forsi ser tistona malpreparamenti u mal-ferħ tal-festa. Kulħadd jaf kemm hu perikoluż in-nar u għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna biex nevitaw li jiġru inċidenti li jistgħu jkunu serji. Matul il-festa kollha jinħarġu avviżi biex ħadd ma jersaq fejn ikun ser jinħaraq in-nar jekk mhux awtorizzat. Din hi biss waħda mill-ħafna prekawzjonijiet li jittieħdu. Oġġett li ma għandniex kontroll fuqu hu jekk xi ħadd, speċjalment subien żgħar, imorru jfittxu għall-bombi li jaqgħu bla ma jkunu nħarqu. Dawn huma oġġetti perikolużi ħafna u matul is-snin mhux darba u tnejn kienu kawża ta’ inċidenti serji u xi drabi anke mwiet. Nappella kemm lil dawn it-tfal kif ukoll lillġenituri kollha biex kulħadd iżomm bogħod mill-għelieqi tan-nar. Ejjew ingawdu l-festa b’mod sabiħ u ferrieħi u ma nivvintawx perikli li jistgħu jagħmlulna ħsara.

Hi x-xewqa kemm tiegħi kif ukoll tal-Kumitat kollu li l-għada tal-festa nkunu nistgħu ngħidu grazzi lil Alla u lil San Ġużepp talli kellna festa sabiħa, kulħadd ħa gost u kollox għadda b’wiċċ il-ġid u ħadd ma weġġa’. Wieħed jistaqsi; għalfejn din l-għagħa u din l-importanza kollha dwar il-festa? Jekk Alla ħares qatt nagħmlu l-festa sempliċement għassodisfazzjon tagħna u ninsew li din għandha tkun turija tal-akbar ġieħ lejn il-Patrun tagħna allura nkunu qed nitilfu kull skop li għalih qed naħdmu. In-nar, il-baned, it-tiżjin, il-briju; il-festa kollha għandu jkollha skop wieħed; li nagħtu l-ġieħ li jixraq lill-Patrun Tagħna San Ġużepp. Iżjed minn dawn l-affarijiet, li huma lkoll sbieħ, huwa importanti li lill-Patrun Tagħna nuruh l-għaqda tagħna bħala Parroċċa u bħala raħal. Għaqda fl-imħabba tagħna lejh u għaqda bejnietna bħala Ġużeppini ta’ veru. Nirringrazzja mill-ġdid lil kulħadd u f’isem ilKumitat tan-Nar nawgura l-Festa t-Tajba lillQalin u lill-Ġużeppini kollha. Viva l-Manjus! Viva San Ġużepp!■

37


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Il-Qniepen tal-Knisja tal-Qala Mill-għaqDa qniEPEn qala

Dis-sena l-qniepen tal-Qala jagħlqu sebgħa u disgħin sena minn mindu ġew fir-raħal tal-Qala. Ilqniepen kienu nħadmu fil-Funderija Barigozzi ta’ Milan fl-Italja, mill-fundatur Prospero Barigozzi. Il-qniepen tagħna jitqiesu bħala wieħed millisbaħ settijiet li hawn ġo Malta u Għawdex. Inżid ukoll li l-qanpiena li tinsab ġol-kappella tal-Kunċizzjoni hi wkoll ta’ Barigozzi u hi waħda mill-aħħar qniepen li hu kien ħadem. Hawn Malta kien hawn diversi persuni li kienu jagħmlu l-qniepen bejn l-1500 u l-1900. Uħud li wieħed jista’ jsemmi huma Aloisio Bouchet, Bozzoli, Antonio Tanti, Ġwakkin Trigance, Ferdinando Leotta u fi żminijiet iktar moderni kellna lil Salvatore u Ġulju Cauchi, missier u iben li għandhom ħafna qniepen imdendlin madwar Malta u Għawdex, kif ukoll lil Carlo Pace li kellu l-Funderija San Carlo. Hawn Malta nsibu wkoll diversi qniepen minn kumpaniji barranin bħal John Taylor Foundry, John Warner & Sons, Paccard, u Cornille Havard. F’April ta’ din issena saret għall-ewwel darba f’mitt sena, qanpiena Maltija mill-Funderija Chetcuti li għamlu qanpiena ġdida għall-kappella ta’ Santa Margherita f’San Ġwann, Malta.

38

Il-grupp ‘Għaqda Qniepen Qala’, illum jgħodd madwar għaxar membri. Aħna nieħdu ħsieb iddaqq tal-qniepen fil-festi liturġiċi, fil-Griżma u l-Ewwel Tqarbina kif ukoll naħdmu biex inżommu l-qniepen fi stat tajjeb. Ma għandniex xi ngħidu l-akbar impenn li jkollna matul is-sena hu d-daqq għall-Festa Titulari tal-Patrun tagħna San Ġużepp. Barra mix-xogħol li nagħmlu fir-raħal tal-Qala, aħna nagħtu sehem importanti fil-festi ta’ rħula oħrajn bħalma huma l-festi ta’ Sant’Antnin talPatrijiet ta’ Għajnsielem, San Ġwann fix-Xewkija, Santa Margerita f’Ta’ Sannat, San Pietru u San Pawl in-Nadur, il-Madonna tas-Sokkors f’Kerċem u l-Vitorja tax-Xagħra.

Matul is-sena li għaddiet ħadna ħsieb nibdlu għal kollox is-sistema tal-ħbula tad-daqq minn isfel billi din kienet magħmula minn ħbula li jitqattgħu faċilment. Minħabba t-tiswijiet kontinwi fil-ħbula kien sar diffiċli biex il-qniepen jindaqqu sew. Għalhekk qlibna kollox għall-cables tal-azzar. B’hekk sar ħafna iżjed faċli biex isir iddaqq minn isfel. Hu importanti li nsemmi li waqt ir-restawr li sar fuq il-kampnar tal-Qanpiena l-Kbira, l-Arċipriet ħa ħsieb ukoll li ssir it-tiswija li tant kienet neċessarja fuq it-travi li qed jerfgħu l-qanpiena stess kif ukoll l-ilsien tagħha li kienu kollha kemm huma mikulin bis-sadid. Dan ixxogħol ħadu ħsiebu s-Sinjuri Kenneth Cauchi u Michael Zerafa kif ukoll it-Tarzna Palumbo ta’ Bormla.

Nixtieq nagħmel appell lit-tfal u liż-żgħażagħ biex jingħaqdu fil-grupp tagħna. Minn dak li ktibt jidher ċar li jkollna ħafna xogħol siewi fil-parroċċa. Ma’ dan irridu nżidu l-impenji barra mill-parroċċa li wkoll qed jiżdiedu. Mhix l-ewwel darba li jkollna ninqasmu f’żewġ gruppi biex inlaħħqu max-xogħol. Ukoll mhux dejjem kulħadd ikun jista’ jiġi biex idoqq, għax ikollhom impenji oħra. Għalhekk kull għajnuna tgħodd. Naf li hawn ħafna, anke rġiel illum kbar, li kienu jdoqqu l-qniepen tagħna. Nagħmlilhom appell biex, jekk ikunu jixtiequ jerġgħu jaqbdu dan id-delizzju ferrieħi, jikkuntattjawna. Il-grupp tagħna jaħdem taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet u għalhekk, jekk wieħed ikun interessat kulma għandu jagħmel hu li javviċinah jew inkella jkellem lil xi ħadd millgrupp stess. Bħala Grupp Qniepen Qala nawguraw il-Festa t-Tajba lill-Qalin u lid-devoti kollha tal-Patrun tagħna San Ġużepp!■


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Festa San Ġużepp – Qala 2019 Rapport mill-Għaqda Armar San Ġużepp Minn Mario raPa

Għeżież Qalin, qegħdin niktbu dan l-artiklu sabiex nagħtu rendikont ċkejken tal-ħidma tal-Għaqda tagħna għal matul l-aħħar sena. Bħalma tafu s-sena l-oħra żżanżnet l-ewwel bandalora minn sett ta’ tmienja għall-Pjazza Isqof Mikiel Buttigieg. Matul din is-sena tkompla x-xogħol ta’ ħjata ta’ dawn ilbandalori u ser tiżżanżan bandalora oħra minn dan is-sett. Il-Pittura ser tkun tirrappreżenta lill-Papa San Ġwanni Pawlu II u ser tkun xogħol l-artist Joseph Cauchi. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lill-għadd ta’ voluntiera li s-sena kollha jfasslu, jagħmlu xogħol ta’ tixlil u jħitu dawn il-bandalori. Bħalma tistgħu taraw, id-drapp fil-Qala qiegħed jiżdied u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jkun hemm post allokat fejn jinġabru l-bandalori b’mod responsabbli u mingħajr ma ssir ħsara speċjalment lill-pittura. Għalhekk saret sistema ta’ travi fil-maħżen fejn kull bandalora; flimkien mas-supraporta u l-kruċetti tagħha, tiddendel b’mod individwali u mingħajr tbatija żejda. Sar ukoll karru talħadid apposta sabiex inkunu nistgħu nużawh biex inġorru l-bandalori bih mingħajr ma ssir ħsara. Proġett ieħor li qiegħed jitkompla huwa l-proġett talpavaljuni tad-dawl għat-triq tal-purċissjoni. Proprju din issena ser inżanżnu pavaljun tad-dawl ieħor għal din it-triq. Kienu inkoraġġanti l-kummenti sbieħ li rċivejna mingħand ħafna nies meta l-pavaljuni l-ġodda xegħlu għall-ewwel darba. Sfortunatament is-sena l-oħra ma kellniex ix-xorti li naraw lil San Ġużepp għaddej minn taħthom. Nittamaw li din is-sena t-temp ikun aħjar u b’hekk inkunu nistgħu ngawduhom aħjar. Din is-sena ser inżanżnu wkoll alabarda ġdida għall-brazzi tal-pjazza fuq disinn tal-artist Adonai Camilleri Cauchi. Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni sabiex nirringrazzjaw lill-grupp ta’ żgħażagħ Qalin li jaħdmu bla waqfien biex ikabbru l-festa tagħna u lil kull min jgħinna sabiex narmaw u nżarmaw l-armar kollu. Nirringrazzjaw lill-benefatturi tagħna li jorganizzaw u jattendu għall-attivitajiet tagħna, żgur li mingħajrhom ma nkunux nistgħu nagħmlu proġetti ġodda. Nirringrazzjaw ukoll lill-Arċipriet u lill-kleru talQala li jaħdmu id f’id magħna! Nawgurawlkom il-Festa t-Tajba! Viva l-Manjus!■

39


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

23 sena ta’ servizz kontinwu Minn iVan cEFai

F’Lulju, Radju Leħen il-Qala qed jibda t-23 sena tiegħu ta’ servizz kontinwu lil Qalin. Servizz li beda miċ-ċentru tar-raħal tal-Qala, xterred fiddjar Qalin permezz tat-tekonoloġija tar-radju u kompla jinxtered madwar id-dinja kollha permezz tal-avvanzi fid-dinja diġitali u tal-Internet. L-iskop tar-radju tagħna minn dejjem kien li jżomm lil Qalin f’kuntatt kontinwu maċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-parroċċa tal-Qala. U dan il-kuntatt ma jsirx biss matul il-ġranet ta’ festa iżda matul is-sena kollha. Għalhekk huma bosta dawk l-emigranti u l-anzjani Qalin li b’mod partikulari jintunaw fuq il-frekwenza tagħna, iżuru l-websajt jew l-paġna tal-Facebook. Is-servizz tal-cameras li bdejna noffru xi snin ilu kompla saħħaħ dan il-kuntatt. Hawn ukoll wieħed ma jistax jonqos milli jsemmi l-appuntament tar-radju mas-semmiegħa ta’ kuljum permezz tal-kampanja ‘Ixtri Ġurnata’. Kampanja li takkumpanja, tfakkar, tifraħ u titlob għal tant ħutna Qalin f’diversi avvenimenti minn ħajjithom. Grazzi lilkom ilkoll semmiegħa tagħna li ta’ kull sena, minn ħafna kmieni, timlew ilġranet kollha ta’ din il-kampanja. U sabiex il-festa Ġużeppina tkun aktar kumpluta, qegħdin inwasslulkom skeda oħra ta’ programmi li tibda mis-Sibt, 13 ta’ Lulju u twassalna salġurnata tal-festa. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil preżentaturi u tekniċi kollha li għal skeda oħra, b’mod volontarju, qed jerġgħu jagħtu mill-ħin tagħhom għal oħrajn. Nirringrazzja ukoll lil sħabi

40

l-membri tal-amministrazzjoni, li s-sena kollha, b’sagriffiċċju personali jaħdmu u jistinkaw sabiex ir-radju tagħna jibqa’ miexi ‘l quddiem u jagħti s-servizz tiegħu s-sena kollha. Nagħlaq dan il-messaġġ billi f’ismi, f’isem l-amministrazzjoni u l-equipe kollu tar-radju nwassal l-awgurju ta’ festa lis-semmiegħa kollha tagħna u lil Qalin kollha. ■


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

Għaqda Briju San Ġużepp Qala Festa 2019 Minn: JosEPh azzoParDi

Sena oħra, festa oħra! Wara s-suċċessi li għaddew, l-Għaqda Briju San Ġużepp qed tkompli taħdem sabiex tgħolli l-livell tal-festa tagħna l-Qalin. Din l-Għaqda qed tgħin biex tgħaqqad liż-żgħażagħ flimkien mal-bqija tal-kommunità u mal-għaqdiet Qalin sabiex tiġi ċelebrata festa kif tixraq għad unur il-kbir patrun tagħna San Ġużepp. L-Għaqda Briju San Ġużepp ma taħdimx biss matul iż-żmien tal-festa iżda taħdem kontinwament matul is-sena kollha. F’diversi attivitajiet, l-Għaqda tagħti s-sehem tagħha billi tagħti daqqa t’id lillgħaqdiet involuti f’attivitajiet organizatti matul issena; eżempji ta’ dawn l-attivitajiet insemmu l-Qala Folk Festival u l-wirja tal-presepji fi żmien il-Milied. L-Għaqda Briju San Ġużepp ukoll torganizza numru ta’ attivitajiet u ma nistgħux ma nsemmux il-wirja tal-Aħħar Ċena li tittella’ fi żmien l-Ghid il-Kbir u l-Festa Għawdxija, din tal-aħħar din is-sena saret għat-tieni sena konsekuttiva’ b’kollaborazzjoni malMinisteru għal Għawdex. Attivitajiet oħra għalina ż-żgħażagħ ma jonqsux bħal logħob tal-playstation u bħas-safra li ġiet organizzata f’Settembru tas-sena 2018 ġewwa Ruma. Fi żmien ir-Randan, l-istess membri jgħinu ukoll fl-armar tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-knisja u jieħdu sehem fil-purcissjoni talĠimgħa l-Kbira mtella’ f’Ħadd il-Palm filgħaxija. Malli jasal iż-żmien sabiħ ta’ Lulju, l-għaqda tibda tiffinalizza l-preparazzjonijiet għall-festa li niċċelebraw nhar l-ewwel Ħadd t’Awwissu. Iż-żgħażagħ Qalin jiltaqgħu ta’ sikwit sabiex jiġi organizzat il-briju ta’ waqt il-marċi fosthom il-provi tal-marċijiet sabiex nagħtu ġieħ lill-kbir patrun tagħna. L-għan tagħna dejjem jibqa’ li jiġu organizzati marċijiet diċenti. L-għaqda ukoll tagħti l-għajnuna u s-sehem tagħha lillgħaqda armar San Ġużepp fl-armar ta’ barra, sabiex

ir-raħal jilbes il-libsa sabiħa, kif misthoqq għal żmien il-festa. L-ghaqda ukoll ttella il-BBQ Fest, mod speċjali għaż-żgħażagħ, li jsir ġewwa Ħondoq ir-Rummien sabiex tingħata bidu għal aktar ġimgħa mistennija. Għat-tieni sena konsekuttiva ser terġa’ titella show ta’ nar sinkronizzata mal-mużika lejliet il-Festa bl-isem ta’ Shades of Fire dan issir bi ftehim bejn l-għaqda tagħna, l-għaqda ta’ nar San Ġużepp u l-Arċipriet. Fl-aħħarnett nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lill-Arċipriet u lill-kleru tal-paroċċa tal-fiduċja u l-kooperazzjoni sħiħa li nsibu mingħandhom. Ringrazzjament jmur lil dawk kollha li jsostnuna biddonazzjonijiet tagħhom kif ukoll lil dawk li jagħtuna l-għajnuna materjali mingħajr ħlas. Ma nistgħux ma nirringrazzjawx lil kull żagħżugħ u żagħżugħa talħin li jagħtu matul is-sena kollha, kif ukoll lil-familjari tal-paċenzja li jieħdu bina. Ma nistgħux ma nagħluqx dan l-artiklu jekk ma nirringrazzjawx lill-Immakulata Kunċizzjoni u lil San Ġużepp talli dejjem iħarsuna. L-Għaqda Briju San Ġużepp tixtieq tawgura l-festa t-tajba lil Qalin kollha! ■

41


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa - Banda ‘Ite ad Joseph’ Il-Banda ‘Ite ad Joseph’ Minn Victor grEch President tal-Banda ‘ite ad Joseph’

Reġgħet waslet festa oħra tar-raħal tagħna, għax iż-żmien igerbeb u ma jistenna lil ħadd u għalhekk bosta mill-preparamenti għall-avvenimenti l-iktar importanti tal-Parroċċa bdew minn ħafna xhur ilu u issa jilħqu l-qofol tagħhom. Tassew tieħu gost tara tant Qalin, il-biċċa l-kbira żgħażagħ jidħlu f’xi grupp jew ieħor bħal tan-nar, briju u armar jew radju, biex ifittxu li jiġbru l-fondi u jħejju kollox għall-festa f’għaqda u kollaborazzjoni ta’ ħafna fi ħdan diversi gruppi u bejn il-gruppi u kumitati nfushom. Is-suċċess tal-festa jiġi mill-kooperazzjoni. Iżda ma nistax ma nsemmix li għad hemm ħafna żgħażagħ li għadhom ma sabu post fl-ebda grupp tal-festa. Iżżgħażagħ għandhom ikunu konxji mill-fatt li biex ikomplu jikbru u jiżviluppaw f’adulti b’personalità sħiħa jeħtieġ jikbru fi ħdan il-komunità, f’tim kbir li fih issir interazzjoni soċjali li tirrendi ħafna ġid u biha jitgħallmu aħjar il-ħiliet tal-komunikazzjoni u biex isolvu kunflitti li jistgħu jinqalgħu u jirrisolvu problemi li jistgħu jitfaċċaw. Il-Banda ‘Ite ad Joseph’ ukoll intensifikat ilħidma tagħha bi tħejjija għall-festa. Diġa’ għandna l-bandisti meħtieġa ordnati ħalli jkollna banda f’saħħitha, b’daqq sod f’kull dipartiment għallĦamis, il-Ġimgħa (id-Dimostrazzjoni), is-Sibt għatTranslazzjoni u l-Ħadd għall-Innu u l-Purċissjoni. Il-bandisti żgħażagħ tagħna diġà bdew jagħtu s-servizz tagħhom lill-Għaqda Mużikali – Ite ad Joseph billi ġew għas-servizzi li kellna barra mirraħal, l-aħħar tnejn ikunu l-festa ta’ San Ġwann taxXewkija fid-dimostrazzjoni u fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl in-Nadur f’nharha. Il-Banda bdiet it-tħejjija għall-Programm tal-

42

Festa li huwa rigal li l-Banda tagħti lill-Parroċċa fi żmien il-festa. Il-Programm jeħtieġ ħafna sagrifiċċji b’għadd kbir ta’ bandisti jiġu għall-kunċerti ta’ prova fis-sħana qalila tas-sajf. Il-banda tagħna investiet f’bosta xogħlijiet mużikali biex tkun tista’ tipprovdi mużika differenti mill-eżekuzzjoni tas-sena ta’ qabel. Kollox hu spejjeż, iżda l-banda ngħatat għajnuna finanzjarja li taffiet l-ispejjeż għall-Programm. Iżda l-Banda tibqa’ mkabbra bil-Programm li tagħti lill-Parroċċa tal-Qala u blgħajnuna finanzjarja qawwija li tagħti biex ittaffi l-ispejjeż tal-festa in-ġenerali billi taħfer parti sostanzjali mill-ħlas dovut lilha għas-servizzi li tagħti fil-festa.

Il-Banda trodd ħajr lil dawk kollha li jgħinuha biex tiġbor il-fondi meħtieġa u tagħmel il-kuraġġ tara din il-ġenerożità hekk kbira. Jiena nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-Arċipriet u l-kleru talli dejjem insibuhom lesti biex jgħinuna u lill-bqija tal-kumitat tal-Banda għall-ħidma sfiqa matul is-sena, lis-surmast Mro. Mark Gauci u lill-bandisti kollha. Aħna lkoll ningħaqdu biex nixtiequ festa ta’ għaqda u kollaborazzjoni li fiha ngawdu bla ma nkunu traskurati u nweġġgħu, u nagħtu ġieħ lil Alla permezz tal-Missier Putattiv Tiegħu San Ġużepp. Nagħlaq billi nappella lill-ġenituri biex iħeġġu lit-tfal tagħhom jiġu jagħmlu prova mqar ta’ ftit xhur bħala allievi tal-banda ħa jibdew jitgħallmu jdoqqu xi strument. Forsi x’uħud jogħġobhom ix-xogħol u jibqgħu għax isibu skop. It-Tfal jeħtieġu min jinbuttahom ftit imqar biex jagħmlu esperjenza qasira bħala esperiment. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd!■


Leħen il-Qala - Festa 2019

Ħidmet l-Għaqdiet tal-Parroċċa

L-Għaqda Drammatika tal-Qala Minn JosEPh Farrugia

Għeżież qarrejja tar-rivista Leħen il-Qala, reġgħet għaddiet sena oħra u waslet il-festa tal-Patrun tagħna l-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp u dan ifisser li waslet fi tmiemha sena oħra ta’ ħidma għall-Għaqda Drammatika tal-Qala. F’din ir-raba’ sena ta’ ħidma, l-Għaqda Drammatika ħadet ħsieb li żżomm żewġ appuntamenti magħkom... l-ewwel il-‘Wasla talMaġi’ nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2019, Sollennita talEpifanija tal-Mulej L-ewwel appuntament tagħna għal din is-sena kienet l-organizzazzjoni tal-Wasla tal-Maġi u l-adorazzjoni tagħhom lil Ġesù nhar l-Epifanija, fis7 ta’ Jannar 2019. Ta’ min jgħid li din l-attivita’ issa sabet postha fil-kalendarju tal-Parroċċa u għal din is-sena temmejna l-jiem tal-Kwaranturi Mqaddsa b’din ir-rappreżentazzjoni. Għalhekk, dawk preżenti għall-purċissjoni tal-Kwaranturi, wara li ngħatat il-barka sagramentali fuq iz-zuntier, kienu mistiedna biex huma wkoll isellmu lil Ġesù tarbija bħalma għamlu l-Maġi. Ta’ min jgħid li l-attendenza kienet waħda tajba ħafna.

It-tieni appuntament kien il-play ‘il-Maħfra Quddiem is-Salib’, play addattata għal żmien ir-Randan imsejsa fuq il-ħajja ta’ San Giovanni Gualberto li tellajna nhar l-10 u l-11 ta’ Marzu 2019. L-Għaqda ħasbet biex għal din is-sena ntellgħu play fuq ħajja ta’ qaddis addattata għal dan iż-żmien, minflok il‑pageant li jinkludu l-ġrajja tal-Passjoni. Għall-ewwel darba wkoll, din il-play saret fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. L-attendenza kienet tajba u timliena b’kuraġġ biex ‘il quddiem ninvestu f’din is-sala biex b’hekk inkunu qed nagħmlu użu minn dan il-post tal-parroċċa. Minn hawn nirringrazzja lil dawk kollha li taw issehem tagħhom, fosthom tas-sound, tad-dawl u lillparroċċa tax-Xewkija li sillfitna l-kostumi.

Bħas-snin l-imgħoddija, l-Għaqda Drammatika offriet l-għajnuna biex flimkien mal-Kumitat tal-Fund Raising u mal-Kumitat li jieħu ħsieb

l-arranġamenti tal-fjuri jorganizzaw attivitajiet soċjali bħala għajnuna finanzjarja għall-Parroċċa. Dawn jinkludu l-bejgħ ta’ ħelu ta’ San Martin u arranġamenti tal-fjuri għal fuq l-oqbra fl-aħħar weekend t’Ottubru; il-bażar bil-ponsjetti u l-ħelu tal-Milied fil-weekend tal-festa tal-Kunċizzjoni; il-bażar ta’ figolli, qassatat tal-Għid u ikel ieħor marbut mal-festi tal-Għid li sar ħmistax qabel l-Għid, kif ukoll fl-organizzazzjoni tal-bażar ta’ pjanti, xitel tal-ħwawar, bukketti tal-ward u kejkijiet fl-okkażjoni tal-Mother’s Day. Dan ilbażar ġie organizzat mill-Ħamis 11 sal-Ħadd 13 ta’ Mejju u nistgħu ngħidu li kien wieħed tajjeb ħafna. Minn hawnhekk nixtiequ nirrangrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex din l-attivita’ setgħet tkun ta’ suċċess. Issa għaddejjin bil-ħidma fuq is-serata tal-festa li ser issir nhar il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2019 fit-8.30pm fil-pjazzetta. Ser ikun hemm xi sketches tad-daħk miż-żgħażagħ u mill-kbar u sorpriża. Żgur li dawk li ser jattendu għaliha ser jieħdu gost b’dak li qed jiġi ppreparat. Minn hawn nirringrazzja mill-ġdid lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom, atturi, kbar u żgħar, lil dawk in-nisa li jieħdu ħsieb il-kostumi, tas-sound, tad-dawl, lil kull min b’xi mod jew ieħor jagħti d-daqqa t’id tiegħu u lill-poplu tal-Qala li kull meta nagħmlu xi stedina jattendi u jimliena bil-kuraġġ. F’isem l-Għaqda Drammatika tal-Qala, nawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd. ■

43


Leħen il-Qala - Festa 2019

GĦIX IL-ĦAJJA FIT-TAJJEB Minn JosEttE ButtigiEg

Qegħdin ngħixu f’dinja mgħaġġla li ma tantx tippermettilna li ngħixu ħajja kuntenta u sodisfaċenti, jew forsi nħossuna kuntenti imma dejjem hemm dik ix-xi ħaġa oħra li nixtiequ li jkollna. Nagħtu ħarsa lejna nfusna u naraw li verament ma jonqosna xejn, almenu minn dak li hu neċessarju. Għandi saqaf fuq rasi, il-ħobża ta’ kuljum ma tonqosx, ninsab f’saħħti, fil-familja ngawdi l-armonija, l-istess fix-xogħol għandi relazzjoni tajba ma’ sħabi. Allura x’inhu li hemm nieqes fil-ħajja u li qiegħed iċaħħdek minn kuntentezza sħiħa? Nieqes ma hemm xejn. Hemm biss li ħafna drabi l-istampa ta’ ħajja tajba li nibnu f’moħħna hi stampa mibnija fuq ħolm u ideat żbaljati. X’inhuma l-prinċipji li jwasslu għal ħajja li minkejja l-kuntrarijiet li niltaqgħu magħhom hi ħajja mimlija sodisfazzjon.

44

Kif inħobb nagħmel ħafna, inqalleb kotba u perjodiċi, kont qiegħda nara perjodiku meta ltqajt ma’ lista ta’ prinċipji li ġegħluni nirrealizza kemm ħafna drabi mmorru żmerċ fid-deċiżjonijiet tal-ħajja tagħna. Il-ħajja fiha ħafna aspetti u kull aspett hemm marbutin miegħu regoli li għalkemm m’humiex miktuba, xorta qegħdin hemm. Nibda bl-aspett l-aktar komuni, l-għażla tal-ħbieb. Il-ħbieb huma neċessarji fil-ħajja, għax magħhom naqsmu ideat u nsegwu proġetti. Ħajja mingħajr ħbieb hi ħajja nieqsa. Imma l-ħbieb ma nfittxuhomx, fis-sens, ma tgħidx irrid ħabib u toħroġ tfittex persuna li tista’ tagħmel ħbieb magħha. Ilħbieb niltaqgħu magħhom, tiltaqa’ ma’ persuna, tibda relazzjoni bejnietkom, u ftit ftit tinbet ħbiberija. Niltaqgħu ma’ ħafna nies fil-ħajja tagħna u minn fost dawn inrawmu ħbiberiji. Ċerti nies jiġbduna, oħrajn għalkemm inżomm relazzjoni magħhom ma nqisuhomx bħala ħbieb. X’infittex f’dawk li ngħoddhom bħala ħbieb tassew? Huma tassew ħbieb dawk li jaċċettawk talli int, bit-tajjeb u biddifetti tiegħek kollha. Ħbieb li mhux qegħdin hemm biss fil-bnazzi imma li ssibhom warajk f’mumenti iebsa. Ħbieb li sinċerament jieħdu gost bis-suċċessi tiegħek u ma jgħirux għalik jew jittraduk wara dahrek.. Jekk trid tassew tkun taf ħabib hux veru, biżżejjed tgħaddi ftit tal-ħin fil-kumpanija tiegħu mingħajr ma biss tlissnu kelma, biżżejjed li qegħdin għal dak il-

ftit ħin flimkien. L-importanti mhux li jkollok ħafna ħbieb imma li dawk li tgħodd bħala ħbieb huma ħbieb tassew. Bħalma nħossu li l-ħajja mhix sħiħa jekk ma għandniex ħbieb ma’ min naqsmuha, l-istess jgħodd għall-ambjent li nsawru madwarna. Inħarsu lejn l-ambjent minn żewġ naħat, l-ambjent ġenerali jiġifieri l-belt jew raħal fejn ngħix, u l-ambjent familjari, id-dar fejn noqgħod. L-ambjent ġenerali ma jiddependix minni għalkemm għandi l-parti tiegħi fittiswir tiegħu. L-aspett ġenerali tal-belt jew raħal, kemm hu attraenti, kemm hu nadif, kemm jiġbed l-approvazzjoni jew l-istmerrija ta’ barranin jiġi mill-isforz ġenerali u maqgħud ta’ dawk kollha li jgħixu fih. U jien parti minnhom u għandi d-dmirijiet tiegħi lejhom u lejn il-post proprju. Imma l-ambjent familjari, id-dar fejn ngħix ,jiddependi minni. X’qed infittex li nagħmel minn din id-dar, kif qiegħed insawwarha? Id-dar hija l-post fejn insib il-mistrieħ wara x-xogħol, fejn ingawdi l-kumpanija tal-familja, fejn jien maqtugħ mit-tlugħ u nżul tal-ħajja, fejn jien ir-re tiegħi nnifsi. Għalhekk trid tagħmel mid-dar post li joffrilek dan kollu, post li jirrendik ferħan, kuntent. Kulħadd jixtieq u jipprova li jkollu dar sabiħa. Imma dar sabiħa ma jfissirx dar mimlija lussu. Huma l-affarijiet ordinarji li jippermettulek tagħmel minn darek bejta u mhux vetrina. Tkun mimlija biex tkun, id-dar trid tieħu ħsiebha imma trid tkun int minn fuq jekk trid tgħix ħajja tajba. Id-dar trid tkun għallkumdita’ tiegħi u mhux jien skjav tagħha, dar fejn ma ninkwetax jekk il-kelb tela’ jorqod fuq il-pultruna, anqas jekk xi ħadd qaleb kikkra kafe’ fuq id-dvalja, kollox jinħasel. Imma jekk il-pultruna miksija bil-bellus jew damask, il-kamra tinżamm magħluqa u mhux biss ilkelb imma l-anqas jien ma npoġġi bilqegħda fuq il-pultruna. U l-kafe’ nieħduh fil-kċina li ma jmurx xi ħadd jaqleb il-kafe fuq id-dvalja rrakkmata. Allura x’qed ingawdi minn dak li għandi ħlief inkwiet li tista’ ssirlu xi ħsara? U ndur għal prinċipju ieħor minn dawk li hemm fil-lista; ‘Iżżewweġ meta int lest u mhux qabel tagħlaq it-tletin’. Dan forsi jġiegħlek titbissem pero’ trid tifhmu tajjeb. Għalkemm


Leħen il-Qala - Festa 2019 il-prinċipju jitkellem fuq żwieġ, iż-żwieġ huwa biss eżempju, imma ħu parir li jgħodd għal kull għażla fil-ħajja. Mhux kull bniedem hu l-istess. Hemm min jilħaq maturita’ f’età żgħira, hemm min idum biex jimmatura. Għalhekk, l-għażliet fil-ħajja tagħna ma jistgħux ikunu marbuta mal-età imma ma’ kemm aħna kapaċi nagħżlu tajjeb, fis-sens jekk aħniex kapaċi nerfgħu r-responsabbiltajiet li ġġib magħha l-għażla tagħna. Imqar meta wieħed ikun ħasibha darba darbtejn qabel jidħol għal stat ta’ ħajja, xorta jista’ jsib lilu nnifsu fi problemi aħseb u ara jekk wieħed jagħmel għażla mgħaġġla u mingħajr ħsieb. Il-ħsieb, il-preparazzjoni għall-istat talħajja, il-pariri siewja u serji minn nies kwalifikati u ta’esperjenza huma kollha meħtieġa għal għażla tajba u jnaqqsu r-riskju ta’ falliment, inkwiet u tbatija ‘l quddiem. Ma jfissirx li meta wieħed jagħmel għażla tajba ħajtu se tkun ward u żahar u qatt m’hu se jiltaqa’ ma’ diffikultajiet. Dik ħaġa impossibli. Imma jkun aktar kapaċi li jiffaċċja dawk id-diffikultajiet u jegħlibhom għax ikun jaf minn qabel ma’ x’tip ta’ diffikultajiet jista’ jiltaqa fl-istat ta’ ħajja li jkun għażel. Ukoll, minkejja problemi, għażla tajba tippermettilu jgħix ħajja mimlija sodisfazzjon. Il-lista ta’ prinċipji għall-ħajja tajba tkompli. Innamra ma’ sbuħija nterna u mhux ma’ wiċċ sabiħ. Ħadd ma jista’ jgħix ħajja maqtugħa għal kollox min-nies. Imma naqsmu kull aspett tal-ħajja ma’ ħaddieħor; sew f’xogħol, sew f’għaqdiet, sew f’li ġej u sejjer tal-ħajja ta’ kuljum, f’kollox dejjem għaddejjin nies minn quddiemna, u nagħmlu kuntatti magħhom kontinwament. Ċerti nies jiġbduna, oħrajn jimbuttawna. Ma’ xi wħud naqsmu kunfidenzi, ma’ oħrajn ma nissugrawx nitkellmu. Imma kif naslu biex nafdaw ma’ wħud u mhux ma’ oħrajn? Altru taqsam ftit mumenti ta’ diskors fuq dak li qiegħed jiġri madwarek, u altru taqsam kunfidenzi fuq il-ħajja privata tiegħek. Ħin jew ieħor tasal biex tafda f’xi wħud imma mhux qabel tħoss li huma tassew nies li tista’tafda fihom u li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalik. Dan tagħrfu wara li tkun għamiltha magħhom għal żmien, tkellimt magħhom, rajthom jaġixxu f’ċirkostanzi differenti, rajt b’għajnejk xi jsarrfu, u wasalt biex tara x’tip ta’ qalb hemm tħabbat fihom, hix qalb ġeneruża nkella egoista. Għaraft is-sbuħija nterna tagħhom. Hu dak li għandna nfittxu f’dawk li rridu naqsmu magħhom ħajjitna jew parti minnha u mhux il-wiċċ sabiħ għalkemm jista’

jkun li jkunu jgawdu t-tnejn, sbuħija minn ġewwa u minn barra. Qajmuli ħsibijiet żewġ prinċipji oħra fil-lista li kelli f’idejja. L-ewwel wieħed jgħid, jekk trid li l-ġenituri tiegħek iħossuhom kburin, urihom kemm int kuntent u mhux kemm taqla’ flus. Għaliex? Għax jekk int kuntent hu frott tattrobbija li tawk; Għax kienu huma li mexxewk fi tfulitek u wrewk x’inhuma l-ħwejjeg li jirrendu l-ħajja ferħana. Kienu huma li ggwidaw l-għażliet tiegħek, li għaġnuk u għenuk tibni karattru u meta jarawk tagħmel suċċess minn ħajtek iħossu li għandhom mertu għas-suċċess tiegħek għalkemm dak li jħossu jżommuh midfun f’qalbhom. Ilfatt li taqlagħha tajjeb jagħtihom serħan ilmoħħ imma ma jqisux li għandhom mertu għall-ammont li ddaħħal. It-tieni prinċipju li qajjimli ħsibijiet kien dan, ‘Irtira b’ħafna u ħafna memorji u mhux b’ħames miljun dollaru.’ Naturalment il-memorji tal-karriera li nkunu segwejna huma memorji mħallta. Hemm memorji sbieh, ta’ suċċessi fix-xogħol, ta’ esperjenzi li tkun qsamt ma’ sħabek, ta’ mumenti ta’ ringrazzjament u rikonoxximent ta’ dak li tkun wettaqt, kollha memorji li meta tħalli x-xogħol jgħaddu minn quddiem għajnejk minn żmien għal żmien u jġegħluk terġa’ tħoss f’qalbek il-ferħ u s-sodisfazzjon ta’ meta verament seħħew. Imħalltin ma’ dawn ilmemorji żgur li jkun hemm oħrajn li tiftakar b’dieqa. Forsi ta’ mumenti meta xogħlok ma kienx tant apprezzat, meta oħrajn fehmuk ħażin, meta ġie nieqes xi ħadd minn sħabek. Imma avolja huma memorji ftit qarsa xorta waħda tgħożżhom f’qalbek u tiftakar kif irkibt dawk il-mumenti iebsa u tifraħ li ma ċedejtx quddiemhom, irkibthom u komplejt miexi. L-aħħar parir li kien hemm fil-lista li kelli f’idejja kien jgħid hekk. Ftakar li twelidt biex tgħix ħajtek. Taħlihiex billi tipprova l-ħin kollu li timpressjona lil ħaddieħor u taħseb x’se jgħidu għalik . Għalhekk għamel użu sħiħ mill-kapaċitajiet tiegħek u tidħolx għal dak li m’intix kapaċi tagħmel, midd sieqek skont ilfriex, għix fil-limiti ta’ dak li għandek u kun grat għal dak kollu li tagħtek il-ħajja biex ġurnata tkun tista’ tħares lura u tgħid. ‘Jien tassew għext ħajja tajba’. Nagħlaq billi nagħti l-Festa t-Tajba lill-qarrejja kollha ta’ Leħen il-Qala!■

45


Leħen il-Qala - Festa 2019

Sena ta’ progetti b’risq il-Komunità Parrokkjali Arċipriet Dun Nazju Borg

Xi snin ilu saret sistema ġdida tas-sound filknisja għax dik li kien hemm qdiemet u ma kinitx aktar funzjonabli u għalhekk ħsibna biex nagħmlu sistema ġdida li grazzi tal-offerti tagħkom illum għandna sistema tajba ħafna li taqdi sewwa din il-funzjoni. Knisja mingħajr sistema tajba ta’ sound hi knisja nieqsa minn waħda mill-aktar ħwejjeġ importanti li wieħed jeħtieġ li jkollu biex jitwassal sewwa l-messaġġ Nisrani. Wara dan dħalna għal proġett ieħor importanti biex in-naqqsu mill-ispiża talkonsum tal-elettriku. Il-konsum tal-elettriku kien qed ikun ta’ madwar € 11,000 fis-sena. Ta’ min jgħid li l-parroċċa għandha ħames postijiet fejn trid tħallas għall-konsum tad-dawl u tal-ilma. U għalhekk ħsibna biex nagħmlu l-pannelli fuq ilbejt taċ-Ċentru Parrokkjali. Hawn ukoll reġgħet intweriet il-ġenerożità tal-komunità parrokkjali li wasalna biex installajna 33 pannella li permezz tagħhom qed inkopru l-ħlasijiet ta’ tliet meters tad-dawl. Ta’ min jgħid grazzi lil Alvin Buttiġieġ li nstalla bla ħlas dawn il-pannelli.

Fl-aħħar xhur tas-sena 2017 imbarkana fuq proġett ieħor tassew ambizzjuż, dak tal-bdil tat-twieqi tal-lanterna tal-koppla, kif ukoll restawr minn ġewwa tagħha. It-twieqi kienu tħallsu kollha minn diversi benefatturi filwaqt li r-restawr tal-lanterna minn ġewwa sar minn

46

Joe Mifsud u Joe Saliba li ħadu biss tal-materjali u x-xogħol kollu sar b’mod volontarju, ta’ dan nirringrazzjawhom. Saret installazjoni taddawl ġdida fl-lanterna min Joe Cutajar fejn dan tħallas biss tal-materjal. Barra minn dan imbagħad sar restawr u manutenzjoni tal-koppla. F’dan ix-xogħol sar tibdil ta’ ġebel, u tikħil fejn kien hemm bżonn, membrane, bdil tal-imsiemer għal dawk tal-stainless steel. Parti mix-xogħol tat-tikħil sar minn Ronnie Mifsud, filwaqt li x-xogħol

kollu l-ieħor sar mid-ditta ‘Casa Restauro’ ta’ San Lawrenz. Is-salib tal-koppla sar ġdid mill-injam tal-oroko biex jiflaħ għall-elementi tan-natura. Dan sar mingħajr ħlas minn Pawlu Buttiġieġ. Saret ukoll sistema ġdida tad-dawl minn Joe Cutajar. Saret ukoll installazzjoni ġdida talkalamita kemm fuq l-koppla, il-kampnari, kif ukoll il-bjut tal-knisja u tas-sagristija. Għax ilkalamita li kien hemm ma kinitx taħdem għal snin, kif ukoll ma kinitx tkopri il-postijiet kollha tal-istruttura tal-knisja. Dan ix-xogħol sar min Michael Zerafa minn Ħaż-Żabbar. Wara dan, biex neliminaw il-ħamien li kien qed jagħmel ħsara kbira, tpoġġew żewġ xbieki kbar li jgħattu n-navi kollha kif ukoll saret manutenzjoni taż-żewġ katusi prinċipali fuq kull naħa tal-kampnari li kienu qed jiġu

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Ġorġ u Vittorja Farruġia


Leħen il-Qala - Festa 2019 mblukkati mill-ħmieġ tal-ħamiem. Fil-bidu tasSajf sewwejna l-membrane tal-bejt tal-knisja fejn kien hemm bżonn kif ukoll tajna l-membrane lill-bejt tas-sagristija. Sar ukoll arloġġ finta ġdid fil-kampnar tal-qanpiena l-kbira minn Tony Grima b’mod volontarju. Sar ukoll restawr talilsien tal-qanpiena l-kbira, kif ukoll salib ġdid tal-eroko għall-faċċata tal-knisja għax dak li kien hemm kien tmermer.

Barra dan sar restawr u manutenzjoni talkampnar tal-qanpiena l-kbira li kellu bżonn urġenti ta’ manutenzjoni. Dan sar minn ditta Taljana minn Sardenja, parti mill-ispiża tħallset mill-Unjoni Ewropea. Barra dan ir-restawr kollu li sar fil-knisja parrokkjali saru żewġ proġetti oħra, wieħed fisSantwarju tal-Kunċizzjoni u l-ieħor fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fis-Santwarju l-ewwel li għamilna kien ittibdil tas-sistema tas-sound li kienet ħażina ħafna u għamilna waħda ġdida. Itranġat ilħsara li kellu l-arloġġ li kienet tammonta għall€3,000. Barra minn dan sar tibdil tas-sistema taddawl, għax il-kanen tal-ħadid kienu qed isaddu u b’konsegwenza kienu qed jagħmlu ħafna ħsara lill-ħitan. Għalhekk fix-xahar ta’ Ġunju sar xogħol ta’ tibdil fis-sistema tad-dawl minn Joe Cutajar, waqt li tikħil, żebgħa u trattament kontra l-umdità tal-ħitan tas-Santwarju saru minn Mario Buttiġieġ. Sar ukoll membrane

tal-bejt tas-Santwarju kif ukoll tas-sagristija talistess Santwarju. Biċċa xogħol oħra tant bżonnjuża u utli li saret f’din is-sena kienet ir-restawr u rinnovar tal-parti t’isfel taċ-Ċentru Parrokkjali. Din ġiet tassew sabiħa u attrezzata għaż-żminijiet tallum. Hekk it-tfal, l-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-komunità parrokkjali tagħna, issa għandhom post dinjituż u diċenti. Kienu ħafna l-benefatturi f’dan il-proġett, kemm bix-xogħol volontarju li sar, kemm fil-materjal li ngħata, kif ukoll blofferti li jingħataw. Dan id-diskors jista’ jingħad ukoll għall-proġetti kollha li saru. Nittamaw li xi darba ‘l quddiem inkomplu nirrinovaw it-tieni u t-tielet sular taċ-Ċentru Parrokkjali biex hekk il-parroċċa tagħna jkollha post diċenti kif jixirqilha u ma tkunx inqas mill-parroċċi l-oħra. Iżda bħalissa għandna quddiemna proġett li ma kienx previst, dak tarrestawr u manutenzjoni taż-żewġ linef il-kbar li għandna fil-knisja tagħna u li għandhom bżonn urġenti ta’ intervent. L-istima li ingħatat hi ta’ € 24,000. Minħabba l-ħsara kbira li għandhom, mill-linef li għandna llum ser jibqa’ biss ixshades, il-ktajjen u l-affarijiet l-oħra kważi kollha jridu jinbiddlu. L-ispiża ta’ dan il-proġett tikkonsisti filli jridu jsiru forom fil-fabbrika għal dawk il-parts li jridu jinbidlu. Għax billi għadda ħafna żmien minn meta saru, infatti dawn saru fl-1970, ma hemmx parts tagħhom u

47


Leħen il-Qala - Festa 2019 allura l-fabbrika trid tagħmel forom għalihom biss f’numru limitat. Dawn iridu jiżżarmaw u jerġgħu jigu ammontati mill-ġdid li hu xoghol delikat ħafna. Ta’ min ifakkar li filwaqt li għażżewġ proġetti l-kbar li wettaqna, dak tal-koppla u dak tal-kampnar kellna sapport wieħed minn ‘Casa Restauro’ u l-ieħor mill-Unjoni Ewropea, għal dan il-proġett ma’ għandna l-ebda sapport. Iżda jien nemmen li bl-għajnuna u s-sapport ta’ kull wieħed u waħda minna naslu wkoll biex dan il-proġett isir realtà. Mhux ser nidħol fid-dettall u nagħti break down ta’ kemm u kif intefqu l-flus li intom tajtu għax kieku rridu paġni sħaħ, iżda ser nagħtikom rendikont b’mod globali biex ikollkom idea: Xogħol li sar fil-Knisja Arċipretali u fiċĊentru Parrokkjali Pannelli, materjal, inġinier, u € 20,621.67 permess L-ewwel parti taċ-Ċentru € 21,000 Parrokkjali Restawr tal-koppla u twieqi € 36,000 ġodda tal-lanterna Restawr tal-kampnar, perit u € 11,000 permessi Installazzjoni ġdida tal€ 11,093.63 kalamita Membrane tal-bejt tal-knisja u € 2,300 tas-sagristija: Total

€ 102,015 30c

Xogħol li sar fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni Insallazzjoni ġdida tas-sistema tad-dawl, fis-Santwarju: xogħol € 2,000 u materjal Tikħil, trattament kontra l-umdità, u żebgħa: xogħol u € 1,500 materjal Membrane tal-bejt u tas-sagristija € 1,200 tas-Santwarju Tiswija tal-arloġġ tas-Santwarju € 3,000 Total

48

€ 7,700

N.B. Ta’ minn jgħid li l-kera tal-iscaffolding tal-koppla li kien jammonta għall-€25,000 kien b’xejn, għalhekk ngħid grazzi mill-qalb lil Joe Grima ta’ “Casa Restauro”, filwaqt li l-fondi

għar-restawr tal-kampnar u tal-qanpiena l-kbira li ġew mill-Unjoni Ewropea kien jammonta għal €25,000. Nixtieq inrodd ħajr lil Alla u lill-Patruni tagħna L-Immakulata u San Ġużepp, ta’ dak kollu li għamlu magħna fit-twettiq ta’ dawn il-proġetti. Iżda fl-istess waqt inħossni li nkun nonqos jekk ma’ ngħidx grazzi u prosit kbira lill-komunità Ġużeppina, li b’mod mill-aktar ġeneruż kemm bl-offerti, b’xogħol volontarju, kif ukoll bl-offerta ta’ materjal, wasalna biex wettaqna dawn il-proġetti tant utli u bżonjużi biex il-parroċċa tkompli taqdina. L-Immakulata u San Ġuzepp Patruni tagħna jberkuna. L-aħħar appell tiegħi hu dan: Ejjew, kif għamlina sa issa nkomplu nissapportjaw l-aħħar proġett li fadlilna, dak tar-restawr tal-linef il-kbar biex bħalma wassalna kważi fi tmiem il-proġetti l-oħra, inwasslu wkoll fi tmiemhu dan il-proġett. Għax ta’ min jgħid li għad fadal xi ħlasijiet marbuta malkoppla u ċ-Ċentru Parrokkjali biex tassew inkunu ħallasna l-ispejjeż kollha. Għalhekk inħeġġiġkom sabiex fil-ferta tal-Ħadd kif ukoll fil-ġabra speċjali li nagħmlu kull l-ewwel Ħadd tax-xahar ma tibqgħux lura li tagħmlu l-offerta ġeneruża tagħkom kif xi wħud minkom diġa qed tagħmlu, u Grazzi mill-qalb lil Kulħadd. ■


QABEL IL-PROĠETT

WARA L-PROĠETT


QABEL IR-RESTAWR

WARA R-RESTAWR


QABEL IR-RESTAWR

WARA R-RESTAWR


IS-SALIB IL-QADIM

IS-SALIB IL-Ä DID


Leħen il-Qala - Festa 2019

Prietka antika fuq il-Vanġelu tal-Festa (Mt 1,18-25) Minn: DuN KryStoF ButtIGIEG

Peress li ninsabu fi żmien il-festa tal-patrun tagħna San Ġużepp, ħsibt li jkun tajjeb nagħtikom omelija oħra tal-Venerabbli Beda. Din l-prietka din id-darba hija misluta fuq il-versi tal-Evanġelju ta’ San Mattew li sew fi żmien Beda (673-735) u sew anke illum jinqraw fil-lejl tal-Milied, fil-quddiesa talVġili. Iżda peress li dawn huma l-isbaħ versi li għandna fuq Ġużeppi, il-Knisja terġa’ tħabbarhom nhar il-festa tiegħu. Għalhekk ħsibt li noffrilkom traduzzjoni bil-malti ta’ din il-prietka antika li ġiet miktuba bil-latin mill-patri Beda fl-Ingilterra ta’ fuq, madwar elf u tlett mitt sena ilu.

Mattew jiddeskrivi fil-qosor imma bis-sewwa kif permezz tat-twelid tas-Sinjur u s-Salvatur tagħna Gesù Kristu, l-Iben Etern ta’ Alla minn qabel kull żmien, deher bħala bin il-bniedem. L-evanġelista, wara li niżżel ir-razza kollha minn Abram sa Ġużeppi, r-raġel ta’ Marija, u wara li ppreżenta l-missirijiet u l-ulied skont l-ordni komuni tal-ħolqien uman, biex jitkellem dwar it-twelid ta’ Kristu wera kemm hu differenti mill-oħrajn: dment li l-oħra

kollha kienu mwielda permezz tal-għaqda komuni bejn raġel u mara, hu inkwantu Iben ta’ Alla, ġie fid-dinja permezz tal-Verġni. U bir-raġun kien jaqbel f’kull sens li, la Alla ried isir bniedem għall-bnedmin, ma jitwieled minn ebda mara oħra jekk mhux minn waħda verġni u din la kellha twelled, ma twelled ebda tifel ieħor jekk mhux dak li kien Alla. “Ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil‑ħidma ta' l‑Ispirtu s‑Santu.” L-evanġelista Luqa juri biżżejjed kif u fejn ġara t-tnissil; u peress li intom tafu tajjeb dan kollu, sejjer nitkellem fil-qosor dwar dak li jikteb Mattew, filwaqt li ninnutaw qabel kollox meta jgħid: “qabel ma marru joqgħodu flimkien”. Huwa juża l-verb “joqgħodu” mhux fis-sens ta’ “poġġew flimkien” iżda fis-sens ta’ “żżewġu”, għalhekk Mattew qiegħed jirreferi għal dak iż-żmien qabel ma’ l-għarusa ssir il-mara. F’dan is-sens mela, “qabel ma marru joqgħodu flimkien”, qabel

53


Leħen il-Qala - Festa 2019 ma ċċelebraw ir-rit solenni taż-żwieġ, hija “saret tqila bil‑ħidma tal‑Ispirtu s‑Santu”. Meta Ġużeppi mnebbaħ mill-anġlu, “ħa lil martu għandu”, qagħdu flimkien bħala miżżewġin iżda ma ngħaqdux flimkien: għalhekk is-silta tkompli “baqa’ ma għarafhiex”. U x’ħin ħarġet tqila, ma dehret quddiem ħadd ħlief quddiem Ġużeppi li bi dritt kollhu bħala żewġha, kien jaf kollox fuq dik li kellha tkun martu u attent kif kien, induna li ġufha kien qed jikber. “Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il‑ħsieb li jibgħatha bil‑moħbi tan‑nies.” Ġużeppi meta ra lill-martu tqila, kien jaf tajjeb li ħadd ma kien messa, u ta’ ġust li kien, biex jimxi sewwa magħha, qatagħha f’moħħu li ma jgħid xejn lil ħadd u ma jeħodhiex b’martu. Iżda malli bilmoħbi nbidlet l-intenzjoni taż-żwieġ, ħalliha tibqa’ bħala għarustu. Fil-fatt, huwa kien qara fil-ktieb ta’ Iżaija, li verġni mir-razza ta’ David kellha titqal u twelled lill-Mulej u kien jaf li Marija kienet ġejja minn din ir-razza għalhekk ma riedx ikun hu li ma jemminx li fiha kienet qed isseħħ din il-profezija. U li kieku bagħtha bil-moħbi tan-nies u ma ħadhiex b’martu, x’ħin din l-għarusa twelled, żgur li x’uħud

54

kienu sejrin jaħsbu li mhix verġni imma aktarx prostituta. Għalhekk Ġużeppi f’salt biddel il-ħsieb u ddeċieda mod ieħor u għall-aħjar, u biex isalva il-fama tajba ta’ Marija għażel li jżommha b’martu wara li jiċċelebraw iżżwieġ, u jħarisha fis-safa għal dejjem. Hekk il-Mulej deherlu, li jkun aħjar jiġri li x’uħud ma jkunux jafu kif ġie mnissel, milli tittebba’ s-safa ta’ ommu. Fil-fatt il-Vanġelu jkompli hekk: “Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal‑Mulej fil‑ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill‑Ispirtu s‑Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l‑poplu tiegħu minn dnubiethom.” Minn dan il-kliem qed jiġi affermat kif sar dan it-tnissil u t-twelid tant dinjituż: jiġifieri kif Marija nisslet bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu u welldet lill-Kristu. Anke jekk l-anġlu ma jgħidx eżatt li hu l-Kristu, madanakollu skont kif jitfisser l-isem Ġesù, hu jidher li qed isejjaħlu awtur tas-salvazzjoni u salvatur tal-poplu u allura b’dan il-mod hu juri biċ-ċar li huwa l-Kristu. Hekk Ġużeppi fehem dak li ma kienx jaf u b’kunvinzjoni qatagħha li ma jmissx lill-Omm


Leħen il-Qala - Festa 2019 kunvinzjoni l-misteri tal-fidi nisranija, meta jirnexxielhom jifmhu li dawn il-misteri m’għandhomx xi ħaġa differenti minn dak li ħabbru l-profeti. “Ara, ix‑xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu‑El’, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’.” L-isem tas-Salvatur, li bih ġie msejjaħ mill-profeta “Alla magħna”, ifisser iżżewġ naturi tal-unika persuna. Infatti dak li ġie mnissel mill-Missier, fil-milja taż-żminijiet sar l-Emanweli, Alla magħna fil-ġuf tal-omm, għax għoġbu jieħu d-dgħufija tan-natura tagħna u jgħaqqadha mal-persuna tiegħu meta “il‑Verb sar laħam u għammar fostna”. B’mod tal-għaġeb huwa beda jkun dak li aħna aħna, mingħajr ma’ waqaf ikun dak li hu hu; ħa n-natura tagħna, imma b’mod li ma tilifx dak li kien hu.

Alla. Skont pjan provvidenzjali, imnebbaħ minn bżonn ġust, huwa jiġi ordnat biex jkollu biss mara tal-isem: ħalli hi ma tiġix imħaġġra mill-Lhud bħala adultera, u filħarba lejn l-Eġittu jkollha l-ħarsien ta’ raġel li bil-ħeġġa kollha ta’ min ġej mill-istess familja, jipproteġi d-dgħufija tal-mara u jkun ta’ xhud tal-verġinità sħiħa tagħha. L-eseġeti kattoliċi jsibu anke raġunijiet oħra għalfejn Ġużeppi kellu jżomm miegħu bħala martu lill-Omm ta’ Alla u min irid jista’ jfittixhom fid-diversi xogħolijiet tagħhom. L-evanġelista minn jeddu, mal-fatt li l-Verġni twelled, iżid il-konferma tal-profezija, sabiex il-miraklu wisq majjestuż jiġi emmnut, mhux biss għax kien isemma’ l-fatt, iżda wkoll għax kien tħabbar mill-profeta. Mill-bqija hija drawwa ta’ dan l-evanġelista, Mattew, illi jikkonferma l-fatti li jirrakkonta bix-xhieda profetika. Hu jikteb dan il-Vanġelu tiegħu speċjalment għal dawk il-Lhud li minkejja li emmnu u twieldu mill-ġdid fi Kristu, baqgħu ma jistgħux jinqatgħu miċ-ċerimonji mitluba mil-Liġi. Għalhekk kien jiprova jgħinhom jinqagħtu mill-interpretazzjoni karnali tal-Liġi u talProfeti biex jogħlew għal dik spiritwali li twassal għall-Kristu, u jaslu jilqgħu b’aktar

“Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l‑anġlu tal‑Mulej, u ħa lil martu għandu. Imma baqa' ma għarafhiex.” Ħadha miegħu bħala mara talisem, għar-raġunijiet li semmejna qabel, iżda baqa’ ma’ ngħaqadx magħha b’mod karnali minħabba il-misteri li ġie mnebbaħ bihom. Jekk hawn xi ħadd li jrid imur kontra din

55


Leħen il-Qala - Festa 2019 l-interpretazzjoni u jsostni li l-Qaddisa Omm Alla qatt ma kienet milqugħa minn Ġużeppi bħala martu bir-rit taż-żwieġ, allura nħalluh jiprova ifehmna sewwa din is-silta tal-Vanġelu u jurina li l-Lhud kienu jippremettu li wieħed jingħaqad fil-ġisem mal-għarusa tiegħu, ħalli mbagħad naqblu ma’ din l-interpretazzjoni tajba tiegħu. Iżda aħna ma nemmnux li lillOmm tal-Mulej saritilha xi ħaġa li setgħet ittebbagħha quddiem in-nies. Imbagħad meta jżid: “sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù”, ara li xi ħadd jaħseb li wara t-twelid tat-tifel, Ġużeppi mar ingħaqad magħha kif jaħsbu x’uħud u jiżbaljaw. Għandkom tkunu tafu, ħuti, li kien hawn xi eretiċi, li minħabba li filVanġelu insibu li: “ma għarafhiex sa ma kellha iben”, jaħsbu li Marija wara t-twelid tal-Mulej ingħaqdet ma’ Ġużeppi u hekk twieldu dawk li l-Iskrittura ssejħilhom aħwa ta’ Ġesù, u biex jibqgħu fl-iżball isostnu li għalhekk jissejjaħ ukoll “l-ewwel wild” (primogenitus). Il-Mulej ibiegħed minna lkoll din id-dagħwa tal-fidi u jħallina nifmhu bis-sewwa u bid-devozzjoni li l-ġenituri tal-Mulej kienu dejjem imżejjna bis-safa tal-verġinità, u skont id-drawwa tal-Iskrittura, dawk li huma msejjħa aħwa tal-Mulej m’humiex it-tfal tagħhom iżda

56

l-kuġini. L-evanġelista ma jinteressahx jgħid jekk Ġużeppi ngħaqadx magħha jew le wara t-twelid tat-tifel, għaliex għalih sempliċement ma kienx possibbli, li dawk, li bi grazzja singulari ngħatalhom li jwelldu l-Iben ta’ Alla u jibqgħu fis-safa, setgħu b’xi mod jiksru dan il-patt tas-safa u jtebbgħu t-tempju qaddis ta’ Alla biż-żerriegħa tal-korruzzjoni tagħhom. [...] “u semmieh Ġesù”. L-isem lhudi Ġesù bil-Latin ifisser “salvatur” u bħala xhieda nsibu li sikwit kien jissemma’ mill-profeti. Araw kif wieħed minnhom kanta dan il-kliem, tant xtaq jarah: “Ruħi tfaħħar lill‑Mulej u tifraħ fis‑salvazzjoni tiegħu; ruħi tinfena bix‑xewqa tas‑salvazzjoni tiegħek; jien xorta waħda nifraħ fil‑Mulej, nithenna f’Ġesù Alla tiegħi!” (Ara Salm 34,9; 119,81; Hab 3,18). U speċjalment: “B’ismek o Alla salvani” (Salm 54,3), qisu qed jgħid: int u teħlisni uri fija l-glorja ta’ ismek, int li int imsejjaħ salvatur. Għalhekk Ġesù hu l-isem tal-Iben li twieled mill-Verġni biex juri fis-sewwa dak li qal l-anġlu: “hu jsalva il‑poplu tiegħu minn dnubiethom”. U min isalva mid-dnubiet, isalva anke mill-korruzzjoni tar-ruħ u tal-ġisem li tiġi mid-dnubiet. Imbagħad “Kristu” huwa l-isem ta’ dinjità regali u saċerdotali. Infatti skont il-Liġi, is-saċerdoti u r-rejiet kienu msejjħa “kristi”, minħabba li jirċievu l-griżma, id-dilka taż-żejt qaddis. B’hekk huma juru li, dak li hu l-veru Re u s-Saċerdot l-Kbir, meta ġie fid-dinja, ġie midluk biż-żejt tal-hena iktar minn sħabu. B’din id-dilka, jew griżma, hu ġie msejjaħ Kristu u kull min jissieħeb f’din id-dilka bil-grazzja tal-Ispirtu s-Santu jissejjaħ kristjan. Għalhekk inkwantu salvatur jeħlisna minn dnubietna, inkwantu Saċerdot jerġa’ jħabbibna ma’ Alla l-Missier, inkwantu re jagħtina s-saltna ta’ dejjem ta’ Missieru, hu li hu Ġesù Kristu l-Mulej tagħna, li mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu jgħix u jsaltan Alla għal dejjem ta’ dejjem. ■ BEDAE VENERABILIS, Homilia I,5: D. Hurst (ed.), CCSL 122, 1955. Traduzzjoni taljana ta’ G. Abbolito Simonetti, Collana Testi Patristici 90, 1990. Traduzzjoni ingliża ta’ L. T. Martin - D. Hurst, Cistercian Studies Series 110-111, 1991


Leħen il-Qala - Festa 2019

To Our English Speaking Residents:

Festa a time of happiness By VAlErIE cASSAr MEjlAK

It’s this time of the year again, where our streets get painted in vibrant colours. Lights, drapes, statues. The joyous sound of bells marks a feast. The atmosphere looks busy but also a totally happy one. Our community is ready to celebrate the feast of our Patron St. Joseph. Recently I had the opportunity to enter nearly every house in Qala, to spend time and talk to every resident and the feeling was that of welcome. I can proudly say that the community of Qala is a strong one, people have a good heart. They are proud of their families and their homes. They are hard workers, creative and kind. It is so important that each and every one of us takes part in maintaining the health and wellbeing of the community in which we live. You might think that your voice or your actions do not matter much, but it does. It matters because compassion is contagious. It matters because when one person uses their voice, it encourages the shy and silent voices of others to be free and express themselves as well. When the love we have for our families reaches out to loving our neighbours, the ripple effect begins and it enters every house, reaching out to the whole community. Maybe someone just needs a boost of confidence to turn their day around. Give them that. Maybe you’re sorting through last season’s clothes and getting rid of things. Give them to charity, or put a message out on social media – maybe a friend can use what you no longer need. The smallest gesture often makes a huge impact. Our community is made out of different people, different characters, different believes. Many foreigners have chosen to make our village their home. They had the opportunity to pick any other village but choosing Qala shows they saw the beauty of our village. The tranquility of life this community offers. They have brought with them a bit of their own culture and beliefs. Every major religion in the world teaches tolerance and

respect and if we apply that every day, the feeling of peace is felt in our hearts. It is really that simple. Whether you read the word ‘companion’ in English, ‘companero’ in Spanish or ‘copain’ in French, they all originate from the Latin ‘com’ and ‘panis’, meaning ‘with whom one shares bread’. In a small village like ours we share our days with our families, neighbours, friends at the local bar, community gatherings. It’s so beautiful to laugh and also to cry without the fear of being judged. It’s sharing emotions together that makes us all human. The trust in confiding in one another. On one of my many trips to Germany I was amazed by the trust the villagers had with one another. I was with my friend Anne (born and raised in the Black Forest). One morning on the way to visit her mother, she stopped near a big field full of flowers, she picked the flowers she liked, and then walked on to the front of the field where there was a wooden box, with prices marked next to the names of different flowers. Anne carefully checked the flowers she picked and put the money through a slot in a wooden box. No cameras, no one around. Then we stopped at another field, this time with vegetables, Anne picked up tomatoes and some other vegetables and just as before left the money in a wooden box. This to me was a manifest of complete trust in others, which in itself gives others the will to pay back this trust with honesty. How wonderful to know that your trust will be reciprocated. We have so much to be grateful for, our family, our friends, the people around us and those we have yet to meet. Sharing our joys and sorrows and being thankful every day. This is the way to appreciate each other and the way to a stronger healthier community. I wish you all a happy feast where the feeling of unity fills up one’s heart. ■

57


Leħen il-Qala - Festa 2019 “Fi żminijiet l-aktar diffiċli għall-Knisja, il-Papa Piju IX ried jafdaha taħt il-ħarsien speċjali tal-Patrijarka San Ġużepp, u għalhekk iddikjarah ‘’Patrun tal- Knisja Universali.’’ Dan il-Papa kien jaf li ma kienx qed jagħmel xi ħaġa barra minn lokha, għaliex minħabba d-dinjità għolja li ngħatat lil dan il-qaddej fidil u għaqli, ‘’il-Knisja, wara l-Imqaddsa Verġni Marija, l-Għarusa tiegħu, tagħtu l-aqwa ġieħ u l-għola tifħir u dejjem talbet l-għajnuna tiegħu f’kull tiġrib.’’ (Redemptoris Custos nr. 42-43)

6.30pm 7.00pm 7.30pm 7.45pm

Programm tal-Festi Solenni f’Ġieħ il-Kbir Glorjuż Patrijarka

San Ġużepp

Ir-Raġel Kastissimu talVerġni Marija u Patrun talKnisja Universali Meqjum fis-Santwarju Arċipretali tal-Qala – Għawdex 23 ta’ Lulju – 8 t’Awwissu 2019

58

IT-TLIETA 23 TA’ LULJU: JUM TA’ TALB U TĦEJJIJA GĦALL-FESTA Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. Quddiesa. Mota Solenni li tħabbar il-bidu tal-festa. Laqgħa ta’ talb quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Pjazzetta bi tħejjija għall-festa, u biex il-festa tkun mezz ta’ għaqda u ċelebrazzjoni tassew nisranija. Imexxi din il-laqgħa ta’ talb Patri Marċello Ghirlando OFM u janima l-laqgħa s-Sur Mario Caruana. Hija mistiedna l-komunità parrokkjali kollha partikularment il-membri kollha tal-għaqdiet, gruppi u dawk kollha li għandhom x’jaqsmu malorganizzazzjoni tal-festa.

L-ERBGĦA 24 TA’ LULJU: JUM IŻŻGĦAŻAGĦ U ĦRUĠ MIN-NIĊĊA TAL-ISTATWA TA’ SAN ĠUŻEPP 6.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Joseph Bajada vigarju parrokkjali tal-parroċċa tax-Xagħra, li tagħti bidu għall-Festi ad unur ilKbir Glorjuż Patrijarka San Ġużepp. Hi mistiedna l-komunità parrokkjali kollha partikularment iż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Ikun hemm konfessur barrani għall-qrar. Appell liż-żgħażagħ kollha sabiex iqerru u jieħdu sehem sħiħ fil-quddiesa. Wara iż-żgħażagħ fost kant u talb joħorġu lil San Ġużepp min-niċċa. Issir l-aħħar ġabra ghallfesta. Waqt il-quddiesa l-kant ser ikun animat mill-grupp taż-żgħażagħ u waqt il-ħruġ tal-istatwa janima l-kant il-kor parrokkjali San Ġużepp. 8.30pm Marċ mill-banda Ite ad Joseph madwar il-pjazza prinċipali. IL-ĦAMIS 25 TA’ LULJU: L-EWWEL JUM TAN-NOVENA JUM IT-TFAL 6.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella.


Leħen il-Qala - Festa 2019 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Daniel Sultana vigarju parrokkjali tal-parroċċa tal-Katidral. Huma mistiedna partikularment ittfal kollha biex jieħdu sehem f’din l-Ewkaristija li ser tkun adattata għalihom. Janima l-kant il-grupp taladolexxenti tal-parroċċa. 8.30pm Fun games għat-tfal u l-istudenti filpjazzetta. Ser ikun hemm ukoll puppet show għat-tfal ipprovdut mill-Kunsill Lokali tal-Qala. IL-ĠIMGĦA 26 TA’ LULJU: IT-TIENI JUM TAN-NOVENA JUM IL-PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI 6.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Michael Galea assistent direttur ta’ Dar Arka. Huma mistiedna r-residenti ta’ Dar l-Arka li wara jkollhom refreshments fis-sagristija. Janima l-kant il-grupp tat-tfal tal-kitarri. 8.30pm BBQ fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien organizzat mill-Għaqda tal-Briju San Ġużepp. IS-SIBT 27 TA’ LULJU: IT-TIELET JUM TAN-NOVENA JUM IL-CARITAS 6.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Giovanni Curmi direttur djoċesan tal-Uffiċċju tal-Caritas. Huma mistiedna dawk kollha li jagħmlu xogħol volontarju kemm fil-parroċċa kif ukoll barra mill-parroċċa. Jinġabru oġġetti tal-ikel u preserves biex jingħataw lill-familji u nies fil-bżonn. Janima l-kant il-grupp taż-żgħażagħ. 8.30pm High Tea Kbir organizzat mill-Grupp tal-Fund Raising fil-pjazzetta. IL-ĦADD 28 TA’ LULJU: IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA JUM IL-FAMILJA, IL-MORDA U L-ANZJANI Quddies fil-5.30 am, 6.30 am, 8.30 am. 10.30am Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Patri Joe Buttigieg gwardjan talpatrijiet kapuċċini li fiha jigi amministrat ukoll is-sagrament tal-Magħmudija. Huma mistiedna l-miżżewġin kollha partikularment dawk li qed irabbu, u magħhom huma mistiedna l-għarajjes

kollha. Stedina partikulari lil dawk ilkoppji miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarju tas-60, tal-50 u tal25 sena taż-żwieġ tagħhom. Wara t-tqarbin issir il-preżentazzjoni tattrabi u t-tfal lill-Patrijarka San Ġużepp. Janima l-kant il-grupp taż-żgħażagħ. 5.00pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. 5.30pm Quddiesa mmexxija minn Dun Joe Cardona, kappillan tal-isptar bissehem tal-morda u l-anzjani. Fi tmiem il-quddiesa ssir iċ-ċelebrazzjoni tasSagrament tad-Dilka tal-Morda. Wara, l-morda u l-anzjani huma mistiedna għar-refreshments fis-sagristija. 7.30pm Serata ta’ Divertiment u ta’ Talent Lokali fil-pjazzetta organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Qala għall-familja kollha. Mistieden speċjali: Joe Demicoli. IT-TNEJN 29 TA’ LULJU: IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA JUM IL-KATEKEŻI, IX-XANDIR TALKELMA, U L-GĦAQDIET U L-GRUPPI RELIĠJUŻI TAL-PARROĊĊA. 6.30pm Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Daniel Xerri arċipriet talparroċċa tax-Xewkija li għaliha huma mistiedna l-koppji, l-għaqdiet reliġjużi, il-Komunità Ewkaristika u l-Grupp tal-Katekeżi tal-Adulti u l-komunità parrokkjali kollha. Janima l-Kor Magnificat. 8.30pm Serata ta’ divertiment ghall-familja kollha organizzata mill-Għaqda talArmar fil-pjazza prinċipali. Ser ikun hemm ukoll entertainment għat-tfal ipprovdut mill-Kunsill Lokali tal-Qala.

6.30pm 5.00pm 7.00pm

9.00pm

IT-TLIETA 30 TA’ LULJU: IS-SITT JUM TAN-NOVENA JUM IL-VOKAZZJONIJIET, ISSAĊERDOTI, IR-RELIĠJUŻI U L-MISSJUNARJI Rużarju ta’ San Ġużepp u kurunella. Fil-Korsa tax-Xħajma jsiru t-Tiġrijiet taż-żwiemel. Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Dun Michael Grima, fejn fiha jsir talb ghall-vokazzjonijiet saċerdotali, reliġjużi u missjunarji. Issir ilvestizzjoni ta’ tlett abbatini ġodda. Janima l-kant il-Kor San Ġużepp. Kunċert Mużikali imtella’ mill-Banda Ite ad Joseph fil-pjazza ewlenija.

59


Leħen il-Qala - Festa 2019 L-ERBGĦA 31 TA’ LULJU: L-EWWEL JUM TAT-TRIDU SOLENNI JUM IL-VOLONTARJAT 6.30pm Kant tal-Għasar Solenni mmexxi millW.R. Arċipriet Dun Nazju Borg. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tal-Ewwel Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Dun Noel Debono kollaboratur parrokkjali bl-omelija tat-Tridu minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-W.R. Dun Noel Debono. 9.00pm Ikla Kbira tal-Festa organizzata millParroċċa fil-pjazza ewlenija. Ser ikun hemm live entertainment minn Cash & Band ipprovdut mill-Kunsill Lokali tal-Qala.

6.30pm 7.00pm

8.45pm

9.15pm

12.15am

60

IL-ĦAMIS 1 T’AWWISSU: IT-TIENI JUM TAT-TRIDU SOLENNI JUM L-EMIGRANTI, IL-QALIN LI JGĦIXU BARRA MILL-PARROĊĊA, U R-RESIDENTI BARRANIN. Kant tal-Għasar Solenni mmexxi millW.R. Arċipriet Dun Nazju Borg. Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Jum tat-Tridu mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg, vigarju parrokkjali bl-omelija minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. bis-sehem tal-emigranti Qalin. Wara, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija millW.R. Dun Charles Buttigieg. Riċeviment għall-emigranti Qalin u ghall-Qalin li jgħixu barra mill-parroċċa kif ukoll residenti barranin offrut millArċipriet fiċ-Ċentru Parrokkjali. Marċ brijuż mill-Baned Ite Ad Joseph tal-Qala u Santa Margerita tas-Sannat li jitlaq minn Triq in-Nigret, Triq Anton Buttigieg, Triq Ġanni Vella, Triq in-Nigret, Triq Salvu Attard, Triq Anton Buttigieg, Triq l-Isqof Cagliares, Triq 30 t’Ottubru, Triq il-Kunċizzjoni, Pjazza San Ġużepp u Triq 28 t’April. Il-marċ jagħlaq bit-tlugħ tal-istatwa ta’ San Ġużepp fuq il-pedistall fi Pjazza l-Isqof Buttigieg. Jittella’ feature mill-Għaqda Briju San Ġużepp. IL-ĠIMGĦA 2 T’AWWISSU: ITTIELET JUM TAT-TRIDU SOLENNI JUM L-GĦAQDIET SOĊJALI, SPORTIVI U RIKREATTIVI TALPARROĊĊA

6.30pm Kant tal-Għasar Solenni mmexxi millW.R. Arċipriet Dun Nazju Borg. 7.00pm Konċelebrazzjoni Solenni tat-Tielet Jum tat-Tridu mmexxija mill-Arċipriet Dun Nazju Borg bl-omelija minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Huma mistiedna partikularment l-għaqdiet soċjali, sportivi u rikreattivi tar-raħal. Wara, Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali mmexxija mill-Arċipriet Dun Nazju Borg. 9.30pm Dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp. Id-dimostrazzjoni tkun akkumpanjata mill-Baned Ite Ad Joseph tal-Qala u Santa Marija taż-Żebbuġ li titlaq mill-Pjazza Ewlenija, għal Triq in-Nadur, Triq ir-Rebħa, Triq l-Isqof Buttigieg, Pjazza Isqof Buttigieg, Triq 28 t’April u tispiċċa mill-ġdid fil-Pjazza Ewlenija. Waqt it-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedistall fil-pjazza jindaqq l-Innu Popolari ‘Lill-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal-Qala’, mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara u versi talpoeta Għawdxi Ġorġ Pisani.

7.30am

IS-SIBT 3 T’AWWISSU: TMIEM IN-NOVENA MQADDSA JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN Konċelebrazzjoni Solenni, bil-kant Solenni tat-Te Deum f’għeluq inNovena mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg.

LEJLIET IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠUŻEPP 5.45pm Marċ mill-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala li jibda minn Triq it-Tempju, jgħaddi minn Triq Grunju, Pjazza Repubblika u Triq San Ġużepp, u wara jakkumpanja t-Translazzjoni Solenni minn ħdejn il-Kappella tal-Museum għall-Knisja Arċipretali. 7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ San Ġużepp immexxija mill-Arċipriet Dun Nazju Borg mill-Kappella talMuseum għall-Knisja Arċipretali li fiha tieħu sehem il-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala u l-Fratellanzi oħra tal-parroċċa. Waqt id-dħul Solenni tat-Translazzjoni fil-Knisja Arċipretali jindaqqu l-Innu u l-Antifona. Eżatt wara, Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Lejliet is-Solennità mmexxija mill-Kan Dr. Joseph Zammit. Wara, Antifona


Leħen il-Qala - Festa 2019 u Barka Sagramentali mmexxija millW.R. Dun Noel Debono. 9.30pm Marċ ta’ lejliet il-festa mill-Banda Leone tal‑Belt Victoria li jibda minn Triq ilBelvedere u mill-Banda Victory taxXaghra li jibda minn Triq il-Kunċizzjoni sal-pjazza fejn isir programm. 12.00am Ħruq tan-Nar tal-Art u wirja spettakolari ‘Shades of Fire. Second Edition’

9.00am

11.00am 12.00pm

5.00pm 6.30pm

7.20pm

8.00pm

IL-ĦADD 4 T’AWWISSU: JUM IL-KOMUNITÁ PARROKKJALI Quddies fil‑5.30am, fis‑6.30am, fit‑8.00am, fid‑9.00am, fil‑11.00am u fil‑5.00pm. Konċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex flimkien ma’ rappreżentanza tal-Kapitlu Katidrali u mas-Saċerdoti. Il-W.R. Arċipriet talparroċċa tax-Xagħra Mons. Carmelo Refalo jagħmel l-omelija tal-Festa. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Noel Debono. Janima l-kant Ivan Attard. Marċ popolari u brijuż mill-Banda Prekursur tax-Xewkija li jibda minn Triq Patri Ġużepp Portelli, Triq l-Imġarr, Pjazza Isqof Mikiel Franġisk Buttigieg, Triq 28 t’April 1688, u jintemm fis2.30pm fil-pjazza ewlenija. Quddiesa mmexxija mill-W.R. Dun Charles Buttigieg. Kant tat-Tieni Għasar tas-Solennità bilMalti mill-Kleru tal-Parroċċa flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut millW.R. Mons. Edward Xuereb kappillan tal-parroċċa tal-Għasri. Ħruġ Solenni tal-istatwa devota ta’ San Ġużepp u Purċissjoni mmexxija minn Mons. Edward Xuereb kappillan talparroċċa tal-Għasri flimkien mal-Kleru tal-Parroċċa u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-Qala. Il-Banda Ite Ad Joseph tal-Qala taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Gauci tilqa’ u ssellem lil San Ġużepp bl-Innu Popolari lill‑Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal‑Qala u bl-Innu l-Kbir A San Giuseppe ta’ Mro. Indri Borg bis-sehem tal-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara, l-istess Banda takkumpanja l-Purċissjoni Solenni bid-daqq ta’ innijiet reliġjużi. Waqt il-Purċissjoni jiġi reċitat talb wara l-istatwa sakemm din tasal f’tarf Triq ilWardija. Il-Banda Mnarja tan-Nadur ittella’

Programm Mużikali fil-Pjazza. 10.00pm Dħul Solenni tal-istatwa Titulari ta’ San Ġużepp akkumpanjat minn spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru u mill-kant tal-Innu Popolari lill‑Glorjuż Patrijarka San Ġużepp Patrun tal‑Qala akkumpanjat mill-baned Ite ad Joseph tal-Qala u Mnarja tan-Nadur. 10.15pm Fil-knisja, tindaqq l-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali minn Mons. Edward Xuereb kappillan talparroċċa tal-Għasri.

7.00pm

Il-ĦAMIS 8 T’AWWISSU: GĦELUQ IT-48 ANNIVERSARJU MILLINKURUNAZZJONI TALKWADRU TITULARI TA’ SAN ĠUŻEPP. JUM TA’ RADD IL-ĦAJR Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd ilĦajr bil-kant tat-Te Deum, immexxija mill-Arċipriet Dun Nazju Borg. Janima l-kant il-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Wara jsir id-dħul tal-istatwa ta’ San Ġużepp fin-niċċa.

Infakkru li din hija festa reliġjuża u għalhekk jintlaħaq l-iskop veru tagħha meta wieħed jersaq lejn Alla permezz tas-sagramenti.

QUDDIES U QRAR FIL-KNISJA ARĊIPRETALI:

Il-Quddies f’Jum il-Festa jkun hekk: (Filgħodu): 5.30, 6.30, 8.00, 9.00, 11.00 (Filgħaxija): 5.00 Il-Qrar matul il-Festa jkun hekk (konfessuri barranin): Il-Ħamis 1 t’Awwissu mit-3.30pm sas-7.00pm Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu mill-4.30pm sas-7.00pm Is-Sibt 3 t’Awwissu mill-4.30pm sas-7.00pm Il-Ħadd 4 t’Awwissu mit-7.45am sad-8.45am Is‑Saċerdoti tal‑Parroċċa jkunu disponibbli għall‑qrar fil‑ħinijiet tas‑soltu.

61


Leħen il-Qala - Festa 2019 MUŻIKA SAGRA FIL-KNISJA ARĊIPRETALI: Il-mużika fil-knisja, fil-jiem tan-Novena Mqaddsa tkun tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp li huwa taħt id-direzzjoni tal-Organista s-Sur Mario Portelli, tal-Kor Magnificat u tal‑Gruppi tal‑Adolexxenti u ż‑Żgħażagħ. • Il-mużika bl-orkestra u l-kor fil-knisja, kemm fil-jiem tat-Tridu u kemm lejliet u nhar ilfesta tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frankie Debono. NAR U ILLUMINAZZJONI FIL-FESTA: • In-nar ta’ matul il-festa huwa maħdum minn: St Andrew ta’ Ħal-Luqa; Santa Marija tal-Qrendi; Ta’ Lourdes tal-Qrendi; La Stella tal-Gudja; 25 ta’ Novembru taż-Żejtun; 15 ta’ Awwissu ta’ Kerċem; Tal-Virtu’ tal-Għarb. Nitolbu li filġranet tal-festa u fil-jiem ta’ wara, ma jersaq ħadd lejn l-għelieqi tan-nar jekk mhux awtorizzat. Ilbdiewa mitluba jiġbru tiben u oġġetti li jinħarqu mill-għelieqi qrib minn fejn jinħaraq in-nar. L-istess, materjal li jista’ jinħaraq, jitneħħa minn fuq il-bjut. • L-illuminazzjoni kemm tal-knisja u kemm tattoroq issir mis-Sur Joe Cutajar. TRASMISSJONIJIET TAL-FESTA FUQ IRRADJU U L-WEBSAJT: • Radju Leħen il‑Qala ser ixandar fuq 106.3FM Stereo, bi skeda sħiħa mit-13 ta’ Lulju sal4 t’Awwissu 2019, il-funzjonijiet liturġiċi u l-attivitajiet esterni kollha marbuta mal-festa flimkien ma’ programmi varji mill-istudjows fi Triq San Franġisk b’servizz partikulari għallanzjani u l-morda.

L‑Arċipriet u l‑Kleru flimkien mal‑Bord Editorjali jawguraw il‑Festa t‑Tajba lill‑parruċċani kollha 62

• Il-funzjonijiet kollha tal-festa jistgħu jiġu segwiti fuq il-websajt www.radjulehenil‑qala.com fejn mhux biss jinstemgħu imma jintwerew ukoll permezz tal-kameras kemm fil-pjazza kif ukoll fil-knisja. ĦIDMIET VARJI FIL-PARROĊĊA: Restawr tal-Koppla tal-Knisja Rinnovazzjoni fiċ-ċentru parrokkjali għaż-żgħażagħ Restawr tal-Kampnar Restawr tal-Qanpiena l-Kbira Salib ġdid tal-Faċċata tal-knisja Kalamita ġdida tas-sajjetti għall-Knisja Membrane fuq il-bejt tal-knisja Sistema ġdida tad-Dawl fis-Santwarju tal-Kunċizzjoni Tikħil u żebgħa ġdida fis-Santwarju ĦIDMIET VARJI FL-GĦAQDA TAL-ARMAR SAN ĠUŻEPP: Ser inkomplu inżejnu d-dawra tal-purċissjoni permezz ta’ pavaljun tad-dawl ieħor ghal Triq ilWardija, Bandalora oħra għal Piazza Isqof Mikiel Buttigieg u pittura ta’ Joseph Cauchi. Pittura oħra mingħand Manuel Farrugia, għassett ta’ Triq 28 ta’ April. Labarda ġdida għall-Brazzi tal-Pjazza, maħduma minn Johnny Micallef fuq disinn ta’ Adonai Camilleri Cauchi. Karru tal-ħadid għall-ġarr tal-bandalori u l-pavaljuni Tkomplija tal-proġett li jassigura l-aħjar mod ta’ kif jintrefgħu l-bandalori ġewwa l-Maħżen talArmar.


Leħen il-Qala - Festa 2019

Mid‑Djarju ta’ {u\epp Debono (38) Miġbura u ppreżentata minn Euchar Mizzi.

Ir-Raba’ Kapitlu - Is-Sbatax-il Parti. (Jaqbad mill-ħarġa tal-Milied 2018)

Fil-ħarġa tar-Rivista tal-Milied 2018, komplejna bil-kronaka ta’ twelidijiet, żwiġijiet, imwiet u xi punti oħra li seħħew fil-Qala jew f’pajjiżna matul is-sena 1956. Illum ser inkomplu bl-istess kronaka minn fejn spiċċajna fl-aħħar ħarġa, cioè ser nibdew minn Jannar sa Diċembru 1957. Mela nibdew: 01.01.57 Sar iż-żwieġ ta’ Conċetta Muscat marraġel tagħha li hu minn Qormi Malta. 06.01.57 Mietet Ġanna Borg (ta’ Gajta) xebba. 13.01.57 Bdiet il-Missjoni l-kbira li ntemmet fis-27 ta’ Jannar 1957. Il-Missjunarji kienu: il-Kan. Martinu Camilleri, Rev. M’Ang Xerri, Rev. Fr. Allan, Rev. Fidiel Vella Cap., Patri Roberto exGwardjan, u Patri Franġisk Saverju OFM. 21.01.57 Miet Michael Attard (tar-Roċċ) armel. 22.01.57 Mietet Maria Buttigieg (ta’ Salvu Dejjem) armla. 23.01.57 Waqt maltempata qalila l-vapur “Il-Banċinu” inkalja fuq il-bajja tażŻewwieqa. L-għassies ta’ fuqu, Joseph Xuereb għereq f’din l-okkażjoni. FiżŻurrieq u f’Marsaxlokk15-il dgħajsa ġarrbu ħsarat kbar. 26.01.57 Mietet Tereża Attard (ta’ Liberatu). 28.01.57 Miet Karmnu Falzon (tal-Bej) ġuvni. 28.01.57 Il-Vapur SS. PINU beda bil-vjaġġi tiegħu bejn Għawdex u l-Marfa, Malta. 29.01.57 Beda t-tqegħid tal-irħam talKappelluni u tlesta fis-27 ta’ Frar 1957. 09.02.57 Sar iż-żwieġ bejn Loreta Cutajar (ta’ Bonu) ma’ Pawlu Galea min-Nadur. 16.02.57 Mietet Maria Xicluna (tal-Bonn) armla. Dan ix-xahar kien qisu r-Rebbiegħa, bard u xita xejn. 05.03.57 Iżżewweġ Ġanni Camilleri (tan-Najsi) li kien armel. 23.03.57 Fr. Joseph Portelli wasal Malta wara 32 sena fl-Indja. 27.03.57 Miet Francis Thewma (tas-Sultan). 31.03.57 Fr. J. Portelli S.J., iċċelebra l-Quddiesa Solenni tiegħu fil-Knisja Parrokkjali Qala.

03.04.57 04.04.57 10.04.57 19.04.57 04.05.57

30.05.57 01.06.57 06.06.57 08.06.57 11.06.57 16.06.57 17.06.57 18.06.57

18.06.57 07.07.57 14.07.57

F’dan ix-xahar il-Caravaġġio kien meħud fil-Mużew tal-Katidral. Miet Mikiel Portelli (In-Nemlu). Sar iż-żwieġ bejn John Spiteri (tanNann) ma’ Carolina (ta’ Ġorbos). Miet Dun Karlu Vella fl-eta’ ta’ 56 sena. Miet Paul Cauchi (tal-Koxx) b’ħabta ma’ karozza misjuqa minn Joe Bondin (spiżjar). Kien ġuvni ta’ 26 sena. Iżżewġet Carmela Camilleri (ta’ Pawlu tan-Najsi). Iżżewweġ Anglu Buttigieg (tasSurran) u siefer lejn l-Amerika. Sar iż-żwieġ bejn Grazio Xerri u Jane Portelli (taż-Żabbar). Iżżewġet Rosa Buttigieg (ta’ Franġisku tad-Diedi). Ġużepp Rapa (il-Maxxillar) xtara Opel caravan ġdida. Sar iż-żwieġ bejn Paul Buttigieg (tadDiedi) u Carmela Cutajar (ta’ Kejli). Issir l-ewwel ġabra għall-festa. Miet Mikieli Xuereb (tan-Namra) armel. Miet Joseph Xerri (tan-Nikla) ġuvni. Waslu f’Malta d-Duka u d-Dukessa ta’ Windsor.

Toni Borg (ta’ Gajta) ġab karozza ġdida No. 3776. Sar iż-żwieġ bejn Paul Xerri (tarTirutej) ma’ Karmni Mercieca (ta’ Ċilla). Sar iż-żwieġ bejn Paul Vella (talOħxon) ma’ Loreta Bartolo (ta’ Ġunta).

63


Leħen il-Qala - Festa 2019 16.07.57

Il-Majesta Tagħha r-Reġina Omm għaddiet numru ta’ sigħat f’Malta.

07.10.57 19.10.57 22.10.57 27.10.57 01.11.57 09.11.57 12.11.57

18.07.57 20.07.57 27.07.57 04.08.57

11.08.57 14.08.57

17.08.57 18.08.57 19.08.57

24.08.57 29.08.57 05.09.57 12.09.57 14.09.57 ? ? 16.09.57

64

26.09.57

Ingħatat kisja asfalt quddiem id-dar tiegħi fil-Pjazza. Sar iż-żwieġ bejn Reġina Falzon (talKalar) u Toni Mifsud (taċ-Ċana). Sar iż-żwieġ bejn John Portelli (talMerill) u Teresa Camilleri (tan-Najsi). Il-festa ta’ San Ġużepp. Is-Sibt – ilBanda Leone, il-Ħadd – il-Baned Leone u La Stella. Kienu sparati 12-il murtal ta’ 3 fetħat u żewġ kaxxi infernali u xi musketterija. Sar iż-żwieġ bejn David Muscat ma’ Emily Mercieca. Peress li ma niflaħx, is-sawma u l-astinenza ta’ lejlet Santa Marija ħallejthom għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Mietet Kelina Falzon (taċ-Ċaqna) fl-età ta’ 36 sena. Jum il-Kungress tal-Isem Imqaddes t’Alla kontra d-Dagħa. Pellegrinaġġ lejn Stella Maris, Gżira, Marsa, Senglea, Bormla, Żabbar, Żejtun, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Tarxien, Pawla, Valletta, San Anton, Lija, Mosta u s-Santwarju tal-Mellieħa. Iżżewġet Ċetta Buttigieg (tan-Nemlu). Miet Anthony Borg (ta’ Bertu). Sar iż-żwieg bejn Joe Camilleri (ta’ Giemes) ma’ M’Ann Cutajar (talAmerikan). Iżżewweġ Tarċisju Buttigieg (ta’ Rinu Mejlaq). Miet Michael Xerri (tal-Għajbur) guvni. Miet Joseph Cremona (ta’ Kuroħħu) flAwstralja. L-iskejjel jibqgħu magħluqin minħabba fl-Influwenza u damu hekk sas-6 ta’ Ott. 1957. Fr. Portelli S.J. jirritorna lura lejn l-Indja

26.11.57 30.11.57 30.11.57 02.12.57 03.12.57 04.12.57 14.12.57

17.12.57 26.12.57 28.12.57 30.12.57

15.12.57

wara li għadda 6 xhur mal-Familja tiegħu. Beda l-bini tal-Iskola l-Ġdida tal-Gvern. Mietet Karmni Buttigieg (ta’ Ċensa) xebba anzjana. Wasal Pissidi ġdid tal-fidda li sewa £190. Iżżewweġ Ġużepp Camilleri (talKitarra). Il-ġabra għall-Erwieħ kienet ta’ £103.10. Beda ċ-Ċensiment u baqa’ sejjer sat-30 ta’ Novembru. Miet Michael Pisani (il-Bejku) guvni anzjan. Ftuħ ta’ uffiċċju tal-posta fl-Imgarr Għawdex. Iżżewweġ Michael Buttigieg (ta’ Peppu tad-Diedi). Miet Ġużepp Magro (tal-Gripp). Ir-rati tal-interess tal-bank żdiedu b’1%: 3½, flok 2½, waqt li depożiti fissi 4½ flok 3½. Mietet Marija Said (tax-Xakka) armla. Wasal f’Malta l-Vapur SS Crested Eagle, li wara ħa l-isem ta’ Imperial Eagle. Dom Mintoff irriżenja minn Prim

Ministru minħabba nuqqas serju ta’ fiduċja mill-Kumitat Eżekuttiv tasSezzjoni tal-Ammiraljat tal-Ġeneral Workers Union. Ir-riżenja ġiet irtirata. Sar iż-żwieġ ta’ Mose Buttigieg (talIskuna) ma’ Carmela Cassar. Sar iż-żwieġ ta’ Manweli Mizzi (tasSanġak) ma’ Teresa Xerri. Lady Laycock (il-mara tal-Gvernatur) iżżur il-presepju tal-Qala. Dan ilpresepju kien mibni minn Dun Ġużepp Vella (tat-Trejża) u li għalih ġew eluf ta’ nies inkluż numru ta’ nies importanti. Il-Munxar tinħatar Parroċċa mill-Isqof Ġużeppi Pace.■


Leħen il-Qala - Festa 2019

AUSTRALIAN QALA ASSOCIATION L-ASSOĊJAZZJONI TAL-QALA FL-AWSTRALJA 48 Cowper Avenue, St Albans, Victoria 3021, Australia. Tel: 0061 (03) 93674268

Tagħrif mill‑Awstralja dwar ħutna l‑Qalin emigranti, minn MichAEL BuTTigiEg, President Australian Qala Association

Aħbarijiet minn Melbourne għall-Qalin tal-Qala Għeżież Qalin, insellmilkom: Reġgħu tgerrbu x-xhur u waslet Rivista oħra ta’ ‘Leħen il-Qala’. Issa rrid noqgħod attent biex nagħtikom l-aħbarijiet kollha li ġraw matul dawn it-tmien xhur f’Melbourne. Millaħħar li tkellimna erġajna bdilna l-istaġuni għal darbtejn. Kellna sajf sħun ħafna, kellna heatwave kbira, fejn it-temperatura telgħet fuq l-40°. Tant kienet sħana li avolja bl-aircondition, ma kienx ilaħħaq. Kien kważi ser jispiċċa s-sajf u tibda l-ħarifa u kienet għadha s-sħana. Kien ilu ma jagħmel hekk fuq 30 sena. Nirien kbar seħħew fil-Victoria Melbourne, fejn anke djar inħarqu għal kollox. Ħafna siġar

u annimali nqerdu għal kollox speċjalment Cawalas (forsi trid tigi Koalas?). Biċċa mietu wkoll waqt li kienu qed jaħarbu min-nirien. Disgħa u għoxrin dar inħarqu għal kollox u n-nies kellhom jitilqu ‘l barra u jmorru jsibu refuġju fl-iskejjel u swali oħra tal-Kunsill. Meta n-nirien ikunu daqshekk kbar ma jkunx possibbli li jitfuhom malajr. Tinsewx li l-ilma u n-nar mhux faċli li tikkontrollahom malajr. Anke x-xita f’Malta din is-sena kienet kiefra wkoll, għax minn kollox għamel. Maltempata kbira li kaxkret lill-gżejjer Maltin u Għawdxin, fejn saret ħerba sħiħa. Fejn il-baħar kważi ried jibla’ l-art. Kien is-Sibt 23 ta’ Frar, meta smajna li

65


Leħen il-Qala - Festa 2019 sħaħ. It-Tnejn tkun ġurnata pubblika biex in-nies ikunu jistgħu jattendu għall-isfilata tal-Karnival li tibda mid-9.00 ta’ filgħodu sa nofsinhar. Ftit taż-żmien ilu l-Maltin kienu jieħdu sehem b’xi karru jew xi ħaġa oħra. Pero’ llum dawk kollha mietu u ħadd aktar ma jinteressah li jieħu sehem.

f’Malta ħafna ħut ‘awrat’ li ħarab mill-fish farms tela’ l-art, l-aktar f’San Pawl il-baħar, u n-nies bdew jaqbduh mill-art u jitfgħuh fil-bramel fil-karozzi u kulħadd kiel u xaba’. Ħut frisk u b’xejn! Xi kultant in-natura turina ftit snienha biex tgħidilna li għadha hemm. L-Ażjatiċi kollha jiċċelebraw l-Ewwel tas-Sena tagħhom f’Jannar/Frar, fejn isiru ħafna festi filbelt ta’ Melbourne. Din is-sena kienet is-Sena talKelb. Jiċċelebraw ukoll bil-kbir Jum l-Awstralja fis-26 ta’ Jannar, fejn ukoll isiru ċelebrazzjonijiet kbar fl-Istati kollha tal-Awstralja. Frar jiftaħ l-istaġun tal-Festi tal-Għaqdiet f’Melbourne, fejn nibdew bil-festa ta’ San Pawl. Sar ukoll il‘White Night’, fejn ta’ kull sena n-nies qiegħda tiżdied u jsir ukoll fil-belt ta’ Melbourne, fejn it-trasport ikun ukoll b’xejn mis-Sibt filgħaxija sal-Ħadd fis-7.00 ta’ filgħaxija. Niġu għal Marzu: F’Marzu kellna wkoll attakk terrorista fi Christchurch New Żealand, li huma ġirien tagħna u fejn l-Awstralja kienet għamlet ħafna magħhom meta ġew fil-bżonn talgħajnuna. Kien għal xit-3.00 ta’ wara nofsinhar, meta 4 terroristi (tlett irġiel u mara) fetħu n-nar fuq Moskea tal-Musulmani u qatlu 27 ruħ u 14 oħra feruti. Ftit tal-ħin biss wara dawn ġew arrestati. Wieħed minnhom kien Awstraljan. Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, li hija mara, Gigacintia Ahern għamlet minn kollox biex jinqabdu. Fil-fatt hekk ġara. Hija tat l-għajnuna anke biex il-qraba jsibu lill-mejtin tagħhom u jidfnuhom. Għal min ma jafx, New Zealand hija sagħtejn ‘il bogħod mill-Awstralja bl-ajru. Għalhekk huma meqjusa bħala ġirien tagħna. Dawn kienu kollha Musulmani.

66

F’Marzu wkoll kellna l-Karnival fejn isir ġo Park kbir fil-belt ta’ Melbourne u li għalih jattendu ħafna u ħafna nies. Dan idum sejjer disat ijiem

Il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2019 jibda l-istaġun talA.F.L. Footy Australian u bdew bl-ewwel logħba Carlton vs Hawthorn, timijiet kbar u tajbin, fejn l-attendenza fil-ground kienet ta’ 87,000 ruħ. Dawn pero’ bdew b’nota ħażina wisq, għax issupporters taż-żewġ naħat iġġieldu bejniethom. Hawn l-Awstralja l-isports iħobbuh ħafna. Wara din il-logħba kbira waslet dik it-tiġrija l-kbira tal-Grand Prix tal‑Formula I, fejn idumu tlett ijiem, u ħafna nies jattendu u anke jiġu nies minn inter states u minn overseas biex jaraw din l-imbierka tiġrija. Anke s-Sibt filgħodu jieħdu l-Breakfast magħhom ġo Melbourne u għalih iħallsu flejjes kbar, speċjalment dawk li jkunu jridu jaraw lil Daniel Ricciardo, fejn kien ilu ħafna jisponsorja lir-Red Bull. Pero’ din is-sena 2019, issieħeb mar-Renault, pero’ l-karozza li kien isuq ħabtet u ħadet in-nar u ma rebaħx. Tħabbret il-Mewt ta’ Josephine Muscat nee’ Portelli (Ta’ Ċula): Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu ġriet l-aħbar li


Leħen il-Qala - Festa 2019

Josephine Elizabeth Muscat (Ta’ Ċula) ħalliet dan il-wied tad-dmugħ u għaddiet għal għand il-Mulej u ħdejn l-Immakulata u San Ġużepp, li tagħhom hi tant kienet devota kbira. Ġuża, kif konna nsibuha, twieldet il-Qala Għawdex fit-8 ta’ Lulju 1941. L-ewwel darba li ġiet hawn l-Awstralja fuq btala kien fis-sena 1978. Dakinhar li kienet hawn iltaqgħet ma’ Ronnie. Ftit wara reġgħet marret lura Malta biex tkun tista’ tirranġa u titla’ biex toqgħad hawn bissewwa bħala emigranta. Wara li reġgħet ġiet lura fis-sena 1979, iżżewġet lill-maħbub tagħha Ronnie Muscat fit-12 ta Mejju 1979. Kien żewwiġhom Fr. Edwin Agius li għadu jgħix f’Melbourne sa llum. Fil-25 ta’ Ġunju 1984 kellhom l-ewwel tarbija , tifel David u li llum hu wkoll huwa miżżewweġ u kellu l-ewwel tarbija xi ftit ġimgħat biss wara li mietet ommu Ġuża. Ġuża u Ron niżlu Malta għall-holiday fl-2009. Ġuża kellha ħafna ħbieb tal-qalb. Hi kienet tħobb tħit u taħdem il-labar. Hi kienet tħobb lil kulħadd u anke n-nies kienu jħobbuha wkoll. Kienet tgħin lil kulħadd fejn tista’ u kienet mara li titlob ħafna. Ġie li kienet iċċemplilha xi ħabiba tagħha biex joqogħdu jgħidu r-Rużarju fuq it-telefon. Ġuża kienet ħaditha bi kbira wisq l-aħbar talmewt tat-tifel ta’ ħuha Salvu, li kien miet flAmerika f’età verament żgħira. Xi ħaġa li hi ma aċċettata qatt. Imma hekk kellu jkun. Il-Mulej jagħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem lit-tnejn li huma. Ġuża kienet membru tal-Għaqda tagħna A.Q.A. Inc. sa mill-bidu kienet dejjem tieħu sehem flattivitajiet kollha li konna norganizzaw. Però dik tax-xalata tal-Qala ma kienet tibdilha ma’ xejn. Kienet tħobbha wisq, għax kienet taf li jkun hemm ħafna nies mill-Qala. Ta’ kull sena filFesta ta’ San Ġużepp hawn fl-Awstralja, kienet taqra u tgħid il-kurunella ta’ San Ġużepp millqalb. Ġie li kien jaqbżilha d-dmugħ hi u tgħidha

għax kienet tħobbu wisq lil San Ġużepp, kif kienet tħobb ukoll lill-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn it-tnejn kienu l-mimmi ta’ għajnejha. Ma ninsewx li fi tfulitha Ġuża għamlet żmien toqgħod ħdejn is-Santwarju tal-Kunċizzjoni. Dan l-aħħar meta ċempiltilha biex tiġi għaxxalata tal-Festa qaltli: “Michael nixtieq li niġi, imma ma niflaħx”. Jiena għedtilha li ser nitolbu lil San Ġużepp għaliha. U proprju ftit tal-jiem wara l-Mulej raha tbati u ħadha miegħu għal ħajja aħjar nhar l-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019. IlKumitat kollu tal-Għaqda tagħna ħa sehem sħiħ fil-funeral ta’ Ġuża li nżamm nhar il-Ġimgħa 5 ta’ April 2019, fejn morna bl-istandard talGħaqda. Aħna għamilnielha kuruna kbira u sabiħa tal-ward u kkompanjajnieha sad-difna fiċ-Ċimiterju ta’ Keilor, mhux bogħod wisq mid-dar tagħha fejn kienet toqgħod. “Jiena mitt - iżda mħabbti le – Inħobbkom fis-sema bħal ma ħabbejtkom fl-art. U intom li tant ħabbejtuni f’ħajti la tinsewnix wara mewti.” Xejn aktar ħbieb, li niftakru fiha fit-talb tagħna. Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqha, tistrieħ fil-paċi. Ammen. Ix-xahar ta’ April ifakkarna fiż-żmien tal-Għid, it-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu millmewt. Żmien mill-isbaħ għalina l-Insara li jfakkarna li aħna ġejna mifdija minn Ġesu’ Kristu li rebaħ lill-mewt. Aħna mmorru mill-Ħamis ixXirka sa Ħadd il-Għid għall-funzjonijiet kollha tal-knisja. Inħobbuhom wisq il-festi tal-Għid, u kollox isir eżatt kif isir f’Malta u Għawdex. Anke fil-Ġimgħa l-Kbira ssir il-purċissjoni bilvari kollha tal-Passjoni. Dan iż-żmien issir f’Baccus Marsh, f’Ta’ Pinu Shrine. Festi sbieħ li huma l-akbar festi li għandha l-knisja. Fl-Għid ukoll sar att ta’ terroriżmu fi Sri Lanka fejn f’4 knejjes u lukandi ġew sploduti bombi kbar li ħallew 150 vittma u aktar minn 30 feruti. Fil-Ġimgħa l-Kbira hawn f’Melbourne issir ġabra kbira għar-Royal Children Hospital permezz tat-TV. Dawn isiru ġo Flemington, mhux bogħod wisq minn Melbourne, fejn jiġu ħafna tfal minn barra l-Awstralja għall-kura. Isiru anke operazzjonijiet kbar bħal meta jisseparaw xi twins. M’ilux wisq li saret operazzjoni bħal din, fejn damu fuqha aktar minn 12-il siegħa. Kollox irnexxa u llum marru lura lejn darhom ma’ ommhom F’Burmah. Kienu bniet u l-isptar jismu “Good Friday Children Hospital Appeal”, fejn kull sena jinġabru miljuni ta’ dollari. Dawn il-flus jintużaw għax-xiri ta’ magni ġodda,

67


Leħen il-Qala - Festa 2019 kura, mediċini expensive, u operazzjonijiet kbar għat-tfal kollox b’xejn. Is-sena l-oħra nġabret issomma sabiħa ta’ 18-il miljun u nofs. Din is-sena s-somma ta’ 18-il miljun inqabżet ukoll, somma verament sabiħa. Jibdew jiġbru mid-9.00 ta’ filgħodu sa nofsillejl. Pero’ huma jkomplu jiġbru s-sena kollha u kumpaniji kbar jagħtu l-miljuni. Ix-xahar ta’ Mejju huwa żmien il-ħarifa meta s-siġar iwaqqgħu l-weraq u siġar oħra jorqdu r-raqda sa wara Santa Marija, meta jibdew jippreparaw ruħhom għar-rebbiegħa fejn inkunu għadna fix-xitwa. Niċċelebraw ukoll Jum l-Omm, fejn ħafna mill-għaqdiet jorganizzaw ballijiet għal Jum l-Omm. L-ewwel ta’ Mejju dejjem ifakkarni fil-Patrun tagħna San Ġuzepp, imma hawn ma jsir xejn. Hija ġurnata ordinarja. Dan ix-xahar ta’ Mejju kellna l-elezzjoni Ġenerali. Is-Sibt 18 ta’ Mejju 2019. L-Awstralja kollha marret tivvota biex ittella’ Gvern ġdid – jew Liberali , li kien diġa’ Prim Ministru Scott Morrison – jew Gvern Laburista ta’ Bill Shorten. Is-sena l-oħra f’Awwissu 2018 il-gvern Liberali ta’ Malcolm TurnBull kellu quddiemu sfida kbira minn sħabu, jew aħjar mill-ħbieb tiegħu. Ma kellhomx aktar fiduċja fih u neħħewh. Kien ħabib tiegħu wisq Scott Morrison li kien Ministru tal-Finanzi miegħu. Dan ħadlu postu u sar Prim Ministru hu Scott. (Ġara eżatt bħal żmien il-Labour fi żmien Kevin Rudd, li kien Prim Ministru bejn it-2007 – 2010. Dan ħaditlu postu Julia Gillard u kienet Prim Ministru bejn 2010-3013). Wara li Scott Morrison laħaq Prim Ministru, Malcolm Turnbull irriżenja mill-Parlament u telaq lejn l-Amerika. Aħna hawn nivvutaw qabel il-ġurnata tal-elezzjoni. Billi jkun hawn ħafna nies, hawn ħafna Partiti u l-gvern irid iġib 76 siġġu biex ikun jista’ jiggverna waħdu. Jiġifieri ma ttellfux l-Oppożizzjoni, u b’hekk

68

il-liġijiet li jagħmel jgħaddu mill-Kamra tasSenat. Is-Sibt filgħaxija għal xi l-11.30 ta’ billejl, il-gvern ta’ Scott Morrison (Liberali) reġa’ rebaħ il-gvern. Huma rebħu 79 siġġu maġġoranza assoluta, waqt li l-Oppożizzjoni Laburista ta’ Bill Shorten tilfu l-gvern b’69 siġġu biss. Bill Shorten kien ilu l-Leader tal-Oppożizzjoni 5 snin biss. Issa jirriżenja wkoll mill-Parlament għal kollox. Wara li 5 Ministri minn tiegħu ġġieldu bejniethom min ser jieħu postu, ftiehmu li għall-Partit aħjar ikun Anthony Albaneze li ilu ħafna fil-Parlament. Aħna hawn il-gvern jagħmel biss term ta’ 3 snin, biex jekk ikun qed jaħdem ħażin u mhux kif wiegħed fl-elezzjoni, jew ineħħuh sħabu stess jew f’elezzjoni oħra n-nies ma tivvotalux. Hawn in-nies ma jinsewx tafux! Għal min hu interessat: Naħseb li ħafna minnkom tiftakruh lil Bob Hawk, il-President tal-A.C.T.U., l-akbar Unjoni fl-Awstralja. Hu anke kien Prim Ministru missena 1983 sal-1991, u warajh kien laħaq Prim Ministru Paul Keating 1991-1996, li ma’ Bob Hawk kien it-teżorier tiegħu. Bob Hawk miet il-Ħamis 16.05.2019 fid-dar tiegħu f’Sydney. Kellu 89 sena u kien ukoll l-aktar Prim Ministru Laburista li dam fil-gvern, mis-sena 1983 sassena 1991. Twieled fis-sena 1929 u miet fis-16 ta’ Mejju 2019. Ftit qabel ma miet Bob Hawk, Bill Shorten mar iżuru fid-dar tiegħu f’Sydney. Bob qal lil Bill dawn il-preċiżi kelmiet: “nieħu pjaċir nara li l-Gvern tagħna jerġa’ jirbaħ din l-elezzjoni u anke nara lilek Bill is-37 Prim Ministru Laburista”, imma ħej ma wasalx sa hemm għax jumejn biss qabel l-elezzjoni miet. Bob Hawk għal min ma jafx kien Prim Ministru bravu u tajjeb ħafna. Niftakar li ġab ħafna lill-Awstralja ‘l quddiem. Kien irranġa l-4 Banek kbar li hawn l-Awstralja: Commonwealth Bank, National


Leħen il-Qala - Festa 2019

Bank, A.N.Z. Bank u Bank of Melbourne. Wales, ġab il-Medicare, jiġifieri Sptar u tabib b’xejn, u ħafna affarijiet oħra. Jerġa’, fi żmien li kien Prim Ministru Bob Hawk, l-Awstralja kienet dieħla f’riċessjoni kbira. Bob Hawk kien għamel l-interessi tal-Banek baxxi għal min ried jixtri dar u b’hekk in-nies reġgħu bdew jixtru d-djar u anke kien inqala’ ħafna u ħafna xogħol tal-bini, u b’hekk l-Awstralja ħelsitha ħafif milli tidħol fir-riċessjoni u kulħadd baqa’ jaħdem kif kien. Kien vera tajjeb eh! Il-Mulej jagħtih ilglorja tal-ġenna.

Tagħrif u Aħbarijiet Tagħna A.Q.A. Inc.

mill-Għaqda

Din is-sena wkoll, l-Għaqda tagħna AQA. Inc. iċċelebrat l-24 Sena mit-twaqqif tagħha, u bilgħajnuna ta’ San Ġużepp għadna sejrin u s’issa beħsiebna li nibqgħu għaddejjin. Il-Ħadd 24 ta’ Frar organizzajna l-famuża St. Joseph Family B.B.Q. Picnic, jew aħjar kif inhi magħrufa llum; ix-Xalata tal-Qala. L-attendenza kienet waħda numeruża, kulħadd ħa gost blorganizzazzjoni speċjalment fl-okkażjoni fejn il-Qalin jiltaqgħu u joqogħdu jġeddu l-memorji tagħhom b’nostalġija kbira. Memorji ta’ meta kienu għadhom il-Qala, memorji li jmorru lura numru ta’ snin mhux ħażin. Kellna wkoll Week‑end Away fi Frar fejn morna Bus ta’ 50 ruħ, fejn kulħadd ħa gost jitkellem u jieħdu xi tazza birra flimkien. Diskorsata oħra bejn innisa ma tonqosx b’xi cappuccino jew xi drink ieħor. Il-Ħadd wara nofsinhar morna ġo farm kbir tal-ħawħ, ċiprisk u frott ieħor. Wara li l-bidwi jagħtina xi ftit frott x’nieklu, kulħadd jixtri bil-kaxxi għalih u għall-familja. Wara li nitilqu nerġgħu nieqfu għall-coffee break u naslu ħdejn id-dar tiegħi għal xis-6.00 pm. Fis-6 t’April kellna l-Ballu l-Kbir li l-Għaqda tagħna torganizza ta’ kull sena fl-okkażjoni

tal-Festa ta’ San Ġużepp, Patrun tagħna l-Qalin. L-attendenza kienet waħda numeruża ħafna. Nies imħallta però kulħadd jieħu pjaċir u jiddeverti, jiekol, jixrob u jiżfen magħna. Il-Brass Band tkompli tferraħ linnies li lkoll iċapċpu mal-marċi brijużi. Din issena kellimt lill-Arċipriet Nazju Borg fuq ilphone. Ħuh Ġużepp kien magħna fid-dinner dance u ċempilnielu. L-istorbju u l-ġenn li kien hemm ftit li xejn stajna nisimgħu lil xulxin, pero’ rajna lil xulxin fuq l-iskype u l-Arċipriet seta’ jara u jisma’ l-għajjat u l-briju li nagħmlu waqt il-festa. Grazzi kbir lill-Arċipriet. Il-Ħadd 7 ta’ April 2019, Jum il-Festa. Sebħet ġurnata sabiħa u xemxija. Bdejna fit-3.00 ta’ wara nofsinhar bil-Kurunella ta’ San Ġużepp minn Joseph Cutajar (il-Venġula). Tkantat ukoll l-Antifona, l-Innu Malti/Awstraljan u bdejna l-Quddiesa Sollenni li tmexxiet minn Fr. Patrick Corbett. Għamel quddiesa sabiħa b’Omelija fuq il-Patrun tagħna San Ġużepp. Wara l-Barka Sagramentali tkanta l-Innu Popolari ta’ San Ġużepp u wara bdiet ħierġa l-Purċissjoni blinkwadru l-Kbir ta’ San Ġużepp. Akkompanjat il-purċissjoni l-Banda M.O. Band u l-Għaqdiet b’istandarti tagħhom. Veru li San Ġużepp iħobb idur dik id-dawra żgħira fil-Grounds tal-Knisja, f’temp verament xemxi u sabiħ talħarifa. Wara morna fis-sala tal-iskola fejn kellna Kunċert mill-istess banda. Wara l-banda beda d-disco. Kemm fil-knisja kif ukoll fis-sala n-nies attendiet bi ħġarha, tant li din is-sena kien hemm nies aktar mis-soltu. Għalina tal-Kumitat dan hu sinjal tajjeb li jimliena bil-kuraġġ biex inkomplu bil-ħidma siewja tagħna. Wara kollox il-festi jagħmluhom in-nies. U b’hekk għalaqna l-Festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp, filVictoria Melbourne. Issa li l-attivitajiet il-kbar għaddew kollha b’wiċċ il-ġid fadlilna biss ftit week‑ends Away, fejn ukoll is-Sibt u l-Ħadd 18 u 19 ta’ Mejju 2019, morna Weed‑end bi 48 persuna ġo Albury fejn wara wkoll morna Beechworth Farm kbir tal-Qastan, ġews, lews tal-Milied u anke ikla qastan imsajjar sħun. Wara kulħadd jixtri. Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju kellna l-General Meeting għall-Kumitat u President ġdid. Ġew ftit nies, però n-nies kollha qalulna biex nibqgħu kif aħna u ma jinbidel xejn. Ħadd ma daħal ġdid u ma vvotajniex. U l-Kumitat tal-A.Q.A. Inc. baqa’ kif kien.

69


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il-Messaġġ tiegħi għall-Festa ta’ San Ġużepp 2019:

Reġgħet waslet il-Festa tal-Patrun tagħna San Ġużepp fejn din is-sena ser taħbat il-Ħadd 4 ta’ Awwissu. Nixtieq nagħti merħba lil dawk l-emigranti Qalin kollha li ser ikunu fostkom għall-Festa. Il-festa tirrikjedi ħafna xogħol, l-armar tal-antarjoli, pilandri, pavaljuni, statwi u ovvjament mixegħla ġenerali tad-dawl elettriku mhux biss fil-pjazza tal-knisja imma anke fit-toroq tal-madwar. Dan apparti t-tiżjin ta’ ġol-knisja li tilbes l-isbaħ libsa li għandha għall-ġimgħa tal-festa. Hawn irrid ngħid prosit lill-Kumitat tal-Festi esterni li jinkludi dawk tal-armar, tal-briju, tan-nar, tal-baned u ovvjament dawk li jieħdu ħsieb iżejnu l-knisja minn ġewwa. Hafna preparamenti u xogħol li jsir mill-qalb b’imħabba kbira lejn il-Patrun tagħna San Ġużepp. Jien il-messaġġ tiegħi huwa dejjem l-istess; gawdu l-festa u ddevertu kemm tifilħu. Però qrara, tqarbina u sehem sħiħ filfunzjonijiet tal-knisja matul it-Tridu, lejlet u nhar il-Festa m’għandhomx jitħallew barra. Jien dejjem insemmi l-funzjoni tal-Emigranti li jien inħobbha wisq. Din is-sena m’aħniex ser inkunu hemm, però nkunu hemm fl-ispirtu, f’moħħna u f’qalbna u nsegwukom kuljum fuq l-internet. Forsi jekk Alla jrid inkunu hemm sena oħra. Mela ħbieb Qalin, iddevertu u gawdu kull ma jsir matul il-festa, kemm fil-knisja kif ukoll barra mill-knisja. B’hekk il-Patrun tagħna San Ġużepp żgur li jieħu gost bina l-Qalin u waqt li jkun għaddej mit-toroq ta’ raħalna huwa jbierek lilna, lill-familji tagħna, lit-tfal, lill-anzjani, ilmorda u anke lill-emigranti tagħna mferrxin madwar id-dinja. B’hekk il-festa tkun ġiet u ħalliet fina t-timbru qaddis Ġużeppin li jkompli jressaqna aktar lejH u lejn martu u Ommna Marija. Il-Festa t-Tajba u Viva l-Manjus! Qabel nagħlaq irrid nagħti l-awguri tiegħi u ta’ sħabi tal-kumitat lis-Sinjura Karmena Vella li għalqet 103 snin u għadha tgawdi saħħitha u familtha. Prosit u Awguri Karmena!

70

Nieħu din l-okkażjoni biex f’ismi, f’isem marti RoseAnne u l-Kumitat tal-Għaqda A..Q.A. Inc. nagħti l-awguri tiegħi għall-Festa lirRev. Arċipriet Dun Nazju Borg, lis-Saċerdoti kollha, lill-Onor. Perit Clint Camilleri, lil Dr. Franco Mercieca, lis-Sindku u l-Kunsilliera kollha, lill-Editur u l-Bord tar-Rivista ‘Leħen il-

Qala’, lill-Editriċi u l-Bord tal-‘Eku tal-Banda’, lid-Direzzjoni ta’ Radju Leħen il-Qala, lil Dr. Raymond Xerri – Ko fundatur tal-Australian Qala Association, lill-President, Kumitat, Surmast, Bandisti u membri tal-Banda ‘Ite Ad Joseph’. Nawgura lill-Għaqdiet kollha u lillPoplu kollu tal-Qala, qraba, kuġini, u ħbieb u lilkom ilkoll, il-Festa t-Tajba. Viva l-Qala, Viva l-Patrun tagħna San Ġużepp, Viva l-Magnus. Saħħa lil kulħadd.■

Għal min verament jinteressah:

Prim Ministri li mexxew l-Awstralja Sir Edmund Barton 1901 - 1903 Alfred Deakin 1903 - 1904 John (Chris) Waston Apr/Aug 1904 George Reid 1904 - 1905 Alfred Deakin 1905 - 1908 Andrew Fisher 1908 - 1909 Alfred Deakon 1909 - 1910 Andrew Fisher 1910 - 1913 Joseph Cook 1913 - 1914 William Billy Morris Huges 1915 - 1923 Stanley Bruce 1923 - 1929 James Scullen 1929 - 1932 Joseph Lyons 1932 - 1939 Sir Earle Pace Apr. 1939 Robert Menzies 1939 - 1941 Arthur Fadden Aug/Oct. 1941 John Cortin 1941 - 1945 Francis Forde July 1945 Joseph (Ben) Chifly 1945 - 1949 Robert Menzies 1949 - 1966 Herald Holt 1966 - 1967 John McEwen 1967 - 1968 John Gordon 1968 - 1971 William Mc Mahon 1971 - 1972 Gouch Whitlam 1972 - 1975 Malcolm Frazer 1975 - 1983 Bob Hawk 1983 - 1991 Paul Keating 1991 - 1996 John Howard 1996 - 2007 Kevin Rudd 2007 - 2010 Julia Gillard 2010 - 2013 Kevin Rudd Jun/Sept - 2013 Tony Abott 2013 - 2015 Malcolm Turnbull 2015 - 2018 Scott Morrison 2018 - to date.


Leħen il-Qala - Festa 2019

FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP – QALA GĦAWDEX 2019:

San Ġużepp fil-Knejjes t’Għawdex It-Tieni Parti

Minn Mario FEnEch

F’artiklu tiegħi f’din ir-Rivista tal-sena li għaddiet, kont tajt ħarsa mill-qrib lejn uħud mill-knejjes fil-Gżira Għawdxija li fihom insibu xbihat ta’ San Ġużepp li jagħmlu l-Kult Ġużeppin wieħed mifrux sew. Ser inkompli b’dan it-tagħrif u l-ewwel knisja li sejrin inżuru hija dik tar-Raħal tal-Fontana li hija ddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fuq wieħed mill-artali laterali ta’ din il-knisja hemm kwadru sabiħ ħafna li x-xena li fih turi l-Mewt Qaddisa ta’ San Ġużepp. Dan ilkwadru sar f’Ruma fis-sena 1906 mill-artist Taljan Giuseppe Calimberti.

introduċa f’Malta l-Artist Taljan Briusci meta pinġa l-kwadru l-kbir li hemm fuq l-artal tal-kappellun tal-Lunzjata fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina. Tista’ tgħid ukoll li dan il-kwadru huwa kopja fidila tal-kwadru bl-istess suġġett tal-mewt ta’ San Ġużepp li Briusci pinġa għal fuq l-artal ta’ San Ġużepp li hemm fil-Knisja Arċi Matriċi u Arcipretali ta’ Maria Assunta fil-Gudja.

F’dan il-kwadru, il-figuri huma ppreżentati mill-artist b’mod daqsxejn astratt, u b’kuluri xi ftit sfumati. Dan kien xogħol xi ftit modern għal dak iż-żmien li kien sar fih. Xogħol ta’ dan it-tip ifakkrek fil-metodi sbieħ li kien F’din il-knisja tal-Fontana x-xbieha ta’ San Ġużepp narawha wkoll f’wieħed mill-kwadri laterali biswit il-kwadru Titulari tal-knisja fiddaħla tal-kor. Il-figura ta’ San Ġużepp narawha ppreżentata bilwieqfa bil-Bambin Ġesù f’idu filwaqt li fil-pittura tas-saqaf li għamel l-artist Pawlu Camilleri Cauchi lil San Ġużepp narawh fost l-oħrajn fix-xena fejn huwa pinġa l-omaġġ tal-Parroċċi kollha f’Għawdex. Hawnhekk San Ġużepp jidher qiegħed maġenb il-figura talQalb ta’ Ġesù, bil-figura tal-Immakulata fuq innaħa l-oħra. Dan ix-xogħol qiegħed fl-Apside ta’ fuq il-gallerija tal-orgni. Fl-Apside tal-kappellun tar-Rużarju, l-istess artist pinġa x-xena tat-Twelid tal-Bambin Ġesù fejn lil San Ġużepp narawh bilwieqfa bil-ġilju f’idu qiegħed jindokra lill-Bambin Ġesù li qiegħed fuq liżar żgħir abjad f’ħoġor ilMadonna. Fil-knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria hemm artal li huwa ddedikat lil San Ġużepp. Il-kwadru ta’ fuq dan l-artal huwa xogħol tal-

Paġna Suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ Maria Antonia Mizzi

71


Leħen il-Qala - Festa 2019

IL-FESTA T-TAJBA LIL KULĦADD!

Peter’s Butcher Shop

Triq Piju Cellini, Nadur - Gozo 2785 5051 - 7905 5051

artist Taljan Tito Troia u fuqu hemm miktuba s-sena 1888. Hawnhekk lil San Ġużepp narawh bilwieqfa, b’idejh miftuħin, b’ħarsa ta’ qdusija fuq wiċċu. It-tfajjel Ġesù qiegħed fin-nofs tattila bilwieqfa jżomm bastun twil b’ġilju abjad fil-parti ta’ fuq tiegħu. Fuq in-naħa l-oħra taxxena l-Madonna bilqiegħda b’idejha ma’ xulxin qiegħda tosserva lil Binha Ġesù waqt dan ilmument ta’ talb. Ma’ dawn l-Opri Sagri li rajna fl-artiklu tiegħi ta’ din il-ħarġa, hemm ħafna oħrajn li nistgħu nitkellmu dwarhom. Għaldaqstant l-appuntament li jmiss huwa dak tal-ħarġa talFesta ta’ San Ġużepp tas-sena d-dieħla. ■

72

For top quality fresh meat cuts, marinated pork, beef & chicken for BBQs, a vast selection of superior meat products such as roast pork, beef, or chicken, kebabs, meatballs, bragioli, burgers and lots more...


Leħen il-Qala - Festa 2019 PaMEla PortElli is a psychologist working in the mental health services. Her main areas os specialization are addictions, pain management and mental health, She is also a visiting lecturer at the University of Malta Her e-mail is pamelaportelli@yahoo.com

Sleep and Health Sleep may be elusive, but a good night’s rest isn’t just a cure for common ailments—getting the right amount of sleep can also help you lose weight, keep your mind sharp, and improve your heart health. But, how can you tell whether you’re truly sleeping well? Especially if you work shifts, your sleep probably does not look exactly like other peoples’ sleep. It can be hard to measure your sleep patterns against those of the people around you. On average, adults should optimally receive between seven and nine hours of sleep each night, but those needs vary individually. For example, some people feel best with eight consecutive hours of sleep, while others do well with six to seven hours at night and daytime napping. Some people feel okay when their sleep schedule changes, while others feel very affected by a new schedule or even one night of insufficient sleep. Here are some statements about sleep. If these apply to you, it’s a good sign that your sleep is on track. If you’re a shift worker and you don’t agree with many of these, it could mean that you need to make changes in your behaviours and routines to improve your sleep. •

You fall asleep within 15-20 minutes of lying down to sleep.

You regularly sleep a total of seven to nine hours in a 24-hour period.

While in your bed, your sleep is continuous—you don’t have long periods of lying awake when you wish to be

sleeping. •

You wake up feeling refreshed, as if you’ve “filled the tank.”

You feel alert and are able to be fully productive throughout the waking hours (note, it’s natural for people to feel a dip in alertness during waking hours, but with healthy sleep, alertness returns). • Your

partner or family members do not notice any disturbing or out of the ordinary behaviour from you while you sleep, such as snoring, pauses in breathing, restlessness, or otherwise night time behaviours. Shift workers who try to sleep during the day often wake up after fewer than seven to nine hours, because of the alerting signals coming from their circadian system. This does not mean they don’t need seven to eight hours of sleep per day—it just means it’s harder to sleep during the day. Over time, this can lead to chronic sleep deprivation. Those are serious consequences attributed to a little bit of lost sleep. The take-home message is that sleep is important for your health and well-being. Routinely depriving yourself of sleep can lead to medical problems and may even lead to reduced income. Below are some tips to ensure a good night’s rest: • Avoid caffeine (including tea) and alcohol. Coffee is a stimulant and can interfere with sleep. Alcohol, on the other hand, may have a sedative effect for the first few hours following consumption, but

Paġna Suffraġju għall-erwieħ għeżież ta’ Ġorġ Spiteri u Ġanni Portelli

73


Leħen il-Qala - Festa 2019 it can then lead to frequent arousals and a non-restful night’s sleep. If you are on medications that act as stimulants, such as decongestants or asthma inhalers, ask your doctor when they should best be taken to help minimize any affect on sleep.

• Regular exercise can improve the quality of sleep and sleep duration. However exercise before going to bed can have a stimulant effect on the body

• Try to maintain a regular sleep/wake cycle, and go to the bed at the same time each day, when possible

If the problem persists, it helps to discuss with your doctor or a psychologist. For instance, cognitive therapy helps some people with insomnia identify and correct inappropriate thoughts and beliefs that may contribute to insomnia. In addition, cognitive therapy can give you the proper information about sleep norms, age-related sleep changes, and help set reasonable sleep goals, among other things.■

• Ensure your bedroom is dark and comfortable – keep in mind that the use of technology late at night can interfere with the production of the sleep hormone • Limit afternoon naps

74

• Reduce stress

Fortunato Mizzi Street Victoria, Malta T. 21552413 - M. 99496287


Leħen il-Qala - Festa 2019

Rokna Letterarja L-Ubbidjenza ta’ Ġużeppi! Kemm int Kbir, Setgħan Ġużeppi,

Dana sar minħabba Erodi

“Missier” Alla kont maħtur,

Li ried joqtol lit-Tarbija,

Biex flimkien m’Ommu Marija

U għalhekk kien ordna l-qtil

Trabbuh b’għożża u b’tant fervur.

Tas-Subien tfal tal-Lhudija.

Hekk kif l-Anġlu f’ħolma qallek

U Ġużeppi reġa’ obda

Tieħu b’martek lil Marija,

Sabiex lura jerġa’ jmur,

Dlonk obdejt, għax ċar kien f’moħħok

Wara l-mewt tar-Re Erodi

Il-pjan t’Alla għal dit-Tarbija.

U lejn Nazaret jerga’ jdur.

L-istess ġara meta kellek

Għalhekk wieħed mill-Unuri

Bżonn li tmur għaċ-ċensiment,

Illi l-Knisja marret tatu,

Bogħod mid-dar it-tnejn li intkom

Huwa dak tal-Emigranti

Mortu hemm personalment.

Protettur, hija afdatu.

Meta kontu hemm ġo Betlem

Hawn Ġużeppi l-mastrudaxxa

U Marija għalqilha ż-żmien,

Dejjem għożż ir-rieda t’Alla,

Kemm ħabbat bibien, lukandi,

Bla ma ħalla d-dubju jidħol,

Iżda kollu għal xejn kien.

Iżda f’id il-Ħallieq ħalla.

Hemm ġo għar tal-annimali,

Għal dad-don tal-ubbidjenza

Hemm Ġesu’ twieled Tarbija

Ġieħ, il-poplu mar jagħtih,

Barra l-belt, maqtugħ fl-imwarrab,

Tifħir, glorja lilu jagħti

Ġo maxtura imfisqija.

Ta’ kuljum bil-wisq qatigħ.

Prova oħra għal Ġużeppi

Għalhekk ilqa’ O Kbir Ġużeppi

Kienet meta l-Anġlu qallu,

Dawn il-versi fqajra tiegħi,

Sabiex jaħrab lejn l-Eġittu

Lilna bierek, fuqna għasses,

U lil Nazaret iħallu.

Idħol f’qalbi u ibqa’ miegħi. Kav. Euchar Mizzi 28 ta’Jannar 2019.

75


Leħen il-Qala - Festa 2019

“GRAZZI MULEJ!” (Poeżija miktuba fl-għeluq is-60 Sena Saċerdozju taz-Ziju Dun Lawrenz) “X’naqbad nagħti lill-Mulej Għal dak kollu li għamel miegħi?”, “Għandi nirringrazzja lil Alla Bl-imħabba kollha tiegħi”

Bl-imħabba kbira li kelli lejn il-Madonna, U bil-parir tad-direttur spiritwali, Daħħalt il-Legion of Mary fil-Qala, F’dik is-sena li bdejt il-ħajja saċerdotali.

Minn meta nkunu żgħar Inħossu xi vokazzjoni fina, Li nservi fil-ħajja saċerdotali Ndunat oħti, is-soċja Kelina.

Ħdimt mill-qalb fl-istitut ta’ San Ġużepp Inwassal il-messaġġ ta’ Ġesu’, tagħna s-Sid, Kappillan u għalliem ta’ Kemmuna, Dejjem ippruvajt nagħmel il-ġid.

Daħħlitni abbati f’żewġ parroċċi Ta’ kull filgħodu kmieni nqum, Flimkien ma’ ħija Dun Karm Għall-ewwel quddiesa ta’ kuljum.

Wara sirt il-Kappillan tan-‘Navi’, Hekk sejħuli meta kont il-Fontana, Kabbart u sebbaħt din il-knisja ċkejkna, Mal-Knisja ħajja kollha ferħana.

Kbirt u dħalt is-seminarju, Kappella ddedikata lil Marija, Tgħallimt inħobbha u nitlobha Speċjalment ir-rużarju ta’ kull filgħaxija.

Wara sitt snin kappillan tal-Fontana, Ġejt maħtur Monsinjur tal-Katidral, 25 sena għalliem fi skola tal-bniet, U f’ta’ Lourdes, naqdi l-artal.

Nirringrazzja dejjem lill-Madonna Li mexxietni dejjem ‘il quddiem, Kemm fl-istudju li kont nagħmel, U meta wasalt, biex inxammar il-kmiem.

Snin twal man-Neo-Katekumenali, Imxejt il-Mixja Spiritwali, Illum qed ngħin lir-raħal tiegħi, Fil-quddies, qrar u għajnuniet individwali.

Għaddejt 14-il sena fis-seminarju, Ma’ sitta sħabi Qassis ġejt ordnat, Tlabt biex issir fija r-rieda t’Alla Fil-missjoni li kont ser niġi fdat.

Ġieħ il-Fontana u Ġieħ il-Qala, żewġ unuri li jiena ħadt, Nirringrazzja lil min tahomli, Fil-waqt li nżomm saqajja mal-art.

Niftakar il-ġurnata 12 t’April 1959, Minn idejn l-Isqof Pace ħadt l-ordinazzjoni, U l-ewwel quddiesa solenni, Fil-Qala ta’ San Ġużepp u l-Kunċizzjoni.

“Ħobb lil Mulej Alla tiegħek, Ħobb lill-proxxmu bħalek innifsek”, Naħfer lil min għamilli xi deni, U nitlob maħfra jekk offendejtek.

Kienet ġurnata ta’ ferħ kbir, Sittin sena ilu ġrat il-ġrajja, Tibqa’ memorja ġewwa fija, Ma ninsieha qatt tul il-ħajja.

Sittin sena saċerdozju, Nistennew għal dak li ġej, Inħobbu dejjem lil xulxin, Grazzi dejjem lill-Mulej.

AD MULTOS ANNOS 76

Philip Pisani

29/03/2019


Leħen il-Qala - Festa 2019

Tifkira tal-Ewwel Quddiesa Solenni ta’ Monsinjur Lorenzo Xerri – 1959 (Lapsi)

Il-fjuri fetħu mad-daqqa tal-qniepen l-Għasafar xterdu jgħannu mas-smewwiet Fis-sema dehru l-anġli jxerrdu l-ħniena U għana ta’ sbuħija u ta’ ħlewwiet. Waqaf bħal sħab fuq il-kampnari tagħna Irqiq sabiħ, abjad, fih kull tiżjin. Filwaqt ħamiema bajda silġ setgħana, Dehret titpaxxa mad-daqqiet ħelwin. Jifirħu llum il-ġenituri tiegħek Għax wara tant tbatija ġew imfarrġa U illum ifaħħru ‘l Alla flimkien miegħek Xħin jaraw lilek tiela’ l-ewwel tarġa. Ifraħ għax għandek biex, Qassis etern, Tifraħ il-Ġenna bik, jirtogħod l-Infern. Joseph Portelli Qala – 1959.

Fr Charles Buttigieg jiċċelebra l‑quddiesa tas‑60 sena tas‑saċerdozju taz‑ziju tiegħu Mons. Lawrenz Xerri mal‑familjari

77


Leħen il-Qala - Festa 2019

Lil San Kerrew tal-Qala Għadhom sal-lum in-nies jinżlu ġo qabrek Jigirfu dak it-trab tal-art li jfejjaq. Dik kienet l-aqwa mediċina tagħhom, Kull min mess magħha kien malajr jitfejjaq. Sal-lum jien għadni ninżel ġewwa qabrek Inlissen dak it-talb u qalbi tifraħ. Talbiet li lissnu dawk in-nies ta’ dari Qalbi titpaxxa meta f’qabrek timraħ. Ejjew flimkien Qalin ngħollu leħinna, Nitolbu ‘l dal-Qaddis meqjum kbir tagħna. Dan żgur jismagħna: baħħ it-tniġġis tagħna Dan għadu ħaj, dan għadu jgħammar magħna. Hawn jien nixtieq li trabi nħallat miegħek Ħalli nitħallat mal-kobor kbir tiegħek. Joseph Portelli

1983.

Tislima lill-Mitħna ta’ Randu fil-Qala. Ma nixba’ qatt inħares lejk ja mitħna, Għax int timlieni b’ħafna nostalġija, Ta’ dak iż-żmien, ta’ dik il-kiefra gwerra, Int dejjem dort mar-riħ b’dawra għaqlija. F’satra ta’ lejl titħan il-qamħ bil-moħbi Għidilna ftit ja mitħna kemm nies tmajt; Titħan il-qamħ moħbi lill-gvern ta’ żmienna, Għidilna ftit, għidilna kemm nies rajt?

Grazzi omm tagħna tat-tagħlim l’għallimtna Dan kien għalina mediċina tiegħek. Tagħlim li baqa’ stampat kollu f’moħħna, Għallimtna li s-silenzju risposta U l-paċenzja sellum għall-Ġenna. Hekk jien għext ħajti b’dan it-tagħlim tiegħek, Hekk għext jien ħajti b’tagħlim mimli sliem U b’dik il-paċi bnina u dejjiema,

Jien kont immur max-xwejħa tiegħi nitħan Kollox bil-moħbi fis-satra tal-lejl; Kont noqgħod nisma’ t-tvenvin tar-riħ

Hekk għexna aħna dejjem bl-inqas kliem. Issa int tlaqtna, tagħlimek hemm għadu, It-tagħlim li tajtna ma ndifinx miegħek,

U t-tqarmiċ tal-ġebla, kollox bil-kejl. Ilkoll kemm aħna mwerwrin beżagħna, Nitolbu ‘l Alla sabiex jieqaf magħna.

It-tagħlim li tajtna kien mimli sliem Grazzi omm tagħna minna qatt minsija Issa qed tgawdi dik l-hena smewwija.

Joseph Portelli

78

L-Aħħar Tislima lill-Għażiża Ommi!

20/02/2010.

Joseph Portelli

Paġna Suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ Toni Cremona

01/01/2019.


Leħen il-Qala - Festa 2019

Kronaka tal‑Parroċċa  miġbura minn

Minn Fr charlEs ButtigiEg

Mill-1 ta’ Diċembru 2018 sad-29 ta’ Ġunju 2019:

Is-Sibt 1 ta’ Diċembru: L-Ewwel Sibt taxXahar u bidu solenni tas-sena liturġika u ta’ żmien l-Avvent. Fil-5.00pm fis-Santwarju talKunċizzjoni saret l-Adorazzjoni tax-Xirka mmexxija minn Mons. Salv. Grima u fis-6.00pm Quddiesa li fiha ħadu sehem il-fratelli. FilKnisja Arċipretali sar lejl ta’ adorazzjoni li beda fl-10.00pm u ntemm fil-5.00am. Is-Sibt u l-Ħadd, 1 u 2 ta’ Diċembru: Sar ilbażar b’risq il-Parroċċa speċjalment għallproġetti taċ-ċentru, koppla, u kampnar. Dan inżamm fil-garaxx ta’ Ġuża Sultana fejn kien hemm punsjetti sbieħ tal-Milied, qassatat u ħelu għall-bejgħ. It-Tnejn 3 ta’ Diċembru: Iltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Piju. Fl-4.00pm kien hemm l-adorazzjoni u fl-4.30pm il-quddiesa mid-Direttur Spiritwali tal-Grupp Fr Charles Buttigieg. It-Tlieta 4 ta’ Diċembru: Fis-6.00pm tajna bidu għat-Tridu ad unur tal-Immakulata Kunċizzjoni fis-Santwarju tagħha mmexxi minn Fr Simon Mario Cachia. Kanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Il-Ħamis 6 ta’ Diċembru: Fil-Knisja Arċipretali fil-5.00pm saret il-festa ta’ San Nikola. It-tfal kollha ġabu ġugarell sabiex jagħtuh lit-tfal foqra tar-refuġjati f’dan il-Milied. Huma wkoll ġabu diversi ikel u priserv.

Il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru: Fis-6.00pm fis-Santwarju kellna t-Translazzjoni u Konċelebrazzjoni Solenni. Fit-8.30pm saret ilVelja kbira tal-Immakulata fis-Santwarju. Is-Sibt 8 ta’ Diċembru: Solennita’ talImmakulata Kunċizzjoni, fid-9.30am saret ilKonċelebrazzjoni Pontifikali Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex. Il-quddies filgħodu beda mill-4.15am. Fis1.30pm telaq il-Pellegrinaġġ tradizzjonali mittriq ta’ quddiem is-Santwarju Ta’ Pinu fejn ħadu sehem mal-mitejn vettura. Fl-4.00pm sar ilkant tal-Għasar fis-Santwarju. Fil-5.00pm bdiet ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-fratelli tal-Qala u talIsla u l-banda tal-Qala.

Paġna Suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ Carmelo Mercieca

79


Leħen il-Qala - Festa 2019 Il-Ħadd 16 ta’ Diċembru: Ġiet imbierka l-Wirja Kbira tal-Milied u tal-presepji, imtella’ millGħaqda tal-Armar. F’nofsinhar saret l-Ikla talMilied organizzata mill-Banda tal-Qala. Il-Ħadd 23 ta’ Diċembru: Filgħodu wara l-quddiesa tal-10.30am ikun hemm sorpriża għat-tfal fil-pjazza, fejn ġie Father Christmas.

Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru: Festa ta’ Santa Luċija. Fis-6.00pm saret quddiesa speċjali għat-tfal kollha bi tħejjija għan-novena talMilied immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. It-tfal ġabu l-bambini li jitpoġġew fil-presepji u fit-twieqi sabiex jiġu mbierka. Wara l-Isqof bierek ix-xogħol ta’ rinnovament fiċ-Ċentru Parrokkjali fejn jiltaqgħu l-adolexxenti u ż-żgħażagħ.

80

Is-Sibt 15 ta’ Diċembru: Fis-6.00pm tajna bidu għan-Novena tal-Milied li din is-sena kienet immexxija minn Fr. Anthony Bajada, Vigarju Parrokkjali ta’ San Lawrenz. Tul in-novena filgħodu fis-7.00am, kien hemm mument ta’ talb fid-Dar Parrokkjali għażżgħażagħ immexxi minn Fr Noel bi tħejjija għall-festa tal-Milied u wara kellhom kolazzjon flimkien.


Leħen il-Qala - Festa 2019 It-Tnejn 24 ta’ Diċembru: Fis-6.30pm saret ilPurċissjoni tal-Bambin bis-sehem tal-Banda talQala mill-Museum tas-Subien. Wara fil-knisja, sar il-programm bil-prietka tat-tifel li din issena saret minn Zack Theuma. Fil-11.30pm tajna bidu għall-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied bit-Talb tas-Salmi. Wara kulħadd kien mistieden għallAgape fraterna. It-Tnejn 31 ta’ Diċembru: L-aħħar tas-sena, fis-6.00pm saret il-Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-kor parrokkjali. Wara, sar High Tea Kbir u tombla b’risq il-knisja organizzata mill-Grupp tal-Fundraising fiċ-ċentru parrokkjali fit-8.00pm. Il-Ħamis 3 ta’ Jannar 2019 - sal-Hadd 6 ta’ Jannar: Fil-parroċċa nżammu l-jiem talKwaranturi Mqaddsa. It-Tridu kien immexxi minn Patri Joseph Formosa OFM Conv.

Il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar: Fil-5.30pm tajna merħba fostna lill-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu f’din is-Sena Marjana. Sar ukoll lejl ta’ talb, bejn l-10.00 pm u l-5.00 am.

Il-Ħadd 6 ta’ Jannar 2019: Festa tal-Epifanija u kellna l-għeluq tal-Kwaranturi. Saret ilpurċissjoni bis-Sagrament u wara assistejna għall-miġja tal-maġi fil-pjazza, imtella’ millGħaqda Drammatika.

It-Tlieta 15 ta’ Jannar: Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla organizzat adorazzjoni fil-5.30pm immexxija minn Patri Marcello Ghirlando u fis-6.30pm Healing Mass.

81


Leħen il-Qala - Festa 2019 Raymond Portelli. It-Tlieta 26 ta’ Frar: Ix-Xirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla organizzat Healing Mass. Kien hemm l-adorazzjoni fil-5.30 pm immexxija minn Patri Marcello Ghirlando OFM u fis-6.30pm Healing Mass bil-kant animat minn Mario Caruana. L-Erbgħa 6 ta’ Marzu: Ras ir-Randan. Fis5.45pm, inġbarna ħdejn l-iskola fejn minn hemm saret Mixja Penitenzjali lejn il-knisja. Fis6.00pm saret Konċelebrazzjoni Solenni fejn sar it-tqegħid tal-irmied. Waqt din ic-ċelebrazzjoni ngħata l-mandat lid-dixxipli Franġiskani Raymond u Chris li kienu fostna għal iktar minn xahar iwasslu lil Kristu fil-komunita’ tagħna. Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu: “Il-Ġimgħa nqumu kwarta qabel”. Fil-Ġimgħat tar-Randan iżżgħażagħ immexxija minn Fr Noel Debono kellhom mument qasir ta’ talb u breakfast fis6.55am fid-Dar Parrokkjali. Il-Ħadd 10 ta’ Marzu: l-Ewwel Ħadd tarRandan: Fit-8.15am, kien hemm it-Talb ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Fl-10.30am, quddiesa għall-familji kollha mmexxija minn Fr Noel Debono. Fl-10.30am ukoll, saru l-Eżerċizzi għażżgħażagħ fil-Kappella tal-Madonna tal-Blat. Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu : Festa tar-Redentur: Ilpellegrinaġġ miż-żona ta’ Kassja ma sarx minħabba r-riħ qawwi. Fis-6.45pm, saret konċelebrazzjoni mmexxija minn Fr. Franco Fenech. It-Tlieta 19 ta’ Marzu: Solennità ta’ San Ġużepp. Il-Quddies kien fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.00am, 10.00am, 11.00am, 1.00pm. 2.00pm. 3.00pm. Fil-5.30pm sar il-Kant tat-Tieni Għasar. Fis-6.00pm, saret Konċelebrazzjoni solenni min Mons Isqof. Is-Sibt 23 ta’ Marzu: Mis-7.30am sat-3.00pm, sar xogħol volontarju għall-irġiel u n-nisa fidDar tal-Providenza s-Siġġiewi f’Malta mmexxija mill-Arċipriet Dun Nazju Borg. Is-Sibt 2 ta’ Frar: l-Ewwel Sibt tax-Xahar u Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u Jum il-Ħajja Kkonsagrata.

82

Il-Ħadd 24 ta’ Frar: Fil-quddiesa ta’ filgħaxija kellna magħna l-missjunarju mill-Peru’ Fr

Mit-Tnejn 25 sal-Gimgha 29 ta’ Marzu: Fis7.00pm, saru l-Eżerċizzi għall-familji kollha filKnisja Arċipretali minn Dun Anton Theuma. Mit-Tnejn 8 sal-Ħamis 11 ta’ April: Fis7.30pm, saru l-Eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Arċipretali minn Dun Roberto Gauci.


Leħen il-Qala - Festa 2019

Il-Ġimgħa 12 ta’ April: Jum id-Duluri, fis6.00pm saret il-Konċelebrazzjoni mmexxija minn Dun Roberto Gauci bis-sehem talKor Parrokkjali San Ġużepp. Wara, saret ilPurċissjoni bl-istatwa devota tad-Duluri bissehem tal-fratelli. Is-Sibt 13 ta’ April: Fis-7.30pm sar id-dramm tal-Passjoni mtella’ mill-Għaqda Drammatika tal-Qala. Il-Ħadd 14 ta’ April: Ħadd il-Palm. Fl10.00am, sar it-Tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm quddiem il-kunvent tas-Sorijiet. Fl-10.30am, saret il-Konċelebrazzjoni li fiha anima l-kant il-grupp tal-adolexxenti u żgħażagħ tal-parroċċa. Fl-11.30am, ġiet inawgurata u mbierka l-Mejda tal-Appostli organizzata mill-Għaqda tal-Briju. Filgħaxija saret il-Purċissjoni l-kbira bil-vari tal-Passjoni bis-sehem tal-Fratelli u tal-Banda tal-Qala, fejn għaddiet minn Triq San Franġisk minflok Triq Strickland billi qabel il-purċissjoni kien temp tax-xita.

Il-Ħadd, 21 ta’ April: Jum il-Qawmien tal-Mulej. Fl-10.00am saret il-Konċelebrazzjoni Solenni. IlPurċissjoni tal-Irxoxt ma saritx minħabba r-riħ. Wara sar it-tberik u t-tqassim tal-figolli lit-tfal. Matul dan iż-żmien tal-Għid ukoll, Radju Leħen ilQala xandar bosta xandiriet dwar dawn il-ġranet Imqaddsa.

Il-Ħamis 18 ta’ April: Ħamis ix-Xirka, fakkarna Jum is-Saċerdozju u t-twaqqif talEwkaristija. Fis-7.00pm saret ic-Ċelebrazzjoni Solenni u wara l-Knisja baqghet miftuħa l-lejl kollu fejn kien hemm l-artal tar-Ripożizzjoni mżejjen b’mod sabiħ. Il-Ġimgħa 19 ta’ April: Kienet il-Ġimgħa l-Kbira. Fit-3.00pm saret iċ-Ċelebrazzjoni Solenni tal-Passjoni u wara saret il-purċissjoni fil-pjazza tas-‘Sultan Rebbieħ’. Is-Sibt 20 ta’ April: Fit-8.00am saret is-Siegħa tal-Omm fil-knisja u filgħaxija fit-8.30pm, bdiet l-akbar ċelebrazzjoni tal-Velja l-Kbira ta’ Sibt il-Ghid u l-aktar lejl mixtieq tas-sena. Wara l-Velja qsamna flimkien il-ferħ ta’ Kristu Rxoxt f’mument ta’ festa.

83


Leħen il-Qala - Festa 2019 Is-Sibt 27 ta’ April: Fraħna lil Karmena Vella li għalqet l-eta’ sabiħa ta’ 103 snin. Fid-9.00am saret il-Konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr filKnisja Arċipretali tal-Qala mmexxija millArċipriet flimkien ma’ diversi Saċerdoti.

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju: Saret il-Festa tal-Madonna tal-Blat, u Jum l-Omm. Il-quddies kien fid9.00am, fl-10.00am u fil-11.00am. Fil-5.00pm saret il-quddiesa tal-Festa mill-Arċipriet. Wara sar festin u tombla.

Il-Ħadd 28 ta’ April: Fakkarna fil-quddies kollu t-331 Sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ‘Santa Marija tal-Qala’.

Mit-13 sal-21 ta’ Mejju: Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm saret in-novena ta’ talb għall-bżonnijiet tal-ommijiet ħajjin u mejtin organizzata mixXirka tal-Isem Imqaddes t’Alla fil-knisja talQala fil-quddiesa ta’ filgħaxija.

L-Erbgħa l-1 ta’ Mejju: Sar Coffee Morning organizzat mill-Fundraising Group fiċ-Ċentru Parrokkjali mit-8.30 am ‘il quddiem. Filgħaxija saret il-Konċelebrazzjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem immexxija mill-Kan Dun Mikiel Borg. L-Erbgħa 8 ta’ Mejju: Fakkarna l-115-il sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Arċipretali fis7.00pm, b’konċelebrazzjoni solenni. Kanta l-Kor Parrokkjali ‘San Ġużepp’. Il-Ħamis 9 ta’ Mejju: Festa ta’ San Ġorġ Preca. Fis-7.00pm saret il-Quddiesa bis-sehem tasSoċjeta tal-Museum. Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju sal-Ħadd 12 ta’ Mejju: Sar il-Bażar tal-Mother’s Day. Is-Sibt 11 ta’ Mejju: Fil-Mużew tas-Subien mis6.00pm sat-8.00pm, sar seminar għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u għall-ġenituri u l-parrini tal-istudenti tal-Griżma tal-Isqof. Fl-istess ħin it-tfal tal-Ewwel Tqarbina u talGriżma kellhom irtir ta’ preparazzjoni.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju: Fl-okkażjoni tal-Erbgħat tal-Madonna Ta’ Pinu l-parroċċa tagħna, animat hija l-quddiesa. Fis-7.30 pm saret quddiesa millArċipriet u wara sar ir-Rużarju fuq iz-zuntier. Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju ġie amministrat issagrament tal-Griżma tal-Isqof mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Is-Sibt 8 ta’ Ġunju: Saret il-Velja ta’ Pentekoste fis-7.00pm mill-Arċipriet fil-Knisja Il-Ħadd 9 Ġunju: L-Għaqda tal-Briju organizzat it-tieni edizzjoni tal-Festa Għawdxija. L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju sal-Erbgħa 24 ta’ Lulju: Bdew l-Erbgħat ta’ San Ġużepp fil-Knisja Arċipretali bis-sehem tat-tfal. Il-Ħadd 16 ta’ Ġunju: Ġiet iċċelebrata l-Ewwel Tqarbina. Mill-Ħadd 16 ta’ Ġunju sat-23 ta’ Gunju: IxXirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla organizzat ilMissjoni ż-Żgħira ta’ talb u tagħlim. Il-Ħadd 23 ta’ Ġunju: Ġie ċċelebrat Jum ilKorpus. Fit-8.30am saret il-Quddiesa bissehem tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina flimkien mal-ġenituri tagħhom u wara purċissjoni bisSagrament bis-sehem tal-Fratelli kollha fit-toroq tal-Wardija, Belvedere, u 28 ta’ April. Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju: Saret il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Kien hemm l-adorazzjoni filgħodu sal-11.30am. Fis-7.00pm saret il-quddiesa fejn kanta l-Kor Parrokkjali San Ġużepp u wara Purċissjoni bis-Sagrament bis-sehem tal-Fratelli kollha fit-toroq tal-Forn, Ottrubru 30, Isqof Cagliares u Kunċizzjoni.■

84


Leħen il-Qala - Festa 2019

Nifirħu lil Dr. Raymond Xerri Il-Bord Editorjali tar-Rivista Leħen il-Qala flimkien mal-Parroċċa tagħna, tixtieq tifraħ lill-kontributur regolari tar-rivista tagħna għal 30 sena sħaħ u Diplomatiku Professjonali filKorp Diplomatiku Malti, Dr Raymond Xerri għall-kariga ġdida u prestiġjuża li ngħata dan l-aħħar. Fl-1 ta’ Lulju 2019, Dr Raymond Xerri ġie appuntat bħala Konslu Ġenerali tar-Repubblika ta’ Malta għall-Commonwealth talKanada, ibbażat fil-Belt ta’ Toronto, qalb ħafna mijiet ta’ Qalin, u eluf ta’ Għawdxin u Maltin li jgħixu f’din il-Belt u madwarha. Hu ser ikun responsabbli li jassisti lil madwar 40,000 ċittadin Malti u Għawdxi u 200,000 persuna ta’ dixxendenza Maltija u Għawdxija li jgħixu f’dan it-tieni l-ikbar pajjiżi fid-dinja. Prosit Raymond, u apparti li nawgurawlek ħidma fejjieda favur pajjiżna, bħalma dejjem għamilt fil-passat fl-Awstralja, fir-Renju Unit u f’pajjiżi oħra, kun af li aħna kburin bik u bl-isem li ser tkompli tagħmel lir-raħal tagħna – il-Qala. Nawgurawlek il-ħidma t-tajba.■

Segwi Leħen il‑Qala fuq:

http://issuu.com/lehenil‑qala www.facebook.com/lehen.ilqala

85


Leħen il-Qala - Festa 2019

It-tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġużepp, Qala Għawdex minn idejn l-Arċipriet Dun Nazju Borg nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2019

86

Studenti li rċevew s-Sagrament tal-Konfirmazzjoni mill-E.T. Mons. Mario Grech, fil-Knisja Arċipretali ta' San Ġużepp, Qala Għawdex, nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2019


Leħen il-Qala - Festa 2019 Ir‑Ritratt ta’ din il‑Ħarġa: (Nru. 22)

Ritratt tat-Tfal tal-Ħames sena Bniet tal-Qala.

Dan hu r-ritratt tal- ħames sena (skola tal-Bniet il-Qala), sittax-il tifla flimkien mal-għalliema tagħhom minn Victoria Għawdex. Dan ir-ritratt kien meħud madwar 60 sena ilu fid-daħla tal-iskola l-ġdida tal-Qala, li kienet inawgurata f’April tal-1960 mill-Prinċep Philip, ir-Raġel tar-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra. L-ewwel filliera (4): Luċija Attard nee’ Camilleri (Ta’ Paċikka), Ġuża nee’ Abela (Tal‑Ħanina), Marija Cauchi nee’ Portelli (Tal‑Fulex) u Antoinette Agius nee’ Camilleri (Tal‑Furnar). Il-Filliera tan-nofs (6): Franġiska Camilleri nee’ Mifsud (Tar‑Raġel), Ċettina Camilleri nee’ Said (Ta’ Gejtan), Rose Rapa nee’ Camilleri (Tal‑Beffu), Marija nee’ Bartolo (Ta’ Indrija ‑ Ħallietna), Anjeża nee’ Buttigieg (t’Għassa), Karlina Agius nee’ Buttigieg (Tad‑Diedi – Ħallietna). Il-Filliera ta’ wara (7): Franġiska (Tal‑Aħmar), Angela Psaila nee’ Cutajar (Tal‑Kaċċatur), Rita Xuereb nee’ Mercieca (Ta’ Pietru) Ms. Grech (minn Victoria), Salvina nee’ Cutajar (Tal‑Bejxu), Karmena nee’ Vella (Ta’ Trejża) u Roża Xuereb nee’ Xerri (Tal‑Bebbi). Nirringrazzjaw lil Salvina Cutajar li selfitna dan ir-ritratt u nħeġġu oħrajn biex jekk għandhom xi ritratt antik isellfuhulna biex inġibuh fir-Rivista Parrokkjali u b’hekk isir parti mill-istorja ta’ raħalna. Grazzi. L-Editur.

87


Hardware

Leħen il-Qala - Festa 2019

Best Quality Lowest Prices

Xerri il-Bukkett Bar - Restaurant Pizzeria Zewwieqa Road, Qala - Gozo Tel: 2155 3500 • Fax: 2156 5394 Mob: 9949 0679 E-mail: bukkett@maltanet.net

Tal-Kelba Building Contractor Crane & Generator Hire Contact: Raymond Cefai ‘RayRita’, Triq it-Tempju, Qala, Gozo

Tel: 21557847 - 21562532 88

Mobile: 9949 3169


CUSTOMIZE

Għal kull xorta ta' Ġiti

fl-Ewropa u li 'l hemm minnha applikaw għand il-

EURO TOURS

Mountbatten Str. Hamrun, jew

il-Branch ta' Għawdex fi Triq Enrico Mizzi Victoria. Ċempel lil Euchar Mizzi fuq

21553716 / 99460707

Euro Tours - Dejjem għas-servizz tiegħek



Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.