1 minute read

ĦOLQIEN TA’ KLASSI MEDJA

Tkompli minn paġna 1

Statistika dettaljata, li ġiet ippreżentata fl­aħħar ġranet mill­Ministru għall­Finanzi u x­Xogħol Clyde Caruana fi tweġibiet għal mistoqsijiet Parlamentari tad­Deputati Ivan Castillo u Glenn Bedingfield, telenka preċiżament id­differenza li esperjenza s­suq tax­xogħol mill­2013 ’l hawn.

Advertisement

Jirriżulta li, waqt li fl­2012 kien hemm aktar minn 43,000 impjegat

Malti u Għawdxi li kienu qed jaqilgħu sa €10,000 biss f’salarju, fl­2021 dan il­livell ta’ dħul kienu jaqilgħuh ftit aktar minn 29,000 persuna. Anke l­ammont ta’ dawk jaqilgħu bejn €10,001 u €15,000 naqas minn kważi 35,500 fl­2012 għal madwar 21,500 fl­2021. Kien hemm tnaqqis ukoll fl­ammont ta’ dawk li jaqilgħu bejn €15,001 u €20,000. Fil­fatt, jekk fl­2012 madwar 70 impjegat minn kull 100 kienu jaqilgħu inqas minn €20,000, fl­2021 dan il­proporzjon naqas għal 44 minn kull 100. Dan ifisser li dawk li jaqilgħu sa €20,000 naqsu b’terz f’disa’ snin. Fl­istess ħin kien hemm żieda qawwija fil­Maltin li jaqilgħu aktar minn €20,000. Jirriżulta li fl­2012 kien hemm biss 30 impjegat minn kull 100 li kienu jaqbżu dan id­dħul, iżda llum dan il­proporzjon tela’ għal 56 impjegat minn kull 100.

B’kollox fl­2021 kien hemm aktar minn 97,000 impjegat bi dħul ta’ aktar minn €20,000, kontra madwar 46,000 fl­2012, li jfisser li l­ammont ta’ dawk jaqilgħu aktar minn dan il­livell aktar milli rdoppjaw.

L­akbar żieda fl­ammont ta’ impjegati Maltin mill­2012 u l­2021 kienet f’dawk li jaqilgħu bejn €35,001 u €45,000. F’din il­faxxa kien hemm żieda minn 4,946 ħaddiem fl­2012 għal 18,252 ħaddiem fl­2021, jiġifieri għal kull impjegat li kien jaqla’ bejn €35,001 u €45,000 fl­2012, kien hemm kważi erbgħa fl­2021.

Irdoppjaw fuq medda ta’ disa’ snin ukoll dawk li jaqilgħu bejn €25,001 u €30,000, li żdiedu minn madwar 10,500 għal kważi 20,500 fl­2021, waqt li ttriplaw dawk li jaqilgħu bejn €30,001 u €35,000, minn madwar 5,500 impjegat fl­2012 għal 15,000 impjegat fl­2021. Żdie­

Waqt li l-impjiegi full-time żdiedu b’aktar minn 100,000 fl-aħħar għaxar snin, kif żvelat il-KullĦadd ġimgħa ilu, taħt Gvernijiet Laburisti nħolqot klassi medja ġdida b’titjib fis-salarji annwali … dawk li jaqilgħu iżjed minn €20,000 telgħu għal 97,000 sentejn ilu jew 51,000 iżjed mill-2012

IMPJEGATI MALTIN U L-FAXEX

This article is from: