2 minute read

GVERN LABURISTA – GVERN GĦAQLI

wkoll għaliex nemmnu li l-poplu fl-istess waqt għandu fiduċja f’pajjiżna u fil-Gvern li jmexxih. Dan jagħtina l-kuraġġ li nkomplu nimplimentaw miżuri ġodda.

jetajiet li qed nesperjenzaw bħalissa. Dan huwa l-Gvern li jirrikonoxxi l-isfidi u jagħmel minn kollox sabiex jindirizzahom.

Advertisement

Nhar il-Ħadd li għadda, attivisti tal-Partit Laburista marru bi ħġarhom fil-Birgu sabiex jilqgħu u jisimgħu d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela.

Jiena kelli l-opportunità li nindirizza l-poplu f’din l-attività politika, fejn enfasizzajt partikolarment id-deċiżjonijiet li l-Gvern ħa u għadu qed jieħu b’għaqal kbir.

Tkellimt dwar id-deċiżjonijiet li ħa anke waqt il-pandemija li wasslu sabiex fil-jiem li għaddew gawdejna kif jixraq il-briju tal-karnival għal-ewwel darba wara numru ta’ snin.

Deċiżjonijiet li neħduhom mhux biss għax għandna fiduċja fil-poplu tagħna, iżda

Il-Partit Laburista huwa partit li jiżra’ ż-żerriegħa u jkompli jsostniha għaliex jemmen fil-potenzjal ta’ kull wieħed u waħda minna. Dan rajnieh ċar fil-proċess talmitt idea tal-Partit Laburista, fejn il-poplu qasam magħna ideat fuq diversi temi u aħna fassalna l-mitt idea tal-Partit Laburista. Minn dawn il-mitt idea, ħriġna b’1000 proposta fil-Manifest Malta Flimkien u ftit xhur ilu rajna kif ser inkunu qed inkomplu nwettqu dawn il-proposti fil-Baġit għal din is-sena.

Proposti li diġà bdejna nwettqu, fosthom l-għajnuniet li tkellem fuqhom il-Prim Ministru fl-istess attività li se jkun qed jagħti l-Gvern, li jammontaw għal €10,000 f’għaxar snin lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.

Waqt id-diskors tiegħi spjegajt kif dawn l-għajnuniet se jkunu qed jgħinu partikolarment lil żgħażagħ li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Din hija għajnuna kbira fiddawl tal-prezzijiet tal-propr -

L-għaqal tal-Gvern qiegħed jidher ċar ukoll fl-isfond ta’ ekonomija stabbli li qed jirnexxilna noffru lill-poplu Malti u Għawdxi. Qed inkomplu nieħdu numru ta’ deċiżjonijiet sabiex nassiguraw li l-ekonomija Maltija li tant niġu mfaħħrin għaliha, tkompli tiffjorixxi.

Din l-istabbiltà qed tkompli tiġi vverifikata minn diversi aġenziji ta’ kreditu, mill-Kummissjoni Ewropea, u riċentement smajna lill-Fond Monetarju Internazzjonali jirrimarka dwar l-għaqal tal-Gvern li qed iwassal għal din l-istabbiltà ekonomika f’pajjiżna.

B’ekonomija b’saħħitha nistgħu biss inkomplu ngħinu lill-familji kollha sabiex kull individwu f’dan ilpajjiż igawdi minn kwalità ta’ ħajja xierqa.

Waqt id-diskors tiegħi, tkellimt ukoll fuq ir-riformi li wettaqna bħala Gvern u għad fadlilna nwettqu. Il-kelma riformista hija l-bażi tal-identità tal-partit tagħna, u l-ħidma tagħna tkompli sabiex inkomplu nbiddlu u nġeddu dan il-pajjiż. Aħna l-partit li ma jibżax mill-bidla, li ma jiddejjaqx mill-kontroversji, u li jiffaċċja x-xettiċiżmu li ġġib magħha l-bidla. Il-partit li mhuwiex marbut mal-passat iżda jindirizza r-realtajiet tal-preżent u jipprepara l-poplu għal futur aħjar. Semmejt id-diversi riformi li ttieħdu matul is-snin taħt it-tmexxija ta’ Gvern Laburista li wasslu sabiex tajna l-opportunità lil koppji jsiru ġenituri, li wasslu sabiex tajna l-leħen liż-żgħażagħ tagħna, u li wasslu sabiex stajna nibqgħu nsaħħu lil dawk li sawruna u rabbewna, lill-anzjani u lill-pensjonanti tagħna. Riformi li bihom se nkunu qed nipproteġu s-saħħa u l-ħajja tal-omm li tkun f’riskju u f’periklu gravi.

Riformi li saħħew id-drittijiet ċivili, fejn dan tal-aħħar saħansitra wassal sabiex Malta se tkun qed tospita avveniment internazzjonali tal-Europride. Malta, l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, blaqwa drittijiet għal persuni LGBTIQ.

L-impenn tal-Gvern Laburista huwa li jkompli jiddeċiedi, ikompli jirriforma u jkompli jbiddel lil dan il-

This article is from: