1 minute read

BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK FIL-ĠERMANJA

Il-Big Friends Guggen Musik (Malta), li twaqqfet fl-2008, bħalissa għaddejja b’aktar impenji barra minn xtutna, fost bosta attivitajiet oħrajn imħejjijin fixxhur li ġejjin.

Fil-fatt, minn nhar il-Ħamis li għadda sa għada t-Tnejn il-banda magħmula minn 44 mużiċist tinsab fil-Ġermanja biex tieħu sehem f’parati fi tliet bliet differenti, li huma Essen, Münster u Köln, fl-akbar u l-aktar festival mużikali ta’ suċċess għall-baned li jsir f’dan il-pajjiż u anke fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Fil-fatt, hu stmat li għal dan il-festival prestiġjuż jattendu mijiet ta’ eluf ta’ viżitaturi kull sena.

Advertisement

Hawn il-Big Friends Guggen Musik (Malta) qed tipparteċipa ma’ baned oħrajn minn madwar id-dinja, fost oħrajn mill-Ġermanja stess, l-Istati Uniti tal-Amerka, Franza, il-Belġju, l-Olanda u l-Messiku.

L-esebizzjonijiet tal-banda qed isiru taħt id-direzzjoni tas-Surmast lan Sammut, waqt li qed jiżżanżnu sett ta’ strumenti ġodda Sousaphones.

Din hi s-16-il darba li din il-banda se tkun qiegħda tirrappreżenta talent Malti barra minn xtutna wara s-suċċessi li kellha fl-2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 fl-Emirati Għarab Magħquda (UAE) għall-festi nazzjonali; fl-2009 fil-Greċja; u fl-2016 u l-2017 fit-Tuneżija għall-festa nazzjonali u l-karnival.

Hi daqqet ukoll seba’ darbiet fi Sqallija, fosthom fl-2017 fil-karnival tal-fjuri f’Arcireale; fl-2018 fil-karnival nazzjonali u fil-Festival dei Colori; u fl-2019 ħadet sehem fil-karnival nazzjonali.

Ix-xahar li għadda stess il-banda rrappreżentat lil pajjiżna f’Lipari fejn hemmhekk daqqet f’kunċert fil-belt Vulcano u anke f’Filicudi.

Il-ġimgħa li għaddiet hi ħadet sehem ukoll fil-karnival Malti għall-15-il darba kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Anke jekk għadha waħda żagħżugħa, il-banda qiegħda torganizza diversi attivitajiet fl-okkażjoni tal-15-il sena anniversarju f’Novembru li ġej.

Il-bord tat-tmexxija tal-istess għaqda għaddej b’ritmu mgħaġġel biex ikompli jsaħħaħ l-esperjenza mużikali tagħha u tal-mużiċisti fissi fi ħdanha, li jammon- taw għal total ta’ 78 mużiċist ġejjin minn madwar il-pajjiż bl-etajiet li jvarjaw minn 9 sa 70 sena. Hi torganizza wkoll diversi master classes, lezzjonijiet u rehearsals kull ġimgħa, minbarra attivitajiet soċjo-kulturali.

This article is from: