2 minute read

L-AĦĦAR TISLIMA LIL JOHN MARY CALLEJA

Fil-Knisja Arċipretali tal-Gudja lbieraħ waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil John Mary Calleja, magħruf iżjed bħala Mario, li kien il-Viċi Sindku attwali fil-Kunsill Lokali tal-Gudja f’isem il-Partit Laburista.

Calleja miet nhar il-Ħamis li għadda u l-PL sellem il-memorja tiegħu billi fakkar il-ħidma twila tiegħu għallġid tal-lokalità u l-komunità Gudjana fejn iddedika 22 sena bħala Sindku u l-aħħar tliet snin bħala Viċi Sindku.

Advertisement

Il-PL bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lil dawk l-aktar qrib tiegħu. L-istess għamlu l-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar u s-Sindku, il-Kunsillieri, is-Segretarju Eżekuttiv u l-ħaddiema kollha tal-Kunsill permezz ta’ post fuq il-paġna tal-kunsill fuq Facebook.

L-Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja A.D. 1919, li tagħha Calleja kien ukoll President Onorarju u benefattur, esprima wkoll is-sogħba tiegħu għal din it-telfa fil-lokal.

DISKUSS L-IŻVILUPP

Sostenibbli Malti

SAL-2050 FL-MCESD

Il-Kunsill tal-Gudja organizza ktieb tal-kondoljanzi b’rispett lejn Calleja, li serva l-lokalità għal 25 sena

Waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali iddiskutew, flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli 2050 kif ukoll il-ħolqien tal-aġenzija ġdida Project Green.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru Dalli qalet li din -istrateġija mhijiex xi pjan ta’ xi entità waħda, imma ta’ pajjiż sħiħ. Hi qalet li l-istess fejn tidħol l-aġenzija Project Green, li l-għan tagħha se jkun li tamministra proġetti ambjentali bħala parti millpjan fit-tul ta’ pajjiżna.

“Għalhekk hu importanti li kontinwament niddjalogaw ma’ forum, bħalma hu l-MCESD. B’hekk il-mira ta’ sostenibbiltà u newtralità fil-klima sal-2050 inwettquha b’mod kollettiv. Illum kulħadd qed jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ din il-ħidma, anke mir-rispons pożittiv li qed nirċievu mis-settur privat f’dak li għandu x’jaqsam mal-pjattaforma tal-ESG (Environmental, Social and Governance). Irridu nisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni biex niżguraw ħarsien ambjentali, koeżjoni soċjali u prosperità għal kulħadd,” qalet il-Ministru.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Ellul qal li biex verament nilħqu din ilviżjoni kulħadd irid jagħmel ilparti tiegħu.

“Kull settur għandu parti x’jilgħab biex verament Malta tilħaq l-ambizzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Intom madwar din il-mejda iżjed u iżjed, għax bħala msieħba soċjali tirrappreżentaw is-setturi differenti li lkoll ġejjin minnhom u għandkom l-opportunità biex tikkontribwixxu fid-diskussjoni,” tenna Ellul, waqt li nsista li wieħed m’għandux iħares lejn policies u miri li joħorgu minn strateġiji bħal dawn bħala xi ħaġa li jillimitawna. Għaldaqstant, appella lill-imsieħba soċjali biex jidentifikaw liema huma l-isfidi ħalli flimkien, u bl-għajnuna tal-Gvern, jibdluhom f’opportunitajiet.

Ħames għanijiet fl-iżvilupp sostenibbli għall-pajjiż sal-2050, anke permezz ta’

Project Green li se tkun qed tamministra l-proġetti ambjentali fil-pjan fit-tul Malti

George Said, Direttur responsabbli mill-iżvilupp Sostenibbli, spjega li l-Istrateġija għall-iżvilupp Sostenibbli, li dwarha bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika, tistabbilixxi ħames għanijiet sas-27 sena li ġejjin.

Dawn huma: tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ekoloġika u blu; il-preser- vazzjoni tal-iżvilupp urban sostenibbli u l-wirt kulturali; ħajja b’saħħitha u benesseri għal kulħadd; it-trasformazzjoni diġitali, il-mobbiltà intelliġenti u l-konnettività; u ġustizzja soċjali u prosperità għal kulħadd.

Said qal li l-pass li jmiss hu li dawn l-għanijiet ikunu mkejla permezz ta’ sett ta’ miri li jiġu tradotti f’azzjonijiet konkreti fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030.

Rigward Project Green, ilKap Eżekuttiv tagħha, Steve Ellul, spjega kif f’inqas minn ġimgħa mit-tnedija tal-aġenzija, ġiet mħabbra l-akbar skema ambjentali ta’ €10 miljun, imsejħa Community Greening Grant. Hu qal li din hi opportunità ġdida li jistgħu japplikaw għaliha entitajiet, kunsilli lokali, organizzazzjonijiet u residenti biex ikomplu jissebbħu l-lokalitajiet.

“L-intrapriża privata għandha rwol importanti ħafna għal tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli. Project Green hi l-opportunità għall-intrapriżi biex jagħmlu tranżizzjoni aktar effettiva,” stqarr Ellul.

L-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv il-viżjoni u l-impenn tal-Gvern favur żvilupp aktar sostenibbli, waqt li faħħru wkoll l-inizjattiva permezz ta’ Project Green. F’dan ir-rigward, iċ-Chairperson talMCESD, il-Perit David Xuereb, wiegħed il-kollaborazzjoni tal-Kunsill fuq dan l-aspett biex bħala pajjiż nilħqu l-aspirazzjonijiet u l-miri ambjentali.

This article is from: