2 minute read

FABIOLA AGIUS ANASTASI BL-ARTI TIDĦOL FIL-ĦAJJA TAL-ĦOLM

L-arti hija waħda mill-mezzi li jeżistu li permezz tagħha l-bniedem jaf joħloq disinji u tpinġijiet oriġinali, filwaqt li jinħoloq ukoll tip ta’ sodisfazzjon u rilassament.

Tista’ tittieħed bħala passatemp jew bħala xogħol, skont id-dedikazzjoni ta’ dak li jkun, filwaqt ukoll li jidħol l-element ta’ kuntatti, passjoni u ta’ kemm ikun hemm domanda inġenerali għall-prodott fih innifsu.

Advertisement

Dan l-aħħar sirt naf b’artista li l-arti u l-pittura huma l-passatempi li toħlom bihom. Qed nirreferi għal Fabiola Agius Anastasi.

Illum il-ġurnata tqis lilha nnifisha bħala artista. Ilha tħobb l-arti minn meta kienet għadha tifla u dejjem taf lilha nnifisha tpinġi f’kull mument liberu li jkollha.

Tgħix u toħlom bl-arti kull ħin tal-ġurnata

Bħala professjoni, hija proprjament inġinier, biss studjat ukoll l-arti fl-Art and Design

Centre taħt diversi professuri Taljani. Ħajjitha mdawra u mżewqa bl-arti. Tgħix u toħlom bl-arti f’kull ħin tal-ġurnata. F’kull kamra ser issib iż-żebgħa u l-pinzell. Kull ftit żmien, tħobb tattendi għal xi kors qasir ’l hawn u ’l hemm relatat mal-arti.

Fil-passat, tistqarr li ħadmet kemm bħala inġinier kif ukoll bħala għalliema tal-arti.

“Biss, illum il-ġurnata waqaft u qed niddedika aktar sigħat għall-pittura. Inpinġi kull fejn inkun, l-aktar id-dar. Iżda nħobb inġorr miegħi xi ftit watercolours u karti addattati biex inqatta’ siegħa żmien inpinġi mal-ħbieb barra fil-kampanja, jew ħdejn ilbaħar, jew saħansitra meta nkun fuq xi btala barra minn Malta,” bdiet tgħidli dwarha Fabiola.

Sirt naf ukoll li Fabiola bħala artista m’għandhiex xi tema partikolari li żżomm magħha, iżda tpinġi diversi temi li minnhom tkun ispirata f’dak il-mument. Tħobb tesperimenta fl-arti u ma żżommx ma’ xi ġeneru partikolari. “Nuża mediums differenti u npinġi suġġetti differenti. Ninfluwenza ruħi minn dak li nkun smajt jew rajt u mill-burdata ta’ dak il-ħin. In-natura hija sors

Biss, illum il-ġurnata waqaft u qed niddedika aktar sigħat għall-pittura. Inpinġi kull fejn inkun, l-aktar id-dar. Iżda nħobb inġorr miegħi xi ftit watercolours u karti addattati biex inqatta’ siegħa żmien inpinġi mal-ħbieb barra fil-kampanja, jew ħdejn il-baħar, jew saħansitra meta nkun fuq xi btala barra minn Malta qawwi ta’ ispirazzjoni. Aktar nesprimi ruħi bl-arti u bit-tpinġija milli verbalment għax bħala karattru jien persuna li ma tantx inħobb nitkellem! Jinteressani wkoll nagħmel xogħol taċ-ċeramika. Il-fatt li huwa 3D, inħoss li tista’ toħloq xogħol interessanti u astratt,” stqarret miegħi.

Tippreferi li tkun libera u tpinġi dak li tħoss

Tisħaq ukoll li l-burdati tagħha jinbidlu u magħhom jinbidlu x-xogħlijiet tal-arti fl-espressjonijiet li tpoġġi fuq it-tila. Sirt naf ukoll li Fabiola bħala artista m’għandhiex xi tema partikolari li żżomm magħha, iżda tpinġi diversi temi li minnhom tkun ispirata f’dak il-mument.

“Meta npinġi, nippreferi li nkun libera u npinġi dak li nħoss. Inpinġi biex nieħu gost, imbagħad l-istess xogħol nesebixxih.”

Mistoqsija jekk qattx ħadet sehem f’xi esebizzjoni- jiet, sirt naf li bħala artista, ħadet sehem f’diversi. Filfatt, f’Marzu li ġej ser ittella’ esebizzjoni personali fir-Razzett tal-Markiż il-Mosta. “Meta ntella’ esebizzjoni, inkun qed nesponi lili nnifsi. Bl-arti qiegħda nuri l-karattru u l-ħsibijiet tiegħi, biss nemmen li l-arti qiegħda prinċiparjament biex tidher u tiġi apprezzata.”

Apparti li tuża l-mediums water colours, inka, u acrylic fit-tpinġija tagħha, hija tuża wkoll it-tafal fix-xogħol

This article is from: