7 minute read

XOGĦOL, NAMRA U STORJA FUQ TAL-LINJA

CHARLES SCHEMBRI magħruf bħala l-Kalora minn Raħal Ġdid baqa’ marbut ferm max-xogħol li kellu, tant li għadu sallum jipproduċi minjaturi ta’ xarabanks antiki Maltin li kienu għadhom iduru t-toroq sal-2011. Fiż-żmien, u sa minn meta kellu xi sitt snin, jiftakar lil missieru xufier fuq tal-linja. Hu kien jattendi l-iskola tas-Sorijiet ta’ Bormla u meta jitwassal id-dar bil-kowċ, kienet twaqqfu fi Triq Luqa, viċin l-Ipoġew. Hemm kien hemm garaxx kbir fejn l-aħwa Brincat flimkien ma’ missierhom kienu jibnu x-xarabanks u kien iqatta’ ftit ħin jarahom jaħdmuhom. Baqa’ qrib sa ma kiber u żżewweġ. Mhux biss, talli meta żżewweġ mar joqgħod biswithom, u għalhekk għal Charles, il-garaxx sar qisu l-każin tiegħu.

Minn CHARLES B. SPITERI

Advertisement

Illum il-ġurnata wieħed jista’ jibqa’ jilmaħ ukoll is-seħer li nisslu x-xarabanks f’Charles. Dan, minħabba l-passatemp li qabad sa minn meta kellu 15-il sena. Dak iż-żmien kien bena l-ewwel mudell ta’ xarabank mill-injam u landi vojta tal-CARE, li kienu jitqassmu mill-Gvern Amerikan lil nies u familji Maltin fil-bżonn, u rregalah lix-xufier li kien kunduttur miegħu. Dakinhar kien ħareġ replika ta’ xarabank ta’ veru. Imbagħad beda jibni l-mudelli għalih u qabad juża l-pjanċa, waqt li jagħti kas għad-dettalji kollha li kien ikollhom, inklużi l-mudelli differenti tagħhom. Semmieli li f’Malta kien hawn u għamel mudelli bix-shape, tad-Dodge, li kienu nqalbu għal xarabanks wara li servew lill-militar li kien hawn fostna fil-gwerra. Minn trakkijiet għal xarabanks

Kif intemmet il-gwerra, it-trakkijiet xtrawhom xi sidien li ma setgħux jixtru l-ġdid u tawlulhom ix-chassis. Imbagħad dehru bosta xarabanks oħra li jgħidulhom Bulldog; li jkollhom quddiem fit-tond u bi ħġieġ akbar minn ta’ qabilhom. Minn dawn, Charles ħadem ukoll, bħalma mmudella anke Bedfords u Thames.

Meta jiġi għan-nickel, Charles semmieli li juża biċċiet tal-wipers l-antiki tal-istainless steel, li xi ħbieb jerfgħulu. Għar-roti, qabel kien jixtri tat-Triang Toys. Imbagħad inqatgħu minn Malta u kien jimpurtahom. Mażżmien bdew jibagħtulu roti iżgħar u ġieli jaslulu akbar milli kien ikollu bżonn. Allura qatagħha li jibda jagħmilhom hu stess mill-plywood. B’furmatur, jagħmel it-toqob tarrimm u jiżbogħhom.

Għas-seats juża injama ‘kurrent’, jaqta’ biċċiet ta’ pulzier u kwart u fuq wara jagħmilha daqsxejn immejla. Imbagħad jaqta’ biċċiet tat-triply ftit oħxon għad-dahar ta’ kull seat u jiżbogħ b’kuluri skont fuq liema linja kienu jaħdmu. Fil-mudelli li jipproduċi, Charles jagħmel ħiltu kollha biex jimita l-iċken dettalji li jiftakar, kemm fil-kabina tas-sewwieq, fil-kaxxa għall-biljetti użati u fiċ-ċineg għall-passiġġieri li jkunu bilwieqfa. Iċ-ċineg u r-rail jiċċaqilqu wkoll biex ixiebhu lill-oriġinali. Iwaħħal kollox fix-xarabank qabel ma jorbot is-saqaf. Tant jaħdem bi preċiżjoni, li l-bieba tas-sewwieq u dik fuq wara, jinfetħu u jingħalqu wkoll. Tabilħaqq qisek qed tara xarabank antika.

15-il mudell

Sal-lum, Charles jista’ jiftaħar li fil-garaxx tiegħu, apparti mill-bosta ritratti ta’ xarabanks antiki, għandu 15-il mudell li ħadem hu, minbarra numru ieħor żgħir li rregalahom lill-ħbieb. Dejjem jaħdimhom fl-iskala ta’ pulzier għal kull pied u xi żmien ilu esebixxa minnhom fl-iskola ta’ Santa Venera, f’wirja mill-Għaqda tal-Mudelli.

Fuq ix-xarabanks ta’ vera, Charles jirrakkonta li kienet tkun esperjenza unika li tarahom jinbnew mix-xejn u wara ftit xhur tarahom ħerġin mill-garaxx.

Għalhekk ma setax jonqos li l-ġibda għall-karozzi tal-linja ħajritu biex ta’ 15-il sena daħal jaħdem bħala kunduttur. Dan kien fl-1970. Sena qabel, kien jaħdem ma’ tal-ħalib, għal erba’ liri fil-ġimgħa (€9.32) u fit-triq kien jitpaxxa jara x-xarabanks tal-Ħamrun, telgħin u neżlin. Imbagħad, għax-xogħol ta’ kunduttur offrewlu paga iżjed – ta’ tmien liri fil-ġimgħa (€18.64) u aċċetta jibdel ix-xogħol, peress li missieru miet, u bil-paga li jaqla’ ried jgħin lil ommu u lil ħutu.

Xogħol ta’ kunduttur

Beda jaħdem fuq il-linja ta’ Ħaż-Żabbar. Aktar tard qaleb fuq ta’ Bormla, peress li kienu jaħdmu jum iva u jum le, waqt li ta’ Ħaż-Żabbar kienu jumejn xogħol, waħda ‘vjeġġi’, oħra xogħol u waħda frank. Dan minħabba li fuq il-linja ta’ Ħaż-Żabbar kien hemm biss 23 karozza. Fil-jum tal-vjaġġi kienu jsiru biss bejn tlieta u erba’ vjaġġi u jżarma. Imbagħad jerġa’ joħroġ filgħaxija fil-ħin li l-ħaddiema jtemmu x-xogħol tagħhom. Fil-jiem normali ikollu joqgħod jivvjaġġa l-jum kollu bejn il-Belt u Ħaż-Żabbar u ġieli lejn Wied il-Għajn, sal-10.30 p.m. Fiż-żmien li rrakkuntali Charles, il-karozzi kienu għadhom bid-destinazzjonijiet tagħhom u bil-kuluri. Jiftakar li ta’ Ħaż-Żabbar kienu ħomor bil-faxxa blu, waqt li ta’ Bormla kienu pistaċċa, lewn il-piżella. Fuq dawn tal-aħħar, fejn kien jaħdem jum iva u ieħor le, ilvjaġġi kienu jsiru darba kull ħmistax biss; wieħed mill-Bir- gu għall-Belt, imbagħad imorru għall-Blata l-Bajda u jwasslu lill-istudenti fl-iskejjel ta’ Kordin. Filgħaxija jerġgħu joħorġu, iwasslu lill-istudenti sal-Belt. Ta’ vjaġġ kien jingħata 15-il xelin (€1.74ċ).

Mill-ġdid għall-bini talkarozzi, Charles qalli li l-bodybuilders li kien jaf hu, kienu jibnu żewġ xarabanks fil-garaxx tagħhom. Imbagħad sakemm waħda toħroġ għaż-żebgħa, ikomplu jarmaw l-oħra. Meta tinħareġ it-tieni waħda, terġa’ tidħol tal-ewwel miżbugħa u jsirilha x-xogħol tan-nickel.

Il-ħidma Maltija kienet tkun il-binja tax-xarabank fuq chassis użat. Kont issib lil xi sid tat-tajjeb li jixtri chassis lest tal-Bedford. Ix-chassis kienu jkunu bl-isteering u bir-radiator magħhom. Il-ġodda kienu

Luqa, Michael Debono tat-Toyota u Ġamri taż-Żejtun. Minn magħhom ħarġu l-istess lavranti li kellhom, u li bdew jaħdmu għal rashom.

Kien hawn bosta mudelli fix-xarabanks iżda lkoll kellu jkollhom it-tul u l-wisa’ indikat mill-pulizija, skont fuq liema linja se jitħaddmu, inkella ma jgħaddux mid-Depot.

Pereżempju fuq Ħal Lija kien hemm qies, fuq iż-Żurrieq qies ieħor, Tas-Sliema ieħor u wkoll għall-privates. Nofs pulzier żejjed, fit-tul jew wisa’, kien ikollu jitneħħa mix-xarabank, inkella ma joħroġx għax-xogħol qabel ma jgħaddi bord, li jieħu xi sitt xhur biex jiddeċiedi.

Storja tat-trasport

Bħala storja tat-trasport pubbliku nsibu li sa nofs l-1800 l-uniku mezz ta’ trasport tal-bniedem kien iż-żiemel, il-karrettun jew il-kaless. Nies privileġġati użaw ukoll is-Sedan Chair, vettura grandjuża magħluqa li tinġarr fuq żewġ arbli minn żewġt irġiel b’saħħithom.

Wara deher il-kaless, li kien jikkonsisti f’gabina fuq par roti kbar fuq in-naħa ta’ wara. Ir-roti kienu magħmulin minn injam solidu iebes miksi b’rimm oħxon tal-ħadid. Kien jinġibed minn bagħal jew żiemel wieħed u misjuq minn raġel bil-mixi li jżomm il-pass mal-annimal.

Il-kaless ġie introdott f’Malta fl-aħħar tas-seklu 18, fi żmien il-Kavallieri.

F’nofs is-seklu 19 kien introdott il-karozzin.

Servizz primittiv jinxtraw mingħand id-ditta Mamo; dawk użati kienu jkunu ta’ xi trakk tas-servizzi.

L-ewwel servizz primittiv ta’ trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja beda fl-1905. Mażżmien, il-karozzi tal-linja laqtu ħażin ferm lill-ferrovija, li fil-31 ta’ Marzu 1931 għamlet l-aħħar servizzi mir-Rabat sal-Belt Valletta.

Ix-chassis kien jittieħed fil-garaxx fejn jinħadmulu l-meded u l-ġnieb u jibqgħu telgħin ’il fuq sal-majjieri tas-saqaf.

Mill-injam għall-pjanċi

Charles irrakkuntali wkoll li fl-antik, ix-xarabanks kienu jinħadmu mill-injam, iżda li laħaq hu kienu bdew isiru mill-injam tal-fraxxnu li jiddaħħal f’kanal tal-ħadid, biex jifilħu aktar għall-ilma. Imbagħad għaddew biex eliminaw l-injam u beda jsir użu mill-pjanċi biss.

Jiftakar li bodybuilders kien hawn kemm-il wieħed u semmieli li kien jaf b’wieħed ir-Rabat, ieħor Barbara f’Ħal zati r-regolamenti tat-traffiku għat-trasport pubbliku bħal dimensjonijiet, tipi, kulur u kapaċità. Fl-1930 in-numru ta’ karozzi tal-linja kien ta’ 385 xarabank tar-rotta liċenzjati. Il-qagħda finanzjarja tas-sidien kienet kritika ħafna.

Biex tkun infurzata d-dixxiplina, fl-1931 twaqqaf ilBord għall-Kontroll tat-Traffiku. Hu introduċa rotot ġodda. Għalhekk is-servizz kien qed jaħdem b’mod aktar effiċjenti. Is-sidien tal-karozzi tal-linja tar-rotot saru kburin ħafna bil-karozzi tal-linja tagħhom. Huma żammew ix-xarabanks fi stat tajjeb ħafna, żejnuhom bit-timijiet u semmewhom għall-patruna tar-raħal jew għal irġejjen, opri, bastimenti tal-battalja, eċċ. Kull rotta kellha kulur differenti.

Ir-riorganizzazzjoni fl-1975. 20 sena wara, fl-1995, ix-xarabanks inżebgħu sofor bil-faxxa oranġjo. Baqgħu hekk sal-2011. Sa dik is-sena l-ATP ħaddmet 508 xarabanks. Ħadmet ukoll fuq it-trasport ta’ rotta skedata madwar il-gżira fuq bażi ta’ roster u twettqu servizzi diretti u billejl, trasport tal-iskola u vjaġġi privati kif u meta meħtieġ.

Matul dak iż-żmien ir-riorganizzazzjoni tat-Trasport Pubbliku kienet fuq l-aġenda ta’ waħda mil-laqgħat tal-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku. L-ewwel proposta kienet li n-numru ta’ karozzi tal-linja kellu jiżdied. Proposta oħra kienet li t-Trasport Pubbliku jew ikun nazzjonalizzat jew jaħdem f’kumpanija waħda jew fi gruppi organizzati ta’ sidien talkarozzi tal-linja.

Fl-aħħar nett il-Bord iddeċieda li n-numru ta’ karozzi tal-linja għandhom jiżdiedu għal 500 xarabank u jaħdmu fi gruppi organizzati ta’ sidien talkarozzi tal-linja, skont ir-regolamenti mfasslin mill-istess bord. Dawn id-deċiżjonijiet wasslu għal protesti u strajks.

Jitwarrbu x-xarabanks Maltin

Fit-3 ta’ Lulju 2011, in-network tar-rotot tal-karozzi tasservizz madwar Malta ttieħed mill-Arriva, bil-karozzi tal-linja tradizzjonali mnaqqsa biex joperaw biss f’servizzi speċjali.

L-Arriva introduċiet flotta ta’ karozzi tal-linja moderni b’art baxxa. Dawn kienu impurtati minn Londra second hand. L-operat tal-Arriva f’Malta kien mimli problemi. Fosthom, tliet każi ta’ nirien f’perjodu ta’ 48 siegħa f’Awwissu 2013, li wasslu lill-Gvern Malti jipprojbixxihom milli jkomplu jaħdmu fil-pajjiż sakemm issir investigazzjoni.

L-Arriva tħalliet taħdem f’Malta sal-1 ta’ Jannar 2014, meta n-network tal-karozzi tal-linja ġie nazzjonalizzat bl-isem Malta Public Transport. Fit-8 ta’ Jannar 2015, il-Malta Public Transport ġiet ipprivatizzata mill-ġdid, peress li nbiegħet lil Autobuses Urbanos de León, li żammet l-isem tad-ditta ta’ Malta Public Transport. Il-kumpanija rduppjat il-flotta tal-karozzi tal-linja.

Fl-1905 ċertu Mr. Spiller ingħata l-permess jimporta karozzi tal-linja mir-Renju Unit biex jinsaqu f’pajjiżna, għax Malta kienet bażi militari u navali u t-trasport kien essenzjali. Għall-ewwel importa sitt karozzi tal-linja Thornycroft mir-Renju Unit.

Matul l-istess żmien diversi Maltin akkwistaw chassis tat-trakkijiet u kkonvertewhom f’karozzi tal-linja u fi żmien qasir dehru aktar tipi differenti jiġru mill-irħula għall-Belt Valletta.

Fl-1921 twaqqfet il-Public Transport Co. Kienet tissejjaħ il-Cottonera Motor Bus Co. Il-President tagħhom kien ċertu Mr. William Soles li ta liċenzji biex joperaw mill-Kottonera sal-Belt.

Seba’ snin wara kienu infur-

Fl-aħħar nett is-sidien qablu mad-deċiżjoni li l-B.M.C. tingħaqad mal-Kumpanija talKarozzi ta’ Tas-Sliema. Meta l-B.M.C. ma kisbitx il-monopolju tar-rotta, daħal in-negozjant Joseph Gasan. Hu xtara l-karozzi tal-B.M.C. u baqa’ jixtri xarabank wara l-oħra tas-Sliema Motor Bus Co., tant li kellu 105 xarabanks jaħdmu fuq ir-rotta ta’ Tas-Sliema.

Fl-1972 ix-xarabanks inqasmu fi tliet gruppi. Kien hemm grupp miżbugħin ħodor, ieħor bojod bil-faxxa blu u l-ħomor.

Imbagħad fl-1975 saru kollha b’lewn aħdar.

Fl-istrajks, l-awtoritajiet offrew għajnuna biex jinbeda s-servizz malajr u fis-17 ta’ Novembru 1977 ix-xarabanks kollha tar-rotta bdew joperaw fi grupp wieħed.

L-Uffiċċju ċentralizzat, bl-isem ta’ Assocjazzjoni Trasport Pubbliku – ATP kien iffurmat taħt il-kontroll ta’ kumitat elett minn sidien tax-xarabanks kull sentejn minn laqgħa ġenerali tal-assoċjazzjoni.

Il-karozzi tal-linja kollha kienu diġà ġew miżbugħin aħdar ċar bħal dawk li kien hemm

Sal-aħħar ta’ Diċembru 2013, il-kumpanija Arriva kellha telf ta’ €50 miljun f’sentejn u nofs.

Minn Ottubru 2014 il-Gvern għażel lil Autobuses Urbanos de León, sussidjarja tal-Grupp ALSA, bħala l-operatur preferut tal-karozzi tal-linja għall-pajjiż. Il-kumpanija ħadet is-servizz tal-karozzi tal-linja fit-8 ta’ Jannar 2015.

Charles Schembri temm jgħidli li llum, kull minn żamm xi xarabank antika sab ħin jirrestawraha għax għandu aktar ħin u qed joħroġha għal tiġijiet jew għal xi okkażjonijiet oħra. S’issa, minn dawn il-karozzi hawn madwar 21.

Meta semmejt lil Charles li darba kien intqal li l-Maltin kapaċi joħolqu xarabank bħal tal-lum, bl-arja kundizzjonata u b’kollox, hu qalli li hawn xarabank simili li għadha ma ħarġet qatt u kienet l-aħħar waħda li għamlu ta’ Brincat. Ilha lesta fuq it-30 sena u hi magħmula kollha mill-istainless steel, inkluż is-saqaf.

Mistoqsi jgħidli kif jaħsibha fuq ix-xarabanks tal-lum, Charles qalli li ma jiħux gost jarahom, għax la fihom mudell u lanqas skop. Jistħajjilhom kaxxi fuq ir-roti.

This article is from: