1 minute read

IŻJED MINN IRKUPRU SĦIĦ FUQ IL-FLIEGU

L-għadd ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-aħħar kwart tal-2022 qabeż il-livell ta’ qabel il-pandemija bi kważi 42,000

Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jikkonfermaw kemm kien b’saħħtu t-turiżmu domestiku bejn Malta u Għawdex is-sena l-oħra, speċjalment matul il-perjodu tal-festi tal-Milied.

Advertisement

Fil-fatt, fl-aħħar kwart tal-2022, qasmu bejn il-gżejjer mat-42,000 iżjed persuni milli kienu qasmu fl-istess żmien qabel bdiet il-pandemija tal-COVID-19. Dan meta kien hemm 1,397,409 persuni li ddeċidew li jaqsmu l-fliegu fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, kontra l-1,355,243 persuna li għamlu dan fl-istess xhur fl-2019.

Fl-istess perjodu kien hemm ukoll 485,191 vettura li użaw is-servizz tal-Gozo Channel jew mas60,000 iżjed mill-aħħar kwart tal-2019 meta 425,767 vettura rikbu l-vapuri t’Għawdex.

Jekk wieħed iħares biss lejn ix-xahar ta’ Diċembru, l-ammont ta’ persuni li qasmu bejn Malta u Għawdex laħħaq l-459,981, li kien rekord assolut għal dan ix-xahar. Fl-aħħar Diċembru qabel bdiet il-pandemija, kienu qasmu 408,539 persuna bejn iż-żewġ gzejjer.

Dan fisser li, minkejja li t-turiżmu barrani għadu taħt il-livell ta’ qabel l-2020, it-turiżmu domestiku issa ssaħħaħ ħafna, tant li l-ammont ta’ persuni li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer f’Diċembru li għadda kien 13% aktar minn qabel il-pandemija.

Dan filwaqt li madwar 167,700 vettura użaw isservizz tal-Gozo Channel f’Diċembru li għadda kontra inqas minn 133,900 fl-2019.

Jekk wieħed iħares lejn l-2022 kollha kemm hi, din kienet sena rekord fejn jidħlu vjaġġi bejn

This article is from: