Sports
09.12.2012
35
KICK BOXING
“In-namra tieg˙i fil-kick-boxing bdiet meta kont Ωg˙ir”
Daniel Zahra
Minkejja li g˙adu Ωag˙Ωug˙ di©à kiseb isem kbir flisport tal-kick-boxing tant li hemm min iqisu b˙ala wie˙ed mill-aqwa kick-boxers fid-dinja kollha. F’Novembru li g˙adda, reba˙ ©lieda importanti li kompliet tkabbarlu l-popolarità tieg˙u f’dan l-isport. KRISTA CARUANA ltaqg˙et ma’ DANIEL ZAHRA u tkellmet mieg˙u dwar il-karriera sportiva tieg˙u u dwar is-suççessi li qed jikseb.
Kemm ilek tipprattika l-kick-boxing u kif bdejt f'dan l-isport? Ilni nittrenja l-kick-boxing g˙al dawn l-a˙˙ar ˙mistax -il sena. Innamra tieg˙i fil-kick-boxing bdiet minn meta kont Ωg˙ir g˙ax kont naffaxxina ˙afna ru˙i mill-arti marzjali u b’hekk kont nara ˙afna films. MaΩ-Ωmien ku©in tieg˙i kien jittrenja mall-‘Ying Yang Kickboxing Club’ u kien ˙e©©i©ni biex nibda nittrenja dan l-isport. Mill-ewwel kien og˙©obni u b’hekk bqajt immur nittrenja sa minn età Ωg˙ira. Kemm tqatta ˙in tit˙arre© kuljum? Meta ma jkollix xi kompetizzjoni fil-qrib normalment nittrenja madwar 3 darbiet fil-©img˙a. Kull sezzjoni tat-ta˙ri© iddum madwar sag˙tejn. Filwaqt li meta l- kompetizzjoni toqrob g˙al tlett xhur nibda nittrenja kuljum u nΩid fil-˙in billi nittrenja iktar minn darba kuljum. X'inhuma dawk il-fatturi li jag˙mlu kick-boxer tajjeb? Ma teΩisti l-ebda teknika partikolari biex wie˙ed ikun kick-boxer tajjeb g˙aliex kul˙add g˙andu l-istil tieg˙u. Madanakollu na˙seb li hu importanti ˙afna li jkollok flessibilità tajba, kowç serju li jmexxik fid-direzzjoni t-tajba, determinazzjoni qawwija u objettiv çar ta’ fejn tixtieq li tasal fil-futur. Óadt sehem f'diversi kompetizzjonijiet li w˙ud minnhom kienu presti©©juΩi ˙afna g˙al dan l-isport. Xi tg˙idilna dwarhom? Kull kompetizzjoni li kelli g˙alija huma presti©©juΩi ˙afna g˙ax f’kull kompetizzjoni titg˙allem xi ˙a©a imma l-iktar li huma ta’ pre©ju il-kompetizzjonijiet ta’ meta bdejt nikkompeti fil-livell ta’ kick-boxer professjonali. Fil-jiem li g˙addew inti rnexxielek tirba˙ ©lieda importanti ˙afna. Kif kienet din l-esperjenza? Din kienet kompetizzjoni bejn sitt atleti Maltin kontra sitt atleti IrlandiΩi fejn fiha ksibna suççess g˙al Malta g˙aliex minn sitta konna ˙amsa li rba˙na. F’din il- kompetizzjonji jien ˙ri©t sodisfatt ˙afna g˙aliex irnexxieli nag˙mel knock-out mall- ewwel rawnd. Ta˙seb li dan l-isport qieg˙ed jing˙ata biΩΩejjed importanza fuq baΩi lokali? Niftakar li meta bdejt dan l-isport ma kienet teΩisti l-ebda tip ta’ prominenza lejn il-kick-boxing. Illum l-importanza lejn din iddixxiplina kibret ftit iktar iΩda xorta mux biΩΩejjed. Personalment nistenna ˙afna iktar u li dan l-isport jing˙ata l-istess importanza b˙alma jing˙ataw dixxiplini sportivi o˙rajn g˙aliex meta nipparteçipaw fix-xena internazzjonali inkunu qed nirrapreΩentaw lil Malta b˙al atleti o˙ra. Finalment g˙andek xi ˙olma partikolari li tixtieq twettaq b'rabta mall-kick-boxing? Il-˙olma tieg˙i hi li jkolli iktar ˙in biex nittrenja ˙alli nkun nista’ nwettaq iktar kompetizzjonijiet internazzjonali.