KUNSILL LOKALI PEMBROKE B’kollaborazzjoni ma’ Pembroke Athleta Athletics & Triathlon Il‐Kunsill Lokali Pembroke, jixtieq jinforma lir‐residenti li ser jorganizza Fun Run ta’ 1.2km, Mixja ta’ 3km u Ġirja għall‐gost bir‐roti ta’ 2.4km b’konnessjoni ma’ JUM PEMBROKE. Ir‐Residenti tal‐lokal ta’ Pembroke, skejjel u għaqdiet sportivi huma mistiedna li jipparteċipaw. Persuni oħra minn barra il‐lokal huma mistiedna ukoll li jieħdu sehem.
DATA: Il‐Ħadd 3 ta’ Lulju 2016 ‐ ĦIN: Mixja fit‐8.30am ‐ Fun run fit‐8.45am ‐ Ġirja bir‐Roti fid‐9.00am. Post: Pembroke Athleta Sports Club – Triq Tunis. Il‐Fun Run/Mixja/Ġirja bir‐Roti huma miftuħa għal kull eta’.
Il‐Fun Run ta’ 1.2km tibda mill‐Klabb Sportiv ta’ Pembroke Athleta, tkompli fi Triq Tunis, għal Triq William Harding, iddur fuq il‐lemin, Triq Emanuel Decelis, iddur fuq il‐lemin u fuq ix‐xellug biex tispiċċa fil‐Klabb ta’ Pembroke Athleta. Il‐Mixja ta’ 3km tibda mill‐Klabb Sportiv ta’ Pembroke Athleta, għal Triq William Harding, Triq il‐Mediterran, iddur fuq ix‐xellug għal Triq Henin, Skola Primarja Pembroke, għall‐Austrilia Hall, ddur fuq ix‐xellug fi Triq Alamein, tgħaddi minn ħdejn il‐Kunsill Lokali Pembroke, għal Triq Normandy, għal fuq ix‐ xellug Triq Medjez u lemin fi Triq Tunis u tispiċċa fejn il‐klabb Pembroke Athleta. Il‐Ġirja bir‐Roti ta’ 2.4km (żewġ dawriet) tibda mill‐Klabb Sportiv ta’ Pembroke Athleta, tkompli fi Triq Tunis, għal Triq William Harding, iddur fuq il‐lemin, Triq Emanuel Decelis, iddur fuq il‐lemin u fuq ix‐xellug biex tispiċċa fil‐Klabb Pembroke Athleta. It‐toroq kollha ser ikunu igwidati.
Data ta’ l‐Għeluq: It‐Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016. Parteċipazzjoni għal Fun Run/Mixja/Ġirja bir‐Roti huma b’XEJN. Tistgħu tikkuntatjaw: Kunsill Lokali Pembroke: 2137 2111 Victor Camilleri Tel: 2143 3452 jew Mob: 9925 5595 Ser tingħata midalja/ċertifikat u borża b’xi affarijiet żgħar lill‐finalisti kollha. L‐applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill‐Kunsill Lokali Pembroke waqt il‐ħin ta’ l‐uffiċċju jew lis‐Sur Victor Camilleri – 80, Mirammiti, Triq Sgħajtar, Naxxar, NXR 3312. Hija opportunita’ għall‐membri kollha tal‐familja kbar u żgħar biex jieħdu sehem f’din il‐Fun Run, Mixja u Ġirja bir‐roti bħala ċelebrazzjoni għal Jum Pembroke. Ejja u ħu Gost !!!!
‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐aqta’‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐‐ Immarka X : Fun Run ta’ 1.2km ___ jew Mixja ta’ 3km___ jew Ġirja bir‐roti 2.4 km ____ Isem u Kunjom:
Indirizz:
Indirizz eletroniku:
Data ta’ Twelid:
Tel/Mob:
DIKJARAZZJONI: Niddikjara li jiena fiżikament tajjeb/tajba li nipparteċipa fil‐fun run/mixja u ser nosserva r‐regoli tal‐fun run. Mhux ser inżomm responsabbli l‐organizzaturi jew l‐isponsors jekk ikun hemm xi aċċident fiżiku, telf jew aċċident ieħor li nġarrab b’konsegwenza tal‐parteċipazzjoni tiegħi fil‐Fun Run/Mixja/ġirja bir‐roti, li ser ssir fit‐ 3 ta’ Lulju 2016 f’Jum Pembroke.
__________________
Firma
Firma tal‐Ġenitur għall‐applikanti taħt it‐18‐il sena
____________________________