Il-Belt Victoria, September-December 2021, No 204

Page 1

NEWSPAPER POST ISSN 123456689 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

. SETTEMBRU-DICEMBRU 2021

1

NRU 204

DIVO GEORGIO PATRONO

Ix-xbieha tal-George Cross fuq l-ilwien tal-Bandiera Nazzjonali, fil-Mixegħla tal-Qaddisin Kollha fi Pjazza San Ġorġ , 31 ta՚ Ottubru 2021 (disinn ta՚ Joseph Cauchi). ritratt: Matthew Mifsud


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

EDITORJAL

2

X’INTOM TISIMGĦU?

F’dawn l-aħħar xhur, mat-tibdil fir-riedni tad-Djoċesi Għawdxija, l-Isqof Anton Teuma iddeċieda li fil-bidu tal-mandat tiegħu jfassal u jattwa Pjan Pastorali li, bħal oħrajn qablu, għandu l-għan li jindirizza aħjar il-ħajja u l-missjoni talKnisja llum. Kif anki spjegat f’wieħed mill-artikli f’din l-edizzjoni, il-Pjan Pastorali jinsab fl-aqwa tiegħu. Dan il-Pjan hu maqsum f’diversi partijiet. L-ewwel waħda kienet dik tat-talb. Nhar il-Festa tar-Rużarju ngħata bidu għalih permezz ta’ Velja bit-talba tar-Rużarju filparroċċi kollha ta’ Għawdex magħquda flimkien, fosthom il-Bażilika tagħna. Parti oħra importanti ta’ dan il-Pjan tinkludi l-eżami tal-kuxjenza. L-iskop hu dak li l-gruppi kollha jiltaqgħu u jirriflettu

dwar ħajjithom u jiskopru l-għan talgrupp fid-dawl tal-Vanġelu. Fil-laqgħa l-parteċipanti jwasslu l-ħsibijiet u jaqsmu l-esperjenzi li jkunu għaddew minnhom. Forsi għal xi gruppi fi ħdan il-parroċċa ma hix sitwazzjoni li ssir ta’ spiss din li tiltaqa’ apposta biex tanalizza u taqsam l-esperjenzi tiegħek ma’ ħaddieħor fuq l-operat tal-grupp u dak tal-parroċċa. Filwaqt li din il-fażi hi ta’ għajnuna għat-tmexxija tad-Djoċesi biex tifhem aktar il-polz ta’ kull parroċċa, hu importanti li nkunu dejjem widnejna miftuħa għal dak li qed jiġri madwarna u nkunu reattivi għar-realtajiet li filparroċċi dejjem jinbidlu u jevolvu. Nifhmu li fuq ir-rispons tal-eżami tal-kuxjenza ser jitfasslu policies li

d-Djoċesi Għawdxija ser taddotta għassnin li ġejjin. Għalhekk, dak li wieħed għandu jisma’ jrid jirrifletti l-ispettru kollu tal-parroċċa. Mhux biżżejjed li tisma’ u tibbaża fuq idea, viżjoni jew kategorija waħda. Is-sehem u l-vuċi ta’ kulħadd iridu jingħataw piż, minn tfal żgħar sa membri kbar u anzjani. Il-Knisja hi realtà ta’ persuni b’esperjenzi u ħiliet differenti, karattri diversi, opinjonijiet varji, imma lkoll magħqudin u mħeġġin mill-ispirtu wieħed tal-Vanġelu, biex ngħixu ta’ veri Nsara. Nitolbu biex fi tmiem il-Pjan Pastorali għad-Djoċesi tagħna, ilkoll nisimgħu u nixtarru dejjem, ħalli noffru spazji u opportunitajiet għal kull min irid ikompli jikber fil-fidi tiegħu.

DONAZZJONIJIET: Joseph Schembri (Ħal Tarxien) – €7.50

Għal min jixtieq, kull ħarġa dejjem tkun disponibbli f’verżjoni diġitali fuq: • www.stgeorge.org.mt • www.facebook.com/stgeorge.org.mt

IL-BELT VICTORIA hi l-pubblikazzjoni maħruġa mill-Bażilika ProtoParrokkjali ta’ San Ġorġ, bl-għan li twassal il-messaġġ Kristjan u aħbarijiet oħra talparroċċa lill-membri tal-komunità parrokkjali mifruxa mal-erbat irjieħ tad-dinja. L-ewwel ħarġa ġiet stampata fl-1981 wara deċiżjoni li ttieħdet f’seminar parrokkjali fi Frar ta’ dik is-sena, bl-inizjattiva tal-Arċipriet Mons. Emanuel Mercieca. Mitbugħa għand A&M Print, il-Qala, Għawdex. Francesco Pio Attard, Andrew Formosa, Noel Micallef BORD EDITORJALI

INFORMAZZJONI

Il-fehmiet tal-kontributuri mhux bilfors jaqblu ma’ dawk tal-Bord Editorjali

FOTOGRAFIJA

Joe Attard, Andrea Camilleri, Toni Farrugia, Andrew Formosa, Joseph J.P. Zammit

KUNTATT

Uffiċċju Parrokkjali, Bażilika San Ġorġ, Triq il-Karità, il-Belt Victoria VCT 1200, Għawdex www.stgeorge.org.mt | Leħen il-Belt Victoria, 104FM


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Jekk ikollna nwieġbu għal din il-mistoqsija, naħseb li kollha kemm aħna tal-inqas nagħżlu jew li nibqgħu l-istess jew li niġu għall-aħjar. Ikun hemm min forsi jagħżel li jispiċċa l-faqar fid-dinja, iżda żgur mhux se jagħżel li jsir fqir hu. Ikun hemm min jagħżel li jfiqu l-morda kollha, iżda żgur mhux se jagħżel li jitgħabba bil-mard hu. Ikun hemm min jagħżel li fid-dinja u f’familtu ssaltan il-paċi, iżda żgur mhux se jmur jgħix qalb ilġlied u l-ostilità. U b’dan qed inkunu ħafna ġenerużi, għaliex ħafna drabi meta l-bniedem ikollu f’idejh ftit poter, dejjem ikun ittentat li jagħżel biss dak li jaqbel lilu biex jikber hu ’l fuq minn ħaddieħor. Kristu li jista’ kollox (pantokrator) x’jagħżel? Fil-jiem sbieħ tal-Milied niċċelebraw lil Alla li jista’ kollox bħala ‘Alla magħna’. Dan Alla fil-qawwa kollha tiegħu jagħżel li biex isalva lill-bniedem isir bniedem bħalu. Il-qawwa kbira tiegħu dehret fostna mhux tant bil-forza jew affarijiet li jiġbdu l-attenzjoni, iżda permezz tal-kenosis: id-deċiżjoni li hu bħala Alla li jista’ u jmexxi kollox (pantokrator) tneżża’ minn kollox u ċċekken u sar bniedem. Hi deċiżjoni li tmur assolutament kontra kif jaħseb il-bniedem. Kristu ma qagħadx jara x’se jirriskja. Ma qagħadx iqis u jsib garanziji biex żgur ma jitlef xejn. Hu li għandu l-qawwa li jagħmel kollox, għażel it-triq li jiċċekken u jerfa’ fuqu l-mard u d-dnub. Hu li jgħammar fissebħ, niżel u sar bniedem fil-bżonn ta’ kollox. Kif jgħid Pietru fl-Ewwel Ittra tiegħu, “Kristu… bata għalikom u ħallielkom eżempju biex timxu fuq il-passi tiegħu” (2:21). Jien u int Il-festi tal-Milied ġabu spirtu ta’ ferħ u xewqa li wieħed jagħti. Iktar ma nimmeditaw fuq dan il-Misteru tal-Inkarnazzjoni iktar hemm ċans li ma nibqgħux iggranfati mal-ftit poter fqir li kull wieħed u waħda minna għandna. Iktar ma nħarsu lejn l-għana tal-faqar ta’ Kristu, iktar inkunu lesti li niftaqru minn dak li minn barra jidher qawwi imma fil-fatt iżommna fil-jasar. Meta nimxu fuq il-passi ta’ Kristu nibdew naraw l-affarijiet b’mod differenti. Il-prijoritajiet tagħna jibdew bil-mod il-mod isiru isbaħ u ikbar, u dak li qabel konna naħsbu li kien l-iktar importanti jibda jitlef il-qawwa tiegħu, sewwasew kif inkantaw dejjem qabel il-Barka Sagramentali: “u quddiem ir-riti ġodda suriet qodma jispiċċaw”. Ġesù jurina sbuħija ogħla li bħala bnedmin qatt ma nimmaġinaw li se nsibuha fil-faqar. Il-Pantokrator fil-Kappella Biżantina Fl-aħħar jiem ta’ Diċembru kxifna l-ogħla parti tal-mużajk tal-Kappella Biżantina: il-Pantocrator. Fl-ogħla parti hemm

MESSAĠĠ

X’TAGĦŻEL KIEKU TISTA’ KOLLOX?

3

L-Arċipriet Joseph Curmi isaltan Kristu li jista’ kollox u li jmexxi kollox, li bil-ħarsa ħanina tiegħu li timxi miegħek iwasslek tidħol f’dan il-misteru tant kbir ta’ Alla li juri li jista’ kollox proprju għax jagħżel li jiċċekken. Il-Kristjani bdew ipinġu lil Kristu b’dan il-mod malli ma kienx baqa’ t-theddida tal-persekuzzjonijiet. Ix-xbieha talPantocrator prattikament baqgħet issir bl-istess mod għal dawn l-aħħar 1,600 sena. Il-pożizzjoni tal-idejn turi li għandu xi ħaġa importanti x’jgħid, kif ukoll hi l-ġest tal-barka. L-ittri fil-ġnub tar-ras huma “IHCOYC [Ġesù] XPICTOC [Kristu]” imqassra. Is-sbuħija tad-deheb turi proprju dan il-kobor ta’ Alla. Iżda biex wieħed jidħol fil-fond ta’ dan il-misteru jrid jimmedita fuq il-ktieb tad-deheb: il-Kelma ta’ Alla mgħallma minn Kristu. Hu għalhekk li Kristu għandu f’idu l-ktieb. Kristu hu mdawwar minn disinn li jixbah lil qawsalla, li juri li hu Alla fuq sfera ikbar, ogħla u lil hemm mill-bniedem. Iżda fl-istess ħin għażel li juri l-wiċċ tiegħu lill-bniedem. Sejħa sabiħa Ejjew inħallu l-misteru ta’ Kristu li jiċċekken u jsir tarbija jmexxi lil qalbna. Ejjew nagħrfu kemm inkunu marbuta meta nħallu l-loġika tax-xitan tmexxina. Ejjew nilqgħu l-istedina li nagħrfu l-eżempju li Kristu ħallielna u nimxu fuq il-passi tiegħu filpoteri u fid-deċiżjonijiet iż-żgħar ta’ ħajjitna, għaliex il-Kelma ta’ Alla f’dawk trid issalvana.


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

KRONAKA

4

Settembru – Diċembru 2021

ALBUM MILL-ĦAJJA PASTORALI

1. Is-Sibt 9 ta’ Ottubru nżammet fil-Bażilika l-ewwel minn żewġ velji, li biha fetħet l-ewwel fażi tal-Pjan Pastorali Djoċesan li kkonċentrat fuq it-talb. Membri minn kategoriji differenti tal-Parroċċa talbu r-Rużarju waqt Velja Marjana quddiem ix-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima, bir-riflessjonijiet qabel kull posta jsiru minn saċerdoti mid-diversi knejjes u żoni tar-Rabat. 2. Il-Proġett parrokkjali Fejn hu ħuk? kompla billi ttratta l-Opra tal-Ħniena marbuta mat-tema tal-Imġewwaħ, fejn Patri Marcellino Micallef ofm u Louis Mallia mis-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt Valletta, filquddiesa tas-7.00pm tas-Sibt 23 ta’ Ottubru tkellmu dwar din il-pjaga mxerrda wkoll f’pajjiżna. 3. It-tieni velja ta’ talb fil-Bażilika bħala parti mill-Pjan Pastorali nżammet is-Sibt 30 ta’ Ottubru, b’rabta masSolennità tal-Qaddisin Kollha, fejn saru riflessjonijiet u talb imnebbħa mill-ħajjiet tal-qaddisin.

1

4. Għat-tieni sena konsekuttiva l-Ħadd 31 ta’ Ottubru ma’ Għawdex kollu nżammet il-Mixegħla tal-Qaddisin Kollha. Taħt xita qliel, il-Parroċċa Ġorġjana xegħlet bix-xemgħat fl-art fi Pjazza San Ġorġ ix-xbieha talGeorge Cross fuq l-isfond abjad u aħmar tal-Bandiera Nazzjonali, disinn maħdum minn Joseph Cauchi. 5. Fil-11 ta’ Novembru t-tfal li qed jitħejjew għall-Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina żaru s-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex u ġew imdawra mis-seminaristi, waqt li fis-sala isfel saret laqgħa għall-ġenituri mill-psikologu Dr Michael Galea. 6. Id-Djaknu Gabriel Vella qed jorganizza diversi attivitajiet għall-abbatini, bħalma kienet dik tal-horse-riding fit-13 ta’ Novembru.

2

7. Patri Etienne Gilson ofmconv mexxa mument ta’ talb għat-tfal tal-Preċett u l-Griżma bi tħejjija għasSolennità tal-Immakulata Kunċizzjoni, fil-Knisja talPatrijiet Konventwali, nhar il-Ħamis 2 ta’ Diċembru. 8. Il-quddies tan-Novena tal-Milied din is-sena tmexxa minn saċerdoti differenti tal-Parroċċa, u d-Djaknu Gabriel Vella għamel il-ħsieb ta’ kuljum f’rabta mat-tema Inlibbsu lil Ġesù Bambin. Din intemmet b’rappreżentazzjoni drammatika sabiħa mtellgħa milladolexxenti tal-Gruppi 23four, li wkoll kellhom Novena għalihom filgħodu mmexxija mill-Arċipriet fiċ-Ċentru Parrokkjali.

3


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

5

6 4

5

8

7


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

ATTWALITÀ

6

“X’INTOM TGĦIDU?”

L-EWWEL FAŻIJIET TAL-PJAN PASTORALI DJOĊESAN

Antoinette Saliba “X’intom tgħidu bejnietkom?”, staqsa Ġesù liż-żewġ dixxipli li minn Ġerusalemm kienu sejrin lura lejn ir-raħal tagħom Għemmaws wara li rawh imut imsallab. Dawn iż-żewġ dixxipli kienu mtaqqlin u ddiżappuntati għax dak Ġesù li kien issaħħarhom b’kulma kien jgħid u jagħmel, issa m’għadux magħhom u għalihom kien spiċċa kollox. Aħna wkoll, bħad-dixxipli ta’ Għemmaws, inħossuna qalbna maqtugħa u ma nafux x’se naqbdu nagħmlu f’sitwazzjonijiet ibsin f’ħajjitna. Barra minn hekk, min jaf kemm-il darba gergirna u għidna: ‘Kieku jien l-Isqof jew l-Arċipriet, nagħmel hekk…’. U b’dan f’moħħu l-Isqof tagħna Anton Teuma, sena wara li sar Ragħaj ta’ din id-Djoċesi, ħareġ bl-idea ta’ pjan pastorali dinamiku bil-motto X’intom tgħidu? Biex ikun jista’ jitwettaq dan il-Pjan, bħal dan iżżmien sena ilu l-Isqof beda jifforma Grupp Organizzattiv magħmul minn diversi saċerdoti u lajċi impenjati, bl-għan li flimkien iħejju mixja u attivitajiet differenti għal matul is-Sena Pastorali 2021-2022. Inħoloq ukoll grupp ieħor – is-segreteriji pastorali b’żewġ rappreżentanti minn kull parroċċa. Dawn il-persuni jservu ta’ ħolqa bejn il-Grupp Organizzattiv, l-Arċiprieti jew Kappillani, u l-membri talħmistax-il parroċċa li għandna fid-Djoċesi. Fil-grupp imsemmi hemm ukoll membri mill-parroċċa tagħna, waqt li s-segreterija parrokkjali hi magħmula minn Lucy Borg, Josette Cremona u minni. L-Isqof, flimkien mas-Segretarju Pastorali Dun Daniel Sultana, minn Mejju li għadda ’l quddiem beda jżur il-parroċċi kollha ta’ Għawdex biex jispjega kemm lill-presbiterji parrokkjali u lil-lajċi l-iskop tal-fażijiet differenti ta’ dan il-pjan. It-Talb Wasal Ottubru, u mal-ftuħ tas-Sena Pastorali fil-Festa tarRużarju dħalna fl-ewwel fażi ta’ dan il-Pjan Pastorali – il-fażi tat-talb. Tħejjiet talba apposta biex tingħad fil-knejjes kollha ta’ Għawdex. Din it-talba tqassmet ukoll fid-djar biex il-familji jkunu jistgħu jgħiduha flimkien fi djarhom. Ġiet ippreparata wkoll talba iktar sempliċi għat-tfal biex tingħad waqt illezzjoni tal-katekiżmu. Fil-knejjes kollha saret velja ta’ talb b’rabta mal-Festa tal-Madonna tar-Rużarju, u fl-iskejjel ukoll sar talb mat-tfal u l-adolexxenti. Sadattant, anki l-mixjiet l-oħra ta’ gruppi fil-Parroċċa kienu mistiedna jirriflettu fuq din it-tema. Insemmu, bħala eżempju, il-mixja tat-tfal u l-ġenituri fil-quddiesa li ssir apposta għalihom il-Ħadd fl-10.00am, li qabdet temi mill-Vanġeli tal-Ħdud u qed torbothom mal-mixja tal-Pjan Pastorali. F’din l-ewwel fażi ttellgħu wkoll filmati qosra fuq il-mezzi soċjali tal-Parroċċa jfissru modi differenti ta’ kif tista’ titlob. F’Novembru saret it-tieni velja ta’ talb bi tħejjija għas-Solennità tal-Qaddisin kollha.

Din il-fażi ġiet fi tmiemha mal-għeluq tas-Sena Liturġika billi saru tliet ċelebrazzjonijiet differenti: waħda għat-tfal firRotunda tax-Xewkija, mixja għaż-żgħażagħ mis-Santwarju tal-Kunċizzjoni fil-Qala sas-Santwarju Ta’ Pinu (b’waħda mill-waqfiet ta’ riflessjoni tkun fil-Bażilika tagħna), u ċ-Ċelebrazzjoni prinċipali fuq iz-zuntier tal-istess Santwarju Ta’ Pinu. Dawn kollha saru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Kristu Re. Nisimgħu l-Kelma ta’ Alla Fl-Avvent tajna bidu għat-tieni fażi tal-Pjan Pastorali, b’riflessjoni mis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Tqassam ktejjeb bħala sussidju b’riflessjonijiet profondi għal kull ġurnata talerba’ ġimgħat ta’ dan iż-żmien liturġiku, anki bi preparazzjoni għall-Festa tat-Twelid ta’ Ġesù. L-istess materjal kien aċċessibbli wkoll onlajn. Tħejjew ukoll skemi li setgħu jintużaw waqt l-omeliji tan-Novena tal-Milied. L-Eżami tal-Kuxjenza Wasalna issa fit-tielet fażi tal-Pjan. Matul Jannar u Frar, ilgruppi kollha li hawn fil-parroċċi kif ukoll f’komunitajiet oħra qed jiġu mitluba jiltaqgħu biex jirriflettu dwar ħajjithom u l-għan tal-grupp li qegħdin fih. Imma dwar din il-fażi u fażijiet oħra tal-Pjan Pastorali nitkellmu fid-dettall darb’oħra. Il-mixja tal-Pjan Pastorali hi wkoll f’armonija ma’ dik tasSinodu tal-Isqfijiet iggwidat mill-Kardinal Mario Grech, u li qed jittratta t-tema tant importanti tas-sinodalità fil-Knisja. Nixtieq nagħlaq b’appell lil dawk kollha li jixtiequ jkunu Nsara ta’ veru. Ippruvaw apprezzaw iktar l-attivitajiet li jsiru għalikom fil-Parroċċa billi tattendu. Niftakru li wara kull attività jkun hemm involuti ħafna nies u ħafna xogħol. Xi kultant nistħajjel lil San Ġorġ jistaqsi fejn huma dawk il-mijiet ta’ Ġorġjani li fil-ħmistax tal-Festa jiġu bi ħġarhom mimlijin ħeġġa u entużjażmu!


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

ATTWALITÀ

SAĊERDOTI ĠORĠJANI LI QED JAQDU L-KNISJA UNIVERSALI (3)

7

In-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Alfred Xuereb (1)

L-aktar fost is-saċerdoti tagħna li ilu msiefer b’mod permanenti huwa Mons. Alfred Xuereb, li llum qed jaqdi lill-Knisja universali fil-ministeru ta’ Arċisqof u Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja. Dan wara għadd ta’ snin ta’ ħidma fisservizz tal-Papiet fil-Vatikan, fejn kien ukoll Segretarju ta’ Benedittu XVI u Franġisku. L-esperjenza saċerdotali tiegħu barra minn xtutna hi waħda twila u għanja, u allura se jkun qed jirrakkontaha f’żewġ ħarġiet. Ilni ngħix barra mid-Djoċesi ta’ Għawdex għal dawn l-aħħar 37 sena. Ftit qabel l-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħi kont urejt lill-Isqof ta’ dak iż-żmien, Mons. Nikol Ġ. Cauchi, ixxewqa li mmur bħala qassis f’art tal-missjoni. Fis-Seminarju kont għal xi żmien Segretarju tal-Grupp Missjunarju u tul is-snin tal-formazzjoni kont inżomm kuntatt regolari ma’ wħud mis-saċerdoti Għawdxin fidei donum li kienu l-Brażil. Bl-għaqal speċjali li kellu, l-Isqof Cauchi kien qalli li, waqt li ma riedx iħassarli l-ħerqa missjunarja li kelli, ħassu fid-dmir iħeġġiġni biex inkompli nitrawwam filformazzjoni tiegħi billi nagħmel ħidma pastorali f’Ruma. Aktar tard issuġġerieli nistudja t-Teoloġija Spiritwali, li filfatt wettaqt fl-Istitut speċjalizzat, it-Teresianum, immexxi mill-Karmelitani Skalzi. Wara seba’ snin bħala Viċi-Parroku, l-ewwel erbgħa filParroċċa tan-Natività ta’ Ġesù, qrib San Ġwann Lateran, u mbagħad fil-Parroċċa ddedikata lis-Santissmu Sagrament, qrib Villa Gordiani, kont ġejt ikkuntattjat mis-Segreterija Ġenerali tal-Università Pontifiċja Lateranensi biex nokkupa

l-kariga ta’ segretarju tar-Rettur li kien għadu kif inħatar. Niftakar kont bżajt li din il-ħidma tal-iskrivanija kienet se ddgħajjef l-entużjażmu pastorali li kont akkwistajt fiż-żewġ parroċċi li kont fihom. Għalhekk, waqt li kont nagħmilha ta’ segretarju tar-Rettur, kont aċċettajt li nkun wieħed mill-formaturi esterni tas-sena propedewtika tas-Seminarju Maġġuri tal-Lateran u noffri wkoll servizz bħala konfessur straordinarju tas-seminaristi. Fil-Ħdud kont immur inqaddes u nqarar fil-Parroċċa ta’ San Mario u sħabu martri, li tinsab fil-periferija tal-belt lejn ix-xaqliba tal-Castelli Romani. Fi tmiem it-term tar-Rettur tal-Università Lateranensi, ġejt imsejjaħ ngħaddi għas-Segreterija tal-Istat talVatikan, u kien waqt dan is-servizz li s-Superjur ta’ dak iżżmien, l-Arċisqof Giovanni Battista Re, kien ipproponieli nagħmel esperjenza qasira fin-nunzjatura tal-Kanada, fejn kont domt madwar seba’ xhur fil-belt ta’ Ottawa. Meta rritornajt il-Vatikan, riduni mmur fil-Prefettura talCasa Pontificia, li hu d-dipartiment responsabbli millorganizzazzjoni tal-udjenzi kollha tal-Papa. Waqt li kont f’din il-ħidma fis-Segreterija talPrefett ġejt mitlub ukoll inkun Prelato di Anticamera biex nakkumpanja għand il-Papa lil dawk li kien ikollhom Udjenza Privata miegħu. Kont qed naħseb li xogħli kien li nwassalhom sal-bieb tal-Bibljoteka privata tiegħu u nistenniehom barra biex nerġa’ nakkumpanjahom lura, imma qaluli li kelli nibqa’ dieħel fis-sala fejn kien ikun hemm ilPapa u nippreżentahomlu. Dan is-servizz tani x-xorti li niltaqa’ sikwit mal-Papa Ġwanni Pawlu II u aktar tard mal-Papa Benedittu, imma wkoll ma’ diversi Kardinali, Isqfijiet u Kapijiet ta’ Stat. Fost dawn tal-aħħar tlieta minnhom kienu Maltin bħali: De Marco, Dun Alfred waqt il-ħidma tiegħu fil-Palazz Appostoliku fi żmien il-Papa Ġwanni Pawlu II. Fenech Adami u Abela.


8

SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Il-pjan ta’ Alla fuqi kompla juri ruħu meta l-Papa Benedittu XVI talabni nkun it-tieni segretarju tiegħu u mmur ngħix fl-Appartament Pontifiċju miegħu. Għaldaqstant, nhar il-11 ta’ Settembru 2007 ħallejt il-kamra li kelli fil-Casa Santa Marta u mort mal-Papa, li f’dak ix-xahar kien għadu fir-residenza ta’ Castel Gandolfo. Tul il-ħames snin u nofs li domt mal-Papa Benedittu kelli x-xorti nitgħallem bosta affarijiet importanti ħafna. Il-Papa kien għajn prezzjuża għall-ħajja saċerdotali tiegħi, għax barra li kien bniedem ta’ għerf kbir, kellu wkoll umiltà profonda u kwalitajiet speċjali. Il-paternità li rċevejt mingħandu kienet unika u minħabba l-karattru ħelu tiegħu mill-ewwel dħalt f’rabta sabiħa miegħu. Bosta drabi waqt l-ikel kien jistaqsini dwar id-drawwiet reliġjużi u t-tradizzjoni tagħna l-Maltin, u niftakar kien raha gustuża xħin sar jaf li aħna għandna l-Prietka tat-Tifel fil-lejl tal-Milied. Ħajti kienet inbidlet kompletament u ma domtx ma ntbaħt li ma kienx se jkolli wisq ħin għalija nnifsi. Xi ħbieb li

kienu jżuru Ruma kienu jistednuni noħroġ niekol magħhom imma ma kontx naċċetta għax parti mis-servizz tiegħi kien li nżomm kumpanija lill-Papa anki waqt l-ikel. Il-vjaġġi appostoliċi offrewli opportunità kbira li nara mill-qrib il-ħidma tal-Papa bħala Ragħaj Spiritwali universali. Kont nammira ħafna l-isforzi li kien jagħmel biex iwettaq il-programm imħejji. Għandi bosta tifkiriet interessanti, imma se nsemmi biss dik meta tul it-titjira ta’ madwar għaxar sigħat lejn il-Messiku, ma kien irnexxielu jorqod xejn biex itaffi ftit mill-għeja tal-vjaġġ. Hekk kif niżel mill-ajruplan beda bl-ewwel attività li kienet iċ-ċerimonja uffiċjali ta’ merħba mill-President Messikan fil-preżenza tal-awtoritajiet ċivili, militari u reliġjużi. Mill-ajruport sarresidenza fejn konna ser noqogħdu f’dawk il-ġranet, il-Papa baqa’ bilwieqfa fuq il-popemobile għal madwar siegħa u nofs, ibierek in-nies li nġemgħet fuq iż-żewġ naħat matul it-triq. Hekk kif wasalna sab folla kbira tistennieh barra r-residenza u waqaf għal ftit isellem. Xħin daħal, xtaq jinġabar jistrieħ fil-kamra, imma kien hemm delegazzjoni ta’ isqfijiet Messikani tistennieh għaċ-ċena. Kont nammirah nara l-isforzi kbar li kien jagħmel biex ikompli ma’ kulħadd minkejja l-għeja kbira li kien ikollu fuqu. Fost il-vjaġġi pastorali kien hemm wieħed li kellu tifsira speċjali ħafna għalija, jiġifieri dak f’Malta mis-17 sat-18 ta’ April 2010. Ħassejtni kburi li stajt nakkumpanja lill-Papa f’art twelidi u l-Maltin u l-Għawdxin ma naqsux li jilqgħuh bi tjubija liema bħalha kif kienu għamlu missirijietna ma’ Pawlu ta’ Tarsu meta l-ġifen li kien fuqu tfarrak fuq is-sikka. Lura lejn ilVatikan, il-Papa semma kemm-il darba l-vjaġġ li għamel f’Malta u kien jieħu gost jisma’ l-kummenti pożittivi li kienu jaslulna dwaru. Fis-snin tas-servizz mal-Papa Benedittu jibqa’ mnaqqax għal għomri l-mument li fih sejjaħli fl-istudju privat tiegħu biex jgħarrafni Fiż-żjara tal-President ta’ Malta Guido De Marco lill-Papa Ġwanni Pawlu II. bid-deċiżjoni li jħalli l-Ministeru Petrin. Ħassejtni mifxul u hu kien ittenda. Għal darba darbtejn tennieli li kont se mmur malPapa l-ġdid. Ftit jiem wara, waqt Konċistorju Pubbliku, Benedittu XVI ħabbar lid-dinja kollha li fit-8.00pm tat-28 ta’ Frar 2013 kien se jintemm il-Pontifikat tiegħu u jissejjaħ Konklav biex jiġi elett Papa ieħor. Kulħadd jiftakar ix-xeni ta’ qsim il-qalb li kienu ġew trasmessi fuq it-televiżjoni bit-tluq tal-Papa Benedittu mill-Vatikan u t-titjira bil-ħelikopter abjad lejn ir-residenza ta’ Castel Gandolfo. Ilqniepen tal-knejjes kollha ta’ Ruma flimkien ma’ dik tal-Campidoglio, daqqew mota biex jagħtuh l-aħħar tislima. Taħtna, fil-Pjazza ta’ San Pietru, mit-tieqa tal-ħelikopter stajna naraw folla mdaqqsa xxejjer lill-Papa b’turija ta’ radd il-ħajr. Bħal Segretarju tal-Papa Benedittu XVI.

jissokta fil-ħarġa li jmiss...


PRIETKA TA’ SANT’ANDRIJA TA’ KRETA (C. 650–C. 712, 726, 740) DWAR SAN ĠORĠ MARTRI …jaqbad mill-ħarġa li għaddiet

Hekk kienet it-taqbida li twassal lejn ir-rebħa: kien hemm dawk li (minkejja li ebda kavallier ma seta’ jirbaħ lil Ġorġi) riedu li r-raġel qaddis jitlef. Iżda, min-naħa l-oħra, il-ħsieb kien li hu mhux biss isalva ruħu, imma wkoll li f’kull taqbida tassew siewja tiegħu jħalli xi eżempju salvifiku. B’hekk ukoll dak li kien qed imexxi t-taqbida qaddisa, Ġesù Kristu, kien ukoll jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-bniedem ġust waqt ittaqbida tiegħu. Il-martri, mela, rebaħ tassew, filwaqt li min kien qed jistinka biex oħrajn jintilfu, hu stess wasal għattelfa. Imbagħad, l-ispirti ċelesti u l-kori tal-bnedmin ġusti kantaw l-innijiet u faħħru biċ-ċapċip u bl-ilħna tagħhom ’l Alla, l-awtur ta’ dik it-taqbida. U Kristu, is-Sultan waħdieni ta’

SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

9

SAN ĠORĠ

“ENCOMIUM IN SANCTUM MARTYREM GEORGIUM” (3)

Traduzzjoni ta՚ Mons. Ġużeppi Gauci kulħadd u dak li jifli u jipperfezzjona kull taqbida, ta l-kuruna ta’ glorja singulari lill-atleta tiegħu, filwaqt li fetaħlu beraħ issaltna kollha. L-għadu, ix-xitan, ra dan kollu u mtela b’rabja kbira, b’ħeġġa mimlija għira, bi fjammi ta’ nar imkebbsa, u (kif qal David), beda “jgħażżaż snienu u jtertaq qalbu. Imma x-xewqa tal-ħżiena tibqa’ bla temma” (Salm 111:10). Jixraq, mela, li nagħtu daqqa t’għajn lill-wisq makakk dragun li soltu jiftaħar bil-ġisem u d-demm, tassew ferħan u mkabbar bih innifsu, filwaqt li jtenni dak li qal is-sultan talAssirja: “Bis-saħħa ta’ jdejja għamilt dan; u bl-għaqal tiegħi, għax moħħi jilħaqli, neħħejt il-fruntieri tal-popli u ħtaftilhom ġidhom u bħall-ġorf niżżilt lis-slaten. U idi, bħallikieku sabet bejta, ħatfet ġid il-popli. Bħalma jiġbru l-bajd mitluq, jien ġbart l-art kollha bla ma ħadd ċaqlaq ġwenħajh jew fetaħ ħalqu kontrija. Inqiegħed il-fidi tiegħi fuq is-sħab tas-sema u nkun nixbah lill-aktar għoli” (Iż 10:13-14). Tassew, għadu bħal dan u ta’ kobor immens kellu jara dak iż-żagħżugħ ittradut, u mżeblaħ ħafna u tassew imħawwad, tant li ma kellux x’jagħmel aktar. Kien tassew imnikket li dak kollu li sar millbniedem ta’ Alla kien meqjus bla sens u bla tifsira. Għax l-istess martri offra atti kbar u ċerti ta’ ħniena anki lil dawk li qeda b’ħidmietu fl-eżerċtu. U billi dak is-suldat għaref f’idejh kellu t-tixrid tal-istess ħniena, ma nesiex jinqeda biha wkoll mal-għedewwa tiegħu billi ħawdilhom ħsibijiethom u b’hekk huma nqdew bl-istess rebħa tiegħu biex ġisimhom seta’ jbaħħar hieni lejn il-port kalm tas-salvazzjoni. Ma ħalliex għajnejh jingħalqu u lanqas xfar għajnejh jiċċajpru, lanqas tilef żmien sakemm wasal biex fosthom iwaqqaf post u tabernaklu għal Alla veru. Ma riedx jeħles mill-mewt tal-ġisem biex ikun jista’ jasal għall-qawmien glorjuż. Ma waqafx jitqabad bil-qawwa għax kien qed jisma’ leħen l-Imgħallem u l-Għarus tiegħu jgħidlu: “Sewwa, qaddej tajjeb u fidil: int kont fidil fil-ftit u jien se nafdak fuq ħafna; idħol filhena ta’ sidek” (Mt 25:21). Kien tassew xieraq li jseħħ fil-martri Ġorġi, imwaħħad kif kien mal-għarus Kristu, dak li fl-Għanja tal-Għanjiet inkiteb dwar l-għarusa ta’ Kristu, il-Knisja, li tagħha l-wisq għażiż martri kien membru tal-ġisem sabiħ: “Ejja, minn fuq il-Libanu, għarusa tiegħi” (Għan 4:8), għax mhux biss bil-grazzja, iżda wkoll b’riħat il-fwieħa tal-għemejjel tiegħek Alla għamlek il-maħbub u l-għarus tiegħu u hu stess tgħaxxaq bil-mewt tiegħek li għamlet minnek vittma perfetta li ntlaqgħet minnu bħal fwieħa mill-ifjen. U jekk ikun hemm xi ħadd li jgħid li semmejt il-Libanu minħabba dak l-għoġol tal-Libanu u s-superstizzjonijiet talidoli li minnhom warrbet dik ir-ruħ qaddisa tal-martri Ġorġi u ħaffet tiġri lejn il-Mulej Alla nnifsu bħal Missier li, filwaqt li fetaħ l-inbid meħtieġ, bl-akbar tjubija u ħlewwa leħħen dan il-kliem: “Ejja minn fuq il-Libanu, għarusa tiegħi” (Għan 4:7),


10 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

ikun qed jagħmel sewwa għax ħafna huma dawk li fissru dan il-kliem bl-istess mod, mingħajr ma tbiegħdu mill-verità. Minħabba f’hekk, ruħ il-martri jixirqilha wkoll li tisma’ millistess Mulej Alla: “Kollok sabiħa, maħbuba tiegħi, u tebgħa fik ma hemmx” (Għan 4:7). Dan kollu jsib l-eku tiegħu fi kliem Kristu: “Jien ukoll nistqarr li jien miegħu quddiem l-anġli u quddiem Missieri li hu fis-smewwiet” (Mt 10:32). X’hemm isbaħ minn dan it-tifħir, meta hu l-istess Imħallef li se jfaħħru meta jiġi għall-ġudizzju? X’hemm isbaħ minn dan it-tifħir meta dak li se jagħmel il-kontijiet se jkun hu stess li jistqarr lil min għandu d-dejn miegħu, u lil dak li sa dakinhar kien meqjus ħati minn niesu jistiednu jidħol miegħu fil-ferħ dejjiemi tiegħu? Dan hu dak li l-Profeta stqarr meta mar għand Għeli u, bil-ġurament ħalef: “Din hi kelma talMulej… inweġġaħ lil min iweġġaħni” (1 Sam 2:30). Hekkhu, Ġorġi l-werriet ta’ Alla, werriet ma’ Kristu Alla, u iben Alla, imfaħħar u msebbaħ bil-kbir. Dan hu li tqabad sewwa u, ’il fuq mill-istess liġi, irċieva l-ħlas xieraq. “Jien għadni persważ li t-tbatijiet ta’ issa ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina” (Rum 8:18); f’dawk l-aktar li ssaffew bid-demm u kienu jixbhu għalkollox lis-sagrifiċċju ta’ Kristu. U, allura, lil min se niċċelebra u, aktar u aktar, nammira? Lil dak li f’din il-ħajja tal-ġisem wera ruħu jixraqlu dik ilgrazzja kollha tant li żamm fih innifsu ’l Alla u bir-raġun kollu xerred demmu għalih, jew lil dak li tant imlieh bil-qawwa tal-grazzja u għamlu tassew xieraq li fost il-bnedmin jirċievi grazzja bħal din? Min hu dak li mhux ta’ min jammirah fuq kollox? Min hu dak li ma jibqax tassew mgħaġġeb bil-ħidma kbira tal-imħabba divina fin-natura tal-bniedem? Aħna dnibna u ma kienx jixirqilna l-maħfra u bqajna nixxennqu għal dak kollu li kieku konna niggustaw fil-ġenna. Imma Kristu bis-sabar tiegħu waqt tbatijiet mill-akbar ħadha minn kull naħa kontra dawk l-għedewwa li lilna xeħtuna fin-niket. Għalhekk, ħalluni ngħid li dak kollu li aħna kellna nbatu, batieh hu u bil-mewt tiegħu ħallas għall-mewt tagħna kif kien xieraq. Issa, tassew, min-naħa l-oħra, mhux biss jilqa’ lil min ma jixraqlux u jgħammar f’dawk li jitqabdu sewwa u jgħinhom waqt l-istess taqbid, imma wkoll jagħtihom ilkuruni tas-sebħ u jxerred fuqhom l-aqwa doni “li widna qatt ma semgħet u għajn qatt ma rat” (Iż 64:3), u lanqas “qatt ma tnissel f’qalb il-bniedem” (1 Kor 2:9), u li l-istess Arkanġli jixxennqu li jarawhom.

Hekk huma dawk li lilhom Alla jħallas sewwa għax ibatu minħabba fih: huwa wkoll isejħilhom werrieta tiegħu, u wkoll, dak li hu aktar tal-għaġeb, ilesti l-ħlas u dan jagħtih mhux bħala grazzja imma bħala dejn (ara Rum 8), kif stqarr l-istess David: “Tajtni l-wirt ta’ min iqim lil ismek” (Salm 61:6), u kif għallem Pawlu, l-Imgħallem tal-ġnus, dwar il-bniedem ġust li “mhux il-bnedmin ifaħħruh, imma Alla” (Rum 2:29). It-tjubija bla tarf tal-istess Alla mal-qaddejja tiegħu hi tant kbira li mhux biss ma jitlobx lura dak li jagħti, imma fuq kollox jgħinhom u jagħtihom b’xejn doni kbar biex ikunu jistgħu jersqu lejh mhux b’nofs qalb, imma bil-fedeltà kollha. Hu stess jgħid kif qal lil Ġożwè: “Ma nħallikx, ma nitilqekx” (Ġoż 1:5). Imma mbagħad huwa tassew veru dak li qal David meta stqarr: “Jien għidt fin-niket tiegħi: ‘Qarrieq hu kull bniedem’” (Salm 115:12). Kull fejn, mela, ikun hemm xi ħadd li jgħid xi ħaġa biex jiċċelebra l-glorja ta’ Alla, ma jkun qed jgħid xejn li jixraq littifħir tiegħu. Mhux biss in-natura umana, iżda lanqas dik talewwel żminijiet jew dik tal-anġli li huma qrib ħafna ta’ Alla, ma hi kapaċi tfaħħar kif jixraq id-dinjità tiegħu. Minħabba f’hekk, dak li ma jistax jiġi mfisser bil-kliem, se niskot, biex hekk infaħħru aħjar. B’dan il-mod lill-istess Alla nqimu aħjar, milli kieku ngħid xi ħaġa dwaru li tista’ tkun imbiegħda ħafna mit-tifħir li jixraq lid-dinjità tiegħu. Imma xi ħadd jista’ jgħidli: ejjew inkomplu dwar il-martri Ġorġi. Iva, jekk l-istess Kristu kien jgħammar f’dak il-martri li tqabad, mhix xi ħaġa straordinarja jekk hu rnexxielu jeħodha kontra kruċjata sħiħa ta’ ħażen b’qalb ġeneruża u qawwija. Dan kollu ma kienx frott tal-ħidma ta’ Ġorġi, imma tal-grazzja ta’ Alla li kienet tgħammar fih, u b’hekk Alla jkun għen biex ilkundizzjoni dgħajfa tan-natura umana tintrebaħ għalkollox. U, allura, lil dak li riedni nkompli dwar Ġorġi, irrid ngħidlu: tassew, ħabib, lanqas niddubita li dak li kien jgħammar filmartri wettaq kollox bl-istess qawwa tal-grazzja tiegħu; iżda nsaqsi, min kien li wettaq fih din l-għamara? Irrid li l-ewwel tqis il-kawża li minħabba fiha Kristu għammar fih, imbagħad tkun tista’ tifhem kif, bir-raġun kollu, kollox sar bilqawwa tal-istess grazzja. Il-Mulej stess irrivelalna l-kawża bil-leħen jirbombja ta’ ibnu Ġwanni, meta qal: “Min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi… u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:21,23). U filwaqt li jsemmi l-effett ta’ din l-imħabba, ikompli: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni” (Ġw 14:21). U billi Ġorġi żamm il-kmandamenti ta’ Alla u ħarishom, fl-istess ħin ħabb lil Kristu u għamel tiegħu għalkollox lill-istess maħbub li għammar fih. Għalhekk, ladarba Kristu għammar fih, bir-raġun kollu u mhux biss bħala don, żejnu bil-grazzja tal-martirju. Billi l-istess martirju hu ħlas u qligħ mill-opri tajba, isma’ dak li qal il-Mulej stess fil-Vanġelu, kif miktub minn Marku (ara Mk 10), fejn stqarr b’mod ċar ħafna li ħlas kbir jingħata lil dawk li jibqgħu sħaħ sal-aħħar fil-persekuzzjonijiet. Għalhekk, l-ewwel u l-aqwa ġrajja li lil Ġorġi għaqqditu mal-imħabba ta’ Kristu kienet li minn qabel hu ħejja ruħu kif jixraq biex bil-fwieħa tal-ħajja safja tiegħu seta’ jilqa’ fih lil Kristu, minkejja li kien għadu ta’ età żagħżugħa u kellu l-kariga setgħana ta’ tribun tal-eżerċtu (dan kollu mhux faċli li jintlaħaq minn bniedem li jkun f’sitwazzjoni bħal din). Imbagħad, filwaqt li b’qalb ġeneruża xxennaq li jasal għat-


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 11

taqbida, wera ruħu lest għaliha billi qassam ġidu kollu lillfoqra. Min-naħa l-oħra, bil-għaqal kollu talab ukoll l-għajnuna lil dak li kien dejjem miegħu, lil Kristu. B’hekk, mimli fiduċja, telaq lejn it-taqbida li kien se jagħmel biex jixhed għal Kristu. Hawnhekk dehru b’mod ċar il-kwalitajiet li sawru r-rieda sħiħa ta’ Ġorġi meta għamel din l-għażla tiegħu: fosthom ta’ min isemmi l-ħajja safja tiegħu, il-fidi dejjem ċerta u soda, id-dispożizzjoni tiegħu biex ibati kull xorta ta’ persekuzzjoni, u l-qalb umli tiegħu. B’dan kollu xejn aktar sublimi ma seta’ jsir, anki jekk dan ma kienx jidher, biex dak li jkun juri l-qawwa tal-imħabba ta’ Alla li kienet taħdem fih. Meta offra ruħu b’sagrifiċċju, hu wera l-aqwa att ta’ mħabba li min-naħa l-oħra kien tassew intgħoġob minn Kristu, u bilmiftuħ laqgħu fih innifsu għax bir-raġun kollu hu lilu biss ħabb. Minħabba f’hekk, qabel ma daħal għat-taqbida, meta diġà kien imħejji għaliha bla ebda biża’ mit-tbatijiet, hu ġie inkurunat bħala rebbieħ, billi dejjem kellu qribu bħala l-aqwa għajnuna lil Ġesù Kristu. U dan Ġesù, li kien jaf sewwa l-ħtijiet kif ukoll id-dgħufija tan-natura umana tagħna, u wkoll kien jagħraf sewwa t-taħsir u s-suppervja li għalihom kienet miġbuda ruħna, qatt ma fada għalkollox fil-fidi tagħna li ma jmurx jiġrilna li ninħakmu minn dawn it-tnejn, jiġifieri mid-dgħufija li twassalna għal dak li ġara lil Pietru (ara Mt 26), jew mis-suppervja li tagħmilna żguri minn dak li naħsbu dwarna nfusna kif għamel dak ilFariżew kburi (ara Lq 18), billi bħalu nitkabbru bina nfusna. Min-naħa l-oħra lanqas għamel kollox hu, biex ma jmurx jiġri li nħossuna inutli u b’hekk nibqgħu fil-ħażen tagħna. Hekk ukoll, kif għidt qabel, hu kiseb is-salvazzjoni tagħna b’dan kollu skont il-qies tal-fidi li hemm f’kull persuna, u minħabba f’hekk, meta huma jitolbuh ixerred id-doni tiegħu, u meta jintalab, jinstab, u lil dawk li jħabbtu, jiftħilhom beraħ l-għejun tal-ħniena divina tiegħu, u lil dawk li jkunu mġarrbin, joffri l-ħarsien u l-qawwa li jkunu jeħtieġu. Fuq kollox hu d-difensur ta’ dawk li għażlu għalihom infushom li jbatu xi ħaġa għalih u ma jħalliniex niġġarrbu aktar milli nifilħu, iżda jaħseb biex mat-tiġrib jagħtina l-qawwa u l-għajnuna biex inkunu nifilħu għalih (ara 1 Kor 10:13), u mbagħad jagħtina l-kuruna perfetta tas-sabar. Imma wkoll, min minna minħabba dgħufitu jħossu marbut ma’ dak li hu tad-dinja u tal-ġisem, u jħossu mgħobbi b’ħafna tebgħat tad-dnub, ikun jista’ jeħles minnhom bl-għajnuna qawwija tas-Sema. Għalhekk jaqbel li nibżgħu u niddeċiedu, għax mhux sewwa li nħossuna tant fis-sod kontra kull tentazzjoni li tinqala’. Imma hu meħtieġ li bla waqfien inħarsu l-kmand divin: “Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib” (Mt 26:41). Dak li jgħid “ishru u itolbu” ma jrid xejn aktar ħlief li nagħrfu l-bluha tagħna u fl-istess ħin nitolbu dejjem l-għajnuna divina. Anki San Pietru (ara Mt 26) spiss kien jiftaħar li se jagħti ħajtu għal Kristu, imma billi qatt ma fittex l-għajnuna ta’ Kristu bit-talb, l-ispirtu tiegħu ta’ ħeġġa u ta’ għaġla ġie mfixkel mid-dgħufija tal-ġisem li rebħet fuq il-ħeġġa tal-ispirtu. Kien għalhekk li l-Mulej dar lejh u qal: “Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid: imma l-ġisem dgħajjef” (Mt 26:41); bħallikieku ried jgħidlu: Hu għalhekk li teħtieġu l-għajnuna tiegħi. Għalhekk, aħna f’kollox nitolbu lill-istess Kristu, Salvatur u Ħellies tagħna, bl-interċessjoni ta’ dan il-glorjuż u dejjem magħruf Martri, li wasal għat-trofew ta’ rebħa tassew kbira u sabiħa: irrid ngħid, permezz ta’ Ġorġi, nitolbu ’l Alla biex

fina titwettaq dejjem ir-rieda tiegħu kif isir fis-Sema. Nitolbu biex ħsibijietna u r-rieda tagħna jkunu ħaġa waħda miegħu u ma’ dawk tas-Sema, jiġifieri, biex fina titkompla dik is-sejħa divina li minn fostna l-Iben għamel lill-Missier meta wriena li jridna nkunu ħaġa waħda miegħu: “Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina… jiena fihom u inti fija” (Ġw 17:21,23), biex ikunu perfetti fl-istess mod, jiġifieri, f’dak li hu ta’ Alla. B’hekk, filwaqt li hu jgħammar fina, u jżommna marbutin miegħu bl-istess rabta ta’ mħabba kbira, inkunu nistgħu nwettqu fina dak li jingħad fl-Għanja tal-Għanjiet: “Żammejtu, u le ma nitilqu” (3:4), filwaqt li hu jagħmel fina dak li wiegħed lil Ġożwè: “Ma nħallikx, ma nitilqekx” (Ġoż 1:5). Hu żgur li qatt ma jħallina waħedna fittiġrib, iżda jeħlisna minn kull deni u minn kull ħidma u tfixkil tal-għadu mxajtan, li jnebbaħ it-taħsir ta’ ruħna. Alla hekk għamel dakinhar meta ħeles lil San Ġorġ Martri minn ħafna persekuzzjonijiet. U aħna, flimkien miegħu nissieħbu mal-kori tal-anġli biex inkantaw għalenija: “Ħajjitna bħal għasfur ħelset mix-xbiek tan-nassaba. Ix-xibka tqattgħet u aħna ħrabna. L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej li għamel is-sema u l-art” (Salm 123:7-8). Is-saltna u s-setgħa li ssalvana fi żmien il-qtigħ ta’ qalb minn ħadd aktar ma tiġi ħlief mill-Mulej tagħna Ġesù Kristu, tassew Alla u Feddej tagħna, li bih u flimkien miegħu jsaltan u jingħata qima l-Missier tal-istess saltna u l-Ispirtu s-Santu, l-awtur ta’ kull ħajja: lilhom kull glorja, ġieħ, unur u qima, kobor u eternità, issa u għal dejjem ta’ dejjem. Amen.


SAN ĠORĠ

12 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

John Cremona Jekk wieħed jistaqsi lil persuni minn madwar id-dinja biex isemmu re minn tal-passat talIngilterra, x’aktarx li l-aktar wieħed li huwa magħruf huwa r-Re Neriku VIII. Dan mhux biss minħabba x-xiżma minn mal-Knisja Kattolika u l-Papa, iżda wkoll minħabba r-relazzjoni mqallba tiegħu mas-sitt nisa li żżewweġ u li wħud minnhom spiċċawha ħażin. Imma qabel dan kollu, ir-Re Neriku VIII kien re intelliġenti li fost l-oħrajn ippubblika ktieb bħala difiża tas-seba’ Sagramenti biex jirribatti t-tagħlim ta’ Luteru li kien qiegħed jixtered madwar l-Ewropa, u dan wassal biex il-Papa Ljun X kien tah it-titlu ta’ ‘Difensur tal-Fidi’, titlu li baqa’ jintiret mirrejiet u rġejjen tal-Ingilterra sal-ġurnata tal-lum. L-armatura tar-Re fit-Torri ta’ Londra Waħda mill-aktar oġġetti importanti fl-Armerija tat-Torri ta’ Londra hija bla dubju ta’ xejn l-armatura maħduma għar-Re Neriku VIII u ż-żiemel tiegħu. L-armatura tagħti stampa ċara tal-istatura tar-Re fis-sena 1514-1515 meta kellu 23 sena u x’aktarx ingħatatlu b’rigal fl-okkażjoni tal-ewwel żwieġ tiegħu ma’ Katerina ta’ Aragona. L-armatura hija kompletament miksija b’disinni li jridu jwasslu messaġġ lil kull min jaraha. L-ewwel nett l-armatura fiha diversi simboli tal-warda tad-Dar tatTudors tal-Ingilterra u r-rummiena, simbolu tal-familja rjali ta’ Aragona li minnha kienet ġejja Katerina, u li kienu intenzjonati biex juru li r-Re u l-Ingilterra kellhom alleati qawwija ġodda permezz taż-żwieġ. Għal ħafna snin kien maħsub li din l-armatura kienet tappartieni lir-Re Neriku VIII, peress li f’xi żmien ġiet miżbugħa kompletament b’żebgħa sewda li kienet tgħatti d-disinni mnaqqxa fuq il-partijiet kollha ta’ din

SAN ĠORĠ FL-ARMERIJA RJALI TAL-INGILTERRA l-armatura. Meta qrib is-sena 1827 kienet qed issir riorganizzazzjoni tal-Armerija fit-Torri ta’ Londra, Sir Samuel Meyrick, li kien inkarigat minn din l-organizzazzjoni, ittenda li taħt iż-żebgħa kien hemm ħafna disinni mnaqqxa fuq l-azzar tal-armatura. Huwa bagħat il-partijiet tal-armatura biex jitnaddfu miż-żebgħa, u kif ħaseb, ħarġu bosta disinni u xeni mill-ħajjiet tal-qaddisin li kienu mnaqqxa fuq l-armatura. Fissena 1828 Meyrick ippubblika artiklu fil-ġurnal tas-Soċjetà tal-Antikwarji ta’ Londra li fih irriproduċa d-disinni li jidhru fuq din l-armatura u li Mr Lovell, is-Soprintendent tad-Dipartiment tal-Armeriji f’Enfield, esegwixxa bi preċiżjoni kbira. Protezzjoni doppja għar-Re L-armatura kienet simbolu tal-qawwa u kienet maħsuba biex toffri protezzjoni lil min kien jilbisha. Din l-armatura partikolari tagħti stampa tas-superstizzjonijiet ta’ dawk iż-żminijiet li kienet tara l-ġisem tal-ġellied protett b’mod doppju. L-armatura tal-azzar naturalment kienet tipproteġi mid-daqqiet tal-armamenti tal-għedewwa waqt battalja u kienet tipproteġi lill-ġisem b’mod fiżiku. Ix-xeni mill-ħajjiet tal-qaddisin imnaqqxa fuq l-armatura min-naħa l-oħra kienu joffru protezzjoni divina lil min kien jilbes l-armatura. F’din l-armatura nsibu diversi xeni mill-ħajja ta’ San Ġorġ u Santa Barbara, li kienu l-Protetturi tas-suldati u tal-bumbardiera u li tagħhom kienet tintalab il-protezzjoni waqt battalji u gwerer. San Ġorġ Protettur ewlieni fuq l-Armatura Naturalment, San Ġorġ jieħu prominenza kemm fuq l-armatura tar-Re u kemm fuq dik taż-żiemel tiegħu. Fuq l-armatura tas-sider tar-Re tidher xbieha kbira ta’ San Ġorġ

1


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 13

2

3

joqtol id-dragun, simbolu tar-rebħa tat-tajjeb fuq il-ħażin. San Ġorġ jidher liebes armatura bħal dik tar-Re li jinsab imnaqqax fuqha. It-taqbida jidher li kienet waħda qalila għaliex il-qaddis jidher ser jagħti d-daqqa bix-xabla wara li l-lanza mdaħħla f’għonq id-dragun tidher maqsuma fi tlieta. (ara stampa 1) Fuq l-armatura li tgħatti l-parti ta’ quddiem taż-żiemel hemm imnaqqax San Ġorġ ieħor, din id-darba, kif xieraq, riekeb fuq iż-żiemel. Kemm San Ġorġ u kemm iż-żiemel tiegħu jidhru lebsin armaturi Medjevali bħal dawk li kienu mnaqqxin fuqhom. Din id-darba San Ġorġ jidher milwi fuq iż-żiemel bix-xabla f’idu merfugħa ’l fuq biex joqtol iddragun li jidher jitkagħweġ taħt iż-żiemel. (ara stampa 2) Fuq l-armatura jidhru xeni oħra mill-ħajja ta’ San Ġorg. Xena mqanqla tidher imnaqqxa fuq l-armatura ta’ dahar iżżiemel. Turi xena fil-palazz ta’ Djoklezjanu fejn San Ġorġ, suldat qalbieni, qiegħed jiġi mixli quddiem l-Imperatur. Il-ħwejjeġ huma kollha lbies tal-perjodu ta’ meta saru d-disinni u m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-ilbies awtentiku tal-epoka li fiha seħħet il-ġrajja. Djoklezjanu jidher fuq tron liebes turbant li minnu ħerġin il-ponot tal-kuruna. Madwar għonqu għandu għonq wiesa’ tas-suf tal-ermellin u f’idu xettru, simboli tal-qawwa u r-rikkezza. San Ġorg jidher liebes bl-ilbies militari imma b’idejh marbuta, filwaqt li persuna tidher qed takkużah. Is-suldati kollha li jidhru fixxena huma lebsin ilbies militari Medjevali. (stampa 3) Jidhru wkoll xeni oħra tal-martirji ta’ San Ġorġ. F’xena minnhom jidher il-martirju tar-rota fejn San Ġorġ jidher imneżża’ mill-armatura militari u marbut ma’ żewġ roti filwaqt li Djoklezjanu jidher bilwieqfa fin-nofs jistenna lil San Ġorġ jibdel fehemtu. (stampa 4) F’xena oħra naraw lil San Ġorġ fil-martirju tal-kaldarun. San Ġorġ jidher b’idejh magħquda fit-talb ġo kaldarun tal-bronż forma ta’ barri, filwaqt li l-bojja jidhru jkebbsu u jrewħu n-nar. San Ġorġ

4


14 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

hawn diġà jidher bid-djadema ma’ rasu, filwaqt li anġlu jidher jittajjar bil-palma f’idu jistenna d-daħla ta’ San Ġorġ fil-Ġenna. (stampa 5) L-aħħar xena turi l-qtugħ ir-ras ta’ San Ġorg. San Ġorġ jidher liebes libsa tal-epoka u għarkupptejh. Il-bojja jidher bix-xabla f’idu jistenna l-kmand ta’ Djoklezjanu li jidher wieqaf bl-awtorità kollha. Madankollu, ’il fuq minn rasu jidher il-Missier Etern jistenna lil San Ġorġ fis-saltna tiegħu. Il-Missier Etern jidher b’żewġ kuruni fuq rasu u raġġi ħerġin minnu biex juru li huwa ħafna aktar potenti mill-ħakkiema tad-dinja. (stampa 6)

L-armatura għall-wiri fit-Torri ta’ Londra B’xorti ħażina, minħabba ż-żmien li għadda minn fuqha u wkoll minħabba l-użu varju tagħha, l-armatura tilfet ħafna mill-effett oriġinali tagħha. Ta’ min jgħid li l-armatura kienet indurata bil-fidda u allura kienet tilma fid-dawl taxxemx meta kienet tintlibes mir-Re u ż-żiemel tiegħu. B’xorti ħażina d-disinni mnaqqxa fuq l-armatura sofrew ħafna wkoll u allura huwa ferm diffiċli biex jistgħu jiġu ffotografati b’mod tajjeb. Allura d-disinni li Mr Lovell, is-Soprintendent tad-Dipartiment tal-Armeriji f’Enfield għamel għal Sir Samuel Meyrick aktar minn 190 sena ilu huma l-aktar rappreżentazzjoni fidila ta’ din l-armatura ta’ San Ġorġ.

6

5

HIENJA L-GŻIRA LI TQIM LILEK! Fra Ġorġ Grech osco

Lil Ġesù skoprejt minn kmieni, umli ridt ħajtek tagħtih; u bil-ħeġġa ta’ għemilek ħabbtet qalbek biss għalih.

Imħuħ dgħajfa ġieli jħaqqu illi int qatt m’eżistejt, waqt li d-dinja tqim u tfaħħar ’l-kult Ġorġjan li b’demmek fdejt.

Int twaħħadt mal-essri tagħna, imħabbitna għalik qawwija. Ma jħoll ħadd ir-rabta miegħek, qalbna, Ġorġi, bik mimlija.

Fit-taqbida kontra l-ħażen, o San Ġorġ, int ħriġt rebbieħ. Agħmel int li l-fidi tagħna ’ttina paċi, ferħ, mistrieħ.

Bl-eqdes kliem u bl-isbaħ għanja inqimuk għax inħobbuk. Xerred fuqna dik barkietek biex inkunu lkoll nixbhuk.

Meta l-qalb bil-ħajr timtela fommna jlissen kull tifħir. Meta tfur bil-gratitudni f’sema nir lejk dlonk ittir!

Bit-theddid ta’ tant tiranni, kalċi mrar xrobt int għalih. Taħt il-qofol tat-turmenti b’ħarstek bqajt imsammra fih.

F’dan iż-żmien tal-pandemija bosta nies batew qatigħ; imma fik poġġejna t-tama u int, Ġorġ, taffejt l-uġigħ.

Ħa ningħaqdu b’fehma soda, biex b’ferħ kbir kull ġieħ nagħtuh, u l-qalb tagħna ssib il-paċi għax żgur talbna jkun mismugħ.

Il-ħakem bil-qtigħ ta’ rasek lil persuntek biċċtejn ġieb. Komplut laqgħek, sħiħ fi ħdanu, Dak li fik imħabba sieb.

Inti sedqa, barka għalina, għas-snin kollha li ġejjin. ’Tina għaqal, dehen, qdusija, ħa nogħġbuk issa u kull ħin.

Kif il-mewġa le ma tista’ tieqaf tobrom lejn ix-xatt, hekk dil-qalb mimlija mħabba lejk ma tista’ tehda qatt! 18 ta’ Lulju 2021


Rinnovar estensiv fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija Wara li kienet ġiet innotata infiltrazzjoni ta’ ilma filKappella ta’ Ġesù u Marija, ġie deċiż li jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni min-naħa ta’ barra tal-istess kappella. Dawn kienu jinkludu żebgħa mill-ġdid u applikazzjoni ta’ materjal li jżomm milli terġa’ ssir infiltrazzjoni ta’ ilma. Wara kien imiss diversi interventi fil-kappella minnaħa ta’ ġew. L-ewwel parti kienet tirrikjedi l-induratura tal-kappella. Dan ix-xogħol sar peress li l-induratura preċedenti ġarrbet ħsarat permezz tal-infiltrazzjoni talilma. Saret ukoll induratura ġdida f’postijiet fejn ma kinitx saret qabel, sabiex il-kappella jkollha dehra aktar kompluta u xierqa. Max-xogħol tal-induratura żdied ukoll ix-xogħol ta’ żebgħa tal-kappella kollha. Din id-deċiżjoni ttieħdet sabiex tingħata dehra aktar kumplimentari minħabba li ż-żebgħa bdiet titfarfar maż-żmien, anki minħabba l-infiltrazzjoni tal-ilma. Mat-tlestija taż-żebgħa, saret ukoll installazjoni ġdida ta’ illuminazzjoni tad-dawl.

PROĠETTI

MUŻAJK U RINNOVAR FIL-KAPPELLI

SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 15

Andrew Formosa


16 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Iż-żewġ kwadri – dak prinċipali ta’ Ġesù u Marija, xogħol ta’ Alessio Erardi, u dak żgħir ta’ fuq il-pittura prinċipali, li juri lill-qaddis Ġiżwita San Franġisk Borgia – ittieħdu wkoll għar-restawr għand Dun Charles Vella. Ir-restawr taż-żewġ pitturi sar permezz ta’ finanzjament tal-Fond għall-Kawżi Soċjali fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Sar ukoll rinnovar fin-niċeċ tal-istess kappella, biex issa hemm meqjuma fiha kemm l-istatwa ta’ Ġesù u Marija u kemm dik ta’ San Mikiel. Ħafna mix-xogħol ta’ restawr – fosthom dak ta’ induratura u żebgħa – kien jinvolvi sigħat u ġranet sħaħ ta’ xogħol minn voluntiera ddedikati lejn il-parroċċa. Nhar il-25 ta’ Settembru żżarma l-armar fil-kappella. Aktar tard, it-tabernaklu li kien fil-Kappella tas-Santissmu Sagrament ġie ttrasferit f’din il-kappella, minħabba x-xogħol ta’ mużajk li qed isir fl-istess kappella. Anki t-tabernaklu li hemm fl-iskannell tal-altar ta’ din il-kappella nħadmitlu kaxxa tal-fidda ġdida għal ġewwa li tħallset millbenefatturi Ġorġjani. Bidu tax-xogħol tal-mużajk Lejn l-aħħar tas-sajf il-kumpanija Mozaicon Art Studio bdiet ix-xogħol fuq il-mużajk li ser ikun qed isebbaħ il-Kappella Neo-Biżantina tas-Santissmu Sagrament. Ix-xogħol kollu tal-mużajk, mill-artisti Rumeni Alex u Anca Costenco, ma kienx qed isir fuq il-post imma kien qed jinħadem f’post ieħor biex imbagħad jiġi applikat fuq il-post. L-ewwel parti tax-xogħol tal-mużajk kienet tinkludi dik tal-iskutella talkoppla tal-kappella. Il-mużajk juri lil Kristu Pantocrator fuq stil tradizzjonali Biżantin. Nhar l-20 ta’ Diċembru żżarma l-armar ta’ madwar il-koppla peress li kien tlesta x-xogħol. Sakemm jitlesta x-xogħol kollu tal-mużajk, il-kappella ngħalqet għall-użu tan-nies. Ix-xbieha għażiża u devota tas-Santissmu Kurċifiss tqiegħdet b’mod permanenti malħajt tal-Kappellun ta’ San Pawl fin-nava tax-xellug hekk kif tidħol. It-tabernaklu bis-Santissmu Sagrament għalladorazzjoni tal-fidili tqiegħed fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija. Ix-xogħol hu mistenni li jdum madwar sentejn.


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 17

STORJA

STORJA TA’ MĦABBA:

IL-BIZZILLA TA’ SAN LAZZRU NISKOPRU U NGĦOŻŻU L-PARAMENTI SAGRI

Dr Consiglia Azzopardi

jixirqilhom kull rispett għall-ħin prezzjuż li jiddedikaw għallparamenti sagri, jafu kollox meta joħorġu u meta jintrefa’ lura kollox f’postu. Ikunu tgħallmu ħafna mingħand dilettanti anzjani li kienu jsegwu mindu tfal u hekk titrabba magħhom l-imħabba għal dawn it-teżori. Jitgħallmu wkoll billi jikkupjaw dilettanti oħra tamparhom. Imma ż-żminijiet ġabu magħhom stil ġdid ta’ ħajja; inbidel ħafna l-mod ta’ kif jinħaslu u jitnixxfu l-ħwejjeġ, kollox bil-magni, waqt li nqata’ kważi għalkollox il-ħasil bl-idejn. U xi ngħidu għadditerġenti? Mingħalina li tar-riklami huwa l-aqwa mingħajr ma niftakru x’effetti jista’ jkollhom id-diterġenti moderni fuq tessuti antiki. Il-bizzilla ta’ San Lazzru armata fuq l-Altar tar-Ripożizzjoni, Ħamis ix-Xirka 2021.

Kollox beda meta s-seminarista Samuel Aquilina ġieb sorra bit-trieħi tal-altari biex insalvawhom. Kien matul illockdown tal-pandemija fl-2020, żmien tajjeb għax kulħadd kien miġbur ġewwa u saħansitra fil-knejjes l-armar għallfesti kien limitat. Flimkien dorna waħda waħda t-trieħi mitwijin puliti min jaf kemm-il sena ilu! Ilbizzilla ta’ x’uħud, għax kienet tal-ħarir, bdiet nieżla biċċiet, bħal meta tiftaħ ktieb tal-arkivju li mat-taqlib tal-paġni jibda jċaqċaq u jimlielek imnifsejk bl-għabra tal-karta mikula bil-linka. Oħrajn li kienu għadhom jintużaw kultant f’xi festi biss kienu jidhru mhux ħażin. Fil-wiċċ kien hemm it-terħa msejħa ta’ San Lazzru, li preżentement għadha tintrama fuq l-Altar tal-Kurċifiss: “Bil-ħasil tkagħbret, u jekk ma tiġiniex ħafna flus, għalissa nirranġaw imqar din”. “Mhix kwistjoni ta’ flus imma ta’ ħin, għax xi drabi jkun jaqbel taħdem mill-ġdid milli toqgħod traqqa’. Nistudjaha bil-kwiet u nerġa’ nkellmek”, weġibtu. Il-bizzilla ta’ San Lazzru Mela nnamrajt mat-terħa ta’ San Lazzru! Mhux hekk dejjem jiġri fil-ħajja? Tieħu grazzja ma’ xi ħaġa u ma toqgħod tqis xejn aktar, la l-flus, la l-impenn u lanqas x’konsegwenzi jista’ jkun hemm. Ikun xi jkun, ridt insalvaha. Milli jidher it-terħa kienet inħaslet mhux kif suppost. Mhux tort tad-dilettanti, għax dawn

L-istorja fil-qosor Wieħed jista’ jimmaġina imma mhux lakemm jgħidulek x’ġara fil-verità! Għalhekk, l-ewwel ftaqt id-drapp minn mal-bizzilla u rġajt ħsilt kollox mill-ġdid, bil-ġentilezza u bl-idejn, f’ġurnata bnazzi tar-Riħ Fuq. Id-drapp hu talgħażel abjad fin u nixef sabiħ għar-rwieħ fejn ma tilħqux

Il-bizzilla miftuħa qed tinxef.


18 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Il-ħsara fil-bizzilla.

ix-xemx; il-bizzilla, tal-għażel ukoll, nixxiftha fuq ħġieġa kbira għad-dell, qgħadt magħha l-ħin kollu b’idejja niftaħha u nirranġalha l-pizzi u l-moski tad-disinn sakemm kien għoddha nixfet għalkollox, għaddejtha bil-blower u ħallejtha tistrieħ. Hekk stajt nistudja d-disinn u nifli bir-reqqa l-ħsara. Ilbizzilla kienet maqsuma fi tliet strixxi dritti u sett ta’ seba’ simboli li jirripetu ruħhom mat-tul kollu. Kien stil li jmur lura għall-ewwel snin tas-seklu għoxrin, jiġifieri mhux daqshekk tqil bħalma kienu l-bizzilli ta’ żmien Dun Ġużepp Diacono fis-seklu dsatax u lanqas daqshekk laxk bħalma niftakru jinħadmu fi żmienna. Kien disinn popolari ħafna fil-knejjes matul is-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945), għaliex billi s-simboli kienu jinħadmu għalihom setgħu faċilment jiġu mibdula skond il-qaddis tal-altar li għalih tkun qed tinħadem il-bizzilla. Hekk is-simboli tal-bizzilla ta’ San Lazzru huma tal-Ewkaristija billi din it-terħa oriġinarjament inħadmet għall-Altar Maġġur, u jirrappreżentaw il-PAX, iżżbul, l-għeneb, il-monogramma IHS, il-Ħaruf tal-Apokalissi, il-Pellikan u l-Ispeċi tal-Ewkaristija. Meta l-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ ġiet mgħollija għall-ġieħ ta’ Bażilika fl-1958, l-Altar Maġġur inbidel u t-terħa saret żgħira. Minn dakinhar baqgħet tintrama fuq l-Altar tal-Kappellun tal-Kurċifiss. Min kien jaħdem il-bizzilli għat-trieħi tal-altari Mhux kull min kien jaf jaħdem xi punt bizzilla kien kapaċi jaħdem għall-knisja, speċjalment is-simboli. Barra minn hekk, il-bizzilla għat-trieħi kienet tingħata lill-knisja b’xejn bla ħlas, u min kien jaħdem biex jgħix bil-bizzilla ma kienx jieħu pjaċir jidħol għal biċċa xogħol li jdum jaħdem ħafna fuqha bla ħlas.

Is-sistema ta’ kif kienu jħaddmu dawn il-bizzilli għat-trieħi spjegathieli Ġorġa Tabone ‘ta’ Gerit’ (1921-2010) f’intervista li għamiltilha ftit qabel ma mietet f’Mejju 2010. Ġorġa kienet xebba, qabla, bint il-furnar Ġorġ Tabone, li kienu joqogħdu fi Triq San Ġorġ. Fi żmienha, dawk l-inħawi, toroq dojoq u sqaqien kienu jkunu miżgħuda bil-ħaddiema talbizzilla minn filgħodu sa filgħaxija. Kien hemm ukoll kemm-il negozjant tal-bizzilla, uħud negozjanti kbar li jsiefru barra bħalma kien Toni Xuereb ‘tal-Kaċċatur’, u negozjanti żgħar, nisa jgħallmu u jħaddmu l-bizzilla biex imorru biha fil-ħwienet Malta, speċjalment wara li spiċċat il-Gwerra. Fil-qrib kien hemm il-ħanut talpittur Ignazio Scicluna magħruf bħala Nazinu, li kien imfittex għax jagħmel disinni sbieħ għall-abiti talknisja. Ġorġa stqarret miegħi li ommha kienet taħdem, imma hi qatt ma ħadmet bizzilla. Kienet tkun xogħol l-isptar u fil-mistrieħ kienet taħdem in-knitting. Id-dar kienu mħabbtin bil-forn, nies ġejjin u sejrin, u toqgħod u tqum ma ttellax fil-bizzilla. Flus kienu jaqilgħu mhux ħażin, bejn xogħol fil-forn u xogħol l-isptar jew qabla fid-djar. Kienu nies li jħobbu l-Knisja u kienu jħallsu lil min kien jaħdem il-bizzilla tat-trieħi biex jirregalawha lil San Ġorġ, lill-Katidral, lill-Qalb ta’ Ġesù, id-Duluri u postijiet oħra. Ngħidu aħna, għall-Katidral kienu għamlu sett trieħi għall-altari kollha, maħduma kollha fuq l-istess disinn minbarra s-simboli li kienu jvarjaw skond ilqaddis tal-altar. Ġorġa qalet li lill-knisja kienu jagħtuha biss il-bizzilla, imbagħad l-Arċipriet kien jixtri d-drapp u t-trieħi kienu jinħietu aktarx għand is-sorijiet. Hekk fl-Introito ed Esito 71, f. 95, tal-Parroċċa San Ġorġ, insibu li fis-6 ta’ Mejju 1924 l-Arċipriet Alfons Maria Hili ħallas £0.18.4 biex xtara “drappo per una tovaglia dell’altare del coro” (drapp għal terħa tal-Altar tal-Kor). Ħafna drabi kien jitniżżel biss fejn kien ikun hemm ħruġ jew dħul ta’ flus, il-bqija gratis għallMulej! Ir-restawr li sar fuq il-bizzilla ta’ San Lazzru Din l-istorja kollha għaddiet minn moħħi waqt li kont qed nillixxa u nimla t-toqob fil-bizzilla bħal speċi biex indewwilha l-ġrieħi. Ħsara kbira ma kienx hemm ħlief f’xi postijiet dgħajfa matul il-ħjatat fejn inħietu flimkien ilbiċċiet tal-bizzilla. L-iżjed parti mqattgħa kienet quddiem, f’nofs l-altar, fejn il-qassis dari waqt li kien ikun iqaddes wiċċu ’l ġewwa lejn is-Sagrament kien jogħrok mat-terħa tal-altar bir-rakkmu tad-deheb li kien ikollhom fuq il-pjaneta tal-Festa. Huwa fatt li l-bizzilla ta’ San Lazzru kienet waħda tal-festi. Kien imiss issa li npitter disinn eżatt bil-qies daqs ilbizzilla oriġinali, biex fejn hemm in-nieqes jew irid jinbidel ikun jista’ jinħadem mingħajr tant ma jidher. Qabbilt kemm stajt il-kulur u l-ħxuna tal-ħajt tal-għażel abjad minn żmien il-Malta Industries li lejn l-1929 kienu jimpurtaw mill-Irlanda biex jaħdmu l-bizzilli fini ddestinati għas-swieq fl-Ewropa, u ħdimt il-biċċiet tal-bizzilla li kellhom bżonn jinħadmu mill-


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 19

Narmu l-qamħ u nieklu l-karfa Il-karfa hija dak il-qxur li jtir mill-qalba talqamħa waqt id-dris. Dari l-qalba tal-qamħ kienu jitħnuha biex issir dqiq għall-ħobż u l-karfa kienu jitfgħuha taħt il-bhejjem. Hawnhekk il-qawl Malti jrid ifisser li minħabba l-injoranza narmu l-essenzjal u nikkuntentaw nimlew żaqqna bixxejn. Ifakkarni f’dak li qed jiġri fil-knejjes tagħna llum: inwarrbu l-paramenti magħmula bl-arti u s-sengħa tal-antenati tagħna biex nixtru dak li jlellex, maħdum bil-magni u m’għandu xejn mis-sagru li jixraq lit-twemmin tagħna. Meta dawn il-moderni jitkagħbru, kif se naħsluhom? Nitilquhom sakemm jikriehu u meta nixbgħu minnhom, narmuhom u nerġgħu nixtru oħrajn iktar ġodda għax għandna l-flus? Hija ħasra li din il-mentalità qed taqbad sewwa f’Għawdex tagħna u ta’ kull sena qed jiġu skartati l-bizzilli tal-imgħoddi, ma noħorġuhom qatt lanqas għal kuljum, sakemm fl-aħħar jitilqu u ma jidhrux aktar, bħalma kien se jiġrilha l-bizzilla ta’ San Lazzru. Mentri llum aħna tant kburin biha li qed nagħtuha prominenza fuq l-altar fil-festi prinċipali! Din qiegħda sservi ta’ eżempju ta’ kif salvajna teżor grazzi għall-ħidma ta’ Samuel Aquilina u sħabu mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Il-pandemija ġabitna f’sensina, għallmitna Id-differenza bejn bizzilla fi stat oriġinali (fuq) u bizzilla msewwija (isfel). nsibu l-ħin u l-paċenzja biex nistudjaw il-‘kif’ u ġdid. Is-sodisfazzjon tiegħi kien meta skoprejt li l-għarfien l-‘għaliex’ madwar mitt sena ilu kienu jaħdmu b’dan il-mod tal-bizzilla li għandna llum huwa biżżejjed biex nerġgħu l-antenati tagħna, u nitgħallmu minnhom għaliex għandna nibdew naħdmu dawk il-kapulavuri li kienu jinħadmu meta dejjem napprezzaw. l-bizzilla ta’ Malta kienet fl-aqwa tagħha.

Il-bizzilla lesta lura mat-terħa ta’ San Lazzru, Kwaranturi 2021.


ATTWALITÀ

20 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Dr Nathalie Gatt Ellis

Quddiem il-Kwartieri tal-Ġnus Magħquda ma’ żewġha Teddie u binha Riccardo.

Min jaf kemm-il darba qabel ma nsiefru l-familjari tagħna jew ħbiebna jawgurawlna l-vjaġġ it-tajjeb, u ħafna drabi hekk ikun. Iżda mhux din kienet l-esperjenza ta’ 157 persuna abbord iż-żewġ ajruplani Boeing 767 li fil-11 ta’ Settembru 2001 – 20 sena ilu – inħatfu minn terroristi affiljati mal-Al-Qaeda u ġew misjuqa għal ġot-Twin Towers fi New York. Din kienet ukoll l-esperjenza tal-familja tiegħi u xi Għawdxin oħra li nzertajna f’din il-belt dakinhar. Bħala membru tal-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika ta’ San Ġorġ kont iddeċidejt li ningħaqad mal-kumplament tal-kor, flimkien mal-mibki Surmast Joseph Vella, biex flimkien nilqgħu l-istedina li mmorru nkantaw fost oħrajn fil-famuż Lincoln Centre, kif ukoll fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, fi New York. Din l-esperjenza indimentikabbli tal-Kor bdiet fil-5 ta’ Settembru u waslet fi tmiemha fl-10 ta’ Settembru 2001. Tul dan il-perjodu, barra l-appuntamenti li kellna biex inkantaw, bosta ħadu l-opportunità biex iżuru diversi postijiet sbieħ bħall-Empire State Building u l-famużi Twin Towers. Jien u xi ftit ħbieb oħra konna ddeċidejna minn qabel li nestendu ż-żjara tagħna f’din il-belt b’ħamest ijiem oħra, u allura ħsibna li mmorru naraw it-Twin Towers wara li sħabna jkunu telqu lura lejn Malta, proprju fl-10 ta’ Settembru. Fil-11 ta’ Settembru, meta l-kumplament tal-grupp kien għadu fl-ajru fi triqtu lejn Malta, wara li qomna u ħadna l-kolazzjon, il-familja tiegħi flimkien ma’ familja oħra ddeċidejna li mmorru naraw Ellis Island u l-Istatwa tal-Libertà li tinsab fuq din il-gżira. Dakinhar il-ħsieb kien

IL-VJAĠĠ IT-TAJJEB LI MA JKUNX li nieħdu boat trip sa Ellis Island u wara mmorru naraw itTwin Towers. Għall-ħabta tat-8.30am, kif inżilna fis-sular ta’ isfel tal-Carlton Hotel f’Madicine Avenue fejn konna qed noqogħdu, ġbidt l-attenzjoni lir-raġel tiegħi Teddie li barra kien il-frisk u hu ddeċieda li jerġa’ jitla’ fil-kamra biex iġib cardigan għat-tifel biex ma jħossux il-bard. Hekk, ittardjajna b’xi 20 minuta, u kif ħriġna biex nieħdu t-taxi, ix-xufier staqsiena fejn ridna mmorru. Kif għednielu li ridna mmorru Battery Park, li jiġi taħt it-Twin Towers, dan dlonk qalilna: “No, no. Look over there!”, u pponta sebgħu lejn it-Twin Towers. Kif ħarisna lejn it-Twin Towers rajna nar kbir ħiereġ min-naħa ta’ fuq ta’ wieħed minnhom. Qalilna: “Don’t go there, it’s too dangerous!” Sadanittant, ħadd ma kien jaf eżatt x’kien ikkawża dawn in-nirien u jiena dħalt ġewwa nċempel lil ommi Malta biex inserrħilha rasha li aħna tajbin. Ommi qaltli li kienet diġà taf li ġara xi ħaġa għax rat il-flash news fuq it-televixin. Ftit wara xi ħadd qalilna li ajruplan baqa’ dieħel ġo wieħed miżżewġ torrijiet u minuti wara ajruplan ieħor daħal fit-torri l-ieħor, għalkemm aħna ma rajniehx, għajr in-nar li ħoloq. Kif wieħed jista’ jimmaġina, f’din il-belt inħolqot konfużjoni kbira; kulħadd jipprova jċempel; bdiet it-trawma li tisma’ s-sireni tal-pulizija, dawk tat-tifi tan-nar u talambulanzi jvenvnu ġo widnejk. Aħna ma konniex nafu fejn se naqbdu mmorru u mxejna lejn Fifth Avenue fejn stajna naraw sew it-Twin Towers. In-nies li kienu fid-department stores, fil-ħwienet jew fl-

Is-seminarista Tonio Galea, Dun George J. Frendo u Dun Joe Zammit fuq wieħed mit-Twin Towers.


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 21

L-awtriċi fuq l-Empire State Building b’binha Riccardo tarbija u t-Twin Towers fl-isfond.

Ritratti traġiċi li jitkellmu waħidhom!

uffiċini, kollha ħarġu barra biex jaraw dik ixxena apokalittika. Ma ninsa qatt ix-xena ta’ eluf ta’ Amerikani jibku u jsabbtu rashom. Wara ftit rajna l-ewwel torri jaqa’ u jsir trab u duħħan quddiem għajnejna. Ftit wara rajna t-tieni torri jaqa’ wkoll. Ħadd ma kien jaf eżatt x’ġara. Bdew jgħidu li kien att terroristiku u li bdew jaqbżu n-nies mit-twieqi. Aktar tard sirna nafu li ħafna ħaddiema tat-tifi tan-nar li bdew għaddejjin minn ħdejna kienu tilfu ħajjithom. Ħaġa tal-biża’ li tara lil dawn ilħaddiema sejrin isalvaw lin-nies u wara ssir taf li l-maġġoranza tagħhom mietu. Wara, ma kellniex triq oħra ħlief li nirritornaw il-lukanda għax kollox kien wieqaf. Ħadd ma seta’ jmur imkien. Lanqas il-credit cards ma stajt tuża. Ir-riħa li bdejna nxommu kienet insopportabbli. Riħa ta’ ħruq u ta’ katavri maħruqa. Il-belt li “ma torqod qatt” kienet mitlufa u mbikkija. Kontra qalbna ma stajna nagħmlu xejn ħlief nibqgħu fil-lukanda, għax ma stajna mmorru mkien. Jekk kont tazzarda tixref f’xi toroq kont tara biss nies mitlufa u oħrajn iwaħħlu r-ritratti tan-nies li kienu fit-Twin Towers u issa kienu meqjusa mitlufa. Fissema kont tara u tisma’ l-ħin kollu fighter jets għaddejjin. Taħsbek qiegħda fi gwerra. Issa ġralna li barra li t-titjiriet kollha ġew ikkanċellati, lanqas biss stajna niċċekkjaw jekk it-titjira li kellna bbukkjata biex imorru lura kinetx ser issir, għax lanqas il-linji tattelefon ma kienu qed jaħdmu. Fl-aħħar, meta qalulna li t-titjira kienet se ssir, morna l-ajruport u kif għamilna ċ-checkin infurmawna li t-titjira tħassret. Kontra qalbna rġajna morna lura l-lukanda. Talinqas tal-lukanda aċċettawna. Kuljum konna mmoru l-Ambaxxata Maltija biex inċemplu lill-qraba tagħna. L-għajnuna li tana l-Ambaxxatur Walter Balzan kienet kbira ħafna. Bqajna jumejn oħra sakemm sibna titjira oħra. Dakinhar l-Ambaxxatur ħa ħsieb li jibgħatilna l-karozzi tal-ambaxxata biex iwassluna l-ajruport u hu ma naqasx li jiġi magħna biex ikun ċert li rkibna l-ajruplan. Fis-17 ta’ Settembru wasalna lura Malta, u ħadd ma azzarda jistaqsina jekk kellniex vjaġġ tajjeb. Din l-esperjenza li xxukkjat lid-dinja 20 sena ilu ħalliet ferita kbira ġo qalbi u kull 11 ta’ Settembru ta’ kull sena terġa’ tinfetaħ mill-ġdid. Inbati meta nerġa’ niftakar u nara mill-ġdid il-filmati ta’ dik ilġrajja kerha li għaddiet minnha l-Amerika, id-dinja u aħna personali.


MILL-ARKIVJU

22 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

IL-LAQMIJIET FIR-RABAT FL-1902 (2)

MILL-ARKIVJU TAL-PARROĊĊA (7)

Toni Farrugia Mir-Reġistru tal-iStatuts Animarum tal-1902, inkomplu naraw iktar laqmijiet… LAQAM

FAMILJA

Ta’ Buneja Bonello Tal-Buttar Ellul Il-Buttar Pampanello Ta’ Butwila Meilaq Il-Buzzu Borg Bżaru Spiteri Il-Bżenguli Hili Ċaflisu Vella Taċ-Ċagħki Tabone Iċ-Ċajċu Cini Ċalapa Gatt Ta’ Ċampawl Spiteri Taċ-Ċantaruna Cassar Ta’ Ċappelli Cassar Taċ-Ċappli Borg Ta’ Ċappli Sciberras Ta’ Catania Catania Iċ-Ċatta Vella Iċ-Ċemperlin Sultana Ta’ Ċenċ Camilleri Ċensu Mannara Agius Ċensu ta’ Fixkell Abela Ta’ Ċensu ta’ Minku Vella Ta’ Ċensu ta’ Savier Gatt Ċensu tas-Seminarju Bonnici Ċensu Theuma Theuma Taċ-Ċiċċa Scicluna Taċ-Ċiċra Grech Ta’ Ċikku Buttigieg Ta’ Ċikku l-Bej Agius Ċikku ta’ Borg Cassar Ta’ Ċikku ta’ Fortun Formosa Ta’ Ċikku ta’ Pakerella Spiteri Ta’ Ċikku tal-Bieb Agius Ta’ Ċikku tal-Kaptan Cremona Taċ-Ċikkument Pace

LAQAM

FAMILJA

Iċ-Ċilagru Cefai Ta’ Ċilist Attard Ta’ Ċilist Cini Ta’ Ċilist Falzon Ta’ Ċilist Spiteri Ta’ Ċilist Tabone Ta’ Ċimċem Pisani Iċ-Ċingu Attard Taċ-Ċirimes Briffa Ta’ Ċirimes Cini Ta’ Clara Scerri Taċ-Ċmajra Borg Taċ-Ċokċok Attard Concetta tas-Sigarri Salerno Tal-Cortis Gatt Ta’ Crucifissa Grech Iċ-Ċumbu Tabone Ta’ Curmi Agius Ta’ Cusman Zammit Tad-Daħwa Grima Danir tas- Seminarju Scicluna Ta’ Dawwar Xuereb Ta’ Dawwar Mercieca Tad-Deffien Camilleri Id-Dejk Zammit Ta’ Dellis Vassallo Tad-Demusi Said Tad-Deredej Schembri Ta’ Dibattista Debattista Tad-Dillul Farrugia Tad-Dimes Buhagiar Tad-Dissisa Muscat Ta’ Dolora Debattista Dolora tal-Batut Tabone Dora Cremona Ta’ Dovik Busuttil

LAQAM

FAMILJA

Ta’ Dovina Buhagiar Ta’ Dubba Sultana Tad-Dublun Grech Tad-Dublun Vella Id-Dudu Galea Ta’ Dwardu Farrugia Tal-Eħ! Cassar Ta’ Fajenza Faenza Ta’ Fakond Farrugia Ta’ Fakond Meilaq Ta’ Fakond Scerri Tal-Fanal Gatt Tal-Fanal Pace Tal-Faragus Cutajar Tal-Farfett Said Ta’ Farina Mercieca Tal-Farun Mercieca Ta’ Fazju Camilleri Ta’ Feliċ Ħanżira Cassar Feliċ ta’ Pina Bezzina Ta’ Feliċjan Bartolo Tal-Fenek Debrincat Ta’ Fenz Micallef Tal-Ferħ Pace Tal-Ferħa Grech Tal-Ferħa Zammit Il-Fidiferru Camilleri Ta’ Finda Camilleri Tal-Fixħi Debrincat Ta’ Fixkel Caruana Ta’ Fixkel Is-Siġġu Cutajar Il-Flaġell Frendo Tal-Flejmen Cauchi Ta’ Flikki Calleja Il-Fontanier Apap Fonzu ta’ Gajtan Grech


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 23

LAQAM

FAMILJA

LAQAM

Tal-Formika Ta’ Formosa Ta’ Fortun Ta’ Fortun ta’ Tittu Ta’ Fra Lillu Ta’ Franġisk Fransuwa Ta’ Frenċ Ta’ Frenċ ta’ Dawwar Ta’ Frenċ tar-Rebekk Il-Fuħħar Funzu Il-Furnar Tal-Furnara Ta’ Gajtan Ta’ Gajtan Ta’ Gajtan Ta’ Gajtan Ta’ Gajtan tal-Mazza Ta’ Ġakku Ta’ Galjutti Ta’ Ġambublu Ta’ Ġamġam Ta’ Ġammarija Ta’ Ġampatist Ta’ Ġamri ta’ Ġampawl Ta’ Ġamrika Ta’ Ġandu Ta’ Ġann Ġanni Bob Ġanni ta’ Borg Ta’ Ġanni ta’ Ċirimes Ġanni ta’ Paċikk Ta’ Ġanni ta’ Reni Ta’ Ġannoz Ta’ Ganza Garżija Ta’ Gaxtura Ta’ Gejżu Ta’ Gejżu Ta’ Gejżu Gerella Ta’ Gerella tan-Nagħnas Ta’ Ġeremija Ta’ Gerit Ta’ Gerres Ta’ Gerres Tal-Għabjat Il-Għadmu Tal-Għaġin Tal-Għaġin Tal-Għaġina Tal-Għajn Tal-Għani Tal-Għani Tal-Għarmla Tal-Għarmla Tal-Għasfur L-Għattuq Tal-Għattuq

Borg Camilleri Formosa Buttigieg Gauci Xuereb Fleri Busuttil Xuereb Camilleri Sacco Gauci Saliba Galea Attard Bugeja Grech Pisani Buhagiar Aquilina Cremona Borg Mercieca Gatt Debono Borg Mintoff Schembri Said Cassar Cassar Briffa Theuma Apap Attard Caruana Pace Cutajar Saliba Tabone Zammit Spiteri Spiteri Buttigieg Ferriggi Grech Scicluna Grech Zahra Borg Bugeja Galea Bajada Camilleri Mifsud Debattista Farrugia Micallef Agius Briffa

Tal-Għawar Abela Tal-Għawar Cassar Il-Għeneb Attard Il-Għoqdi Grech Tal-Ġinġer Mizzi Ta’ Ġinju Attard Ta’ Giovanni Maria Gatt Tal-Ġirbi Attard Ġisomina Meilaq Tal-Giża Cassar Ta’ Ġojosu Farrugia Ta’ Ġokundu Spiteri Ġona Grech Ta’ Ġorġi Fenka Pace Ġorġi Saliba Saliba Ta’ Ġorġi ta’ Serafina Cutajar Ta’ Ġorġi ta’ Żeppita Attard Ta’ Ġorġi tad-Dispaċċ Pace Ta’ Ġorġi tal-Eħ! Cassar Ta’ Ġorġi tal-Lekk Grech Ta’ Gori Grech Ta’ Grabjel Tabone Ta’ Grez Galea Ta’ Grezju Farrugia Tal-Grixti Azzopardi Ta’ Ġulju Vella Ta’ Ġurdina Aquilina Ta’ Ġurdina Cassar Ta’ Ġużepp ta’ Lewżu Farrugia Ta’ Ġużepp ta’ Maswa Cardona Ta’ Ġużepp ta’ Pina Bezzina Ġużi l-Malti Aquilina Ġużi l-Malti Cuschieri Il-Gwak Grech Ta’ Ġwann Said Ta’ Gwieta Gatt Ta’ Gwieta Grech Ta’ Gwieta Pace Ta’ Ħabbat Agius Il-Ħabrekk Buhagiar Tal-Ħaddied Farrugia Il-Ħaddied Grech Ħafifu Attard Ta’ Ħajża Gauci Tal-Ħalib Attard Il-Ħamraman Azzopardi Tal-Ħanina Borg Tal-Ħanina Farrugia Tal-Ħanina Xuereb Tal-Ħanina Xuereb Ħarrieġa Tabone Tal-Ħarrux Mercieca Tal-Ħaruf Borg Tal-Ħaruf Saliba Il-Ħasi Portelli Il-Ħassiel tas-Seminarju Ferro Ta’ Ħaxwex Cauchi Tal-Ħess Dimech Ta’ Hili Spiteri Il-Ħoxna Spiteri

FAMILJA

LAQAM

FAMILJA

Tal-Ikalli Cefai Ta’ Ikku Vella Ta’ Inċa Cordina L-Indoratur Cutajar Indrija ta’ Hili Spiteri Tal-Ingliża Scerri Tal-Ingliża Scicluna L-Iskamp Grech Tal-Iskarpan Gauci Tal-Ispanjol Mercieca Tal-Ispar Buttigieg Tal-Ispettur Attard Tal-Ispettur Fenech L-Ispettur Gauci L-Istranek Theuma Tal-Iżbettier Attard L-Iżdil Farrugia L-Iżniek Cardona Tal-Kabur Farrugia Il-Kaċċatur Xuereb Ta’ Kalċidon Farrugia Tal-Kaffè Cassar Il-Kajju Cauchi Tal-Kaku Buhagiar Ta’ Kalanġ ta’ Ċokond (?) Camilleri Ta’ Kalanġ ta’ Mawrizju Cauchi Kalanġ ta’ Sabella Abela Ta’ Kalanġ tal-Marzalett Borg Kalaxu Saliba Ta’ Kaċidon Cordina Ta’ Kalċidon Scerri Ta’ Kalend ta’ Mawrizju Cauchi Tal-Kampar Apap Tal-Kanunku Attard Tal-Kapo Grima Tal-Kaptan Cremona Tak-Karà Formosa Karabuċċu Scicluna Ta’ Karestija Attard Tal-Karlett Spiteri Tal-Karlina Cutajar Tal-Karlina Zammit Karlu l-Ħaddied Grech Ta’ Karlu tal-Eħ! Cassar Ta’ Karmnu Attard Ta’ Karmnu ta’ Bertu Falzon Ta’ Karmnu ta’ Ġinju Attard Ta’ Karmnu ta’ Mastru Ġann Frendo Karmnu ta’ Milja Portelli Karmnu ta’ Pietru Zammit Karmnu taċ-Ċiċra Grech Ta’ Karmnu tal-Bażulli Camenzuli Ta’ Karram Attard Ta’ Karram Debattista Il-Karzier Calderone Ta’ Kass Attard Ta’ Kass Sultana Ta’ Kaxetta Sultana Tal-Kejken Attard Tal-Kejken Grech


24 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

LAQAM

FAMILJA

Tal-Kejla Cutajar Tal-Kelba Mizzi Ta’ Kelmentu Busuttil Ta’ Kħamu Buhagiar Ta’ Kħamu Buttigieg Kieli ta’ Bernard Theuma Kilinu l-Malti Borg Ta’ Koċi Dimech Tal-Kok Abela Il-Kok tal-Isptar Mifsud Tal-Kokiċ Bezzina Tal-Kokin Formosa Tal-Kompar Farrugia Ta’ Konċetta il-Qabla Scicluna Tal-Konz Caruana Tal-Kopp Muscat Tal-Kortis Gatt Ta’ Kuzzitu Said Ta’ Kozzu Cini Ta’ Kristina Borg Tal-Kromp Theuma Tal-Kunsillier Debattista Kurun Borg Ta’ Kuzzitu Mercieca Ta’ Kuzzitu Said Tal-Lagan Borg Tal-Lagan Grima Tal-Lagan Muscat Tal-Lagan Vella Tal-Laħam Cauchi Ta’ Lajċa Micallef Ta’ Lajka Micallef Ta’ Lajku Grech Ta’ Lajku Zammit Tal-Lalajja Bajada Tal-Landier Cutajar Tal-Lanzita Gatt Tal-Lanzita Zammit Ta’ Lazzru Portelli Tal-Lekk Grech Il-Lewżu Farrugia Liberat Borg Il-Librar Grech Il-Libru Gatt Tal-Linfa Masini Il-Lingi Portelli Ta’ Lippa Mizzi Ta’ Lippinu Caruana Ta’ Lippu Farrugia Il-Lixxu Pavia Ta’ Lonza ta’ Catania Cini Ta’ Luċċi Bezzina Ta’ Luċċi Theuma Ta’ Luċija Buhagiar Ta’ Luigi ta’ Patist Pace Ta’ Lunzjat Galea Ta’ Lunzjata Grech Ta’ Lunzjata Saliba Ta’ Lupu Said Ta’ Luzju Vassallo

LAQAM

FAMILJA

Luzju tat-Totur Vassallo Il-Magna Cefai Tal-Maħbuba Attard Tal-Majna Cefai Ta’ Majru Formosa Ta’ Majsè Calleja Ta’ Majsi Vella Tal-Makaw Buhagiar Tal-Manan Mizzi Ta’ Mananu Gauci Ta’ Mananu Spiteri Ta’ Manina Grech Ta’ Manini Gauci Il-Manku Galea Ta’ Manwiel Camilleri Ta’ Manwiel Casha Ta’ Marcell Grech Ta’ Marcell Tabone Marcell tal-Griek Grech Ta’ Marcella Galea Tal-Mardon Cordina Tal-Mardon Gatt Tal-Mardon Sammut Tal-Mardon Spiteri Tal-Mardon Zammit Ta’ Marianna tal-Għaġin Bugeja Marjannina Farrugia Ta’ Marju Zahra Ta’ Marozz Gauci Tal-Marzalett Borg Ta’ Masi Scerri Tal-Masrija Cini Tal-Masrija Gauci Tal-Masrija Pace Ta’ Massi Mifsud Ta’ Mastru Ġann Frendo Ta’ Maswa Cardona Ta’ Mattew Debrincat Ta’ Mattew Pace Ta’ Mattiju Spiteri Tal-Mattu Buttigieg Ta’ Mawrizju Cauchi Tal-Maxata Apap Tal-Maxata Frendo Tal-Mazz Curmi Tal-Mazza Buhagiar Tal-Mejkel Spiteri Mejkell Spiteri Il-Mejxu Cassar Tal-Melħ Sammut Il-Mellett Farrugia Tal-Mellieħi Grech Ta’ Menina Tabone Menzja Borg Ta’ Menzja Spiteri Ta’ Menzja Vella Ta’ Menzju Portelli Il-Merguli Zammit Ta’ Merilla Azzopardi Tal-Merkant Galea

LAQAM

FAMILJA

Ta’ Merqu Mangion Ta’ Messa Caruana Ta’ Messa Galea Tal-Mestizz Micallef Tal-Mettru Spiteri Tal-Mewta Grech Tal-Mewta Mercieca Tal-Mewta Scerri Tal-Midlin Saliba Tal-Midlin Schembri Tal-Migwajl Pace Il-Mikelin Galea Ta’ Mikieli Farrugia Ta’ Mikieli ta’ Belien Scicluna Ta’ Mikieli ta’ Lippu Farrugia Tal-Mikli Grech Ta’ Milħa Barbara Ta’ Milħa Borg Ta’ Mima Tabone Il-Minċott Zammit Ta’ Minka Portelli Ta’ Minku Borg Ta’ Minku Vella Ta’ Mira Said Ta’ Mira Zammit Tal-MIsħut Gatt Missierna Attard Tal-Mitħna Camilleri Tal-Mitħna Scicluna Il-Molli Borg Tal-Mumja Vella Ta’ Munda Farrugia Ta’ Munda Formosa Muni Farrugia Ta’ Murana Camilleri Tal-Murella Grech Ta’ Musa Grech Ta’ Musa Grima Tan-Nabukku Attard Tan-Naburina Gauci Tan-Nagħnas Azzopardi Tan-Nagħnas Grech Tan-Nagnag Calleja Tan-Namru Galea Tan-Namru Portelli Tan-Namru Spiteri Tan-Nar Camenzuli Ta’ Nardu Xuereb Ta’ Najzu Borg Ta’ Najzu Vella Nazju Saliba Saliba In-Nejna Scerri In-Nemusi Caruana In-Nenċ Gatt In-Nessu Tabone Tan-Newċir Cauchi Ta’ Nina Attard Ta’ Nina Cefai Ta’ Ninu Hili jissokta fil-ħarġa li jmiss...


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 25

Ġurnata bħal tal-Ħadd 3 ta’ Ottubru 2021 qajla tista’ tintesa mill-istorja tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Mhux tant minħabba l-ħruq li kkawżat il-maltempata tal-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd fis-sistema elettrika tal-Bażilika, bil-konsegwenzi kollha li segwew, u li setgħu kienu ħafna iżjed traġiċi kieku n-nar ma nqabadx fil-ħin… daqskemm għax uriet tassew x’qalb kbira għandhom il-Ġorġjani! Wara li fis-sigħat bikrija tal-lejl il-Vigarju Parrokkjali Mons. Feliċ Tabone ntebaħ bin-nar malli daħal u ssejħet l-ewwel għajnuna tat-tifi tan-nar, minn filgħodu fil-Bażilika bdiet ħidma sfiqa minn għadd kbir ta’ voluntiera li laqgħu s-sejħa tal-Arċipriet biex tiġi mnaddfa l-knisja wara n-nirien u tixrid ta’ nugrufun. Infetħet ukoll inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana, waqt li fissigħat ta’ wara żaru l-post l-Isqof Anton Teuma, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, u s-Sur Anton Tabone. Anki minn dawn il-paġni nħossu li għadna nirringrazzjaw lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u lill-Pulizija li intervenew fil-ħin biex jintfew in-nirien u jiżguraw il-protezzjoni ta’ kulħadd; lill-ħafna qlub u idejn ġenerużi ta’ tant voluntiera, fosthom ġenituri żgħażagħ, li warrbu l-pjanijiet tal-Ħadd biex qattgħu n-nofstanhar ta’ filgħodu San Ġorġ jgħinu fit-tindif biex il-Bażilika setgħet terġa’ tiftaħ għall-quddies ta’ filgħaxija; u lil tant u tant oħrajn li wrew is-solidarjetà u l-appoġġ tagħhom b’diversi modi, anki bl-għotjiet meħtieġa ta’ flus biex jagħmlu tajjeb għad-danni li saru. Dawn suppost kellhom ikunu l-jiem tal-ftuħ tas-Sena u l-Pjan Pastorali. Diffiċli taħseb f’mod aħjar kif setgħet tiftaħ din is-Sena minn din il-wirja magħquda ta’ forza minn membri tal-parroċċa minn kull età, kategorija u qasam, li issa ħejjew it-tempju biex jilqa’ l-komunità. Kienet ġurnata iebsa… imma ironikament kienet ukoll waħda mill-isbaħ, għax kixfet għal darb’oħra l-ġmiel veru tal-komunjoni Nisranija u l-qalb Ġorġjana!

ATTWALITÀ

NIRIEN TA’ SOLIDARJETÀ


STORJA

26 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Anton Farrugia

SEHEM L-ARĊIPRIET ALFONS M. HILI FL-EWWEL PARLAMENT MALTI (1)

Din is-sena Malta fakkret il-100 sena minn meta fl-1921, b’Ittri Patenti ppromulgati fl-14 ta’ April, u kkomunikati fit-30 ta’ April lill-Kunsill tal-Gvern mill-Gvernatur ta’ dak iż-żmien, Lord Plumer, ingħatat il-Kostituzzjoni ta’ Self Government.

It-Tabib Filippo Sceberras, President tal-Assemblea Leġislattiva, u Lord Plumer, Gvernatur ta’ Malta.

Din il-kostituzzjoni, li bdiet tissejjaħ il-Kostituzzjoni AmeryMilner, hi msejħa hekk għas-Segretarju tal-Istat għall-Kolonji Lord Alfred Milner u s-Sottosegretarju tiegħu l-Logutenent Kurunell L.S. Amery, li kien ġie Malta f’Awwissu-Settembru 1919 f’missjoni biex jara s-sitwazzjoni fil-pajjiż u biex ifittex soluzzjoni. Kemm dam Malta, Amery tkellem ma’ diversi nies, inklużi l-Gvernatur Plumer u t-Tabib Filippo Sceberras, dwar il-qagħda lokali, kemm politika u kemm ekonomika. Dan kollu seħħ wara li fis-7 ta’ Ġunju 1919, waqt it-tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali, imlaqqgħa wara appell li

t-Tabib Filippo Sceberras kien għamel fit-23 ta’ Novembru 1918 u ppubblikat fil-ġurnal Malta, folol kbar ta’ nies inġabru fit-toroq tal-Belt Valletta. Hemm inqalgħu rvellijiet, fejn saret taqbida bejn il-Maltin u t-truppi Ingliżi, u ntlaqtu u kienu feruti bosta nies, fosthom sfaw vittmi erba’ rġiel, wieħed minnhom Għawdxi, Ġużeppi Bajada mix-Xagħra, li kien qiegħed Malta għax f’dawk il-jiem kellu jemigra. Il-vittmi uffiċjali ta’ dawn l-irvellijiet kienu erbgħa, u dawn jinsabu midfunin fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fejn aktar tard fuq qabarhom tpoġġa monument bħala tifkira. Aktar tard kienu mietu żewġ irġiel oħra kawża ta’ ġrieħi u b’effett ta’ dawn l-irvellijiet. L-ewwel laqgħa kienet saret fil-25 ta’ Frar 1919 u x-xogħol talAssemblea ntemm f’Awwissu. F’Mejju 1921 bdiet il-kampanja elettorali bejn l-erba’ partiti li ħadu sehem f’din l-ewwel elezzjoni taħt din il-kostituzzjoni, li baqgħet taħdem, b’waqfa bejn l-1930 u l-1932, sal-1933 meta kienet sospiża definittivament. Il-partiti li kkontestaw din l-elezzjoni kienu l-Unione Politica Maltese mmexxi minn Mons. Ignazio Panzavecchia, il-Consitutional Party immexxi mill-Konti Sir Gerald Strickland, il-Partit Laburista mmexxi millKurunell William Savona, u l-Partito Democratico Nazionalista mmexxi mill-Avukat Enrico Mizzi. Dan tal-aħħar ikkontesta fuq it-tmien distrett biss, li kien jikkonsisti f’Għawdex u Kemmuna. L-elezzjoni saret fit-18 u d-19 ta’ Ottubru 1921. Kif għedna, fuq id-distrett ta’ Għawdex ikkontestaw il-Partito Democratico Nazionalista u l-Constitutional Party biss. Kien hemm erba’ kandidati tal-PDN u tliet kandidati tal-CP. Il-voti rreġistrati fuq dan id-distrett kienu 3,114. Il-voti mitfugħa kienu 2,800 u dawk validi kienu 2,791. Il-kwota kienet ta’ 559 u riedu jkunu eletti erba’ deputati minn kull distrett.

L-inawgurazzjoni tal-ewwel Parlament ta’ Malta mill-Prinċep ta’ Wales fl-1 ta’ Novembru 1921.


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 27

Il-kandidati kienu l-Avukat Enrico Mizzi, Kap tal-partit, l-Avukat Luigi Camilleri, l-Avukat Giuseppe Micallef u l-Arċipriet Mons. Alfonso Maria Hili għall-Partito Democratico Nazionalista, u l-Avukat Giuseppe Bondì, l-Avukat Lewis F. Mizzi u s-Sur Francesco Saverio Mifsud għall-Consititutional Party. Ilvoti mqassmin bejn il-partiti kienu: PDN – 2,465 u CP – 326. Ir-riżultat tal-votazzjoni kien dan:

qalbu u għamel diversi mistoqsijiet parlamentari dwar titjib fis-servizzi li l-Gvern kien jagħti f’Għawdex. Għalhekk, biex din il-ġrajja tibqa’ mfakkra, ħsibt li jkun xieraq li nġib bil-Malti, mill-oriġinal bit-Taljan (l-ilsien li dejjem uża fid-dibattiti), il-mistoqsijiet (bit-tweġibiet għalihom) u d-diskorsi li dan il-prelat għamel f’din l-ewwel leġislatura talParlament Malti. Ta’ min isemmi li b’onorarja li daħħal fit-tliet snin li għamel bħala deputat (1921-1924) hu ħallas l-apparat (kapep, tuniċelli u pjaneta) li jintuża fil-Festa ta’ San Ġorġ. L-Ewwel Sezzjoni tal-Ewwel Leġislatura – 1921-1922 Fis-27 ta’ Diċembru 1921 għamel mistoqsijiet lill-Ministri talĠustizzja, tax-Xogħlijiet Pubbliċi, tas-Saħħa u tal-Industrija u Kummerċ dwar suġġetti li jikkonċernaw il-ministeru tagħhom. Lill-Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor. il-Konti Alfredo Caruana Gatto, staqsieh: “Għandu xi oġġezzjoni l-Onor. Ministru tal-Ġustizzja li jpoġġi pulizija għassa qrib il-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria fil-Ħdud kollha u l-Festi waqt il-funzjonijiet, biex iżommu ’l bogħod il-bejjiegħa u t-tfal li bl-imġiba u l-għajat tagħhom jikkawżaw inkonvenjenza?”.

Il-Parlament kien inawgurat fl-1 ta’ Novembru 1921, fisSala ta’ San Mikiel u San Ġorġ, fil-Palazz mill-Prinċep ta’ Wales, li dak iż-żmien kien il-Prinċep Edward, iben ir-Re Ġorġ V. Dakinhar ukoll, il-Prinċep, f’isem missieru r-Re, ippreżenta l-insinja ta’ Sir (Knight Bachelor) lit-Tabib Filippo Sceberras li tant kien ħadem biex jara dak il-jum. U hawn niġu għas-suġġett proprju ta’ din il-kitba: l-Arċipriet Alfons Maria Hili. Kif għedna, l-Arċipriet kien wieħed mill-erba’ deputati li kienu jirrappreżentaw lil Għawdex. Għad li ma nistgħux ngħidu li fil-Parlament kien xi wieħed minn dawk li tkellmu ħafna, iżda dejjem kellu l-interess ta’ Għawdex għal

Il-Ministru wieġbu: “Ingħataw istruzzjonijiet lill-Pulizija biex iżommu l-ordni waqt il-funzjonijiet fil-Ħdud u l-festi qrib il-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria”. Lill-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Onor. Antonio Dalli, staqsieh: “Jaf l-Onor. Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi li fil-Belt Victoria, billi tneħħew il-kanali taħt l-art li kien hemm qabel ma sar id-drenaġġ, u ngħalqu l-ispralli li kien hemm, it-toroq ikunu mgħarrqin wara x-xita; u x’beħsiebu jagħmel biex jelimina dan l-inkonvenjent?”.

Dehra tal-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ u l-bini ta’ madwarha fl-ewwel nofs tas-seklu 20.

jissokta f'paġna 29...


KRONAKA

28 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

KRONAKA PARROKKJALI

NIFIRĦU LIL... • L-abbatini tal-Bażilika tagħna George Abela u Kurt Vella li f’Novembru ġew magħżula b’eżami biex jitilgħu jagħtu servizz ma’ abbatini oħra minn Malta u Għawdex fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Vatikan, fis-sajf li ġej u s-sajf ta’ wara rispettivament. • Il-Kan. Tonio Galea, saċerdot tal-Parroċċa tagħna, li nhar il-Ħadd 21 ta’ Novembru, Solennità ta’ Kristu Re, ingħata l-pussess bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù, fiż-żona ta’ Magliana filbelt ta’ Ruma, waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Paolo Selvadagi, Isqof Awżiljarju tas-Settur tal-Punent tad-Djoċesi Rumana. • Saċerdoti tagħna għall-ħatriet tagħhom fi ħdan ilKapitlu Katidrali ta’ Għawdex kif imħabbar fis-17 ta’ Diċembru: Mons. Giovanni Bosco Cremona bħala Monsinjur Effettiv; Dun George Borg u l-Kan. Dr Joseph Zammit bħala Monsinjuri Onorarji. Nifirħu wkoll lil Mons. Pawlu Cardona, eks Arċipriet talParroċċa tagħna, u lil Dun Franġisk Saliba, saċerdot mill-Parroċċa tal-Katidral li jagħti servizz pastorali kbir fil-Parroċċa tagħna, li wkoll ġew maħtura Monsinjuri Onorarji tal-istess Kapitlu.

INSELLMU LIL... • Toni Vella, għal bosta snin Mazzier tal-Kapitlu Ġorġjan, li miet fit-12 ta’ Novembru, fl-għomor ta’ 86 sena.

NILQGĦU FOSTNA... • Id-Djaknu Gabriel Vella, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, li minn wara s-sajf, kif assenjat mis-Superjuri tas-Seminarju, beda l-esperjenza pastorali tiegħu filParroċċa tagħna, kull ta’ Ħamis u anki fil-weekend, u minn Frar ’il quddiem residenti malArċipriet fid-Dar Parrokkjali.


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 29

KRONAKA

KRONAKA PARROKKJALI MEMBRI ĠODDA

fil-komunità parrokkjali 03/09/2021 Oliver Scott bin Bertram Farrugia u Georgine Tabone 19/09/2021 Mattias bin Michael Meilak u Moira Cassar 25/09/2021 Zane bin Ray Charles Mercieca u Francesca Debono 26/09/2021 Kayleen bint Gian-Luke Gambin u Michaela Abela 17/10/2021 Giorgio bin Stephen Tabone u Nicolette Camilleri 07/11/2021 Zane bin John Paul Borg u Melanie Buhagiar 28/11/2021 George bin James Buttigieg u Sue Ellen Mizzi

05/12/2021 Antonio bin Pierre Paul Camilleri u Daniela Sillato 08/12/2021 Eli bin Frederick Spiteri u Rebekah Attard 25/12/2021 Jacques bin Aldo Sultana u Vanessa Azzopardi

Ingħaqdu fis-sagrament

TAŻ-ŻWIEĠ

05/09/2021 Andreas Dalli u Agatha Georgene Cremona 07/09/2021 Joseph Attard u Denise Mercieca 03/10/2021 Remy Azzopardi u Gabriella Azzopardi 23/10/2021 Diego Cilia u Ilaria Agius 03/12/2021 Michael Geroge Zammit u Josianne Vella

...jaqbad minn paġna 27

Il-Ministru wieġbu: “Il-kanali li minnhom kien jgħaddi kemm materjal moqżież kif ukoll l-ilma tax-xita, kienu sostitwiti minn tubi maħsuba biss għal skopijiet ta’ drenaġġ u mhux biex jgħaddi l-ilma tax-xita. L-inkonvenjent li semma l-Onor. Rev. Sinjur jiġri biss meta t-toroq ikunu fi stat ħażin. Madankollu se jittieħdu miżuri biex dawn it-toroq issirilhom it-tiswija meħtieġa, u dan sakemm jippermettu l-finanzi”. Lill-istess Ministru staqsieh ukoll: “Jaf l-Onor. Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi li f’Għawdex kull xahar għal ħamest ijiem f’qamar kwinta l-lampi jinżammu mitfija, anki jekk għadu żmien ix-xita, b’periklu għal kull min ikun għaddej; u jekk hux beħsiebu jieħu xi miżura fuq dan?”. Il-Ministru qallu: “Il-lampi kollha tat-toroq kemm ta’ Malta kif ukoll ta’ Għawdex jinżammu mitfija għal ħamest ijiem fil-qamar kwinta. Nispera li fi żmien qasir il-Gvern ma jibqax jieħu din il-miżura”. Lill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Prof. Carmelo Mifsud, staqsieh: “Għandu l-ħsieb l-Onor. Ministru tas-Saħħa Pubblika jipprovdi li fl-Isptar u l-Ospizju ta’ Għawdex jiżdied in-numru ta’ sodod, minħabba li mhumiex biżżejjed fiċ-ċirkustanzi preżenti; u hux beħsiebu jżid is-somma li s-soltu titqassam lill-foqra bħala karità, minħabba l-kriżi ta’ qgħad ġenerali?”.

04/12/2021 Keith Joe Buttigieg u Kristabel Cutajar 12/12/2021 Jeffrey Said u Joelene Marie Azzopardi

Marru jingħaqdu ma’

KRISTU RXOXT

14/09/2021 26/09/2021 28/09/2021 03/10/2021 12/11/2021 08/12/2021 12/12/2021 22/12/2021 27/12/2021 29/12/2021 29/12/2021

Georgia Galea Grazia Grech George Vella Anthony Mercieca Antonio Vella George Attard Joseph Vassallo Giuseppa Formosa Jesualda Xerri Grace Grima Fortunata Mizzi

Nifirħu lil Coel Muscat li rċieva s-sagrament tal-Konfirmazzjoni mill-Isqof George Bugeja ofm nhar it-21 ta' Settembru 2021.

Il-Ministru wieġeb: “Il-kwistjoni taż-żieda fin-numru ta’ sodod tinsab taħt kunsiderazzjoni u nista’ niżgura lill-Onor. Deputat li se jsir dak kollu possibbli biex tingħata l-għajnuna lill-foqra sakemm ikun possibbli finanzarjament. Is-somma normalment imħollija għall-karità din is-sena żdiedet minn £355 għal £500, preċiżamet minħabba l-kriżi preżenti. Mhux possibbli għalija, minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti, li nwiegħed li ssir iżjed żieda almenu għalissa”. Lill-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, l-Onor. Avukat Ugo P. Mifsud, staqsieh: “Għandu xi oġġezzjoni l-Onor. Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ li fil-Belt Victoria jitpoġġew żewġ kaxxi tal-ittri, waħda fi Pjazza Tomba u l-oħra fi Pjazza San Franġisk, billi kulma hemm fil-belt kollha hi waħda biss fi Pjazza Reale?”. Il-Ministru wieġeb: “Id-distanza bejn Pjazza Tomba u Pjazza San Franġisk jidhirli li hi biss ta’ ħames minuti mixi għall-Uffiċċju Postali fi Triq Reale. Il-faċilitajiet addizzjonali mitluba mill-interpellant għandhom mnejn jiġu milqugħa jekk l-ispiża taż-żewġ kaxxi postali tkun approvata fl-estimi tal-1922-1923. Ma hemm ebda prospettiva li l-ispiża għalihom tkun ibbilanċjata minn żieda fil-korrispondenza, u konsegwentement fil-bejgħ talbolli”. …jissokta fil-ħarġa li jmiss


KRONAKA

30 SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

Andrew Formosa » 20 ta’ Settembru 6.30pm: Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ċċelebra l-Ewwel Għasar tas-Solennità tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika Ġorġjana. » 21 ta’ Settembru 6.00pm: L-E.T. Mons. George Bugeja ofm, Vigarju Appostoliku ta’ Tripli, mexxa Pontifikal Solenni fis-266 Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Bażilika, fejn amministra l-Griżma tal-Isqof lil Coel Muscat.

» 25 ta’ Settembru Waranofsinhar: Iżżarma l-iscaffolding li fl-aħħar xhur kien armat fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija, fejn, wara li ġiet innutata infiltrazzjoni ta’ ilma, sar restawr estensiv flinduratura, iż-żebgħa, id-dwal u l-kwadri. » 26-28 ta’ Settembru 6.00pm: Ġie ċċelebrat it-Tridu bi tħejjija għall-Festa parrokkjali ta’ San Mikiel b’quddiesa bl-omelija mill-Kan. Joe Zammit. » 27 ta’ Settembru Filgħodu: Saret ħarġa għall-abbatini f’Malta. » 29 ta Settembru 6.00pm: Il-Kan. Joe Zammit mexxa Konċelebrazzjoni solenni fil-Festa parrokkjali ta’ San Mikiel Arkanġlu. » 3 ta’ Ottubru 4.30am: Waqt maltempata qalila li ħakmet il-gżira, żviluppa nar fis-switch board li jinsab f’waħda mid-daħliet laterali tal-Bażilika. B’intervent f’waqtu, in-nar ġie kkontrollat u ġiet affettwata biss il-kamra tal-iswitch board. Il-ħruq ħalla ħafna trab iswed li infiltra fil-knisja. Aktar tard filgħodu, wara li tlesta l-aċċess mill-Maġistrat, grupp imdaqqas ta’ voluntiera ħasel u naddaf il-knisja kollha, u hekk il-quddies ta’ filgħaxija sar bħas-soltu. Sar xogħol mill-ġdid fl-iswitch board u fis-sistema tad-distribuzzjoni relatata.

MID-DJARJU PARROKKJALI

SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021

» 7 ta’ Ottubu 7.00pm: Fil-Bażilika ngħad ir-rużarju f’għaqda mal-parroċċi kollha tad-Djoċesi bħala parti mill-ftuħ tal-Pjan Pastorali Djoċesan. » 9 ta’ Ottubru 7.45pm: Saret Vejla Marjana fil-Bażilika, bis-sehem tal-katekisti, l-operaturi pastorali u l-membri tal-gruppi parrokkjali, bi tħejjija għall-Pjan Pastorali Djoċesan. » 10 ta’ Ottubru 10.00am: Waqt il-quddiesa l-Arċipriet ta l-mandat lillkatekisti tal-Parroċċa. » 11 ta’ Ottubru 7.15pm: Komplew il-laqgħat tal-kors tal-formazzjoni mibni fuq il-Kmandamenti bl-isem ta’ 10k u mmexxi minn Dun Noel Debono, kull nhar ta’ Tnejn fiċ-Ċentru Parrokkjali. 8.00pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-Grupp taż-Żgħażagħ 18+. Il-laqgħat komplew isiru kull nhar ta’ Tnejn bi żjarat mill-Arċipriet f’Malta. » 12 ta’ Ottubru 7.15pm: Beda jitlaqqa’ grupp ġdid jismu Oikos għall-koppji fl-ewwel snin taż-żwieġ, fis-Sala Parrokkjali. » 13 ta’ Ottubru 4.15pm: Bdew il-laqgħat ta’ formazzjoni għall-anzjani mmexxija mill-Kan. George J. Frendo, fil-Bażilika. 7.30pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-Grupp tal-Form 3 u dak tas-16+. Il-laqgħat komplew isiru kull nhar ta’ Erbgħa fiċĊentru Parrokkjali. » 14 ta’ Ottubru 5.00pm u 6.00pm: Bdew il-laqgħat ta’ katekeżi ta’ kull nhar ta’ Ħamis għat-tfal u l-adolexxenti li huma kandidati għassagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Konfirmazzjoni. 7.30pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-Grupp tal-Forms 4 u 5. Il-laqgħat komplew isiru kull nhar ta’ Ħamis fiċ-Ċentru Parrokkjali. » 16 ta’ Ottubru 4.30pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-abbatini tal-Parroċċa mid-Djaknu Gabriel Vella. 6.30pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-Grupp tal-Form 2. Il-laqgħat komplew isiru kull nhar ta’ Sibt fiċ-Ċentru Parrokkjali » 17 ta’ Ottubru 9.30am: Saret l-ewwel laqgħa fil-mixja ta’ formazzjoni għall-għarajjes li ħa jiżżewġu. Il-laqgħat komplew isiru kull żewġt iĦdud fiċ-Ċentru Parrokkjali. » 23 ta’ Ottubru Waranofsinhar: Il-Kurċifiss li għal dawn l-aħħar għoxrin sena nżamm għall-qima fil-Kappella Neo-Biżantina tasSantissmu Sagrament, iddendel b’mod permanenti


SETTEMBRU-DIĊEMBRU 2021 31

mal-ħajt tal-Kappellun ta’ San Pawl f’waħda min-navi talBażilika. Sakemm sar dan, il-Kurċifiss tqiegħed b’mod temporanju fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija (nhar it-22 ta’ Settembru) sakemm fil-post fejn jinsab issa laħaq twaħħal l-armar meħtieġ biex l-istatwa tkun fiż-żgur. 7.00pm: Fil-Bażilika saret quddiesa bħala parti millProġett parrokkjali Fejn hu Ħuk? – L-Imġewwaħ bis-sehem ta’ Patri Marcellino Micallef ofm li ta l-esperjenza tiegħu dwar l-inizjattiva tas-soup kitchen fil-Belt Valletta. 7.30pm: Saret l-ewwel laqgħa għall-Grupp tal-Familji, immexxija mill-Kan. Richard N. Farrugia. Il-laqgħat komplew isiru kull xahar fiċ-Ċentru Parrokkjali. » 24 ta’ Ottubru 10.00am: Reġgħet bdiet il-Quddiesa tat-Tfal u l-Familji fil-Bażilika. Waqt il-Liturġija tal-Kelma, it-tfal jinġabru fit23four Hub biex issirilhom spjega tal-qari. » 30 ta’ Ottubru 7.40pm: Fil-Bażilika nżammet il-Velja tal-Qaddisin Kollha, bħala parti mill-Pjan Pastorali Djoċesan, li fiha ġew ippreżentati l-ħajjiet ta’ xi qaddisin – fosthom San Ġorġ – u saru mumenti ta’ talb imnebbħa mill-eżempju u l-kitbiet tagħhom. » 31 ta’ Ottubru 6.00pm: Saret il-Mixegħla tal-Qaddisin Kollha fi Pjazza San Ġorġ organizzata mill-Ministeru għal Għawdex madwar illokalitajiet kollha. Il-mixegħla mħejjija mill-voluntiera talParroċċa tagħna din is-sena kienet tirrappreżenta lil San Ġorġ fuq iż-żiemel bl-isfond tal-Bandiera Maltija u l-George Cross. » 9 ta’ Novembru 6.00pm: Mons. Tarċisju Camilleri, Vigarju Ġenerali, mexxa Konċelebrazzjoni Solenni fil-Festa tad-Dedikazzjoni talLateran. » 11 ta’ Novembru 5.00 u 6.00pm: Il-psikologu Dr Michael Galea mexxa żewġ laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tal-Preċett u l-Griżma, fis-Sala tas-Seminarju Maġġuri, bit-tema tar-relazzjonijiet bejn ġenituri u wliedhom. Fl-istess ħin it-tfal mal-katekisti ġew imdawra mas-Seminarju mid-Djaknu Gabriel Vella u s-seminarista Wallace Camilleri. » 13 ta’ Novembru Filgħodu: L-abbatini kellhom ħarġa f’Għawdex fejn għamlu attività ta’ horse-riding. » 18 ta’ Novembru Filgħodu: Il-membri tal-Presbiterju Parrokkjali ltaqgħu flimkien f’Marsalforn u żaru wkoll ix-xogħol fuq il-mużajk għall-Kappella Neo-Biżantina. Wara, ingħaqdu magħhom is-seminaristi għal ikla flimkien. » 21 ta’ Novembru Filgħodu: Il-Kan. Tonio Galea ngħata l-pussess bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù, fiż-żona ta’ Magliana fil-belt ta’ Ruma, waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Paolo Selvadagi, Isqof Awżiljarju tas-Settur tal-Punent tad-Djoċesi Rumana. » 27 ta’ Novembru 7.00pm: Fil-Bażilika saret quddiesa bħala parti mill-Proġett parrokkjali Fejn hu Ħuk? – L-Għeri bis-sehem ta’ Dun Martin

Micallef mid-Dar tal-Providenza u Dr Miriam Sciberras milLife Network Malta. » 2 ta’ Diċembru 5.15pm: Il-psikologu Dun Joseph Farrugia, responsabbli għas-Safeguarding of Minors Gozo, mexxa laqgħa għallġenituri tat-tfal tal-Preċett u l-Griżma, fis-Sala Parrokkjali, dwar it-tema tal-ħarsien tal-minuri, waqt li t-tfal kellhom mument ta’ talb għalihom fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali quddiem l-Immakulata Kunċizzjoni, li tmexxa minn Patri Etienne Gilson ofmconv. » 11-12 ta’ Diċembru Sar bake sale organizzat mill-Grupp 23four permezz ta’ booking onlajn. » 13 ta’ Diċembru 8.00pm: Fil-Bażilika nżamm il-kunċert tal-Milied mill-Kor tat-Tfal Piccole Stelle tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. » 15-23 ta’ Diċembru 6.00pm: Inżammet in-Novena tal-Milied fil-Bażilika, bilquddies immexxi minn diversi saċerdoti tal-Parroċċa, u l-prietki mid-Djaknu Gabriel Vella. It-tema kienet Inlibbsu lil Ġesù Bambin f’rabta mal-Proġett Fejn hu Ħuk? Din kienet tinkludi fi tmiemha l-kant tal-Alma u l-Barka Ewkaristika. L-Alma tkantat minn Luke Spiteri u Joseph Attard. Fl-istess ġranet, l-adolexxenti kellhom Novena għalihom immexxija mill-Arċipriet filgħodu kmieni fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia. » 17 ta’ Diċembru Tħabbru nomini ġodda fil-Kapitlu Katidrali, fosthom ta’ tliet qassisin tal-Parroċċa: Mons. Giovanni Bosco Cremona nħatar Monsinjur Effettiv, filwaqt li Dun George Borg u l-Kan. Dr Joseph Zammit inħatru Monsinjuri Onorarji. » 20 ta’ Diċembru 8.00pm: Sar kunċert Barokk tal-Milied bħala parti millVictoria International Arts Festival imtella’ mil-Le Jardin Musical fil-Bażilika. » 21 ta’ Diċembru 8.00pm: Sar kunċert mill-BrassTubes bħala parti millVictoria International Arts Festival fil-Bażilika. » 22 ta’ Diċembru Wara li tlestiet l-ewwel parti tax-xogħol ta’ mużajk filKappella Neo-Biżantina tas-Santissmu Kurċifiss millkumpanija Rumena Mozaicon Art Studio, dik li turi lil Kristu Pantocrator, iżżarma l-armar ta’ madwar il-koppla tal-kappella. Waqt dan ix-xogħol, is-Santissmu Sagrament qed jinżamm fil-Kappella ta’ Ġesù u Marija. » 24 ta’ Diċembru 11.30pm: L-Arċipriet mexxa t-talb tas-Salmi u wara Konċelebrazzjoni Solenni tal-Lejl Qaddis tal-Milied. IlPrietka tradizzjonali tat-Tifel saret mill-abbati Fulvio M. Valenti. » 25 ta’ Diċembru 11.00am: L-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex u Dekan tal-Kapitlu Ġorġjan, mexxa Pontifikal fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. » 31 ta’ Diċembru 5.00pm: L-Arċipriet mexxa Konċelebrazzjoni ta’ Radd ilĦajr fil-Bażilika fl-għeluq tas-sena 2021.


1

2

1 Il-Pussess tal-Kan. Tonio Galea bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù, f’Ruma, 1.11.2021. 2 Is-switch board tal-Bażilika maħruq wara l-maltempata, 03.10.2021. 3 Il-Pantocrator tal-mużajk imwaħħal f’postu fil-koppla tal-Kappella Neo-Biżantina tas-Santissmu Sagrament, 22.12.2021. 4 Ġesù Tarbija ‘mlibbes’ mit-tfal fin-Novena tal-Milied, 23.12.2021.

3

4


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.