Il-Belt Victoria, January-April 2020, No 199

Page 1

JANNAR - APRIL 2020

“O HEROS INVICTISSIME NOS TE VOCANTES ADJUVA” Għawdex jerġa’ jdur f’riġlejn il-Patrun tiegħu fi żmien l-imxija tal-pandemija Covid-19 ritratt: Joe Attard

1


2

JANNAR - APRIL 2020

Għal darb’oħra dorna lejk, San Ġorġ Dawn l-aħħar ġimgħat u xhur li għaddew minn fuqna kienu żmien li lanqas biss konna qatt ħlomnieh, wisq anqas ġarrabna bħalu. Kien żmien fejn in-normalità li tant konna drajna biha għosfrot fix-xejn, taret mar-riħ. Minflok, sentimenti ta’ biża’ u ta’ qtigħ il-qalb bdew jieħdu s-sopravvent. Aktar ma bdejna naraw x’inhu jiġri barra minn Malta, u aktar u aktar imbagħad xħin il-pandemija waslet f’pajjiżna, din ħolqot tensjoni u ansjetà fina lkoll. L-effetti talCovid-19, li saħansitra wassal għal imwiet f’pajjiżna wkoll, ġagħluna nidħlu f’qoxritna u nduru lura għallessenzjal. U bħalma għamel fi żminijiet oħra, il-poplu Għawdxi dar lejn ilPatrun tiegħu, il-qaddis tagħna San Ġorġ, żgur mill-ħarsien smewwi tiegħu. Bħal meta niesna talbu għax-

xita, beżgħu mit-terremoti, tkexkxu quddiem il-bombi tal-għadu u pajjiżna kellu bżonn it-talb, jew anki meta fittxew li jħarsu ismu mit-tkasbir, dejjem rajna lil San Ġorġ isaltan setgħan u bi driegħu miftuħ jaqbeż għalina. U mhux ta’ b’xejn li xħin lemħet lil San Ġorġ jieħu postu fuq il-presbiterju nhar is-17 ta’ Marzu, qalb kull Ġorġjan sabet il-wens u l-hena! Kull Għawdxi serraħ moħħu li San Ġorġ ħareġ biex ikun il-kenn u t-tarka ta’ kull wieħed u waħda minna. U dlonk bdejna naraw nies, fis-skiet u l-ġabra, jersqu quddiem l-istatwa jaqsmu l-biżgħat u jqiegħdu f’riġlejn San Ġorġ it-talb ħerqan għallprotezzjoni tiegħu. Lanqas kienet kumbinazzjoni li nhar it-23 ta’ April 2020, il-jum għażiż li fih il-Knisja fil-Liturġija tagħha tiċċelebra li San Ġorġ u Għawdex

Membri ġodda fil-komunità parrokkjali

Marru jingħaqdu ma’ Kristu Rxoxt

05/01/2020 Marie bint George Scicluna u Tatiana Cassar 11/01/2020 Logan bin Franco Scicluna u Amanda Vella 09/02/2020 Nicolò Paolo bin Jean Paul Buttigieg u Veronica Ann Farrugia

05/01/2020 Carmel Cassar 12/01/2020 Carmela Fenech 18/01/2020 Christine Gauci 27/01/2020 Ronnie Sacco 04/02/2020 Grace Galea 15/02/2020 Antonia Mercieca 25/02/2020 Francis Attard

Mit-13 ta’ Marzu 2020 ma saret l-ebda ċeleberazzjoni tal-Magħmudija peress illi l-Bażilika kienet magħluqa minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Mit-13 ta’ Marzu 2020, minħabba l-imxija tal-Covid-19, il-quddiesa b’suffraġju għall-mejjet kienet issir fl-10.30am bil-bibien

DONAZZJONIJIET

Dr Espedito Rapa md (Tas-Sliema) – €20

jiċċelebra l-Patrun tiegħu, ilqajna bil-ferħ u l-gratitudni l-aħbar li għallewwel darba minn mindu faqqgħet il-pandemija f’pajjiżna, ir-rata ta’ trażmissjoni kienet taħt il-wieħed. Din l-aħbar imlietna bil-ferħ li għal darb’oħra San Ġorġ qabeż u daħal għalina, kif se jkompli jagħmel filġejjieni. Mhux ta’ b’xejn, għalhekk, li bħalma għamlu niesna tul l-istorja meta sefgħu mtaqqla bi problemi u beżgħat, aħna wkoll f’dawn iżżminijiet qed nerġgħu nduru b’fidi u mħabba ta’ wlied lejn San Ġorġ, ċerti mill-patrunaġġ u l-protezzjoni tiegħu fuq il-gżira Għawdxija u l-interċessjoni qawwija tiegħu għalina quddiem Alla. San Ġorġ Martri, Patrun tagħna, ipproteġina!

magħluqa u l-katavru kien jittieħed direttament iċ-Ċimiterju fejn kien isir ir-Rit tad-Difna. 02/04/2020 Frances Micallef 08/04/2020 Giovanna Cefai 19/04/2020 Giorgia Micallef


JANNAR - APRIL 2020

3

San Ġorġ tama ħajja Iż-żmien li għaddejjin minnu ħoloq ħafna inċertezzi, biżgħat u bidliet fil-ħajja tal-bniedem. Tant hu hekk li għandna seba’ mitt sena biex nerġgħu lura għal xi tip ta’ normalità. Kulħadd qiegħed jara kif dak li s-soltu kien jagħmel jerġa’ jibda jagħmlu bl-istess mod. Iżda fil-ħajja ta’ kuljum ġieli jiġri li maltempata qawwija, jew diżastru naturali flimkien mal-ħerba li jagħmel, jikxfu teżori li maż-żmien inħbew u ntilfu. U hekk ġara f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Fil-pajjiż tagħna għall-grazzja ta’ Alla l-marda s’issa ma laqtitx b’mod qawwi u devastanti. U ta’ dan nirringrazzjaw lil Alla u lil San Ġorġ. Iżda fl-istess ħin, il-bidla li ġabet magħha, ir-restrizzjonijiet li kellna nadattaw għalihom, ħolqu sitwazzjonijiet qawwija ta’ kull xorta. Titħawdu xejn Ġesù fil-Vanġelu skont San Mattew jiftaħ għajnejn id-dixxipli biex meta jiġri dan kollu ma jitħawdux. Jippreparahom li għad jgħaddu minn ħafna taqlib filħajja, ġlied, gwerer, mard ta’ kull xorta u nies li jpoġġu lilhom infushom flok Alla. Quddiem dan kollu t-tweġiba tal-Mulej hi: “La titħawdux!”. Dan mhux it-tmiem. Ittmiem tal-bniedem hu li jingħaqad għal dejjem fil-glorja ta’ Alla. U għalhekk anki ż-żminijiet diffiċli huma barka fihom infushom għax jagħtu lill-bniedem opportunità biex ma jinfixilx u biex joqrob lejn l-essenzjal tal-ħajja. Fil-fatt fiż-żminijiet l-iktar diffiċli tal-Knisja ħarġu l-isbaħ fjuri ta’ qaddisin u martri. San Ġorġ hu eżempju per eċċellenza ta’ ġawhra li ġiet skoperta frott it-tbatija u l-martirju qalb maltemp aħrax fid-dinja u fil-Knisja ta’ żmienu. Anki fi żmienna trid terġa’ tinstema’ l-kelma awtorevoli: “La titħawdux”. Anki f’dan iż-żmien ħarġu tant aspetti sbieħ ta’ mħabba qalb it-tbatija. Il-morda L-iktar sezzjoni li nħoss li batiet f’din il-pandemija huma l-morda u l-anzjani flimkien mal-għeżież tagħhom. Huma ġew affettwati b’mod verament estrem fejn, fil-mumenti li fihom kellhom bżonn l-iktar sapport tal-persuni li jħobbuhom, spiċċaw weħidhom. Persuni li ddaħħlu l-isptar u għal xhur sħaħ resqin lejn l-aħħar ta’ ħajjithom ma kellhom lil ħadd min jaqbdilhom idhom għall-wens u jxarrbilhom ftit xofftejhom. Jiġuni f’moħħi l-anzjani fi djarhom jew fid-djar tal-anzjani li s-solitudni affettwat saħansitra anki lil moħħhom u tefgħethom f’mard fiżiku u mentali ikbar. Iżda fl-istess ħin f’dan iż-żmien rajt ħafna persuni li ħaddnu s-salib b’fidi enormi. Persuni b’mard u bid-dimensja li kellhom jibqgħu l-ħin kollu f’darhom ikkurati mill-familjari ġew imdawra b’ħafna mħabba xhieda ta’ fidi erojka. Tant persuni biddlu l-programmi tagħhom biex ikunu qrib persuni vulnerabbli fil-familji

tagħhom. Tant familji bi tfal b’kundizzjonijiet diversi, għalkemm ħassew ġisimhom u moħħhom qed jegħja, għamlu l-impossibbli mat-tfal tagħhom magħluqa d-dar b’awtiżmu u kundizzjonijiet oħra. Il-familji u r-relazzjoni L-erba’ ħitan tad-djar ukoll kienu xhieda ta’ ħafna stress. Koppji u familji sabu lilhom infushom iqattgħu ħafna ħin id-dar u għalhekk iridu jaffaċċjaw issues li jġibulhom tensjonijiet bejniethom. Ħafna familji esperjenzaw l-għeja li ġġib magħha ħajja magħluqa flimkien mat-tfal. Ħafna familji esperjenzaw l-inċertezza jew telf tax-xogħol u paga kif ukoll il-biża’ li xi ħadd mill-għeżież tagħhom jimrad. Iżda f’dan kollu ħarġu ħafna teżori ta’ mħabba. Familji li jippruvaw jinvestu biex ir-relazzjoni tagħhom titjieb. Familji li bi kreattività kbira ppruvaw jimlew il-ħin tattfal. Persuni li ċċaħħdu mill-familji tagħhom biex jaħdmu fl-isptarijiet. U ħafna minn dawn il-persuni ġabu l-enerġija tagħhom mill-fidi li komplew jiċċelebraw fi djarhom u malfamilji tagħhom. Knisja attiva Anki għall-Knisja dan iż-żmien kien wieħed ta’ sfida. Iżda verament nistgħu nkunu kburin għax f’dan iż-żmien dehret il-qalb tal-Knisja. Mingħajr ħafna trombi l-Knisja kienet ta’ sostenn kbir. L-ikbar sagrifiċċju li għamlet il-Knisja kien li tagħlaq il-bibien u ma tiċċelebrax l-Ewkaristija man-nies. Dan hu sagrifiċċju li jmiss verament il-qalb talKnisja li tgħix bl-Ewkaristija. Iżda għal tliet xhur, għal ġid ikbar, f’għaqda ma’ tant sagrifiċċji oħra, il-Knisja samet. Iżda fl-istess waqt il-Knisja mhux talli ma raqditx, iżda ppruvat tgħin lill-bniedem f’din is-sitwazzjoni. Dan sar permezz ta’ quddies onlajn, opri ta’ karità, kuntatt malpersuni fi djarhom, żjajjar fejn kien permess u iktar milli kien permess fl-isptarijiet, faraġ lil min tilef lil xi ħadd għażiż. Iva, aħna kburin li l-Knisja ma beżgħetx għal ġildha imma l-Kristjani xammru l-kmiem biex, kif jistgħu, ikunu ta’ mħabba u jagħmlu ħajjet ħuthom aħjar. Dan nistgħu ngħiduh b’qawwa kbira għall-Parroċċa tagħna ta’ San Ġorġ. B’San Ġorġ quddiemna Dan kollu li għexna ma setax ma jgħaqqadniex mal-Patrun tagħna San Ġorġ li fih naraw sinjal tal-ħarsien ta’ Alla li hu ikbar mill-istorja, anzi hu s-Sid tal-istorja. Hu għalhekk li dan iż-żmien għexnieh b’San Ġorġ quddiemna biex għalina jkun ta’ eżempju. San Ġorġ jgħinna nagħrfu nindunaw li Alla joħroġ il-ward mix-xewk tal-ħajja. San Ġorġ hu dejjem quddiemna tama ħajja, għax hu l-Protettur li jgħinna ma nitħawdux quddiem il-misteri tal-ħajja.


4

JANNAR - APRIL 2020

ALBUM MILL-ĦAJJA PASTORALI JANNAR – APRIL 2020

1 F’Ħadd l-Epifanija, li din is-sena ħabat fil-5 ta’ Jannar, il-ġemgħa Nisranija fl-aħħar tal-quddiesa mxiet lejn ilPresepju tal-Bażilika fejn ġiet mistiedna tbus ix-xbieha ta’ Ġesù Tarbija. 2 Il-Liturġija tal-Ħadd għat-tfal fil-Quddiesa tal-Familja nhar ta’ Ħadd fl-10.00am saret mument mistenni miċċkejknin tagħna fejn il-katekisti u l-animaturi jgħinuhom jiffamiljarizzaw ruħhom iżjed mal-Kelma ta’ Alla. 3 Fit-tħejjija tagħhom għas-Sagrament tal-Griżma talIsqof, l-adolexxenti fis-16 ta’ Jannar għamlu żjara lillKunvent ta’ Santu Wistin biex jiskopru iżjed il-kariżma Agostinjana.

2

4 It-tfal li qed jitħejjew għall-Preċett u l-Griżma ħadu sehem f’purċissjoni minn fuq iz-Zuntier ta’ San Ġakbu nhar il-Festa tal-Gandlora fit-2 ta’ Frar, u fil-quddiesa ġew ippreżentati formalment lill-komunità parrokkjali. 5 L-Eżerċizzi tar-Randan għat-tfal fit-tieni ġimgħa ta’ Marzu, li kienu qed jitmexxew mis-seminarista Andrew Grima, kellhom jitwaqqfu ħesrem minħabba l-miżuri ġodda li ħadet il-Knisja f’wiċċ l-imxija tal-Covid-19. 6 Malli faqqa’ l-Coronavirus f’pajjiżna, fis-16 ta’ Marzu nħarġet għall-qima u t-talb fil-Bażilika l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u bdiet tingħad it-talba speċjali għall-ħarsien tiegħu.

3

7 Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa saru kollha wara l-bibien magħluqa u xxandru bil-live-streaming fuq il-mezzi soċjali tal-Parroċċa. 8 Għall-jum għażiż tal-Ġimgħa l-Kbira tqiegħdet fi Pjazza San Ġorġ xbieha tal-Kurċifiss għall-qima ta’ dawk li jgħaddu minn quddiem il-Bażilika. 9 Nhar is-Solennità Liturġika ta’ San Ġorġ fit-23 ta’ April, l-Isqof Mario Grech mexxa Quddiesa Solenni bil-magħluq fil-Bażilika. 1

4

5


5

JANNAR - APRIL 2020

7

6

6

6

8

9


6

JANNAR - APRIL 2020

San Ġorġ, għax Patrun tagħna, żgur iħarisna fi żmien l-imxija tal-Covid-19 Mons. Ġużeppi Gauci

Kull meta nidħol fil-Bażilika tagħna biex ngħaddi xi ħin ta’ talb fejn Ġesù fl-Ewkaristija, nieħu ħsieb insellem lil San Ġorġ, Patrun tagħna. Hekk dejjem għallimt lill-komunità parrokkjali tagħna, meta kelli l-okkażjoni nitkellem dwar il-Qaddis Patrun; hekk infittex li nagħmel jien. Iżda dan kollu għamiltu b’enerġija akbar f’dawn l-aħħar ġimgħat, meta fid-dinja u f’pajjiżna feġġet il-marda tal-Coronavirus. Inħoss li t-talb hu l-aqwa arma li nistgħu nużaw kontra din il-marda qerrieda. Ix-xbieha votiva ta’ San Ġorġ esposta fuq il-presbiterju tal-Bażilika tagħna, minħabba din ilmarda, biex tintalab b’qawwa akbar l-interċessjoni ta’ San Ġorġ, saret għalina lkoll sejħa qawwija biex nitolbu aktar, biex nitolbu tassew, biex inħossu l-ħtieġa tal-għajnuna li tista’ tiġi mis-Sema, mill-ħarsien tal-Patrun tagħna. F’wieħed minn dawn il-jiem li għaddew, xħin ersaqt quddiem ix-xbieha ta’ San Ġorġ, ħassejtni qed noħlom u f’din il-ħolma smajt il-vuċi tenorili li soltu nisma’ fil-jiem tat-Tridu tal-Festa ta’ San Ġorġ, tkanta fuq il-mużika talMonsinjur Farrugia ‘tal-Vers’: “O Heros invictissime, nos te vocantes adjuva” – “O Eroj qatt mirbuħ, nitolbuk, għinna”, u ftit wara smajt il-kor iwieġeb: “O noster Vindex, insulam quæ te Patronum prædicat, defende… nobis subveni” – “O Protettur tagħna, ħares lill-gżira li tqimek b’Patrun tagħha, għinna”. Komplejt noħlom fis-skiet, mitluf kif kont quddiem San Ġorġ, u minn warajja smajt leħen dgħajjef ta’ xi ħadd imbikki, imma kollu fidi u ħeġġa, jitlob: “Lilek ħtarna sa mill-bidu biex tkun sejf u tarka tagħna; għożżna, mela, bħala wliedek”, u f’qalbi komplejt fis-skiet, b’xi demgħa taqbeż fuq ħaddejja, bil-kliem li hemm fit-talba mqassma mill-Parroċċa tagħna għal dan iż-żmien: “Ieqaf magħna u warrabna mit-triq tas-saram… għasses fuq gżiritna”. Li San Ġorġ hu interċessur qawwi ma’ dawk li jsofru l-mard hu fatt li ħadd ma jmerih. Id-dragun li hemm taħt riġlejn San Ġorġ jirrappreżenta mhux biss lill-paganiżmu Ruman, lill-Imperatur Djoklezjanu, u lil dawk kollha li ppersegwitaw lill-martri tagħna, imma wkoll jippersonifika kull xorta ta’ mard li jista’ jhedded lill-bniedem. Sewwa

fisser il-poeta Ġorġ Pisani fl-iSplenduri tiegħu, fejn ħallielna miktub: “Iżda Ġorġi ma ntemmx, bħal stilla tilma, / ikeċċi b’dawlu baqa’ d-dlamijiet / li fuq il-Knisja ta’ sikwit jinġabru / tul il-medda tas-snin u ż-żminijiet”. Dwar dan nixtieq inġib xi eżempji li bihom nuri kif San Ġorġ dawwal fejn waqa’ d-dlam ta’ xi mard serju. Il-Franġiskan Michele Piccirillo, fi studju li għamel dwar knejjes votivi tal-Ġordan tat-Tramuntana, isemmi waħda ddedikata lil San Ġorġ f’Gerasa mibnija fi żmien l-Isqof Pawlu, bejn il-526 u l-534, u Monasteru ddedikat lil San Ġorġ f’Sama, mibni fis-624. Franġiskan ieħor, Patri Bellarmino Bagatti, fi studju tiegħu jiddeskrivi l-Knisja Biżantina ta’ San Ġorġ ta’ El Makr, u s-Santwarju ta’ San Ġorġ ta’ Abu Sinan qrib Akri, li huma żgur tal-ħames jew is-sitt seklu. L-istess Franġiskan kiteb ukoll dwar ex-voto bix-xbieha u l-isem ta’ San Ġorġ li hemm fil-Mużew talKnisja tal-Flaġellazzjoni ta’ Ġerusalemm u li hu żgur tassitt seklu. Dawn il-ftit eżempji minn ħafna oħra bħalhom juru kemm San Ġorġ mis-Sema għamel u għadu jagħmel sal-lum il-parti tiegħu ta’ Protettur u Interċessur biex dawk li jersqu lejh, bħalu, ma jħallu ebda sitwazzjoni diffiċli tifridhom mill-imħabba ta’ Kristu. Sa mis-seklu sbatax, il-ktajjen ta’ San Ġorġ fil-Kunvent Grieg Ortodoss ta’ San Ġorġ fil-Kajr, fl-Eġittu, jintużaw biex ifejqu kull xorta ta’ mard, partikularment il-mard tal-moħħ. Fl-Indja, fir-reġjun ta’ Kerala, hemm diversi knejjes sbieħ u kbar iddedikati lil San Ġorg li fihom eluf ta’ persuni, mill-Indja kollha u minn pajjiżi qrib, jersqu jitolbu l-interċessjoni ta’ San Ġorġ għall-ħelsien mill-mard. F’Puthuppally, il-Knisja ta’ San Ġorġ hi waħda mill-eqdem u mill-iktar magħrufin tal-Knisja Malankara Ortodossa. Din il-knisja hi l-kenn ta’ eluf ta’ persuni mid-dinja kollha li jfittxu l-ħarsien tal-Qaddis Martri minn kull xorta ta’ mard. F’għar li minn fuq għolja jġib taħtu l-bajja sabiħa ta’ Jounieh qrib il-belt ta’ Bejrut fil-Lebanon, hemm xbieha ta’ San Ġorġ li quddiemha jinxtegħlu mijiet ta’ xemgħat, l-aktar f’Jum San Ġorġ, u fl-ilma li jnixxi mill-blat jinħaslu l-ħwejjeġ tat-trabi, biex jitbiegħdu minn kull xorta ta’ mard. Fl-istess belt ta’ Bejrut, filLebanon, hekk kif tidħol filKatidral Maronita ta’ San Ġorġ, tal-inqas sa xi għaxar snin ilu, kont tiltaqa’ ma’ raġel Grieg Ortodoss li jirrakkuntalek kif San Ġorġ fejjaqlu l-qasba ta’ siequ minn infjammazzjoni li ma kienx hemm fejqan għaliha. F’monasteru filLebanon, il-Monasteru ta’ Dejr el Harf, mibni fuq il-muntanja li tieħu isimha mill-istess pajjiż, hemm devozzjoni kbira lejn San Ġorġ minħabba t-tradizzjoni li matul iżżmien tal-istorja tiegħu


JANNAR - APRIL 2020

ħafna kienu l-morda li hemm tfejqu bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ. Jekk niġu għall-interċessjoni ta’ San Ġorġ ma’ Għawdex tagħna f’xi każi ta’ mard serju, nistgħu nsemmu, fost ħafna oħrajn, dawn it-tnejn li ġejjin. Il-ġrajja mpittra minn Giovanni Battista Conti fl-arzella ta’ fuq l-Altar ta’ San Lazzru tfakkar meta fl-1675 San Ġorġ ħeles lil Għawdex mill-flaġell kiefer tal-pesta (impittra bħal dragun qerriedi) li fi żmien ta’ disa’ xhur kienet qatlet aktar minn tlitt elef ruħ f’Malta. U l-poplu Għawdxi ta’ dakinhar, konxju mill-interċessjoni ta’ San Ġorġ, immexxi mill-Gvernatur tal-gżira Francesco de Cordova, kompla kabbar il-Knisja ddedikata lill-Qaddis Megalomartri fil-qalba tar-Rabat. Tradizzjoni popolari tirrakkonta li fi Triq Santa Marija, imsejħa l-Mandraġġ, San Ġorġ darbtejn deher ilebbet fuq iż-żiemel ikeċċi l-infezzjoni tal-pesta li setgħet taħkem lil Għawdex tagħna, sakemm kien idur ma’ fejn hemm l-istatwa ta’ San Ġorġ tal-Ħaġar lejn Triq San Ġorġ u jerġa’ jidħol fil-maqdes għażiż tiegħu. Fl-1837, l-epidemja tal-kolera għamlet ħerba fost il-Maltin. Fis-6 ta’ Lulju laqtet lil Għawdex ukoll fejn sal-aħħar tax-xahar intlaqtu 510 persuni u mietu 183 minnhom. L-Għawdxin dritt ħasbu fl-interċessjoni ta’ San Ġorġ u għamlulu l-wegħda, permezz ta’ familja li kienet intlaqtet minn din il-marda qerrieda, li jordnaw statwa tiegħu għal dan it-tempju. F’Awwissu l-qawwa talkolera bdiet tbatti u sal-11 ta’ Ottubru waqfet għalkollox. Ġiet ordnata l-istatwa ta’ San Ġorġ għand l-iskultur Pietru Pawl Azzopardi, liema statwa votiva bħalissa hi esposta fuq il-presbiterju talBażilika tagħna biex tintalab l-interċessjoni tal-Qaddis Martri għall-ħelsien millepidemja tal-Coronavirus. Hemm bosta ġrajjiet li jitkellmu dwar l-interċessjoni ta’ San Ġorġ li bħala tabib mill-aqwa resaq biex ifejjaq ilmard ta’ min sab ruħu vittma tiegħu. Imma ma rridx inħalli barra żewġ ħsibijiet. Kmieni

7

kmieni, madwar is-sena 370, ftit aktar minn sittin sena biss wara l-martirju ta’ San Ġorġ, San Bażilju l-Kbir kien diġà jitlob l-interċessjoni ta’ San Ġorġ bi kliem li għadu jinsab fil-Liturġija Kopta msejħa ta’ San Bażilju għal Jum San Ġorġ: “Għat-talb tas-sinjur tagħna l-Prinċep tal-Martri, l-eroj San Ġorġ, o Mulej, agħtina l-maħfra ta’ dnubietna”. Bħalu, ftit snin wara, fit-398, San Ġwann Griżostomu, waqt li wkoll ippreżenta lil San Ġorġ bħala l-“Prinċep talMartri”, talab l-interċessjoni tiegħu bl-istess kliem ta’ San Bażilju. Għalhekk nagħmlu sewwa jekk nitolbu bil-ħeġġa u bil-fiduċja biex il-Mulej, bl-interċessjoni qawwija ta’ San Ġorġ, ifejjaqna kemm spiritwalment u kemm fiżikament. Kmieni fis-seklu ħamsa nsibu l-Atti ta’ San Ġorġ li oriġinaw fil-Kappadoċja f’ambjent li kien taħt influwenza qawwija Iranjana, miktubin fil-Grieg u ftit wara tradotti fis-Sirjak qadim, li nstabu fl-1969 mill-Universià ta’ Kentucky waqt skavi f’Kulubnarti, fin-Nubja tas-Sudan, u li llum huma miżmumin biċċa fi Vjenna u biċċa fil-Mużew Brittaniku ta’ Londra. Fihom fost l-oħrajn naqraw li waqt il-martirju San Ġorġ talab, b’mod li jisimgħu kulħadd, li kull min isib ruħu f’xi sitwazzjoni tal-biża’ u jiftakar f’ismu, jitfarraġ; li meta l-ajru jhedded l-uċuħ tar-raba’ bilqilla tiegħu u f’dak il-pajjiż ikun hemm min jiftakar f’ismu, l-uċuħ ma jiġrilhom xejn u xorta jagħtu l-frott tagħhom; li kull min isemmi l-isem Ġorġi u jfakkar jum it-taqbida tiegħu, ma jkunx hemm mard kiefer f’daru. Ikompli dan id-dokument antik li l-Mulej, mis-sħab, wieġeb lil Ġorġi: “Ejja, Ġorġi, ħaddiem tajjeb u għaqli, lejn il-Ġenna talfaraġ u tfarraġ minn tbatijietek fir-reġjun tat-tgawdija… Inwiegħdek li kull min isemmi ismi u ismek ikun imħares mid-dwejjaq u jien ma niftakarx ħtijietu, għax jien Alla ta’ dawk li jindmu”. Ġrajjiet bħal dawn żgur li huma mnebbħa mill-idea ta’ patroċinju qawwi ta’ San Ġorġ ma’ dawk li jqimuh. Għalhekk, ejjew insaħħu l-fiduċja tagħna fil-Patroċinju tal-Qaddis Patrun tagħna San Ġorġ biex ifittex ifejjaq lil pajjiżna u lid-dinja kollha minn din il-marda qerrieda talCoronavirus. San Ġorġ Megalomartri, Patrun tagħna, ħarisna.


8

JANNAR - APRIL 2020

“Imbierek Alla għal dejjem” Il-Coronavirus kastig minn Alla? Il-Kan. Dr Joseph Zammit

Din hi l-akklamazzjoni li f’kull ċelebrazzjoni tal-quddiesa l-miġemgħa twieġeb, għal darba darbtejn, meta s-saċerdot jgħolli l-offerti tal-ħobż u l-inbid u jistqarr fit-talb: “Imbierek int Mulej, Alla tal-ħolqien kollu, għax fi tjubitek tajtna l-ħobż/l-inbid li qegħdin noffrulek, frott tal-art/taddielja u xogħol il-bniedem…”. Mela l-ġemgħa tal-Insara f’dan il-mument qed tikkonferma f’twemmin li dak kollu li Alla joffri lill-bniedem, kemm fil-bidu tal-ħolqien, kemm fis-saħħa li jagħti lill-bniedem biex jissieħeb miegħu fittwettiq tal-ħolqien, mhuwiex ħlief barka mis-Sema. Għalhekk Alla jissejjaħ “l-Imbierek”. Meta l-proġenituri tal-umanità ma mxewx fir-rieda ta’ Alla u għamlu ta’ rashom, ħassru lilhom infushom u n-natura ta’ madwarhom. Dak li kien rigal mogħti lilhom mill-għerf u l-imħabba infinita ta’ Alla, issa kellhom jiksbuh bl-għaraq ta’ ġbinhom. Mhux biss, iżda bil-ħidma tad-dehen u l-inizjattiva tagħhom limitati, qatt ma setgħu jreġġgħu lura dak li tħassar. Bil-ħila tagħhom biss qatt ma setgħu jieħdu r-ruħ, u wiċċhom u l-uċuħ tar-raba’ kienu jibqgħu sfigurati kieku Alla, fit-tjieba u l-ħniena tiegħu, ma bagħatx lil Ibnu l-Waħdieni biex jifdi u jagħti xejra kollha kemm hi ġdida lill-bnedmin – saħansitra jgħollihom għad-dinjità ta’ wlied Alla, u l-ħolqien kollu – sema ġdid u art ġdida kif lemaħhom fl-Apokalissi t-teologu Ġwanni l-Evanġelista. Billi wkoll il-bniedem tal-lum mhux dejjem għaraf jimxi mas-sewwa li hemm minsuġ fih u fil-ħolqien, mhux l-ewwel darba li minflok bnedmin ħoloq mostri, minflok ġonna ħoloq deżert, minflok strumenti ta’ paċi ħoloq għodod il-qerda… bil-konsegwenza xejn sabiħa li xeħet mill-ġdid lilu nnifsu u l-aspirazzjonijiet leġittimi tiegħu, kif ukoll l-ambjent li fih kellu jterraq biex jibni suppost dinja iktar ġusta u ħielsa, ġo abbiss, iktar inkwetanti minn dak

tal-ewwel ġenituri tagħna. Dan għar-raġuni li dan kollu seħħ minkejja u wara li l-Mibgħut tal-Missier kien ħasel l-umanità u l-ħolqien kollu bid-demm prezzjuż tiegħu, kif jistqarr Pietru wara l-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. Huwa f’dan il-kuntest li l-pandemija li għaddejjin minnha bħalissa tista’ tiġi b’xi mod interpretata u ma tissejjaħx bħala kastig minn Alla. Minn Alla dejjem barka ħarġet u tibqa’ toħroġ, għax Alla mhux biss ma jafx jagħmel mod ieħor, imma ma jistax ħlief jagħmel hekk ladarba Alla hu Mħabba, inkella jkun imur kontra n-natura tiegħu hu nnifsu u jaqa’ fl-istess żball fatali li waqgħu fih niesna. Alla, li hu verità fiha nfisha, ma jistax jgħid mod u jaġixxi mod ieħor. Il-Papa Franġisku jibqa’ jiġi msemmi fil-ġejjieni mhux biss għal dik id-dehra tal-mixja tiegħu waħdu lejn is-Salib f’lejla bix-xita, imma għal frażi effettiva li hu dak il-ħin stqarr fil-pjazza ta’ San Pietru vojta imma assistit minn fuq ħdax-il miljun ruħ fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali madwar id-dinja: “Il-ġudizzju mhux ta’ Alla. Ilġudizzju hu tal-bniedem”. Fis-sens li r-responsabbiltà talqerda f’kull sens li kienet qed tgħaddi minnha l-umanità u d-dinja, kienet tal-bniedem u mhux ta’ Alla. Għal din ir-raġuni fundamentali qatt ma nistgħu nattribwixxu lil Alla l-ħażen li għamel b’għajnejh miftuħa l-bniedem u l-ħsara li ġab miegħu. Dan id-diskors probabbilment ma jinżilx tajjeb firraġunamenti tagħna, aħna li tant aħna mdorrijin, fil-ħajja normali tagħna, li nixħtu l-ħtija ta’ għemilna fuq ħaddieħor. U jekk aħna b’dan il-mod naslu biex ma nirrispettawx lillproxxmu li naraw, kif nistgħu naslu biex ma nikkritikawx lil Alla li ma narawx… avolja f’kull quddiesa b’vuċi soda nistqarru t-tjieba u l-barka tiegħu fuqna u fuq id-dinja kollha!


JANNAR - APRIL 2020

9

San Ġorġ ta’ Azzopardi: statwa titulari imma wkoll votiva F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ inħarġet min-niċċa u ġiet imqiegħda fuq il-presbiterju tal-Bażilika tagħha, sabiex infittxu l-interċessjoni speċjali minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari li ninsabu fihom – dawk tal-imxija tal-Covid-19. Hekk ġara wkoll fis-snin l-imgħoddija. Il-poplu Għawdxi rrikorra għall-protezzjoni tal-Patrun tiegħu. Fil-fatt, il-Knisja parrokkjali nbniet mill-ġdid fl-1678 f’talba votiva minn missirijietna lil San Ġorġ wara l-pesta li laqtet il-gżira ta’ Malta tliet snin qabel. U għal darb’oħra fl-1813, wara l-pesta Bubonika li nfirxet madwar il-gżejjer, in-nies tagħna talbu għall-għajnuna u l-interċessjoni ta’ San Ġorġ. Dan mhux biss, għax l-istess statwa titulari ta’ San Ġorġ ikkummissjonata fl-1838 hija ex-voto wara l-epidemija tal-kolera li laħqet l-arċipelagu Malti f’Ġunju 1837. U meta l-marda reġgħet laqtet fl-1865, il-poplu reġa’ dar għall-interċessjoni ta’ San Ġorg. Mill-1838 ’l hawn diversi drabi l-istatwa nħarġet apposta min-niċċa u ġiet esposta fil-Knisja parrokkjali minħabba ċirkustanzi partikulari li l-pajjiż u l-poplu kienu għaddejjin minnhom. Mill-ġrajjiet li kien ġabar l-istoriku John Bezzina fil-ktieb tiegħu Siltiet millĠrajjiet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ nisiltu dawn l-episodji: L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja minħabba nuqqas ta’ xita. L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja minħabba nuqqas ta’ xita. L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja minħabba nuqqas ta’ xita. L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja minħabba t-terremoti. L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja għal xahar sħiħ minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Fit-22 ta’ April 1941, l-Isqof Mikiel Gonzi rrakkomanda talba b’interċessjoni ta’ San Ġorġ għarrebħa tal-Ingilterra fuq l-għadu. 3 ta’ Mejju 1942 Kien jum il-Festa ta’ San Ġorġ u għalkemm il-purċissjoni ma ħarġitx minħabba ħbit mill-ajru, San Ġorġ inħareġ sal-bieb il-kbir. Mejju 1969 L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta għal xahar sħiħ fuq l-altar maġġur tal-Bażilika Ġorġjana b’riparazzjoni għall-offiżi kbar li saru fil-konfront tal-qdusija tal-Martri ta’ Lidda. 12-16 ta’ Jannar 1972 L-istatwa ta’ San Ġorġ esposta fil-knisja minħabba nuqqas ta’ xita u minħabba l-kriżi politika li fiha kienet tinsab Malta. 20 ta’ Mejju 1881 1887 20 ta’ Marzu 1888 15 ta’ Jannar 1923 25 ta’ Lulju 1940

Minbarra dawn, kienu saru diversi pellegrinaġġi votivi lejn il-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ. Fl-1696 kienet saret purċissjoni b’wegħda bl-istatwa ta’ Sant’Ursla għall-Knisja ta’ San Ġorġ minħabba l-ġurati, u fl-1814 purċissjoni oħra b’Sant’Ursla għall-ħelsien mill-pesta. Kienu saru wkoll pellegrinaġġi votivi bl-istatwa ta’ San Ġorġ. Ħafna drabi dawn kienu jsiru lejn il-Knisja talFranġiskani Kapuċċini ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja, fit-triq li mir-Rabat tieħdok għal Marsalforn. Bħal kif illum il-ġurnata ħafna jagħmlu wegħda u jerħulha bil-mixi lejn is-Santwarju Ta’ Pinu fil-limiti tal-Għarb, hekk ukoll fis-snin l-imgħoddija l-pellegrinaġġi kienu jsiru lejn din il-Knisja tal-Kapuċċini. Wieħed ma jridx jinsa li din il-knisja fil-limiti tar-Rabat kienet maqtugħa għaliha, għalhekk kienet tiġbed ħafna pellegrini. Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ għal għand il-Patrijiet Kapuċċini tar-Rabat minħabba nuqqas ta’ xita. 15 ta’ April 1877 L-istatwi ta’ San Ġorġ u d-Duluri ta’ San Ġakbu jittieħdu f’purċissjoni sal-Kapuċċini b’talb għax-xita. 20 ta’ Marzu 1881 Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ sal-Kapuċċini għax-xita. 25 ta’ Ottubru 1885 L-istatwa ta’ San Ġorġ meħuda f’purċissjoni lejn il-Kapuċċini minħabba n-nuqqas ta’ xita. 21 ta’ Jannar 1923 Purċissjoni lejn il-Kapuċċini bl-istatwi ta’ San Ġorġ, Sant’Ursla u l-Madonna ta’ Lourdes biex jieqfu t-terremoti. 29 ta’ Marzu 1846

Għalhekk, id-dehra tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ fuq il-presbiterju għal dawn l-aħħar tliet xhur u fuqhom mhux biss evokat ġrajjiet ta’ interċessjoni li seħħu fl-imgħoddi, imma kompliet tikkonferma l-appell votiv u mirakoluż li għandha din ix-xbieha tant għażiża għalina l-Għawdxin.


10

JANNAR - APRIL 2020

Talba lil San Ġorġ Martri, Patrun u Protettur tal-Għawdxin, f’dan iż-żmien ta’ emerġenza globali tal-Coronavirus

(adattata minn dik approvata mill-Isqfijiet ta’ Għawdex fi żmien iż-Żewġ Gwerer Dinjija tas-seklu l-ieħor) O Martri bla mirbuħ ta’ Ġesù u Protettur l-aktar qawwi tal-Insara, aħna mtaqqla u mbikkma, nerfgħu għajnejna lejk f’dan iż-żmien ta’ tiġrib. Inti qiegħed tara wisq tajjeb, mis-Sema, il-mard qalil li qed iwaqqa’ fil-hemm popli sħaħ u li minnu wkoll ġejja l-miżerja tagħna. O Kbir Tawmaturgu, għal dik l-imħabba lejn Alla, li biha int stqarrejt bla biża’ l-Fidi mqaddsa, u f’ġieħ it-tbatijiet li ġarrabt fil-martirju glorjuż tiegħek, ieqaf magħna u warrabna mit-triq tas-saram. Idher int għalina quddiem it-tron ta’ Alla; urilu demmek imxerred għalih u għall-merti tiegħu itolbu jberikna u jżommna ’l bogħod minn kull ħażen. O Anġlu difensur tagħna l-Għawdxin, magħżul minn Alla sabiex tgħasses fuq gżiritna, fik aħna nqiegħdu t-tama tagħna għax żguri mill-protezzjoni tiegħek. Nitolbuk: itfa’ ħarstek ħanina fuqna, aqta’ xewqitna, isma’ talbna, u b’għajnunietek int hennina. Amen. San Ġorġ Martri, Patrun tagħna, itlob għalina, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

ITTRA LIS-SAĊERDOTI

mibgħuta mill-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, meta faqqgħet il-Pandemija tal-Covid-19 L-esperjenza xejn sabiħa li bdejna ngħixu llejla bħala Knisja, meta fil-knejjes tagħna waqgħet ħemda kbira għax intfew l-ilħna tal-ġemgħa li s-soltu tinġabar biex tfaħħar lil Alla u meta l-“mejda tas-sagrifiċċju” tħalliet żarmata għax ilġemgħa baqgħet id-dar, tnissel diqa fil-qalb ta’ ħafna, partikularment fina s-saċerdoti. Dawn il-jiem ser ngħixu mumenti li qatt ma għexna bħalhom u li ma jistax ikun li ma jqabbdux fina għadd ta’ ħsibijiet u mistoqsijiet. Żgur li ser ikun hawn min jistaqsi jekk għamilniex sew li, meta ntlaqatna minn din il-pandemija, flok ma għamilna sejħa biex in-nies jintefgħu għarkupptejhom quddiem Ġesù Sagramentat, tajniehom direttivi biex jibqgħu d-dar u, agħar minn hekk, ċaħħadniehom mill-Ewkaristija. Ma ħadniex din id-deċiżjoni b’kapriċċ, imma għax qalulna li f’dawn iċ-ċirkustanzi biex il-mikrobu ma jinfirixx huwa importanti li nevitaw li n-nies ma jiltaqgħux fi gruppi. Jiena konvint li jekk fil-preżent il-knejjes tagħna siktu, ma nistgħux ngħidu li l-Knisja (il-miġemgħa) waqgħet filmuta. Waqaf it-talb fil-knisja, imma kotrot is-supplika tal-Knisja, partikularment tal-“Knisja tad-dar” (il-familja), kif tikkonfermalna ċerta xhieda li smajna u rajna dan l-aħħar. Anzi, inżid ngħid li anki fost dawk li birdu fil-fidi u saħansitra fost dawk li ma jgħoddux lilhom infushom bħala membri tal-Knisja hemm min qed jitlobna biex insejħu lil Alla biex jieqaf ma’ pajjiżna. Għalkemm fil-jiem li ġejjin aħna s-saċerdoti ma aħniex ser inkunu mmexxu fit-talb lill-ġemgħa miġbura fil-knisja (għax dan huwa temporanjament sospiż), il-ministeru tagħna mhux sospiż u għalhekk xorta tibqa’ l-missjoni tagħna li nitolbu għall-komunità. It-talb huwa l-ewwel servizz li aħna mitluba nagħtu lill-komunità. Dan nagħmluh b’diversi modi, speċjalment meta nitolbu bis-salmi (il-Liturġija tas-Sigħat) u fil-quddiesa. Neżortakom biex f’dan iż-żmien ta’ toqol, ngħidu t-talb tagħna b’aktar ħeġġa u devozzjoni. Dan jgħodd b’mod partikulari għal meta niċċelebraw il-quddiesa. Peress li ser inkunu nqaddsu waħdina, nistgħu nkunu mġarrbin biex inqaddsu malajr. Għall-kuntrarju, għandna napprofittaw minn dan il-mument ta’ kalma fejn mhux ser ikollna min jgħaġġilna biex ngħixu l-quddiesa b’mod devot ħafna. Il-quddiesa toffrilna esperjenza intima ma’ Ġesù li tpoġġi lilna u lil dawk li nippreżentaw qrib ta’ Alla. Għalhekk, għalkemm il-komunità mhix ser tkun fiżikament madwar il-mejda Ewkaristika, aħna għandna nagħmlu minn kollox biex xħin nitilgħu fuq l-altar, inġorruha f’qalbna. Waqt il-quddiesa nressqu u nwaħħdu mal-offerta tas-Sagrifiċċju t-tbatija, il-biża’ u l-qtigħ ta’ qalb tal-komunità, u nħallu l-Kelma toffrilna messaġġ ta’ tama biex ngħadduh lil ħutna. Billi minħabba d-direttivi li tajna, l-attivitajiet pastorali tagħna s-saċerdoti issa ġew ridotti, nirrakkomanda li nagħmlu aktar ħin għat-talb personali, partikularment fil-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija. Mhux ser ikun faċli li nitkellmu man-nies


JANNAR - APRIL 2020

11

dwar Ġesù, għax ma għandniex predikazzjoni, omeliji, u l-bqija, daqs is-soltu, imma jista’ jkun faċli li nitkellmu ma’ Ġesù dwar il-ħtiġijiet tal-proxxmu tagħna, speċjalment billi nsemmulu dak li l-oħrajn jafdawlna. Nirrakkomanda li fir-rispett tad-direttivi li tawna l-Awtoritajiet tas-Saħħa, insibu modi fejn il-presbiterju parrokkjali jkun jista’ jiltaqa’ (anki virtwalment) b’mod regolari għat-talb flimkien – hekk, ngħidu aħna, biex jgħidu xi parti mil-Liturġija tas-Sigħat. Infittxu li nkunu qrib il-poplu, speċjalment ma’ dawk li huma dgħajfin, biex waqt li nimxu magħhom it-triq tassuspett u tal-biża’, inwasslulhom kelma ta’ kuraġġ u ta’ faraġ. Ma nħallux il-biża’ jaħkem fuqna wkoll u jwassalna biex nirtiraw mit-toroq. Importanti li nkunu disponibbli aktar mis-soltu kemm għad-direzzjoni spiritwali u kemm għall-qrar. Il-qagħda hija serja, imma nippruvaw mill-ħażin nieħdu t-tajjeb. Nagħti ftit eżempji. L-istess esperjenza tal-limitazzjoni tax-xjenza u tad-dgħufija tagħna tista’ tgħinna npoġġu l-ġerarkija tal-valuri f’postha. Il-fatt li qed ikollna nibqgħu ġewwa jgħinna nduqu s-seħer tan-normalità anki fil-ġabra tal-familja. Fil-pajjiż bħal nibet sens ta’ għaqda nazzjonali – sens li ħafna kienu ilhom jixtequh. Fuq kollox, hawn min bħal daħal f’qoxortu u reġa’ beda jiżen il-valur tat-twemmin. Kif jgħid is-Salmista, “il-biża’ tal-Mulej huwa l-bidu tal-għerf” (Salm 111:10). Għalina s-saċerdoti wkoll dan jista’ jkun żmien ta’ grazzja, għax il-ġrajjiet li qed iseħħu jiftħulna ftit għajnejna dwar x’inhu l-aktar essenzjali fil-missjoni tagħna – għax “il-mondanità” dakkret kemm lilna u kemm il-ħidma pastorali tagħna. F’dawn iċ-ċirkustanzi eżami tal-kuxjenza, kemm individwalment u kemm bħala presbiterju, jgħinna nrawmu fina l-qalb tar-ragħaj li hija aktar importanti mill-istess ħidma tar-ragħaj li kultant issir attiviżmu biex inħossuna utli! U jekk din l-imxija tqiegħed lil xi individwi jew familji f’sitwazzjoni prekarja, inkunu ġenerużi magħhom anki bħala Djakonija, kemm dik parrokkjali u kemm dik djoċesana. Infakkar f’dak li qalilna l-Papa Franġisku nhar it-Tlieta li għadda: għandu jkollna l-kuraġġ li noħorġu u mmorru għand il-morda biex inwasslulhom il-qawwa tal-Kelma u talEwkaristija. Fejn hemm każ ta’ mard gravi l-preżenza tas-saċerdot tkun balzmu; imma biex nevitaw li jkompli jixtered il-mikrobu, wieħed jista’ jikkunsidra li f’dawn iċ-ċirkustanzi naraw jekk ikunx hemm xi membru tal-familja li jwassal l-Ewkaristija lill-marid/a. Meta qed insemmi lill-morda ma nistax ma niftakarx f’ħutna s-saċerdoti li qed iwettqu l-ministeru tagħhom fl-isptar. Nifhem li l-ħidma pastorali tagħkom fis-swali tesponikom għal ċerti riskji, imma fl-istess waqt tqegħedkom qrib dawk l-aktar vulnerabbli li fiċ-ċirkustanzi jixxennqu biex Kristu jkellemhom u jmisshom. Intom qed tagħmlu lil Ġesù preżenti għalihom: il-kelma, il-ħarsa, it-tbissima tagħkom huma l-leħen, il-ħarsa u t-tbissima tal-Maħbub. Naf li hija prattika tagħkom li fl-isptar takkumpanjaw lill-istaff kollu; dawk kollha li jaħdmu fl-isptar għandhom bżonn il-qrubija tagħkom aktar minn qatt qabel. Inkunu hemm għalihom. Nistieden lil ħutna kollha fil-presbiteru djoċesan biex iweżnukom b’kull mod. Kif tafu, kellna wkoll nagħtu direttiva dwar il-funerali. Inħoss ma’ dawk il-familji li ser ikollhom jidfnu lill-għeżież tagħhom f’dawn iċ-ċirkustanzi. Inkunu viċin tagħhom aktar mis-soltu u niżgurawhom li meta ma jagħmlulhomx funeral bħas-soltu ma humiex ser ikunu jonqsu lil dawk li jħalluna. Aħna solidali magħhom u l-kappillani f’isem il-komunità parrokkjali ser jakkumpanjawhom kemm billi dakinhar tad-difna joffru l-quddiesa b’suffraġju tal-mejjet/mejta u kemm billi jaraw li qabel id-difna jsir ir-rit propost mill-Knisja. Fuq kollox nirrakkomandalkom biex f’din is-siegħa delikata li għaddej minnha pajjiżna nsejħu l-patroċinju tal-Omm tagħna l-Madonna Ta’ Pinu u tal-qaddisin San Ġorġ, Sant’Ursula u l-Papa San Girgor. Meta wieħed jiftakar li l-antenati tagħna meta talbu bl-interċessjoni ta’ dawn il-qaddisin sabu s-serħan tal-qalb u u tal-moħħ, fil-limiti u l-inċertezzi tagħna wkoll aħna nduru lejhom. Niftakru u nfakkru li l-mixja tar-Randan ma tintemmx fuq il-Kalvarju imma nhar l-Għid il-Kbir fejn Kristu jirbaħ fuq dak kollu li huwa negattiv. Illum, 12 ta’ Marzu 2020

 Mario Grech


12

JANNAR - APRIL 2020

Aġġornamenti tal-proġetti

Tiżżarma parti mill-kampnar tal-Punent Fil-bidu ta’ Jannar beda x-xogħol ta’ restawr fuq ilfaċċata u l-kampnari tal-Bażilika tagħna. L-aktar parti ta’ restawr li dejjem kienet ta’ uġigħ ta’ ras għall-persuni involuti kienet il-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Qabel ma ntrama l-armar, kien diġà ċar li diversi ħsarat kienu kkonċentrati fuq din il-parti tal-istruttura tal-faċċata. Hekk kif dan intrama u seta’ jiġi osservat aktar mill-qrib il-kampnar, ħareġ ċar li kien hemm xi ċaqliq fil-parti ta’ fuq tal-istruttura. Wara li saret analiżi fid-dettall ta’ dak li hemm fin-naħa ta’ ġew tal-istruttura, ġie deċiż li tinħatt il-parti ta’ fuq tal-kampnar sal-kapitelli. Dan seta’ jsir billi saru l-applikazzjoni mal-awtoritajiet konċernati u, wara li ġie l-permess, inbeda x-xogħol. Ta’ min jgħid li kull ġebla li żżarmat ġiet innumerata biex ikun aktar faċli l-proċess tal-armar mill-ġdid tal-kampnar. Malli żżarmat il-parti ta’ fuq tiegħu, deher evidenti ċinturin tal-ħadid li kien idur dawra sħiħa mal-kampnar u kien impoġġi fuq il-kapitelli. Dan hu maħsub li sar biex jagħti aktar saħħa u stabbiltà lill-kampnar. Kienet evidenti wkoll il-ħsara kkawżata minn dan iċ-ċinturin. Maż-żmien, speċjalment bl-infiltrazzjoni tal-ilma, iċ-ċinturin tal-ħadid beda jissaddad, b’waħda mill-konsegwenzi tkun li beda jespandi. Dan irriżulta li l-ġebel ta’ madwar il-kampnar beda jinqasam, b’konsegwenzi għall-estetika li setgħu jkunu wkoll strutturali. Ġie deċiż li ċ-ċinturin jitneħħa u minfloku jsir ieħor ta’ materjal b’saħħtu imma mhux ta’ dannu għall-istruttura. Ix-xogħol ta’ restawr kien ukoll jinkludi t-tindif talġebla minn ħmieġ ta’ natura differenti li akkumula mażżmien. Il-fili ta’ bejn il-ġebel ġew ukoll imnaddfa.

F’dawn ix-xhur sar ukoll xogħol relatat malpubblikazzjoni tat-tender għall-illuminazzjoni tal-faċċata, il-koppla u l-kampnari tal-Bażilika. Dan kien jinkludi laqgħat mad-diversi esperti fis-suġġett. Fil-bidu ta’ Mejju hu mistenni li tinħareġ sejħa pubblika biex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom. Ilproġetti, kemm dak tar-restawr tal-faċċata u kemm dak tal-illuminazzjoni, huma kkofinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex.


JANNAR - APRIL 2020

13

Fid-dawl tar-restawr li għadu kemm sar fuq il-pitturi sbieħ tal-Koppla tal-Bażilika tagħna, li għandhom suġġett hekk uniku fit-tifsira teoloġika-simbolika tiegħu, f'din il-ħarġa qed inkomplu bit-tieni parti ta’ artiklu xjentifiku miktub apposta mill-biblista Patri Martin Micallef ofmcap li jgħinna nifhmu t-tifsira iktar profonda ta’ dawn ix-xbihat.

“Ir-Rebbieħ” fil-Ktieb tal-Apokalissi (2)

Imfisser fil-pittura tal-Koppla tal-Bażilika ta’ San Ġorġ f’Għawdex Rev. Dr Martin Micallef ofmcap

…jaqbad mill-ħarġa l-oħra

3. Ir-rebbieħ u s-siġra tal-Ħajja Fit-tielet felli tal-koppla, imbagħad, il-Prof. Conti jiġi ispirat minn dak li naqraw f’Apok 2:7: “Lir-rebbieħ nagħtih jiekol mis-siġra tal-Ħajja li hemm fil-Ġenna ta’ Alla”. Din il-wegħda lir-rebbieħ tagħmel parti mill-Ittra miktuba lill-Knisja f’Efesu li nsibu fil-bidu tal-Apokalissi. Il-belt ta’ Efesu kienet magħrufa mhux biss għall-kummerċ li kien isir fiha minħabba li kienet qrib il-baħar, imma wkoll għat-tempju maestuż iddedikat lil alla mara, Artemite. Wara s-simbolu tas-siġra tal-ħajja li tissemma f’Apok 2:7 xi studjużi jidentifikaw is-siġra qaddisa assoċjata mal-qima tal-alla-natura mnaqqxa fuq xi muniti li kienu jintużaw f’Efesu.39 Is-siġra qaddisa nstabet ukoll fuq speċi ta’ kaxxi li ġew skavati minn dak li baqa’ mill-belt ta’ Efesu.40 Ilwegħda li nsibu Apok 2:7 jidher li tissuġġerixxi realtà sopranaturali. Numru ta’ kummentarji fuq l-Apokalissi fil-fatt jassoċċjaw dan it-test ma’ dak li naqraw fil-ktieb tal-Ġenesi meta jitkellem fuq is-siġra tal-ħajja fil-ġnien tal-Għeden, f’rabta mad-dnub ta’ Adam u Eva. Din is-siġra naqraw li kienet mgħassa b’xabla taqbad sabiex ħadd ma jiekol mill-frott tagħha (ara Ġen 3:22-24). Il-Ktieb tal-Proverbji 3:18 jgħid li l-għerf huwa “siġra tal-ħajja għal min iħaddnu”. F’Apok 22:2 imbagħad naqraw kif is-siġra tal-ħajja tipproduċi frott li jibqa’ għal dejjem f’Ġerusalemm tas-Sema. Il-kelma “ġenna” oriġinarjament kienet kelma li ġejja mill-Persjan u li kienet tintuża biex tirreferi għal ġnien ta’ pjaċir. Fil-Ġudaiżmu din il-kelma bdiet tintuża sabiex tirrappreżenta l-post tal-għemejjel tajba b’mod illi, skont tradizzjoni Lhudija, il-ġenna u s-siġra tal-ħajja kellhom jerġgħu jitfaċċaw fl-aħħar tażżmien. Fil-fatt, xi rabbini Lhud kienu jimmaġinaw mhux ġenna waħda imma tlieta: dik ta’ Adam, il-premju talbniedem ġust fil-ġenna, u l-ġenna eskatoloġika fuq l-art qrib Ġerusalemm.41 Il-ġenna fil-ktieb tal-Apokalissi tissimbolizza l-istat eskatoloġiku li fih Alla u l-poplu jiġu murija f’relazzjoni perfetta ma’ xulxin bħalma kienu qabel il-waqgħa talbniedem fid-dnub. Forsi iżda dak li hu l-aktar interessanti ninnutaw fir-referenza għas-siġra tal-ħajja f’Apok 2:7 huwa li dak li kien ipprojbit għal Adam issa hawnhekk qed jiġi mwiegħed lir-rebbieħ. Dan ir-riżultat li jaqleb ta’ taħt fuq id-destin uman huwa frott il-mewta salvifika ta’ Kristu Ġesù fuq is-“salib”. Il-kelma “salib” bil-Grieg hija zulon li tista’ tfisser kemm għuda u kemm siġra, b’mod illi għall-Insara s-siġra tal-ħajja hija s-salib42. L-awtur tal-Apokalissi mela qed iwissi li jekk l-Insara f’Efesu jerġgħu jixegħlu l-imħabba tagħhom lejn il-Mulej, il-premju tagħhom kellu jkun din l-istess siġra tal-ħajja. Il-Mulej iwiegħed lir-rebbieħ li jiekol mis-siġra tal-ħajja, allużjoni għal Ġen 2-3. Tajjeb ninnutaw li l-qarrej ma jerġax jisma’ referenza oħra għal din is-siġra jekk mhux ħlief meta naslu għall-aħħar nett tal-Apokalissi (ara 22:2,14,19). Hawnhekk insiru nafu li t-triq lejn din is-siġra tinvolvi li wieħed ikun rebbieħ.

Fil-letteratura apokalittika s-siġra tal-ħajja ħafna drabi hija murija bħala r-rigal tat-tajbin wara li jkun sar il-Ġudizzju (ara 1 En 24.4-25.6; Test. ta’ Levi 18.11; 2 En 8.3).43 Huwa xieraq mela li fl-aħħar taż-żmien dawk li baqgħu fidili lejn Ġesù jitħallew jieklu mis-siġra tal-ħajja. Min jibqa’ “fidil” lejn il-Mulej, l-awtur tal-Apokalissi jsejjaħlu “r-rebbieħ” (bilGrieg nikon), kelma li tibqa’ tirrepeti ruħha f’dan l-aħħar ktieb tal-Iskrittura. Fost l-istudjużi hemm diskussjoni jekk din il-kelma tirreferix biss għall-martri jew inkella għal dawk kollha li jemmnu u li baqgħu sħaħ sal-aħħar. Jekk wieħed iqabbel Apok 3:20 ma’ 3:21 probabbilment jasal għall-konklużjoni li din il-kelma ma tintużax bħala kelma teknika f’referenza għall-martri, għalkemm tinkludi fiha l-martri wkoll.44 B’dan f’moħħna nistgħu, mela, napprezzaw aktar kif fit-tielet felli tal-koppla, il-Prof. Conti għażel li jesprimi t-test meħud minn Apok 2:7 u applikah għal San Ġorġ,


14

JANNAR - APRIL 2020

ir-rebbieħ li kien tassew jistħoqqlu jiekol mis-siġra talħajja li hemm fil-ġenna ta’ Alla. Hekk fil-fatt hu muri dan il-qaddis hawnhekk f’din il-pittura, liebes l-armatura ta’ suldat bħala dak li tqabad it-taqbida t-tajba u ħareġ rebbieħ. 4. Ir-rebbieħ u l-kisba fuq it-tieni mewt Il-pittura fir-raba’ felli tal-koppla ta’ San Ġorġ hija ispirata minn Apok 2:11 fejn naqraw: “Lir-rebbieħ ebda ħsara ma hi se tagħmillu t-tieni mewt”. Dan it-test tal-Apokalissi hu meħud mill-kliem li l-anġlu jtenni lill-Knisja f’Pergamu. Fil-wegħda li ssir hawnhekk ninnutaw li l-enfasi doppja negattiva fit-test Grieg li bih inkiteb dan il-ktieb (bil-Grieg ou me adikethe) hi li lir-rebbieħ ebda ħsara ma tagħmillu t-tieni mewt. L-awtur tal-Apokalissi jħobb jintroduċi kunċett ġdid, bħalma hu l-każ tat-“tieni mewt” hawnhekk, mingħajr ma jispjega t-tifsir tiegħu. Il-frażi “t-tieni mewt” tintuża erba’ darbiet fl-Apokalissi, għalkemm ma tidher imkien aktar fit-Testment il-Ġdid. L-ewwel referenza hija din li nsibu hawnhekk. Jidher li din it-tip ta’ mewt li nsibu referenza għaliha hawnhekk hija differenti mill-mewt tal-martirju jew tal-mewt fiżika. It-tieni referenza nsibuha f’Apok 20:6, f’kuntest taż-żmien jew aħjar tal-millennju; dawk li jsaltnu ma’ Kristu għal elf sena ma tirbaħhomx it-tieni mewt. It-tielet referenza

niltaqgħu magħha f’Apok 20:14, filwaqt li r-raba’ waħda nsibuha f’Apok 21:8, fejn it-tieni mewt hija identifikata bħala waqt li fih xi ħadd jiġi mitfugħ fl-għadira tan-nar fejn hemm ix-xitan, il-bhima, il-profeta falz, u l-mewt. It-terminu “t-tieni mewt” insibuh ukoll fil-letteratura Rabbinika fejn jintuża b’referenza għall-mewt tal-ħżiena fid-dinja li għad trid tiġi.45 F’Apok 20:14 it-tieni mewt hija identifikata ma’ għadira tan-nar, kif jidher f’dan ir-raba’ felli tal-koppla, filwaqt li f’Apok 21:8 hija ppreżentata bħala s-sehem tal-beżżiegħa u ta’ dawk li baqgħu ma emmnux. Fuq dawk li baqgħu fidili sal-aħħar it-tieni mewt ma għandha l-ebda setgħa, kif naqraw f’Apok 20:6. Jidher li r-referenzi għat-tieni mewt fl-Apokalissi jirreferu għall-qerda totali. Din hi l-impressjoni li nieħdu fit-Targum Lhudi u f’Ġer 51:39,57, li jwissi lil dawk li kienu jgħixu f’Babilonja li għad “jorqdu raqda għal dejjem u ma jistenbħu qatt minnha aktar”. Dan ifisser li huma kienu ser ikunu esklużi mill-qawmien mill-imwiet u jibqgħu fil-qabar.46 Huwa fid-dawl ta’ dan kollu li rridu nippruvaw nifhmu wkoll ir-referenza għall-“għadira tannar” li jsemmi l-Apokalissi f’rabta mat-tieni mewt u li hija mfissra mill-Prof. Conti fir-raba’ felli tal-koppla ta’ San Ġorġ. Hawnhekk il-pittur jippreżentalna lil San Ġorg qed jiġi merfugħ ’il fuq mill-persuna ta’ Kristu Rxoxt. Flistess ħin, il-pittur jurina lil dan il-qaddis martri qed jiġi maqtugħ mill-ilmijiet tan-nar li fihom tidher ix-xbieha talmewt u tax-xitan. 5. Ir-rebbieħ fuq il-lemin tat-tron Fil-ħames felli tal-koppla l-Prof. Conti jiġi ispirat minn dak li naqraw f’Apok 3:21 dwar kif l-anġlu jkellem lillKnisja tal-Laodiċija u jgħidilha: “Lir-rebbieħ nagħtih li joqgħod maġenbi fuq it-tron tiegħi; l-istess kif jien, meta rbaħt, qgħadt maġenb Missieri fuq it-tron tiegħu”. IlLaodiċija hu l-isem tal-belt li ssemmiet għall-mara talfundatur ta’ din il-belt, Antjoku II Selewċidu, li bena din il-belt flok villaġġ li kien hemm qabel. Din il-belt kienet ċentru agrikolu u l-pożizzjoni strateġika tagħha għenet fis-sistema tat-toroq imperjali b’mod illi saret il-post fejn kienu jiltaqgħu flimkien tliet toroq ewlenin. Dan kompla għen biex titkabbar ir-reputazzjoni ta’ din il-belt bħala belt kummerċjali u amministrattiva u ċentru fejn kienu jinħadmu twapet u suf, kif ukoll bħala skola medika.47 Il-wegħda li nsibu f’Apok 3:21 li r-rebbieħ joqgħod ħdejn Kristu fuq it-tron hija wegħda eskatoloġika, jiġifieri wegħda li għandha sseħħ fl-aħħar taż-żmien. Ġesù kien wiegħed lid-dixxipli tiegħu li fiż-żmien li ġej, meta Bin il-bniedem joqgħod bilqiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu, hemm ukoll dawk li mxew warajh għad joqogħdu bilqiegħda fuq it-tnax-il tron sabiex jiġġudikaw lit-tribujiet ta’ Iżrael (ara Mt 19:28). Imma fit-test ta’ Apok 3:21 dawk li baqgħu leali huma mwiegħda li għad joqogħdu bilqiegħda miegħu fuq it-tron tiegħu li hu wkoll it-tron tal-Missier (ara Apok 22:1). Ir-rebħa tagħhom kellha ssegwi lil dik ta’ Kristu, ilĦaruf, li wkoll rebaħ u qagħad mal-Missier fuq it-tron tas-Sema. F’2 Tim 2:12 insibu wegħda oħra li tixxiebah: “Jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll”. Fil-ktieb ta’ Bin Sirak imbagħad insibu wkoll referenza għal David li “l-Mulej… għamel miegħu patt tas-slaten, u tah tron ta’ glorja f’Iżrael” (47:11). Ir-Rabbi Akiva kien saħansitra jemmen li t-tron ta’ David kellu jkun ħdejn ittron tal-Qaddis.48 Fit-testi ta’ Qumran insibu illi li xi ħadd joqgħod bilqiegħda fuq it-tron hija wegħda li ssir lil dawk


JANNAR - APRIL 2020

li jemmnu: “Għax hu ‘l-Mulej’ li għad jonora lit-twajbin fuq it-tron ta’ saltna bla tmiem” (4 Q521 fr. 2, 2:7). Huma bosta r-referenzi għat-“tron” li nsibu flApokalissi, kelma li fil-fatt fl-Apokalissi tissemma għal 47 darba, f’kuntrast ma’ ħmistax-il referenza oħra li nsibu filkumplament tat-Testment il-Ġdid kollu, għalkemm qatt flEvanġelju skont San Ġwann. Meta nqisu dawn ir-referenzi kollha, allura nistgħu nibdew nifhmu kif ir-referenza għar-rebbieħ f’Apok 3:21 hija qabelxejn waħda espliċita li tirreferi għal min jaqsam l-istess rebħa ta’ Kristu, xi ħadd li mexa warajh fit-triq tar-rebħa li hija t-triq tas-salib (ara Lq 22:28-30). Huwa f’dan id-dawl li rridu nippruvaw nifhmu l-pittura li nsibu fil-ħames felli tal-koppla ta’ San Ġorg, fejn il-pittur jippreżentalna lill-qaddis martri bilqiegħda ħdejn Ġesù fuq tron wieħed. Fl-isfond, imbagħad, fl-għoli naraw impittra xbieha tat-Trinità Qaddisa, fejn l-Iben hu bilqiegħda fuq l-istess tron mal-Missier. B’dawn iż-żewġ rappreżentazzjonijiet il-Prof. Conti rnexxielu jispjega b’mod tassew sabiħ dak li naqraw f’Apok 3:21, fejn ilwegħda lir-rebbieħ – f’dan il-każ San Ġorg – li joqgħod maġenb Ġesù fuq it-tron tiegħu ssegwi l-fatt li l-Iben ukoll qagħad maġenb il-Missier fuq it-tron tiegħu.

15

6. Ir-rebbieħ, l-ilbies abjad, l-isem fil-ktieb tal-ħajja u l-istqarrija tal-isem Fis-sitt felli tal-koppla tal-Bażilika ta’ San Ġorġ insibu mpitter dak li naqraw f’Apok 3:5: “Hekk ukoll ir-rebbieħ, għad ixidd fuqu lbies abjad; u jiena mhux talli ma nħassarlux ismu minn ktieb il-ħajja, imma nistqarrlu ismu quddiem Missieri u quddiem l-anġli tiegħu”. Tlieta huma l-wegħdiet li qed jiġu indirizzati lir-rebbieħ: (1) li jkun imlibbes bi lbies abjad; (2) li ismu ma jiġix imħassar mill-ktieb tal-ħajja; (3) Kristu għad jistqarr ismu quddiem il-Missier u l-anġli tiegħu. L-ilbies abjad huwa msemmi seba’ darbiet fil-ktieb tal-Apokalissi. L-Insara f’Laodiċija jingħataw il-parir sabiex jixtru “lbies abjad, ħalli jkollok x’tilbes u tgħatti l-għajb tal-għera tiegħek” (3:18). Lill-martri li kienu qed jistennew li jsir ħaqq “lil kull wieħed minnhom ingħatatlu libsa twila bajda” (6:11). Fil-kamra tat-tron tas-Sema, l-erbgħa u għoxrin Xiħ li jkunu bilqiegħda huma murija “lebsin l-abjad” (4:4), filwaqt li quddiem il-Ħaruf insibu “kotra kbira li ħadd ma jista’ jgħoddha… lebsin ilbies twal bojod” (7:9) u li għalihom wieħed mix-Xjuħ jistaqsi: “Dawn li għandhom l-ilbies twal bojod fuqhom min huma?” (7:14). It-tweġiba għal din il-mistoqsija tirreferi għal “dawk li ġejjin mit-taħbit il-kbir, u l-ilbiesi tagħhom ħasluhom u bajduhom fid-demm tal-Ħaruf” (7:14). L-eżerċtu tas-Sema mbagħad huwa muri “lebsin l-għażel l-abjad bla nikta” (19:14). Minn dawn ir-referenzi kollha nistgħu naslu għallkonklużjoni li l-ilbies abjad imwiegħed lir-rebbieħ f’Apok 3:5 jirrappreżenta lbies xieraq għal min ser jidħol fil-glorja tas-Sema.49 Fil-fatt, xi studjużi jinterpretaw ir-referenzi għall-ilbies abjad fl-Apokalissi bi tliet modi: (i) sinjal ta’ festa (Koħ 9:8); (ii) ir-rebħa (2 Mak 11:8); (iii) l-istat tal-ġenna (Dan 7:9).50 Dawn l-assoċjazzjonijiet ta’ ideat jingħaqdu flimkien fir-referenza għall-ilbies abjad f’Apok 3:5. Tajjeb li nżidu li l-membri ta’ Qumran, magħrufa bħala l-Esseni, kienu wkoll jilbsu lbies abjad, probabbilment bħala simbolu tal-purità interjuri li kienu tant jenfasizzaw, kif naqraw fil-kitbiet tagħhom.51 Studjużi oħrajn imbagħad jgħaqqdu r-referenza għallilbies abjad mal-mod kif kienu jiġu ċċelebrati r-rebħiet flImperu Ruman. L-abjad fil-fatt kien il-kulur li kien jintuża speċjalment fil-jum tar-rebħa ta’ xi imperatur Ruman, b’mod illi meta fl-Apokalissi qed naqraw li r-rebbieħ jimxi bl-ilbies abjad, jista’ jagħti l-każ li l-awtur kellu f’moħħu l-purċissjonijiet trijunfali tar-Rumani.52 It-tieni wegħda hija li l-isem tar-rebbieħ ma jitħassarx mill-ktieb tal-ħajja. F’din il-wegħda ninnutaw kif irreferenza għall-“ktieb tal-ħajja” ssegwi referenzi oħra marbuta mal-“ħajja” fl-Apokalissi. Wara r-referenza għas“siġra tal-ħajja” f’Apok 2:7 u “l-kuruna tal-ħajja” f’Apok 2:10, l-awtur tal-Apokalissi jintroduċi “l-ktieb tal-ħajja” (3:5). Huwa biss fi tmiem il-ktieb (ara b’mod partikulari 20:12,15) li nieħdu idea tat-tifsira tar-referenza għall“ktieb tal-ħajja”. Filwaqt li s-siġra/l-għuda huwa l-mezz li bih dawk li jemmnu jiġu salvati, u l-kuruna tirrappreżenta r-rigal li għandhom jirċievu, hekk ukoll “il-ktieb” li fih hemm imniżżlin l-ismijiet ta’ dawk li huma salvi jirrappreżenta ċ-ċertezza tas-salvazzjoni għal dawk li isimhom huwa mniżżel.53 Fl-Apokalissi l-ismijiet huma mniżżlin fil-ktieb tal-ħajja “sa mit-twaqqif tad-dinja” (17:8). F’Apok 20:12 naqraw dwar “kotba” (fil-plural) u l-ktieb tal-ħajja. Rispettivament, dawn huma l-kotba li fihom jitniżżlu l-għemejjel tan-nies u li skonthom għandhom jiġu


16

JANNAR - APRIL 2020

ġġudikati. Fuq kollox, kif naqraw f’Apok 20:15, il-ktieb tal-ħajja nsibu mniżżla fih dawk lil dawk ġew magħżulin, b’mod illi “hekk ukoll min ma nstabx imniżżel fil-ktieb talħajja, kien mixħut fil-belliegħa tan-nar”.54 L-idea ta’ ktieb bl-ismijiet miktubin fih insibuha għallewwel darba fit-Testment il-Qadim, eżattament f’Eż 32:3233. Hawnhekk naqraw kif Mosè jistqarr li jekk il-Mulej Alla ma jaħfirx id-dnubiet tal-poplu tiegħu, huwa (Mosè) talab lill-Mulej Alla li ismu jiġi mħassar “mill-ktieb li inti ktibt”.55 Fit-Testment il-Qadim, il-ktieb tal-ħajja hu meqjus bħala reġistru li fih kienu jitniżżlu dawk kollha li kienu jagħmlu parti mill-komunità ta’ Iżrael, il-poplu ta’ Alla.56 Xi kummentarji jżommu li fid-dawl tas-Salm 69:28, ir-referenza li jitneħħa ismek minn dan il-ktieb kienet tfisser sempliċiment li tmut, filwaqt li fit-Testment ilĠdid din il-ħaġa tfisser id-destin etern.57 Min-naħa l-oħra, studjużi oħra huma tal-fehma li x-xbieha tal-ktieb tal-ħajja m’għandhiex tiġi interpretata b’mod litterali. Dan ifisser, mela, li l-espressjoni “jitħassar ismek” tirreferi għall-fatt li l-isem ta’ dik il-persuna m’għandux post aktar fost dawk li jirċievu l-ħajja ta’ dejjem.58 It-tielet wegħda li nsibu f’Apok 3:5 hija li Kristu għad jistqarr isem ir-rebbieħ quddiem il-Missier u l-anġli tiegħu. L-għarfien ta’ Alla lejn il-bniedem u bil-kontra hija tema li tissemma bosta drabi fit-Testment il-Qadim.59 F’referenzi varji fit-Testment il-Ġdid imbagħad din il-ħaġa tiġi ppreżentata f’forma negattiva. Hekk, ngħidu aħna, meta naqraw li dawk li ma jistqarrux lill-Iben quddiem ilbnedmin, lanqas l-Iben ma kien lest li jistqarrhom quddiem il-Missier. F’testi oħra, imbagħad, insibu kemm irreferenza negattiva u kemm dik pożittiva, bħal f’Mt 10:3233 fejn naqraw: “Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet”.60 It-test minn Apok 3:5 li fuqu qed nitkellmu jissuġġerixxi struttura triplika fis-Sema: l-Iben li qed jitkellem, ilMissier u l-anġli. Dan il-motiv insibuh diġà preżenti f’Mk 8:38: “Għax jekk xi ħadd, minn dan in-nisel żieni u midneb tal-lum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli mqaddsa”. San Luqa jirrepeti dan il-vers, filwaqt li San Mattew (Mt 10:32-33) jelimina r-referenza għall-anġli. It-tliet wegħdiet lir-rebbieħ imsemmija f’Apok 3:5 jingħaqdu b’mod sabiħ fis-sitt felli tal-pittura tal-koppla ta’ San Ġorġ, fejn il-Prof. Conti jurina lill-qaddis martri għarkupptejh filwaqt li qed jiġi mlibbes l-ilbies l-abjad, l-ilbies tar-rebbieħa. Ħdejh, bilwieqfa, naraw il-figura ta’ Kristu bil-pjaga tal-kustat, biex nindunaw li hu r-rebbieħ Referenzi 39 Ara Ford, Revelation, 388. 40 Ara ibid. 41 Ara ibid. 42 Lupieri, A Commentary on the Apocalypse of John, 117. 43 Ara Mounce, Book of Revelation, 72. 44 M.G. Reddish, Revelation, Macon 2001, 54. 45 Ara r-referenzi li jagħti Mounce, The Book of Revelation, 77. 46 Ara Harrington, Revelation, 60. 47 Ara Ford, Revelation, 419. 48 Ara ibid., 422. 49 Fuq dan il-punt kompli aqra Charles, The Revelation of St. John, 1:82. 50 Ara Harrington, Revelation, 69. 51 Ara Ford, Revelation, 409. 52 Ara ibid., 413.

fuq il-mewt. Il-figura ta’ Kristu hija murija lilna wkoll bil-ktieb tal-ħajja f’idejh u b’ħarstu ’l fuq lejn il-Missier li jidher impitter fuq nett ta’ dan il-felli mdawwar mill-anġli tiegħu u li bħal donnu qed jilqa’ x-xhieda tal-Iben dwar ilmartri San Ġorġ. …jissokta fil-ħarġa li jmiss Fuq din is-sekwenza ta’ ħsieb ara Lupieri, A Commentary on the Apocalypse of John, 125. 54 Ara wkoll Mal 3:16; 2 Kor 3:3; Lq 10:20; Lhud 12:23 fejn insibu referenzi għall-għemejjel imniżżla ta’ dawk li kienu jibżgħu millMulej. 55 Ara wkoll Salm 69:28; Dan 12:1. 56 Ara Iż 4:3; Mal 3:16. 57 J.P.M. Sweet, Revelation, Westminister Pelican Commentaries, Philadelphia 1979, 100. 58 Philip Edgcumbe Hughes, The Book of Revelation, Grand Rapids 1990, 57. Interessanti ninnutaw li l-idea tal-ktieb tal-ħajja ma nsibuhiex biss fil-Bibbja imma wkoll f’letteratura sekulari. Ara Martin Kiddle, The Revelation of St. John, The Moffat New Testament Commentary, London 1940, 47; Hemer, The Letters to the Seven Churches of Asia in their Local Setting, 148-149. 59 Ara, ngħidu aħna, 1 Sam 2:30. 60 Ara wkoll Lq 12:8; Mk 8:38; Lq 9:26. 53


JANNAR - APRIL 2020

17

Is-sit uffiċjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ – www.stgeorge.org.mt Neville Galea

Kien ilu jinħass il-bżonn li l-Parroċċa tagħna jkollha sit elettroniku modern u interattiv għaż-żminijiet kurrenti. Hekk il-Parroċċa tkun tista’ taqdi aħjar il-ħtiġijiet tas-soċjetà u tkun aktar qrib tal-parruċċani tagħha. Għalhekk, għall-aħħar tas-sena 2018, numru ta’ voluntiera fl-Uffiċċju Parrokkjali, flimkien mal-Arċipriet Joseph Curmi, bdew diskussjonijiet fuq kif ikun l-aħjar mod li l-Parroċċa tuża dan is-servizz, imma aktar importanti kien x’inhu l-aktar mod effettiv biex twassal il-Kelma ta’ Alla lill-Insara tagħha anki b’mod diġitali. Xtaqna noħolqu sit li jkun attraenti, faċli biex jintuża, u fl-istess waqt mimli b’tagħrif siewi għal dawk li jidħlu fih. Minn dakinhar issoktat ħidma kollettiva kontinwa li wasslet għal websajt innovattiva u mill-isbaħ. Il-ħsieb li l-Parroċċa ta’ San Ġorġ ikollha l-leħen tagħha fuq l-internet imur lura sew numru ta’ snin mhux ħażin. Kien proprju f’Novembru 2004 li dan is-sit tela’ għall-ewwel darba onlajn. Dan kien sar bl-inizjattiva tal-Arċipriet ta’ dak iż-żmien, Mons. Ġużeppi Farrugia. Minn dakinhar kien hemm bżonn ‘traqqigħ’ u bosta aġġornamenti fuq il-verżjoni ta’ dakinhar sabiex il-Parroċċa tipprova taġġorna max-xejra taż-żmien. L-edizzjoni preżenti ta’ dan is-sit ġiet imnedija u inawgurata fl-ewwel jum tan-Novena tal-Festa ta’ San Ġorġ tas-sena li għaddiet, jiġifieri nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju 2019. Waqt il-messaġġ tiegħu l-Arċipriet kien stieden lil kulħadd biex juża dawn it-tip ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali li għandha l-Parroċċa biex tissaħħaħ ir-rabta bejn il-persuni, kemm bħala Nsara, kemm bħala Ġorġjani. Il-format tas-sit Kif diġà ntqal, biex wasalna għall-format u d-disinn ta’ dan is-sit saru diversi laqgħat ma’ nies differenti, anki esperti f’dan il-qasam, li offrew l-għajnuna tagħhom, biex hekk stajna noffru l-prodott li għandna llum. Il-portal il-ġdid jinkludi fih spazju għal informazzjoni dwar il-Qaddis Patrun tagħna, dwar il-Festa ta’ San Ġorġ, dwar il-parroċċa tagħna, u diversi temi oħrajn. Jinkludi wkoll informazzjoni fuq għadd ta’ realtajiet parrokkjali, il-midja parrokkjali, u s-sehem tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ fil-ħajja ta’ kuljum ta’ kull Nisrani. Imma fuq kollox dan is-sit huwa punt ta’ riferiment onlajn li dejjem qed iżid filpopolarità fost il-pubbliku u hu ddisinjat b’mod li jagħmel dan il-portal faċli li jintuża fuq il-mezzi kollha tat-teknoloġija, millmowbajl għal desktop computers. Sal-ġurnata tal-lum, il-format ta’ dan is-sit jinkorpora fih għaxar paġni ewlenin, li jerġgħu joffru diversi sezzjonijiet u temi oħrajn fi ħdanhom. Kif wieħed jista’ jinnota, barra l-paġna ewlenija, wieħed isib is-sezzjoni About Us li tinkludi l-Merħba għal dan is-sit; ħarsa ħafifa lejn l-istorja tal-Knisja f’Għawdex; kif ukoll informazzjoni dwar il-komunità parrokkjali Ġorġjana. Wieħed isib ukoll sezzjoni dwar l-istorja tal-Bażilika ta’ San Ġorġ kif ukoll dettalji u informazzjoni fuq il-Qaddis Megalomartri San Ġorġ. F’din l-aħħar sezzjoni wieħed isib minjiera ta’ informazzjoni fuq San Ġorġ, fuq il-Festa, kif ukoll talb u innijiet ta’ tifħir lil dan l-istess qaddis. Sezzjoni importanti hi dik b’lista ta’ aħbarijiet u artikli interessanti li jkunu aġġornati kważi ta’ kull ġimgħa. F’din il-verżjoni l-ġdida żammejna f’moħħna l-importanza tal-midja u r-riżorsi fil-ħajja tal-parroċċa tagħna. Wieħed jista’ jniżżel formli li jkollu bżonn għall-applikazzjonijiet li jkun jeħtieġ. Żammejna f’moħħna dehra li tgħin biex wieħed ikun jista’ jinnaviga faċilment u b’mod naturali: ifittex xi informazzjoni, jagħżel servizz li jista’ japplika għalih onlajn, forsi jagħmel ħlas jew donazzjoni… u dan kollu bl-aqwa esperjenza possibbli, hekk li wieħed ikun irid jirritorna għaliha, kif ukoll jirrakkomandaha. Ma nsejniex ninkludu wkoll l-aspett pastorali u liturġiku; għalhekk ġew inklużi żewġ paġni intitolati Pastoral Ministry u Today’s

Liturgy li fihom informazzjoni fuq il-ħidma pastorali filparroċċa, il-qari tal-liturġija ġurnata b’ġurnata, u anki tagħrif fuq il-qaddis tal-jum. Il-paġna ewlenija ta’ kull sit hi l-aktar waħda importanti u l-aktar li għandha ġġiegħel qarrej jerġa’ jżur l-istess sit. F’www.stgeorge.org.mt wieħed isib firxa ta’ artikli u temi li joffru vetrina sabiħa ta’ dak li jkun qed jiġri fil-parroċċa. Żewġ servizzi essenzjali li żammejna fuq quddiem kienu l-Bullettin Parrokkjali li jiġi ppubblikat ta’ kull ġimgħa, u l-Kalendarju li jinkludi fih l-avvenimenti u l-ġrajjiet li jkunu se jseħħu fil-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara. Insibu ukoll l-aktar żewġ artikli riċenti ta’ aħbarijiet kurrenti mill-ħajja parrokkjali. Sezzjoni oħra filpaġna ewlenija ta’ dan is-sit hija dik bit-titlu Community. F’din l-edizzjoni, żammejna f’moħħna li nwasslu lil qarrejja x-xogħol li l-Parroċċa tkun qiegħda twettaq man-nies fuq il-livell ta’ katekeżi – fejn insibu informazzjoni fuq laqgħat tal-Lectio Divina, laqgħat li jsiru għall-koppji li qed jippreparaw ruħhom għas-Sagrament taż-Żwieġ, kif ukoll il-laqgħat għall-koppji miżżewġa; u informazzjoni fuq il-livell ta’ liturġija – bħalma wieħed jaf u jista’ jinnota, il-Parroċċa tagħna hi fuq quddiem nett fejn tidħol il-liturġija, mhux biss dik tal-Ħadd, imma anki matul id-diversi festi li jiġu ċċelebrati fis-sena. Taħt din issezzjoni inkludejna wkoll is-servizz li l-Parroċċa tagħti lil firxa wiesgħa ta’ kategoriji: tfal, żgħażagħ, saċerdoti u anki anzjani – offrut lil madwar elfejn u ħames mitt familja, lil dawk kollha li jżuru l-Bażilika tagħna ta’ kuljum, kif ukoll lill-emigranti ħbieb tagħna li huma mifruxin mal-erbat irjieħ tad-dinja. Filpaġna ewlenija ġie deċiż li ndaħħlu sezzjoni bit-titlu Projects, li tinkludi fiha informazzjoni dettaljata anki b’ritratti ta’ dawk il-proġetti li l-Parroċċa daħlet għalihom, jew li ġa wettqet flaħħar xhur, jew li qed twettaq f’dawn il-ġimgħat. Hu fid-dmir tal-Parroċċa li tara li, permezz tal-mezzi li għandha, il-komunikazzjoni bejnha u l-komunità tkompli tinbena. Barra dawn it-temi li ssemmew, fil-paġna ewlenijia ta’ dan is-sit wieħed isib ukoll diversi features oħra importanti. Issezzjoni tal-midja nqasmet f’erba’ partijiet: dik li tirrigwarda l-paġna uffiċjali tal-midja soċjali Facebook; il-paġna uffiċjali ta’ YouTube, fejn wieħed jista’ jsib filmati, kif ukoll il-quddies u l-avvenimenti kollha li jiġu live streamed; paġna fuq irRadju tal-Komunità Leħen il-Belt Victoria, li huwa l-“leħen” għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ li jinfirex ’l hemm mill-fruntieri fiżiċi tagħha. Bl-evanġelizzazzjoni Kristjana bħala l-mira u l-missjoni prinċipali tiegħu, Leħen il-Belt Victoria hu wkoll aġent soċjali ta’ formazzjoni sana, bl-għażla wiesgħa ta’ servizzi li joffri, kif jidher mill-programmi varjati ta’ tagħrif, edukazzjoni, spiritwalità, mużika, letteratura, arti, storja, aġġornament, sport, diskussjoni, u naturalment… xandiriet minn barra l-istudjows, speċjalment mill-Bażilika. Dan issit hu ħolqa oħra b’saħħitha fil-katina ta’ servizzi tagħna, li tinkludi audio u video streaming il-jum kollu flimkien ma’ podcasts aġġornati regolarment. Ir-raba’ parti f’din is-sezzjoni hija l-Photo Gallery, li tinkludi numru ta’ ritratti, aġġornati kważi kuljum, ta’ avvenimenti jew ġrajjiet li jkunu qed iseħħu fil-Parroċċa. Fl-aħħar parti, imbagħad, wieħed isib ħoloq għal siti ta’ diversi entitajiet li għandhom x’jaqsmu b’mod dirett jew indirett, jew jaħdmu id f’id, mal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Wieħed jista’ jinnota li kull sezzjoni jew tema tista’ tiġi aċċessata minn diversi bnadi f’dan is-sit, u dan jagħmilha eħfef għal min qed iżur din il-websajt. Dawk kollha li jidħu fil-websajt www. stgeorge.org.mt jistgħu wkoll iżommu ruħhom aġġornati permezz tal-preżenza fuq il-mezzi soċjali, fosthom Facebook u YouTube. L-aktar ħaġa importanti bejn il-Parroċċa u s-soċjetà hu l-kuntatt, u għalhekk, permezz ta’ dan is-sit, ġiet iddedikata sezzjoni biex wieħed ikun jista’ jagħmel kuntatt b’mod personali mal-Parroċċa ta’ San Ġorġ għal dak kollu li wieħed ikollu bżonn.


18

JANNAR - APRIL 2020

Il-Grupp tal-Anzjani tal-Parroċċa tagħna b’ritmu ġdid fl-aħħar sentejn Georgina Cassar

Bħal kull taqsima oħra fi ħdan il-Parroċċa, il-Grupp talAnzjani (60+) reġa’ qabad ir-ritmu f’dawn l-aħħar sentejn, waqt li kompla jinbena fuq tant ħidma li ġa saret fissnin l-imgħoddija minn organi parrokkjali bħalma kienu l-Kumitat għall-Promozzjoni Umana u l-Ladies Society. Kien biss ftit jiem wara li Dun Joseph Curmi ġie maħtur Arċipriet tal-Bażilika tagħna li beda jara kif jagħti aktar ħajja lid-diversi kategoriji fi ħdan il-parroċċa. Huwa sejjaħ għadd ta’ membri biex jagħtu sehemhom fil-ħidma pastorali li ried iwaqqaf. Lili messni l-Grupp tal-Anzjani. Sinċerament ma stajtx nirrifjuta meta rajt l-entużjażmu tal-Arċipriet ħabrieki tagħna li mill-ewwel deher li kien se jidħol b’ruħu u ġismu għat-tmexxija tal-komunità parrokkjali. Flimkien iddeċidejna li nibdew norganizzaw ħarġiet kulturali u rikreattivi tal-inqas darba fix-xahar. L-ewwel ħarġa tagħna kienet proprju nhar il-Festa għażiża ta’ San Ġużepp, 19 ta’ Marzu 2017. Kif kien jixraq, bdejna b’quddiesa fis-Santwarju arċipretali tal-Qala u wara ħadna afternoon tea fir-Ristorant Xerri l-Bukkett. L-attendenza kienet ta’ 65 persuna – ferm inkuraġġanti għall-ewwel darba. Intlaqgħet

tajjeb ħafna u għamilna l-kuraġġ biex inkomplu. Minn dakinhar ’l hawn irnexxielna norganizzaw fuq 25 ħarġa. Ta’ kull darba bdejna b’quddiesa f’xi knisja jew kappella differenti madwar Għawdex u wara dejjem allokajna ħin biżżejjed għad-divertiment u għall-ikel f’diversi ristoranti. Barra minn hekk, bdew jaslulna bosta talbiet għal ħarġiet Malta. Tieħu pjaċir tara l-parteċipanti jieħdu tant interess f’dawn il-ħarġiet kulturali li dejjem jiġu apprezzati mhux ftit. Dawn il-ħarġiet servewna biex nagħmlu aktar konoxxenza ta’ ħbieb li ma tantx niltaqgħu magħhom ta’ spiss u fl-istess ħin nieħdu gost nitkellmu u naqsmu l-esperjenza tagħna flimkien. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil Antida Gatt għallimpenn tagħha fejn jidħol il-bejgħ tal-biljetti għall-ħarġiet kollha li jsiru. Nawgura li dawn il-laqgħat tal-Grupp tal-Anzjani talParroċċa jibqgħu għaddejjin b’mod regolari. Bil-qalb kollha nistieden membri oħra biex jingħaqdu magħna f’dawn l-attivitajiet li qed norganizzaw, li huma parti importanti mill-ħidma pastorali, biex nilħqu wkoll lil dawk li jgħixu waħidhom jew m’għandhomx wisq kumpanija. Minbarra li aħna stess inkunu qed ngħaddu ftit ħin ta’ mistrieħ flimkien, sadattant inkunu wkoll qed nagħtu ftit għajnuna finanzjarja biex insostnu l-proġetti kbar li daħlet għalihom il-Parroċċa tagħna. Ċertament li l-akbar sodisfazzjon tagħna huwa li filwaqt li nkunu qed nagħtu opportunità lill-membri tagħna jiltaqgħu flimkien aktar ta’ spiss, sadattant inkunu anki indirettament qed inressquhom aktar viċin tal-Knisja, bilħafna funzjonijiet sbieħ li toffrilna f’kull staġun tas-sena. Dan, wara kollox, naħseb li kien l-iskop ewlieni tal-Arċipriet meta talabni ngħinu f’dan il-grupp.


JANNAR - APRIL 2020

19

Mejtin bejn l-1615 u l-2018 Toni Farrugia

Kif għidt fl-artiklu preċedenti, f’dawn l-aħħar ħames snin sar indiċi tal-imwiet kollha bejn l-1615 u l-2018 u li fih b’kollox 22,423 mewt. Kienet biċċa xogħol li ħaditli ħafna ħin u paċenzja. Dan għal diversi raġunijiet, li hawnhekk mhuwiex il-post u l-waqt li nelenkahom waħda waħda. Se nsemmi biss l-aktar importanti:

fl-etajiet. L-imwiet bejn l-1863 u l-1875 ivverifikajthom mar-Reġistru Pubbliku u mar-Reġistri Parrokkjali talMagħmudija. Fl-Arkivju Parrokkjali ma għandniex ir-reġistru oriġinali tal-Libro Infanti; jista’ jkun li hu miżmum fl-Arkivju tal-Katidral jew tal-Kurja Veskovili, jew li huwa mitluf.

• Sa madwar is-sena 1905, jekk il-mejjet kien miżżewweġ jew armel, ġeneralment kienu jkunu rreġistrati l-ġenituri tiegħu biss, filwaqt li l-isem tal-mara ma kienx ikun irreġistrat. Sa madwar is-sena 1893, jekk il-mejta kienet miżżewġa jew armla, ġeneralment kien ikun irreġistrat l-isem tar-raġel biss u l-ġenituri tagħha ma kinux irreġistrati. Sal-1950, il-kunjom tal-omm xebba ġeneralment ma kienx irreġistrat, anki jekk il-mejjet jew mejta ma kinux miżżewġin. Għalhekk l-imwiet kollha (kważi 7,000) mill-1863 sal-1975 huma vverifikati kollha mar-Reġistru Pubbliku. Bdejt mill-1863 għar-raġuni li r-rekords tar-Reġistru Pubbliku (jew, kif inhu magħruf, l-Insinwa) bdew minn dik id-data.

• Ir-reġistrazzjoni tal-imwiet fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ bdiet fl-1626. Jidher li qabel din id-data l-imwiet kienu rreġistrati f’xi reġistru ieħor, għaliex fil-Ġuljana Masini hemm taqsima Difonti in San Giorgio li tkopri s-snin 1615-1850. Dan ifisser li l-imwiet bejn l-1615 u l-1625 huma rreġistrati f’reġistru li ntilef mal-medda tas-snin.

• Waqt li kont għaddej b’dan l-eżerċizzju osservajt li kien hemm varjazzjoni bejn ir-reġistrazzjoni tal-mejtin firReġistri Parrokkjali u r-rekords tar-Reġistru Pubbliku. Biex nagħti eżempju wieħed biss, Josepha Gambin, li mietet fit-22/05/1888, fir-Reġistru Pubbliku hija rreġistrata bħala Josepha Gibson. Assumejt li din hija l-istess persuna peress li fiż-żewġ każijiet l-isem talmissier huwa rreġistrat bħala “Robertus”, l-isem tal-omm huwa rreġistrat bħala “Concetta Pace”, it-tnejn mietu fl-istess ġurnata, kellhom l-istess età u ndifnu fl-istess post. Għalhekk f’dan l-indiċi rreġistrajt kemm il-mewt ta’ Josepha Gambin u kemm dik ta’ Josepha Gibson. Din ilvarjazzjoni kienet ukoll fl-ismijiet tal-mejjet/mejta jew talġenituri tagħhom. B’kollox hemm 745 każ ta’ diskrepanza bejn ir-Reġistri Parrokkjali u r-rekords tar-Reġistru Pubbliku. • Kien hemm xi każijiet ta’ mwiet ta’ tfal fejn id-dettalji ta’ wieħed mill-ġenituri kienu differenti minn kif kienu rreġistrati fil-magħmudija tal-istess tifel/tifla. Kien hemm ukoll diskrepanzi bejn l-età li kienet irreġistrata fir-Reġistri Parrokkjali u r-rekords tar-Reġistru Pubbliku. • Għandi għax nifhem li fis-seklu dsatax il-mewt ta’ tfal li l-età tagħhom kienet taħt it-tmien snin kienet tkun irreġistrata f’reġistru separat. Dan intbaħt bih għaliex fil-Ġuljana Masini (li huwa indiċi tal-magħmudijiet, żwiġijiet u mwiet kollha ta’ Għawdex mill-1554 sal-1934 u li jinsab fis-Sezzjoni ta’ Għawdex tal-Arkivju Nazzjonali) hemm volum, Libro Infanti, li fih huma rreġistrati tali tfal u li ndifnu fil-Knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ, filMatriċi/il-Katidral, jew knejjes oħra fir-Rabat. Dan irreġistru jkopri s-snin 1807-1850 u s-snin 1857-1875, jiġifieri l-imwiet bejn l-1851 u l-1856 huma neqsin. F’dan il-Libro Infanti, minbarra l-fatt li l-kunjom tal-omm xebba ma hux irreġistrat (u hemm fejn lanqas isimha ma hu rreġistrat), hemm diversi differenzi mar-rekords tar-Reġistru Pubbliku fl-ismijiet tat-tfal, fil-ġenituri, u

• L-imwiet li seħħew bejn l-1554 u l-1628 huma rreġistrati f’reġistru li jinżamm fl-Arkivju tal-Kurja Veskovili. Dan ir-reġistru jkopri l-magħmudijiet, iż-żwiġijiet u l-imwiet li seħħew fiż-żewġ parroċċi tar-Rabat f’dan il-perjodu. Traskrizzjoni ta’ dan ir-reġistru tinsab fil-ktieb The Earliest Church Register in Gozo 1554-1628 tal-Professur Horatio C.R. Vella. L-imwiet bejn l-1554 u l-1614 ta’ dan irreġistru ma humiex inklużi f’dan l-indiċi, peress li wieħed jista’ faċilment jirreferi għalihom fl-imsemmi ktieb. Dawn huma xi punti oħra li ħadt nota tagħhom waqt li kont qed niġbor l-indiċi: Anzjani • Sa madwar is-sena 2000, il-mewt ta’ rġiel anzjani, li mietu waqt li kienu residenti fit-taqsima talanzjani tal-isptar, kienet tkun irreġistrata fil-parroċċa tagħna, anki jekk dan l-anzjan ma kienx oriġinarjament mir-Rabat (il-mewt ta’ nisa anzjani kienet tkun irreġistrata mal-Parroċċa tal-Matriċi/Katidral). Dan għaliex dawn l-anzjani kienu kkunsidrati li huma parruċċani tar-Rabat dment li kienu residenti l-isptar. Jekk il-funeral jew iddifna kienu se jsiru fil-parroċċa tal-mejjet/mejta, il-katavru kien jitwassal minn qassis u abbati tal-parroċċa tagħna jew tal-Matriċi/Katidral sal-konfini tar-raħal tal-mejjet/ mejta, u minn hemm il-katavru kien ikun akkumpanjat minn saċerdot u abbati ta’ dak ir-raħal sal-knisja jew iċċimiterju tal-parroċċa. • Hemm każijiet fejn kulma kien irreġistrat kien l-isem tal-mejjet. Dawn il-każijiet ġeneralment kienu persuni anzjani li mietu fl-isptar u li kienu minn irħula oħra, u għalhekk l-amministrazzjoni tal-isptar ma kellhiex dettalji tal-persuna. Biex nagħti eżempju, fl-20/01/1799 mietet persuna mix-Xagħra, li mank isimha ma hu rreġistrat. Dfin • Qabel l-1898 id-dfin kien isir fiz-zuntier tal-knisja (ilkelma zuntier oriġinarjament kienet tfisser midfen). Izzuntier tal-Knisja ta’ San Ġorġ kien fejn illum hemm innava tal-lvant, jiġifieri n-naħa tal-Altar tal-Erwieħ. FilKatidral u fil-Knejjes ta’ San Franġisk, ta’ Santu Wistin u tal-Madonna tal-Grazzja, id-dfin kien isir fil-kripta jew fil-korsija, kif jixhdu l-lapidi tal-irħam li hemm fil-korsija


20

JANNAR - APRIL 2020

• Katidral u ta’ San Franġisk. L-aħħar dfin fil-knejjes tarRabat kien kif ġej: f’San Ġorġ sal-1898, f’Savina sal-1899, fil-Kappella ta’ Santa Barbara (li tinsab fiċ-Ċittadella) sal-1948, fil-Knisja ta’ Santu Wistin sal-1934, fil-Knisja ta’ Madonna tal-Grazzja sal-1971, fil-Katidral sal-1973, u fil-Knisja ta’ San Franġisk sal-1973. • Fl-1896 infetaħ iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija f’TalImgħajjem, fil-kuntrada Tal-Bir, fil-limiti tax-Xewkija. L-ewwel difna li hija rreġistrata li saret hawn hija dik ta’ Franciscus Grima, iben Emanuel u Carmela Demanuela, ta’ tliet snin, li saret fit-03/12/1898. Id-dfin f’dan iċċimiterju beda jsir b’mod regolari mis-06/08/1899. • Id-dfin ġieli sar ukoll fiċ-Ċimiterju ta’ San Ġwann Evanġelista, li fl-1949 inbena minfloku l-Oratorju Don Bosco. Fir-Reġistru Pubbliku dan iċ-ċimiterju huwa rreġistrat bħala Campo Santo di San Giovanni. L-ewwel difna li hija speċifikament irreġistrata li saret f’dan iċċimiterju hija dik ta’ Joannes Maria Cassar (età mhux annotata). Id-difna saret fil-11/02/1662 u l-kawża tal-mewt tiegħu hija rreġistrata bħala fu apicato, li ma nistax insir naf xi tfisser (jista’ jkun li trid tkun fu impiccato – kien mgħallaq – forsi għax kien kriminal). Dan iċ-ċimiterju ma jerġax jissemma qabel l-1861, imma bejn l-1799 u l-1800 sar ħafna dfin f’ċimiterju li ma hux speċifikat, imma li wieħed jista’ jassumi li kien dan iċ-ċimiterju. L-aħħar difna li saret f’dan iċ-ċimiterju kienet ta’ Anna Sultana, bint Andreas Rapa u Ursula Attard, l-armla ta’ Michael Sultana, ta’ 78 sena, u li saret fis-17/08/1899.

L-ewwel difna fiċ-Ċimiterju San Ġwann (illum l-Oratorju Don Bosco), 11.02.1662.

• Iċ-Ċimiterju tal-Kolera li jinsab f’Tal-Għonq, fil-limiti tar-Rabat, infetaħ mill-awtoritajiet Ingliżi fis-sena 1837 minħabba li kienet faqqgħet epidemija ta’ din il-marda. L-ewwel difna li hija speċifikament irreġistrata li saret f’dan iċ-ċimiterju hija dik ta’ Antonius Cremona, iben Maruttius, ta’ 36 sena, li saret fil-25/08/1850; b’kollox indifnu sitt persuni f’dan iċ-ċimiterju f’din is-sena. Dan iċ-ċimiterju ma reġax intuża qabel l-1865 meta l-kolera faqqgħet bl-ikrah. Dan iċ-ċimiterju kien magħruf ukoll bħala “Tal-Infetti” (korruzzjoni tal-kelma “infettati”).

din l-epidemija. L-imxija riċenti tal-Covid-19 tagħtina indikazzjoni tajba. L-età tal-mejtin kienet bejn it-tmien snin u t-88 sena, bl-età medja tkun ta’ 50 sena. Barranin, ilsiera u refuġjati • Disa’ mill-mejtin kienu barranin. Wara l-1828, innazzjonalità ma baqgħetx tkun irreġistrata u għalhekk x’aktarx li hemm aktar mejtin li huma barranin, speċjalment Ingliżi: 1. Fid-19/06/1730 miet Hyeronimus Iborres (età mhux annotata) (Spanjol). 2. Fil-11/09/1738 miet Christopher (kunjom mhux annotat), ta’ 18-il sena (Ġermaniż). 3. Fl-10/05/1741 miet Eliserius Boyè, ta’ 22 sena (Franċiż). 4. Fit-03/09/1745 miet Joannes Vitale, ta’ 45 sena (Spanjol). 5. Fit-08/05/1746 miet Alexander Primo, ta’ 22 sena (Franċiż mill-provinċja ta’ Lorraine). 6. Fid-09/10/1804 miet Joannes Roch Suar, ta’ 27 sena (Spanjol). 7. Fid-09/08/1805 miet Stephanus Pauchet (età mhux annotata) (Franċiż). 8. Fit-23/09/1805 miet Joannes Baptista Carolus Maggi, iben Petrus u Maria Catharina (kunjomha xebba mhux annotat), ta’ 9 snin (Taljan – irreġistrat bħala mill-belt ta’ Pavia fl-istat tal-Lombardija, peress li l-Italja kienet għadha mhux magħquda fi stat wieħed). 9. Fil-11/07/1828 miet Nicolaus Calabauo, iben Demetrius, ta’ 53 sena (Grieg).

Il-belt ta' Pavia fl-istat tal-Lombardija, 23.09.1805.

• Seba’ mill-mejtin kienu lsiera (mancipium jiġifieri “proprjetà”) jew ilsiera meħlusa (manumissum): 1. Fis-26/03/1667 mietet Dominica (età mhux annotata), li kienet ilsira ta’ Albinus Apap. 2. Fid-09/03/1730 miet Joseph, ta’ 50 sena, ilsir tal-mastru Perinus Seychel. 3. Fil-21/02/1734 mietet Maria, ta’ 30 sena, ilsira ta’ Joannes Nicholaus Gauci. 4. Fid-19/01/1737 miet Joseph, ta’ 75 sena, mix-Xagħra, li kien ilsir meħlus. 5. Fil-27/06/1746 mietet Maria, ta’ 80 sena, li kienet ilsira meħlusa tas-sid Gauci. 6. Fit-13/10/1753 mietet Theresia, ta’ 70 sena, li kienet ilsira meħlusa tas-sid Ruis. 7. Fil-22/03/1799 miet Joseph, ta’ 60 sena, li kien ilsir.

L-ewwel difna fiċ-Ċimiterju tal-Kolera, 25.08.1850.

• L-ewwel difna f’dan iċ-ċimiterju minħabba l-epidemija tal1865 kienet dik ta’ Salvator Xuereb, iben Joseph u Anna Spiteri, mix-Xewkija, ta’ 24 sena, li seħħet fid-29/07/1865. L-aħħar waħda kienet dik ta’ Michael Angelus Gauci, iben Michael u Maria Bugeja, ta’ 69 sena, li seħħet fil15/10/1865. F’dan il-perjodu ta’ ftit inqas minn tliet xhur indifnu b’kollox 147 persuna f’dan ċ-ċimiterju. Jekk wieħed iqabbel dan mal-118-il persuna li mietu matul is-sena kollha tal-1942 (jiġifieri fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija), wieħed jista’ jobsor x’niket u x’ħerba kkawżat

Joseph ilsir (manucipium) ta' Petrus Seychel, 09.03.1730.

• Għandi għax naħseb li xi Maltin ġew Għawdex bħala refuġjati matul l-irvell tal-Maltin kontra l-ħakma Franċiża ta’ bejn Ġunju 1798 u Settembru 1800. Dan għaliex f’dan il-perjodu 17% (43 minn total ta’ 250) talmejtin kienu Maltin (l-aktar mill-Belt Valletta, il-Birgu u l-Isla). In-numru ta’ mwiet tela’ minn 58 fis-sena 1798 għal 148 fis-sena 1799, u fl-1800 niżel għal 90.


JANNAR - APRIL 2020

• Bejn l-1941 u l-1943, jiġifieri fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, mietu dsatax-il refuġjat Malti f’Għawdex. Sptarijiet • Fit-03/06/1730 miet Simeon Bajada, iben Ambrogius, ta’ 30 sena, li miet l-isptar. Din hija l-ewwel mewt li hi speċifikament irreġistrata li ġrat fl-isptar. L-isptar kien dak ta’ San Ġwann Battista u Sant’Antnin ta’ Padova (dak li nsibuh bħala ‘l-Isptar il-Qadim’), li twaqqaf fis16/06/1719 u li fetaħ il-bibien tiegħu fl-14/10/1729. Għalhekk dan Simeon Bajada kien wieħed mill-ewwel pazjenti ta’ dan l-isptar. • Fil-05/06/1864 mietet Eugenia Tabone, bint Joseph u Rosa Aquilina, ta’ 38 sena, fl-Isptar San Ġiljan. Il-pazjenti ta’ dan l-isptar kienu trasferiti għall-Isptar San Ġwann Battista, biex minfloku jsir Seminarju meta twaqqfet idDjoċesi ta’ Għawdex fis-16/09/1864. Għalhekk din Eugenia kienet waħda mill-aħħar pazjenti tal-Isptar San Ġiljan. • Bejn l-1938 u l-1949 mietu sitt persuni fl-Isptar Santa Tereża. Ħamsa mill-mejtin kienu minn Malta. Dan l-isptar, li nfetaħ fit-22/06/1929, oriġinarjamament kien għal każijiet ta’ trakoma (infezzjoni tal-għajnejn), imma fl-1933 inbidel fi sptar tat-tuberkolożi. Illum huwa l-blokk amministrattiv tat-Taqsima Mentali tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Saċerdoti Dawn huma l-membri tal-kleru li l-mewt tagħhom hi rreġistrata: 1. 92 saċerdot (mhux neċessarjament kollha mir-Rabat, xi wħud kienu minn parroċċi oħra li mietu fl-isptar). 2. Il-Kappillani tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ: Angelus Modulum (20/10/1637), Sanctus dell’Piscopo (12/07/1644), Marianus Puglisi (16/11/1669), u Angelus Bonnici (12/04/1673). 3. L-Arċiprieti tal-Parroċċa tal-Katidral u Kappillani talParroċċa ta’ San Ġorġ: Mons. Felix Refalo (23/05/1917) u Mons. Michael Cefai (01/12/1981). 4. Il-Kappillan tal-Fontana Joseph Hili (08/03/1937). 5. L-Arċiprieti Emeriti tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ: Mons. Emanuel Mercieca (27/08/2000) u Mons. Salv Borg (27/09/2007). 6. L-Isqof Mons. Joseph Pace (31/03/1972). 7. L-Arċisqof Emeritu Mons. Joseph Mercieca (21/03/2016) – il-mewt tiegħu hija rreġistrata fil-reġistri tagħna peress li kien iben din il-parroċċa; il-funeral tiegħu sar fil-Konkatidral San Ġwann, il-Belt Valletta u d-difna tiegħu saret fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Tagħrif ieħor • Sal-1990 ir-reġistrazzjoni tal-mewt fir-Reġistri Parrokkjali kienet issir bil-Latin (il-lingwa uffiċjali talKnisja). Fir-Reġistru Pubbliku, ir-reġistrazzjoni kienet issir bit-Taljan, il-lingwa uffiċjali tal-Istat, sakemm l-Ingliż u l-Malti saru l-lingwi uffiċjali. • Fil-15/05/1702 u fis-17/05/1702 mietu tlett itfal li missierhom kien “Michael Vella” u ommhom kien jisimha “Aquilina”. Fl-indiċi żidt il-kelma “sic” wara isimha biex nuri li ma hux żball. It-trabi kienu Maria u Jacobus (it-tnejn ta’ ġurnata) u Ludovicus ta’ tlett ijiem. Fit22/03/1730 mietet l-omm infisha, ta’ 65 sena. Dan l-isem “Aquilina” ltqajt miegħu wkoll waqt li kont qed nagħmel l-indiċi taż-żwiġijiet: fit-18/09/1707 Aquilina Vella, bint

21

Andreas u Dominica (kunjomha xebba mhux annotat) iżżewġet lil Julius Camilleri, iben Paschalis u Maria (kunjomha xebba mhux annotat). • Mal-medda tas-snin ħafna kunjomijiet ġew estinti – l-iktar li laqtuni kienu “Sellughi” (20/12/1636) li jista’ kien “Xellugi”, “Xewka” (05/12/1620), “Saranguta” (15/09/1645) u “Sarana” (09/11/1654). Jista’ jkun li dawn kienu laqmijiet u mhux kunjomijiet. • L-ixjeħ persuni li huma rreġistrati huma Antonius Calleja li miet fl-20/05/1938 ta’ 102 sena u Maria Concepta Apap li mietet fit-30/03/2007 ta’ 101 sena. Persuni oħra li mietu ta’ mitt sena kienu Gratia Mercieca (21/01/1824), Maria Gauci (01/05/1823), Joseph Buttigieg (15/09/1934), Josepha Grech (18/08/1994), Giannina Cilia (09/03/1999), Concepta Borg (18/01/2005), u Maria Scerri (27/04/2015). Fuq in-naħa l-oħra tal-miżien hemm diversi trabi li għexu biss għal ftit sigħat, u xi wħud għal ftit minuti – kemm laħqu tgħammdu. • Hemm diversi perjodi, li jvarjaw minn xahar wieħed sa 21 xahar, fejn ma sibt l-ebda mewt irreġistrata. Nassumi illi dawn l-imwiet li seħħu f’dawn il-perjodi kienu rreġistrati fir-reġistri tal-Matriċi. Imma ma nistax neskludi li għal xi raġuni jew oħra dawn l-imwiet ma kienu rreġistrati mkien. • Sal-1955 iż-żewġ parroċċi tar-Rabat kienu magħqudin flimkien u l-Arċipriet tal-Parroċċa tal-Matriċi/Katidral u l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ kienu l-istess persuna. Il-mewt ta’ persuni li mietu sa din is-sena kienu jiġu rreġistrati skont it-territorju tal-parroċċa li kienu jgħixu fiha, avolja l-funeral kien isir fil-knisja tal-parroċċa l-oħra. Ngħidu aħna, il-funeral ta’ Joseph Attard, iben Paschalis u Maria Concepta Buhagiar (Ta’ Kunċetta), li miet fl-01/11/1954, sar fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, imma l-mewt tiegħu hija rreġistrata fir-Reġistru tal-Katidral, peress illi huwa kien joqgħod fit-territorju ta’ dik il-parroċċa. X’aktarx li r-reġistrazzjoni baqgħet issir b’din is-sistema sa meta ntemmet l-arċipretura ta’ Mons. Mikiel Cefai fis-sena 1976 u minfloku laħaq Mons. Emanuel Mercieca. Dik is-sena kien sar survey malfamilji tar-Rabat li fih intalbu jgħidu ma’ liema parroċċa riedu li jkunu rreġistrati.

Ir-reġistrazzjoni tal-familja tiegħi mal-Parroċċa ta' San Ġorġ fl-1976.

Fl-aħħar nett, korrezzjoni għall-artiklu preċedenti. Wara li bgħatt l-artiklu għall-istampa sirt naf li r-reġistrazzjoni hija fil-fatt ta’ meta tkun seħħet il-mewt u mhux il-funeral. Għalhekk l-ewwel sentenza tal-aħħar paragrafu talintroduzzjoni trid tiġi “Id-data hija ta’ meta seħħet il-mewt, imma nassumi li kienet ukoll id-data tal-funeral, ħlief filkażijiet fejn il-katavru nstab wara xi jiem”. U allura jsegwi illi l-kliem “sar il-funeral ta’” li hemm wara kull data jrid jiġi “miet/mietet/mietu”.


22

JANNAR - APRIL 2020

» 1 ta’ Jannar 11.00am: L-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana, mexxa l-Pontifikal tal-Ewwel tas-Sena fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla. » 5 ta’ Jannar 11.00am: Mons. Isqof mexxa Pontifikal fis-Solennità talEpifanija tal-Mulej fejn saret it-Tħabbira tal-Festi Liturġiċi tassena. » 13 ta’ Jannar Filgħodu: Beda t-Tberik tad-Djar tal-Parroċċa li din is-sena, għal raġunijiet pastorali li rriżultaw providenzjali, ġie deċiż li jsir iktar kmieni mis-soltu. Beda r-restawr tal-faċċata u l-kampnari tal-Bażilika millkumpanija Recoop Ltd, wara li saret sejħa pubblika. Ir-restawr hu parzjalment iffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex. » 16 ta’ Jannar 05.30pm: Dun Daniel J. Sultana, Segretarju Pastorali Djoċesan, mexxa laqgħa bit-tema “Ir-relazzjoni Nisranija tagħna ma’ wliedna” għall-ġenituri tat-tfal li ħa jirċievu s-sagramenti, fis-Sala Parrokkjali. Fl-istess ħin, il-kandidati tal-Konfirmazzjoni għamlu żjara lill-Monasteru ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria u ngħataw spjega tal-kariżma Agostinjana u l-istorja tal-kunvent minn Patri Peter Paul Cachia osa. » 24 ta’ Jannar Il-Parroċċa organizzat ħarġa għall-anzjani. » 26 ta’ Jannar Fuq xewqa tal-Papa Franġisku għall-Knisja kollha ġie ċċelebrat għall-ewwel darba Ħadd il-Kelma ta’ Alla. Bħala sinjal tal-importanza tal-Kelma, ġie armat fuq il-presbiterju leġiju apposta li fuqu ġie intronizzat l-Evanġelarju. » 1 ta’ Frar 05.45pm: Iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tal-Preżentazzjoni talMulej bdiet b’purċissjoni qasira minn fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġakbu fi Pjazza Indipendenza. Fis-6.00pm, l-Arċipriet mexxa l-quddiesa fil-Bażilika li fiha saret il-preżentazzjoni talkandidati tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof. » 7 ta’ Frar Filgħodu: L-Arċipriet mexxa quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar għal studenti mill-Iskola Primarja tal-Belt Victoria filKulleġġ ta’ Għawdex. » 13 ta’ Frar 05.30pm: Patri Marcello Girlando ofm mexxa laqgħa dwar ir-relazzjoni tagħna mal-misteru tal-ħażen, għall-ġenituri tattfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof, fisSala Parrokkjali. Fl-istess ħin, it-tfal għamlu żjara lis-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fil-kunvent tagħhom fi Triq Palma. » 14 ta’ Frar Il-Parroċċa organizzat ħarġa għall-anzjani. » 15 ta’ Frar 06.00pm: L-Arċipriet mexxa quddiesa fil-Festa parrokkjali talMadonna ta’ Lourdes. Wara, sar pellegrinaġġ aux flambeaux

bl-istatwa tagħha fit-toroq ta’ madwar il-Bażilika. » 15-16 ta’ Frar Ġie organizzat St Valantine’s Bake Sale fi Pjazza San Ġorġ bi ġbir ta’ fondi għall-Parroċċa. » 26 ta’ Frar 08.45am: Mill-ewwel ġurnata tar-Randan beda jsir it-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum ta’ kuljum flimkien mal-poplu fil-Bażilika. 05.45pm: Iċ-ċelebrazzjoni tal-Erbgħa tar-Rmied bdiet b’mixja penitenzjali miz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġakbu għallBażilika, fejn fis-6.00pm l-Arċipriet mexxa Konċelebrazzjoni solenni li fiha sar ir-Rit solenni tat-Tqegħid tar-Rmied. 07.30pm: Ġiet iċċelebrata quddiesa animata apposta għallGruppi tal-Adoloxxenti. » 27 ta’ Frar 07.20pm: Dun Joseph Mercieca mexxa l-Lectio Divina filKappella ta’ Ġesù u Marija. Dawn il-laqgħat bit-tifsir talVanġelu tal-Ħadd baqgħu jsiru kull ġimgħa. » 1 ta’ Marzu 10.00am: Il-Kan. Richard N. Farrugia mexxa l-Quddiesa talKomunità bit-tema speċjali tar-Randan: “Poplu magħżul u msejjaħ għall-Imħabba”. 04.30pm: Fil-Ħdud tar-Randan beda jsir il-kant solenni talGħasar mill-Kapitlu u l-kleru flimkien mal-poplu. 07.00pm: L-aħħar quddiesa ta’ kull Ħadd tar-Randan, ibda minn dan il-Ħadd, tmexxiet mill-Arċipriet u kienet immirata b’mod speċjali għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u animata bi stili ta’ kant differenti. It-tema ta’ din il-mixja kienet Break Away 3. » 2-6 ta’ Marzu 4.15pm: Saru l-Eżerċizzi għal kulħadd minn Dun Effie Masini, fil-Bażilika. » 9 ta’ Marzu 4.15pm: Bdew l-Eżerċizzi għat-tfal mis-seminarista Andrew Grima, fis-Sala Parrokkjali. Dawn kellhom jitwaqqfu ħesrem fir-raba’ jum minħabba d-direttivi dwar il-Coronavirus. Andrew mill-bidu tar-Randan kien beda joqgħod fid-Dar Parrokkjali mal-Arċipriet, bħala parti mill-esperjenza ta’ formazzjoni li twasslu għad-djakonat. » 11 ta’ Marzu Fid-dawl tal-emerġenza globali tal-pandemija tal-Covid-19, il-Bażilika ta’ San Ġorġ ħarġet edizzjoni riveduta tat-talba proposta mill-Isqfijiet ta’ Għawdex lil San Ġorġ fi żmien iżżewġ Gwerer Dinjija u beda jsir talb speċjali lill-Patrun ta’ Għawdex biex iħares lil pajjiżna minn dan il-virus qerriedi. Din it-talba speċjali kompliet tingħad fi tmiem kull quddiesa. » 12 ta’ Marzu Inħarġu direttivi mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika fejn, bi qbil mal-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi, twaqqaf il-quddies kollu fil-knejjes, l-għoti tas-sagramenti u kull attività oħra pastorali tal-massa, minħabba l-imxija tal-Covid-19. Il-Bażilika bdiet tinfetaħ biss għat-talb privat mis-6.30am sat-8.30am, mid9.30am sa 12.00pm, u mit-3.30pm sal-5.30pm. Twaqqfu wkoll il-laqgħat kollha ta’ formazzjoni fil-parroċċa għal żmien


JANNAR - APRIL 2020

indefinit. Minħabba li l-quddies twaqqaf, il-Parroċċa żiedet fisservizz ta’ xandiriet diretti permezz tal-live-streaming tagħha fuq il-Paġna ta’ Facebook u fuq YouTube, kif ukoll permezz tar-Radju LBV, fejn bdew jixxandru kuljum il-quddies tad9.00am u tas-6.00pm li saru dejjem bil-magħluq. Billi twaqqfu wkoll il-funerali u minflok setgħet issir biss id-difna privata fiċ-Ċimiterju, beda jixxandar ukoll skont il-bżonn quddies b’suffraġju ta’ dawk li jkunu ħallew din id-dinja f’dan il-perjodu. Intużaw ukoll il-mezzi soċjali u radjofoniċi tal-Parroċċa biex ixxandru mill-Bażilika mumenti oħra ta’ talb u ċelebrazzjonijiet marbuta ma’ żmien ir-Randan, l-Għid u l-Festa liturġika ta’ San Ġorġ, kif ukoll laqgħat ta’ formazzjoni u katekeżi għal kategoriji diversi. Kull attività oħra mill-Bażilika li qed tissemma minn hawn ’il quddiem f’dan id-Djarju hu mifhum li saret bilparteċipazzjoni virtwali u mhux fiżika tal-fidili. » 13 ta’ Marzu Mons. Isqof bagħat ittra lis-saċerdoti dwar il-pastorali tal-Knisja lokali tul il-pandemija li kkonkludieha billi talab l-interċessjoni tal-qaddisin protetturi ta’ Għawdex, fosthom San Ġorġ, f’dan iż-żmien tal-pandemija. » 17 ta’ Marzu Filgħaxija: Inħarġet min-niċċa l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u tqiegħdet f’tarf il-presbiterju n-naħa tal-lemin, pariġġ fejn hemm l-ambone, tħares lejn il-korsija. Dan sar biex, bħal flimgħoddi, il-poplu jersaq jitlob l-interċessjoni tal-qaddis għallħelsien mill-pandemija li laqtet id-dinja u l-gżejjer Maltin. L-istatwa tal-Kurċifiss tħalliet fil-Kor tal-Bażilika, anki wara li għaddiet il-Ġimgħa Mqaddsa, filwaqt li l-istatwi l-oħra talĠimgħa l-Kbira li kienu laħqu nħarġu fil-ġimgħat ta’ qabel iddaħħlu lura f’posthom. L-armar kollu relatat mal-Ġimgħa l-Kbira li kien diġà ntrama ddaħħal kollu f’postu. Inħareġ ukoll il-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu u tqiegħed għall-qima filkorsija, iktar tard b’altar ċkejken quddiemu, fejn kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija bdiet issir l-adorazzjoni Ewkaristika u t-talba tar-Rużarju Mqaddes. » 19 ta’ Marzu 09.00pm: F’għaqda mad-dinja kollha bħala talb għall-fejqan mill-pandemija, sar Rużarju mxandar dirett mill-Bażilika b’interventi ta’ diversi parruċċani. » 23-27 ta’ Marzu 7.30pm: Saru l-Eżerċizzi tar-Randan għall-miżżewġin minn Patri Marcello Ghirlando ofm. » 5 ta’ April 11.00am: L-Arċipriet mexxa ċ-Ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Fil-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa mal-Arċipriet ikkonċelebra il-Kan. Richard N. Farrugia, waqt li l-animazzjoni tal-kant saret minn grupp ristrett ta’ membri talKor Laudate Pueri. Bosta saċerdoti ma setgħux jikkonċelebraw, minħabba r-restrizzjonijiet fuq iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u l-impożizzjoni tal-kwarantina fuq persuni vulnerabbli u dawk minn 65 sena ’l fuq. » 7 ta’ April 06.30pm: L-Arċipriet mexxa Ċelebrazzjoni ta’ Maħfra bi tħejjija għall-Għid. » 8 ta’ April 06.30pm: Dun Richard N. Farrugia mexxa l-meditazzjonijiet tal-Via Sagra mill-Bażilika. » 9 ta’ April 09.00am: Sar it-talb tas-Salmi fil-Bażilika. 06.00pm: L-Arċipriet mexxa ċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej, u wara l-meditazzjoni tal-Viżti tas-Seba’ Knejjes.

23

» 10 ta’ April 09.00am: Sar it-talb tas-Salmi fil-Bażilika. F’dan il-jum solenni, li s-sobrjetà tiegħu kienet iktar u iktar enfasizzata bl-assenza tal-poplu mill-knejjes u mit-toroq u n-nuqqas tal-Purċissjoni penitenzjali u devota, tqiegħdet fi Pjazza San Ġorġ għallqima ta’ dawk li jgħaddu xbieha qadima ta’ Ġesù Kurċifiss. 03.00pm: L-Arċipriet mexxa l-Liturġija tat-Tifkira Solenni talPassjoni u l-Mewt tal-Mulej.

» 11 ta’ April 08.30pm: L-Arċipriet mexxa l-Liturġija tal-Lejl Qaddis talMulej bil-mixegħla tal-Blandun. » 12 ta’ April 11.00am: Mons. Isqof mexxa l-Pontifikal tal-Għid. » 19-21 ta’ April 06.00pm: Il-Kan. Richard N. Farrugia mexxa t-tlitt ijiem tatTridu bi tħejjija għall-Festa liturġika ta’ San Ġorġ. » 22 ta’ April 06.30pm: Sar it-talb solenni tal-Ewwel Għasar fil-Bażilika. 07.00pm: Il-Kan. Richard N. Farrugia mexxa l-Velja Solenni tal-Martirju ta’ San Ġorġ, bit-tema “Ġorġi – Nisrani tarRebbiegħa: ix-xhud tat-tama tal-Irxoxt f’dawn il-jiem diffiċli”, b’riflessjonijiet dwar il-virtù tat-tama mit-tagħlim tal-Papa Franġisku. » 23 ta’ April 08.30am: Sar l-Uffiċċju tal-Qari u t-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. 05.30pm: L-Arċipriet mexxa l-kant solenni tat-Tieni Għasar. 06.00pm: Mons. Isqof mexxa l-Pontifikal fis-Solennità liturġika ta’ San Ġorġ.


1

2

3

Ritratti storiċi mill-għoli fi żmien il-Covid-19

1. L-istatwa titulari ta’ San Ġorġ armata għall-Festa liturġika fit-23 ta’ April fuq il-presbiterju tal-Bażilika, fejn kienet ilha li tqiegħdet għall-qima sa minn nofs Marzu minħabba l-imxija tal-pandemija. 2. Il-faċċata tal-Bażilika Ġorġjana kważi mgħottija għalkollox bl-armar għax-xogħol ta’ restawr fuqha u fuq iżżewġ kampnari, partikularment dak tal-Punent li jidher parzjalment maħtut. 3. Knisja vojta mill-ġemgħa liturġika fl-Adorazzjoni tas-Salib nhar il-Ġimgħa l-Kbira… imma mimlija bis-skiet jgħajjat tal-Imsallab.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.