Page 1

MIEL

MILLECAMPS

TEFENKGI

VANYDA

YOU

G침ajnuna konkreta

Il-Kummissjoni Ewropea


KE-32-09-164-MT-C

MIEL

n!

SAVOIA

VANYDA

Nifs Ġdid

ibbli fit-23 lingwa

GIHEF

Nifs Ġdid

did

quddiem bis-saħħa ġew ispirati minn kulħadd jista’ jieħu għek! “Nifs gdid”, li ux, Savoia u Gihef, itjat mid-Direttorat portunitajiet Indaqs Soċjali Ewropew.

DURIEUX

Skopri wkoll billi taqra “Nifs Ġdid” kif Julie, Viktor, Pedro u Fianne irnexxielhom jibdew ħajja ġdida permezz tal-programmi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Biex tordna l-ewwel volum, disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, żur ilwebsajt: http://ec.europa.eu/esf/taketwo

Il-Kummissjoni Ewropea

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem il-Kummissjoni m’huma responsabbli mill-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab f’dan id-dokument.

Europe Direct huwa servizz li jgħinek issib tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea Numru tat-telefon ġdid bla ħlas(*):

00 800 6 7 8 9 10 11 (*) Ċerti operaturi tat-telefonija ċellulari ma jippermettux aċċess għan-numri 00 800 jew inkella dawn it-telefonati jistgħu jkunu bi ħlas.

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu) Informazzjoni dwar il-katalogar kif ukoll l-astratt jinsabu fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-Lussemburgu: l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2011 ISBN 978-92-79-16911-3 doi: 10.2767/55727 © L-Unjoni Ewropea, 2011 Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali. Printed in Belgium Stampat fuq karta bajda ħielsa mill-klorur


MIEL

MILLECAMPS

TEFENKGI

VANYDA

YOU

G침ajnuna konkreta


ALEX


WALES

X'vann għandek! X'ġabek 'l hawn Alex? Kemm ilni ma narak!

Għandi kunsinna f'dawn in-naħat… Approfittajt biex naqbeż qabża s'għand nannti l-għażiża.

5


Allura, kif int sejjer fuq ix-xogħol?

Xejn speċjali, xi biċċa xogħol 'l hemm u 'l hawn…

U ma tiġikx nostalġija tal-kampanja? Xi ftit iva… Speċjalment il-pasti tal-għasel tas-sur George.

Kif inhu? Rajt l-avviż tal-kiri!

Se jkollu jidħol f'dar tal-anzjani… It-tfal tiegħu sfurzawh xi ftit. Is-sid bi ħsiebu jagħmel xi xogħlijiet kbar ta' tiġdid u l-kera se togħla.

X'ħasra… Dik id-dar kienet kollox għalih…

U għalik kienet importanti xi ftit ukoll, Alex… Tiftakru l-każ tad-doqqajs meta kellek seba' snin?

6


Dażgur li niftakar. L-agħar episodju ta' ħajti!

25 SENA QABEL

LE!!!

7


AJJUT!!!

X'inti tagħmel? Niżżilni!! ĦEJ!!!

8

Kont iffortunat ibni! Imma r-rabja ta' ferħ naħal m'hu xejn ħdejn il-ħasla li se tagħtik nanntek!


Kieku jkun jaf is-Sur George! Ma kellix qalb nikkastigak, wara qatgħa bħal dik!

Iva, nista' nassigurak li servietni ta' tagħlima tajba!

Stramba, imma veru ħa grazzja miegħi wara dik l-istorja. L-affarijiet u s-sigriet dwar it-trobbija tan-naħal kollha hu għallimhomli.

Huwa ftit goff, imma għandu qalbu tajba…

Naħseb il-fatt li kien filkumpanija tan-naħal biss, kienet tagħmillu n-nervi.

Ħa mmur inżuru ftit.

Idea tajba! Jieħu gost żgur!

9


Allura Sur George kif aħna? Mela inti, ibni! Dak il-vann ħsibtu tas-sid, ġej biex ikeċċini… Idħol, ejja ixrob xi ħaġa! Ejja ħa dduq il-likur talgħasel tiegħi! Dis-sena tajjeb immens!

In-nanna tgħarrfitli xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni… Meta se titlaq?? U d-doqqajs? X'se jsir minnhom?

Tassew tajjeb, fil-fatt!

Isa, ejja ħa tara n-naħal issa!

X'ħasra, għasel ta' din il-kwalità! U dan kollu se jispiċċa? Is-sid tani tliet xhur.

Sakemm…

10


Sakemm xiex?? Sakemm ma taqbadx inti n-negozju tiegħi. In-naħal u inti, issa drajtu sew lil xulxin… U kollox għallimtek.

U flus? M'għandix sold. Dejn li ma nistax neħles minnu għandi!

Imma kif? U inti x'se jsir minnek? Jekk ħa tibqa' hawn se jkollok bżonn il-flus biex tħallas il-kera ż-żejda wara t-tiġdid li se jsir.

Nistgħu nirranġaw xi ħaġa…

MUMENT TA' ĦSIEB…

Lanqas irrid nemmen! Ipproponieli li nieħu f'idejja n-negozju tiegħu…

Imma m'għandix sold!

M'hijiex idea ħażina! Imissek tmur tkellem lil xi bankier…

11


CARDIFF

Sitwazzjoni vaga ħafna. M'għandekx pjan ta' ħidma… lanqas garanzija… u m'għandi l-ebda mandat… Issa nibgħat il-fajl l-uffiċċju… Imma sinċerament, diġà naf x'se jgħidu.

Għadna ma wasalniex!

Bid-dejn li diġà għandek, impossibbli. Iżda għax ma tmurx tkellem bank speċjalizzat fil-mikro-krediti marbut mal-ħolqien ta' kumpaniji? Hawn wieħed f'din il-belt… Hawn ara, dan huwa l-indirizz.

12


Ġejt fil-post it-tajjeb. Iżda għad fadallek xi affarijiet oħra x'tagħmel: tħejji l-fajl, tiżviluppa l-argumenti tiegħek, tqabbel xi figuri, tbassir. Għal dan kollu, tista' ssib l-għajnuna.

Aħna naħdmu mill-qrib ma' ċentru megħjun minn fondi Ewropej. Ilmissjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw lill-imprendituri li jixtiequ jidħlu finnegozju iżda li, għal diversi raġunijiet, ma jsibux appoġġ mill-banek tradizzjonali.

Mela, ara x'se nipproponilek…

13


Għandi xi aħbarijiet. Hemm bżonn nitkellmu.

Ara, diġà ġejt lura! Irbaħtha l-ġlieda?? Ħaħaħa!

Bil-mod! Tini ftit ċans! Ħa nlesti nfissed lil dawn is-sinjorini u niġi ħdejk fit-terrazzin. Lesti grokk.

Allura, x'ġara?

Għandi ħafna mistoqsijiet x'nagħmillek.

14


Isma' qed tbeżżgħani b'din is-serjetà kollha, tafx!

Uuu… Tlieta jew erba' mija… Forsi xi ftit aktar. U kif tbiegħhom? B'liema prezz?

Kemm-il vażett tal-għasel ipproduċejt is-sena l-oħra?

U l-likur tal-għasel? Jiddependi… Imma nqassam ħafna fir-raħal, lill-familja…

Dik riserva personali… Ħadd ma jmissha!

Tajjeb, Sur George, ejja nkunu preċiżi! Jekk trid li nieħu n-negozju tiegħek jien, għandi bżonn il-figuri biex nikkonvinċi lill-organizzazzjoni li se ssellifni l-flus…

15


DISA' XHUR WARA

Qed tara kif għamilt sew li bassart affarijiet kbar! Kważi rduppjajna l-ġbir tal-għasel!

U mhux għax nieħu gost nammetti tafx, iżda l-likur tal-għasel tiegħek kważi itjeb minn tiegħi!

Tajjeb, għadni m'inix lest, għad fadalli xi kunsinni x'nagħmel!

16

Li kieku kont naf x'se jiġri minn qabel, kont naħsibha darbtejn qabel ma dħalt bil-moħbi minn bejn is-sies tal-ħaxix.

Evviva!

Ħeqq, iva, issa tard wisq! Il-kurżità vizzju ikrah. Aħjar ħadet ħsiebek sew nanntek, ħaħaħa!


Nataline


BRUSSELL

OK Nataline! That's perfect.

Yeah! Great!

A last one and it's finished for tonight.

19


Fl-aħħar! Ma flaħtx aktar! Tiftaħlek l-aptit ġurnata bħal din!

M'inti se tiekol xejn Nataline? Le, ma nafx x'għandi… M'inix qiegħda nħossni f'tiegħi dan l-aħħar.

Dan ix-shooting għajjieni. Se mmur lura l-lukanda!

X'qegħdin tixorbu? Mojito għal kulħadd? Fuqi dawn!

Evviva, Nataline!

Trid tiċċajta? Le ta! Għandna r-riċeviment illejla… Toqgħodx titkessaħ…!

20


L-GĦADA FILGĦODU.

AJRUPORT TA' RIGA, IL-LATVJA

Wara kollox, jien…

Kif int, Nataline? Ma tidhirx tajba bħal fuq ilposter…

Nataline?? Nataline??

Iva… Owkej ħbieb, issa biżżejjed! Għajjejtuni! Intom insistejtu biex noħroġ ilbieraħ!

21


Għajjiena ħafna.

Kif tħossok, sinjorina?

X'inhu x-xogħol tiegħek?

Għandek is-sintomi kollha ta' eżawriment. Kulma nista' nissuġġerilek huwa mistrieħ, u aktar mistrieħ. Xi ftit ġimgħat mill-inqas.

M'għandix ħinijiet. Dejjem x'ħin jinqala'… Imma x-xogħol minnu hekk…

Jiena mudella. Ilni tmien snin.

Se nkun sinċier miegħek. Naħseb aħjar issib attività oħra… Tibda ħajja oħra. Dak li ġralek ma kienx xi ċajta.

Nissuġġerilek li tikkuntattja wieħed mill-psikologi tagħna.

U bħala ħinijiet, xi tgħidli?

22


X'għandna? M'għandekx xi ftit flus żgħar, hux… Qabel ma nkisser din il-magna? Għandi bżonn iċ-ċikkulata!

Naħseb xi ftit manjesju ma jagħmillix ħażin lili lanqas…

Għal xiex qiegħda hawn?

Jien kissritni l-ħajja ta' bil-lejl… Jiena wejtres f'diskoteka… Kont insejt x'inhu d-dawl ta' binhar qabel ma spiċċajt hawnhekk…

Eżaġerajt f'kollox… U int?

Dan huwa ċentru ffinanzjat mill-Ewropa: joffru taħriġ. Jistgħu jgħinuk torjenta mill-ġdid il-karriera tiegħek. Għandek tieħu ħsieb tiegħek nnifsek u ta' saħħtek.

23


TLETT IJIEM WARA

Bonġu!

Is-Sinjorina Lengel?

Nista' nifhem li dan kollu huwa għall-għarrieda għalik. Imma aħna qegħdin hawn sabiex ngħinuk tibni l-futur tiegħek.

Veru, inħossni naqra mitlufa…

24

Jien nafek hux? Int dik li tkisser il-magni taċċikkulata!


X'diploma għandek?

Meta kont żgħira kont toħlom li ssir xi ħaġa?

Studjajt l-istorja tal-Arti, iżda waqaft nistudja sabiex insir mudella.

Mhux mudella żgur…

Qatt m'huwa tard. Bl-appoġġ tal-Ewropa, aħna noffru korsijiet ta' ġestjoni li huma bażi solida biex tibda proġett personali. Hija biss kwistjoni ta' rieda u ta' żmien.

Le, kont interessata fil-kummerċ. Il-ġenituri tiegħi kienu indipendenti. Dejjem xtaqt li jkolli n-negozju tiegħi… Imma issa tard wisq. M'għandix idea ta' ġestjoni.

Żmien kieku għandi issa. U għandi ftit flus imġemmgħin. Kont naqla' flus tajba bixxogħol li kelli.

Tajjeb wisq! It-taħriġ huwa responsabbiltà tagħna. Inti aħseb u sawwar ilproġetti tiegħek.

25


Ee!! Hawn se nibqgħu ninzertaw lil xulxin!

Poġġi ħa noffrilek grokk.

Jiena Julia. Allura, lilek semgħuk ukoll? X'taħseb li se tagħmel?

Ma tantx nifhem fil-ġestjoni jien… Imma jien ukoll se nibda millġdid… Issa li spiċċat id-dinja ta' bil-lejl, nixtieq nerġa' nġedded innamriet ta' meta kont iżgħar. Minn dejjem kont inħobb insajjar.

Nataline, għandi pjaċir.

Għadni ma nafx, imma m'għadnix mudella. Għandi bżonn ħajja aħjar. Sejra ninkiteb f'kors talġestjoni. M'għandi xejn x'nitlef.

Tassew! Qiegħda titkellem fuq l-ikel, għandi aptit insalata mmorru nieklu xi mkien? Ir-ristoranti hawn ma tantx huma tajbin…

26


Xi ġmiel ta' ħaxix għandhom!

U l-parti l-kbira tiegħu huwa organiku!

Għandi idea tajba, imxi!

Issa nagħmillek insalata kif naf jien!

Ma noqgħodx 'il bogħod ħafna.

Poġġi bilqiegħda! Ħa nieħu ħsieb kollox jien!

Le tafx! Ħa ngħinek jew għall-inqas ħa noqgħod narak.

Tagħmel ilmirakli bix-xejn int, Julia! Qed ittini idea, tafx!

Taf int, fuq kollox hija kwistjoni ta' freskezza u ta' kwalità talprodotti… Isma', x'inhi l-idea tiegħek? Qed narak taħseb u l-biċċa qiegħda tinteressani.

27


Għandkom aktar mistoqsijiet? Ħa ngħaddu għallprattika.

FTIT ĠIMGĦAT WARA

It-tqattigħ talħaxix hija arti. Jitlob movimenti preċiżi. Teknika esperta. Aqbdu s-sikkina.

Il-bilanċ tal-kont huwa dokument li jiġbor fih dak kollu li għandha l-kumpanija f'mument partikolari…

Dak jissejjaħ l-attiv u r-riżorsi tagħha huma l-passiv.

28


Din tassew tadama tajba! X'togħma għandha!!!

Iva, u n-neputi tiegħi jista' jwassalhomlkom hu.

U ma taħsibx li nistgħu nistrieħu fuq żewġ kaxxi ta' ħaxix u frott imħallat kuljum?

Tajjeb ferm! Mela ftiehmna. Saħħa!

Naħseb ma kinitx idea ħażina, hux? Għandi seba' mitt sena sakemm nibdew!

Issa, ejja mmorru lejn iċ-ċentru tal-belt. Immorru l-fiera "Prodotti organiċi u tat-territorju". Hemm produttur tal-għasel minn Wales li nixtieq niltaqa' miegħu.

29


FTIT JIEM WARA

Stenna, Julia! Ħa nibqgħu niftakruh dan il-mument!

Issa int imissek!

Tajjeb, naħseb bdejna bit-tajjeb!

Tajjeb Nataline! Qisek minn dejjem kont taf tippoża!

30

Stenna! Dan għadu biss l-ewwel pass… Nistgħu inniedu linja ta' prodotti organiċi tagħna stess u niftħu sezzjoni tal-merċa… Għad fadalli xi ideat oħra…!


Ivana


SIHANOUKVILLE, IL-KAMBODJA

Toħodli tużżana awwisti, Ivana? Nagħtihomlok prezz tajjeb!

Tassew sbieħ, Chhim! Inpartu waħda minn tiegħi ma' sitta tiegħek, tajjeb?

Inbiegħha lil xi turist.

Tifhem aktar minni finnegozju int.

Ivana…

Għandek telefonata mill-Italja.

33


Iva, jiena…

Miet. Jiddispjaċini.

… Meta? Jien in-nutar Ferreri. Tgħidx kemm ilni nipprova nsibek. Għandi xi ngħidlek dwar missierek.

Lanqas għandi biex nixtri tazza birra, aħseb u ara biljett għal Milan…

Tliet ġimgħat ilu. Jeħtieġ li tiġi Milan biex insolvu l-formalitajiet kollha tas-suċċessjoni.

Issa nagħtuk xi ħaġa aħna, Ivana.

Nirringrazzjakom ħafna, ħbieb. Meta kollox jitranġa nagħtikom kollox lura bl-interessi b'kollox.

34


MILAN

Il-kumpanija ta' missierek ġiet illikwidata sentejn ilu.

Missierek dejjem irrifjuta li jirriloka. Kellu ħafna dejn, anki d-dar tiegħu kienet ipotekata.

U inti ġiegħltni naqsam 10 000 kilometru biex tgħidli li kull ma ħallieli missieri huwa dejn?!

Jiddispjaċini.

35


Xi ħaġa żgħira biex niekol, sinjura!

Hawn ħa, m'humiex ħafna, imma kważi ma fadalli xejn.

Kamra għal-lejl, jekk jogħġbok.

Se jkolli nitolbok tħallas bil-quddiem.

36

Pfffff, x'taħwida din!


Sinjura għandek appuntament?

Le, jiena qariba. Ivana, in-neputija tas-Sinjura Polidoro.

Xtaqna li kieku kont preżenti għaċċerimonja…

Missierek u ommok kienu mweġġgħin wisq. Kienu jistennew ħafna minnek!

Bonġu, jien ukoll zi…

Ara… Din ilħela kollha!

Zi, m'għandi dispjaċir ta' xejn. Qatt ma xtaqt inweġġa' lil missieri u lil ommi…

… Imma ma kontx tajba għall-ħajja li kienu ħasbu għalija. Nixtieq immur lura malajr kemm jista' jkun, iżda missieri dejn biss ħallieli… M'għandix flus biex nixtri biljett tal-ajru, tista' tgħinni?

Miskina! Sfortunatament m'għandi xejn għalik. Diġà nsibha diffiċli ħafna biex inżomm din id-dar enormi kif suppost. Ħu ftit gallettini, Ivan ġabhom minn Riga. In-neputija tiegħu, Nataline, fetħet kafetterija organika hemmhekk.

37


X'qed jagħmel il-basket tiegħi hawn?!

Inti mhux lejl wieħed biss ibbukkjajt?

Il-kmamar iridu jitbattlu sal-11 a.m. Dik hija r-regola.

Ejja stkenn hawn, sinjura.

Grazzi, għadhom kemm tefgħuni 'l barra mil-lukanda u ma nafx fejn se ngħaddi Ma fadallix sold. l-lejl…

Tinkwieta xejn nilqgħek f'dari, prinċipessa. Trid grokk biex tiġi f'tiegħek?

38


Ix-xita waqfet, nistgħu mmorru l-appartament tagħna.

Naqra żgħir, imma għall-inqas għallkwiet… S'issa.

Ejja, m'hawnx bogħod, 10 minuti kollox.

Dawn il-kaxex ta' drappijiet kollha x'inhuma?

Brrrrr! X'kesħa. Imma m'intix qiegħed ħażin hawn.

Dawk huma skart millfabbrika ta' ħdejna. Jarmu minnhom kuljum f'kontejners u għidt forsi nsib użu għalihom xi darba.

39


Dawn ta' kwalità tajba. Għandek imqass?

Ej, bil-mod! X'inti tħawwad? Se jaqa' l-bard illejla. Naħseb nista' ngħaqqad dawn il-fdalijiet taddrapp biex nilqgħu naqra mill-bard.

Grazzi!

Għandi ħajta u labra fil-basket… Għall-bqija, ħalli f'idejja!

Bilħaqq, jiena Ivana!

Għandi pjaċir, Ivana!

Merħba, Ivana!

U jekk issibu aktar fdalijiet ta' drapp, neħodhom ħbieb!

40


Se jerġgħu jagħmlu festa l-ħbieb tiegħek!

Naf. Kontra r-regoli tagħna, imma ma nista' nagħmel xejn, inħobbhom wisq!

Tassew artistika! Għandek kapaċità kbira! Nixtieq waħda bħalha!

Prosit! Dawk idejk għandhom is-seħer!

Nixtieq nagħmel waħda lil kull wieħed minnkom. Imma jkolli bżonn daqqa t'id!

41


Ordni speċjali: sħana l-ewwel!

Qed intellfek? Qed nara li għandek in-nies…

Din Ivana, il-ħajjata l-ġdida tagħna.

Din għamiltha inti? Tassew impressjonanti! U…

42

Ma nixtieqx inkun imprudenti, imma x'tagħmel fil-ħajja inti?

Storja twila. Jekk għandek ftit ħin, nibdielek mill-bidu… Żmien ilu, hawnhekk, f'Milan…


Dik l-istorja kollha…

Naħseb għandek tgħaddi saċ-ċentru Piccolo Mondo.

U dan il-proġett ġie mfassal, fost oħrajn, sabiex jgħin nies ta' talent bħalek.

Irċevejna l-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew għall-ftuħ ta' ħanut tal-ħwejjeġ użati.

Issa, għandek sorpriża!! Awguri f'għeluq sninek, Sergio!!

Din l-isbaħ parti f'għeluq il-50 sena tiegħi li qatt kelli! Nawguralek!!

43


SITT ĠIMGĦAT WARA Għandna pjaċir nilqgħuk fil-ħanut ġdid tagħna.

Aħna kburin ukoll li qegħdin nippreżentawlek il-kollezzjoni ta' ħwejjeġ tagħna…

… Maħluqa esklussivament minn drappijiet irkuprati mill-istilista tagħna Ivana.

SIHANOUKVILLE, IL-KAMBODJA

Għandna aħbarijiet mingħand Ivana… U ċekk, ħbieb! Illejla niċċelebraw!!

Chhim, naħseb illum l-awwisti kollha se nixtru mingħandek!

44


dimitra


SIBIU, IR-RUMANIJA

Bil-lest. Tista' tmur lura tilgħab, Raluca. Imma oqgħod attenta e… Il-qasma għadha ma fieqitx għal kollox.

M'intix tħossok tajba?

47


Jekk trid tgħinni, mur onxor il-ħwejjeġ.

Bewsa żgħira ta' nkoraġġiment lill-missier favorit tiegħi!

Duq dan il-frawli, Malva ħanini!

AJMA

48


Ħiħiħi!

Se tpattiha din, Raluca… Ja xifajka!

Jekk taqbadni! Ħa ħa ħa!

Ajma!! Ħallini! Qiegħda tweġġgħani!

49


Ieqfu ftit! M'hawnx biżżejjed inkwiet fid-dinja? Raluca, imma kif ma tistħix!?

Malva, idħol ġewwa! U int, tindaħalx fl-affarijiet tan-nies!

Kemm hi kiesħa! Żgur taħseb li m'inix kapaċi neduka lit-tfal tiegħi! U int, Malva, issa nkellmek lilek!

50

Hi bdiet!

Bonġu, sinjura. Jiena Nora, miċ-ċentru mediku-soċjali. Meta jkollok bżonn ta' xi ħaġa ejja ċ-ċentru.

Giddieba!


Trid turini x'pinġejt?

Kemm hi sabiħa!

Tajjeb tfal, lestu x-xogħol. Dalwaqt isir il-ħin.

Ara min hawn!! Int mhux li kont qiegħda tiġġieled ma' Raluca lbieraħ? X'jismek?

Malva.

51


X'qiegħda tagħmel hawn? Donnok imdejqa…

Le, imma d-dar ma tantx hemm xi pjaċir. Meta ommi jitilgħulha, nippreferi nitlaq 'il barra!

Fiha tip ommok. Ma tidhirx f'sikkitha…

Hemm bżonn li tiġi żżurna ċ-ċentru!

Minħabba t-tarbija li ġejja. Muġugħa, allura tagħmel in-nervi!

Xorta rridu nsibu soluzzjoni.

M'hemmx ċans! Jekk ma tiddeċidix hi, ma tiġix!

U int? Xi tgħidli dwarek?

52


Kif int sejra l-iskola? Diġà ħsibt x'tixtieq tagħmel la tikber?

Iva, indur id-dinja!

Pjan sabiħ. Imma qabel tagħmel dan jeħtieġ li tistudja u mbagħad tmur taħdem! Għandek bżonn il-flus biex tivvjaġġa.

Jien se nkun kaptan talvapuri meta nikber.

Iva. Diġà pinġejtu tafx! Trid tarah? Lili teħodni fuq il-vapur tiegħek?

Dażgur! Ejja ċ-ċentru għada wara l-iskola u urihuli!

53


Kif int ma? Mhux ħażin… Kemm nistrieħ ftit… Ajma! Santa Marija!

Għax ma tmurx għand tabib!?

L-GĦADA

Wasalt, Malva? Qiegħda nieħu gost narak.

Ħallini kwieta, trid? Mur ilgħab barra.

Ġibt stampi?

Iva! ħafna!

54

Mela x'qed tistenna biex turihomli?


Ara, Nora, din jiena, il-kaptan!

Kemm tixraqlek l-uniformi! U l-kabina forma ta' dar, togħġobni ħafna!

Jekk għandek oħrajn, niġi narahom għandek. Isservini bħala skuża biex nipprova nikkonvinċi lil ommok ħalli jaraha tabib… X'taħseb?

Famuż! Hekk inkun nista' nurik id-dar tagħna!

Komplu doqqu! Xi ġmiel!! Din silta ta' Grigoras Dinicu?

Iva, tafu?

55


Nippreferi narakhom tiżfnu milli tiġġieldu… Fikhom aktar grazzja!

Nista' ndaħħalha? Jekk jogħġbok…

Għandi pjaċir sinjura!

Din Nora, ma. Ġiet tara t-tpinġijiet tiegħi.

Emmm… Għandna kollox ta' taħt fuq, ma kontx qed nistenna… Toqgħodx tħabbel rasek għal daqshekk.

Qed nagħmel stju!

Xi jfuħ l-ikel sinjura!

Sejjaħli Dimitra.

56

Jien vera nħobb il-basal u l-karrotti!


Ma, ejja naqra! Weġġgħajt! Ħiereġ ħafna demm!!!

Ajma!!!

Ejja 'l hawn!

Imn'Alla dejjem inġorr il-kaxxa talewwel għajnuna miegħi… Vizzju minħabba x-xogħol.

U t-tqala tiegħek? Kif inhi sejra?

Insomma, mhux ħażin. Mhix bħalloħrajn… Spiss ikolli uġigħ kbir u jkolli nimtedd.

Grazzi! Grazzi f'ismu!! U għat-tifla… Wiegħdni li għada tiġi ċ-ċentru. Issa nkellem lit-tabib dwarek… Issa tara, bniedem mill-aħjar u kompetenti ħafna.

Tinkwieta xejn, Dimitra. Aħna ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-kura hija bla ħlas.

Ma rridx karità… M'għandix flus.

57


SITT ĠIMGĦAT WARA

Aaaaħħħħħ!!

Weeee!!

L-GĦADA Għandkom tifla: Gabriela

Kemm għandek libsa sabiħa!

Bonġu, Nora!

58

Grazzi, tfal. Dik ħititha Ivana, ħabiba t'ommi li tgħix l-Italja!


Għal aktar informazzjoni Alex, Nataline, Ivana u Dimitra rnexxielhom jibdlu d-destin tagħhom bl-għajnuna tal-programmi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Iżda x’inhu l-FSE eżattament? L-FSE twaqqaf aktar minn 50 sena ilu, eżattament fl-1957. Huwa l-għodda finanzjarja ewlenija li għandha l-Unjoni Ewropea biex tinvesti fir-riżorsi umani. L-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-impjiegi billi jtejjeb il-prospetti tal-ħaddiema. Huwa jagħti appoġġ, pereżempju, lill-persuni li għandhom diffikultajiet partikolari biex isibu impjieg, bħan-nisa, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema avvanzati fl-età. Jgħin ukoll lill-impriżi jew l-intraprendituri żgħażagħ. Il-Fond jinvesti wkoll fledukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja kollha. L-FSE ma jaħdimx waħdu, iżda jinsab fil-qalba ta’ sħubija multipla. Il-proġetti li jappoġġja huma kofinanzjati mill-Istati Membri, u proposti minn stabbilimenti tat-tagħlim u tat-taħriġ, assoċjazzjonijiet, trejdjunjins, eċċ. Dawn il-proġetti jintgħażlu mill-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi u tar-reġjuni. Illum, l-FSE huwa suċċess reali. Kull sena, jiġu investiti 10 biljun ewro biex jiffinanzjaw id-diversi proġetti fis-27 Stat Membru. Dan jippermetti li tiġi mtejba l-ħajja ta’ 10 miljun persuna kull sena billi jgħinhom isibu impjieg jew biex javvanzaw. Mir-realtà għall-finzjoni Il-komik Għajnuna Konkreta huwa ispirat minn stejjer veri. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea ġabret irrakkonti ta’ 54 ċittadin Ewropew li lkoll ibbenefikaw mill-programmi ffinanzjati mill-FSE. Quddiem il-kamera, huma rrakkontaw l-istorja tagħhom u kif kellhom aċċess għal opportunitajiet ġodda floqsma tal-impjiegi u t-taħriġ. Tista’ ssib dawn ir-rakkonti fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/employment_social/esf/video/videos_mt.htm

59


L-awturi Storja

Rudi Miel Rudi Miel twieled f’Tournai fl-1965 u ggradwa fil-ġurnaliżmu. Barra milli huwa konsulent filkomunikazzjoni u jikteb l-istejjer għall-komiks, huwa l-koawtur tal-album Troubled Waters, li ġie ppubblikat mill-Parlament Ewropew, li rebaħ il-premju Alph Art għall-komunikazzjoni f’Angouleme fl-2003. L’Arbre des deux Printemps (Is-siġra taż-żewġ rebbigħat) (stampi ta’ Will & Co – ippublikat minn Le Lombard), li għalih kiteb l-istorja, rebaħ il-premju tal-aħjar album barrani fil-festival tal-komiks ta’ Sobreda fl-2001 (il-Portugall). Rudi Miel huwa wkoll koawtur flimkien ma’ C. Cuadra u P. Teng ta’ l’Ordre Impair (Ordni Stramba) (Le Lombard), li l-edizzjoni sħiħa tiegħu ġiet ippubblikata fl-aħħar tal-2009. Għall-kitba ta’ Għajnuna Konkreta, ħadem f’kollaborazzjoni mal-kittieb tal-iskritt Jean-Luc Cornette.

Tpinġija

Maud Millecamps — Nataline Imwielda f’Charleroi fl-1982, Maud Millecamps iggradwat mill-École Supérieure des Arts SaintLuc (Liège) u mill-Académie des Beaux-Arts (Brussell). Hija ħadet sehem fil-kollezzjoni Amour & désir għal La Boîte à Bulles (2008) qabel ma ffirmat l-ewwel album tagħha, Les gens urbains, ma’ Quadrants fl-2010, fuq xeni ta’ Jean-Luc Cornette. Maud tgħix fi Brussell.

Alexandre Tefenkgi — Alex Alexandre Tefenkgi twieled fl-1979 f’Montpellier. Wara li studja fl-École Supérieure des Arts Saint-Luc (Liège), huwa ltaqa’ mal-artist Mauricet, li llum qed jaħdem miegħu fl-istess uffiċċju. Huwa kiteb xi stejjer qosra fir-rivista Spirou, qabel ma kiteb l-ewwel album tiegħu Tranquille courage għal Bamboo.

Vanyda — Ivana Vanyda, ta’ dixxendenza Franċiża u Laosjana, twieldet fl-1979. Waqt li kienet qed tistudja flAcademie des Beaux-Arts ta’ Tournai, taqsima tal-komiks, hija saret taf lil François Duprat, li miegħu hija kkollaborat fuq is-serje L’annee du dragon (Carabas) u li ħadem fuq it-tpinġija ta’ “Ivana” (kuluri Virginie Vidal). Fil-komiks tagħha, hija tiżviluppa univers intimu u kontemporanju, bħal f’L’immeuble d’en face (La Boite a Bulles), fejn wieħed isir jaf il-ħajja ta’ kuljum tal-ġirien fuq l-istess sular, jew fis-serje Celle que... (Dargaud) li jirrakkonta l-iżvilupp ta’ adolexxenti, mis-sekondarja sas-sixth form.

You — Dimitra Imwielda fil-Korea t’Isfel fl-1978, You hija artista li tgħallmet waħedha. Wara taħriġ flinfografija hija pinġiet diversi kotba għat-tfal, tlieta minnhom fil-ġabra Moi je sais tal-editur Auzou. L-ewwel album ta’ komiks tagħha deher fis-serje Sorcières ta’ Dupuis. Bħalissa qiegħda tħejji storja ġdida għall-istess editur, ibbażata fl-aħħar tas-seklu 19.

60


Il-Kummissjoni Ewropea Għajnuna Konkreta Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2011 — 60 pp. — 17.5 x 24.5 ċm ISBN 978-92-79-16911-3 doi:10.2767/55727

Kif jiġu akkwistati l-pubblikazzjonijiet tal-UE Pubblikazzjonijiet għall-bejgħ: • permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu); • mill-ħanut tal-kotba tiegħek billi tikkwota t-titlu, il-pubblikatur u/jew in-numru tal-ISBN; • billi tikkuntattja direttament lil wieħed mill-aġenti tagħna inkarigat mill-bejgħ. Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-websajt (http://bookshop.europa.eu), jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758. Pubblikazzjonijiet mingħajr ħlas: • permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu); • mir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea jew mid-delegazzjonijiet. Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-websajt (http://ec.europa.eu/) jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758.


KE-32-10-446-MT-C

Kulħadd għandu dritt għal possibbiltà oħra Erba’ ħajjiet, erba’ toroq. Skopri fil-komik il-ġdid Għajnuna Konkreta kif Alex, Nataline, Ivana u Dimitra rnexxielhom jibdlu d-destin tagħhom. Skopri kif dawn l-erba’ Ewropej laqgħu sfida ġdida f’ħajjithom blgħajnuna tal-appoġġ tal-Ewropa, permezz tal-Fond Soċjali Ewropew. Wara s-suċċess tal-komik Nifs Ġdid, ippubblikat fl-2010 fi 23 lingwa, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi din it-tieni sensiela b’sensibilità kbira. Ispirati minn stejjer reali, dawn l-avventuri umani tqiegħdu fi stampi minn erba’ kittieba ta’ talent: Maud Millecamps, Alexandre Tefenkgi, Vanyda u You fuq xeni ta’ Rudi Miel.

Ghajnuna Konkreta  

Four lives, four journeys. In this new comic book "Jump start", find out how Alex, Nataline, Ivana and Dimitra managed to change the course...

Read more
Read more
Similar to
Popular now
Just for you