Gwida Issue 16, 2018

Page 18

GWIDA MILL-15 SAL-21 TA’ APRIL 2018

MUŻIKA

Ritratt: Rachel Micallef Somerville

THE PLAKARD PROJECT – JUMP THE FENCE FIL-14 TA’ APRIL IL-BANDA THE PLAKARD PROJECT SE JTELLGĦU KUNĊERT FIS-SALA TA’ GIOVANNI CURMI FIL-HIGHER SECONDARY SCHOOL FIN-NAXXAR. IL-BAND SE TESEBIXXI L-EWWEL ALBUM TAGĦHA BL-ISEM TA’ JUMP THE FENCE. PlaKard Project se jdoqqu diski tal-album bis-sehem ta’ mużiċisti professjonali bħal Mark Harrison fuq is-sassofonu, Mark Kram fuq il-keyboards, Angela Vella Zarb kantanta u tim sħiħ ta’ artisti u ħbieb li b’xi mod offrew il-kreattività tagħhom biex seta’ sar dan ilkuncert. The PlaKard Project hija band lokali li ġiet iffurmata f’Settembru 2016 minn Matthew John Scicluna fuq bass u Kyle Drakard fuq iddrums. Wara li daqqew sessjonijiet improvizzati bejniethom it-tnejn, indunaw li bl-influwenzi mużikali tagħhom jistgħu jaħdmu fuq kollaborazzjoni. Minn hemm beda dak li llum nafuh

18

bħala The PlaKard Project. Fi Frar 2017 Matthew Camilleri ngħaqad mal-PlaKard Project fuq kitarra u kien proprju dan iż-żmien li l-proġett evolva fid-dimensjoni kompluta li jinsab fiha llum. Il-ħoss tal-PlaKard Project huwa taħlita ta’ stili differenti f’ħoss wieħed inspirat mill-Jazz kontemporanju, Hip-Hop’u mużika esperimentali. Id-diversità mużikali tal-grupp hija waħda varjata u anke tinkludi element ta’ improvizzazjoni, bla ebda pjan waqt il-kunċerti live. L-album jinkludi sitt diski oriġinali miktuba mil-istess band, fosthom diska bit-titlu tal-album innifsu Jump The Fence. Din id-diska tippreżenta

l-ostakoli li wieħed jiffaċċja u jgħaddi minnhom f’ċerti fażijiet tal-ħajja u meta dawn jintrebħu joħolqu opportunitajiet ġodda għal ħajja aħjar. It-temi tad-diski fl-album huma kontemporanji daqs l-istil mużikali. Diski bħal Leda, Chili Love u April 29th ġew influwenzati minn esperjenzi u xeni ta’ mħabba u konflitti soċjali. Żewg diski oħra li nsibu f’dan l-album huma Am u 777. Dawn it-tnejn jippreżentaw il-mument li fih il-bniedem jidħol fih innifsu u jsib kapaċitajiet u valuri ġodda li jsaħħu l-personalità u l-ħajja tiegħu. Il-produzzjoni tal-album sar minn David Vella fit-Temple Studios u nsibu fih is-sehem ta’ Mark Harrison,

Temi kontemporanji għad-diski fl-album Warren Galea u Angela Vella Zarb. Wieħed jista’ jisma’ live u jakkwista dan l-album waqt il-kunċert innifsu. Il-biljetti għall- kunċert jistgħu jigu akkwistati onlajn minn fuq il-paġna tal-avveniment fuq Facebook bl-isem ta’ Jump The Fence - The PlaKard Project debut album launch jew permezz ta’ e-mail fuq contact@ theplakardproject.com. Għal aktar informazzjoni fuq l-PlaKard Project u l-attivitajiet tagħhom tistgħu tidħlu fuq il-paġna tal-Facebook The PlaKard Project u Instagram @theplakardproject. G


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Gwida Issue 16, 2018 by Content House - Issuu