Gwida Issue 12, 2018

Page 23

GWIDA MIT-18 SAL-24 TA’ MARZU 2018

ATTIVITAJIET ĠIMGĦA L-KBIRA Ritratt: Ryan Galea

ĦARSA TA’ KRISTU FIL-BELT VALLETTA GĦALL-DAWN L-AĦĦAR TLIET SNIN JOSEPH GALEA U CARLOS FARRUGIA TELLGĦU TEATRU KONTEMPORANJU RELATAT MA’ ŻMIEN IL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-BELT VALLETTA. L-EWWEL XOGĦOL TAGĦHOM KIEN KRISTU FI STRADA STRETTA FL-2015 LI KIEN SAR FI SPLENDID FI STRADA STRETTA STESS. XOGĦOL LI KIEN INTLAQA’ TAJJEB ĦAFNA TANT HU HEKK LI S-SENA TA’ WARA ĠEW OFFRUTI JTELLGĦU DAN L-ISTIL TA’ TEATRU FI SPAZJU KREATTIV, IL-KAVALLIER TA’ SAN ĠAKBU, L-BELT VALLETTA STESS. IL-PRODUZZJONI KIEN JISIMHA PASSJONI TAD-DULURI. IS-SENA LI GĦADDIET TELLGĦU IL-PROGETT L-IFFISSAT T’ALLA FIL-KAVALLIER TA’ SAN GAKBU STESS. Ix-xogħol kontemporanju tagħhom intlaqa’ tajjeb ħafna u rċieva kritika pożittiva mmens fejn għall-ewwel darba fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa beda jittella’ dan it-tip ta xogħol fil-Kavallier ta’ San Gakbu. Il-produzzjonijiet oriġinali huma kontemporanji fejn għalkemm jittellgħu fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa huma xogħlijiet li jistgħu jittellgħu fi kwalunkwe żmien tas-sena, jigifieri jolqtu kemm udjenzi li jkunu dilettanti ta’ dawn iż-żminijiet kif ukoll dawk li m’humiex fejn ħafna drabi ġew mistoqsija biex jerġgħu jtellgħu il-produzzjonijiet tagħhom matul is-sena. Il-produzzjoni ta’ din is-sena jisimha Ħarsa ta’ Kristu, storja kontemporanja li tlaqqagħna

ma’ ħtija, dubju, sigriet u wkoll maskri. Kull persuna hija moħbija wara maskra, eżatt bħal dawk li filpurċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira jgħattu wiċċhom u jġorru marbuta ma’ saqajhom ktajjen ħoxnin. Bi tradizzjoni, b’dilettantiżmu, b’fanatiżmu … imma jista’ jkun ukoll b’sens ta’ ħtija. Min hemm moħbi wara dik il-biċċa drapp? Il-ġrajja tibda f’Sivilja fi Spanja u tkompli Malta, fil-Belt Valletta, fejn żewġ koppji Maltin jiltaqgħu waqt ġita, meta jmorru sabiex jattendu għall-purċissjoniet famużi f’din il-belt Spanjola fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Erba’ persuni, kollha bil-maskra tagħhom. Kollha bilpassat tagħhom. Kollha bis-sig-

rieti tagħhom. F’kull karattru hemm midfunin ġrajjiet li lanqas l-aktar nies qrib tiegħu ma jafu bihom. Lanqas l-istess persuna li tqatta’ ħajjitha mal-istess karattru. Din hi storja li tilgħab bejn ir-realizmu u dak li hu surreali. Bejn dak li jidher u dak li hu mistur. Ġrajja fejn il-bniedem jitlef il-kontroll ta’ xewqtu. Ġrajja dwar meta jitkellmu biss l-għajnejn. Dan huwa xogħol teatrali fejn il-professjonalità. il-kontemporanju, it-tradizzjonijiet, is-surrealizmu u l-ispettaklu jiżżewqu flimkien biex bħal dejjem titla’ produzzjoni li kif ħafna nies jistqarru wara li tispiċċa l-produzzjoni: ma toħroġx mit-teatru bħalma tkun dħalt! Dawn il-produzzjonijiet

Teatru kontemporanju fi żmien il-Ġimgħa Mqaddsa jittellgħu bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018 b’kitba ta’ Joseph Galea u b’direzzjoni ta’ Carlos Farrugia. Jieħdu sehem Antonella Galea Loffreda, Carlos Farrugia, Lorianne Bugeja u Aaron Fenech. Żfin u b’koreografija ta’ Roxana Dimech. Bil-parteċipazzjoni wkoll ta’ Patrick Tanti, Steve Cilia, Stefan Bezzina u Gilbert Mallia. G Għal iktar informazzjoni ċemplu 99467410. Biljetti www.kreattivita.org jew ċemplu 21223200.

23


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.