Advertisement
The "Lehen Il-Qala" user's logo

Lehen Il-Qala

Qala, Malta

Kien proprju fl-Għid il-Kbir tas-sena 1973 – erbgħin sena ilu, meta l-Parroċċa tagħna tal-Qala ħarġet l-ewwel Gazzetta Parrokkjali tagħha – Serie A. Gazzetta ta’ qies normali tal-ġurnali ta’ kuljum, li kien fiha sitt paġni u li kellha bħala l-artiklu prinċipali tagħha, il-kwadru tal-Madonna ta’ Salus Infirmorum jagħlaq mitt sena fostna, fil-fatt l-isem kien; “JAGĦLAQ MITT SENA FOSTNA”. Din l-inizjattiva ġdida kienet seħħet fi żmien it-Tieni Arċipriet tal-Qala Dun Ġużepp Borg Attard li kien mill-Fontana Għawdex. L-idea oriġinali kienet li dan il-ġurnal jew gazzetta toħroġ kull tliet xhur u tagħti tagħrif dwar dak li jkun sar fil-Parroċċa u b’mod partikulari fil-Knisja Arċipretali tagħna, u dakinhar kienet tiswa lill-Parroċċa Lm30 kull ħarġa. Din l-ewwel ħarġa kienet indirizzata mid-Deputat Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iż-żmien l-Onor. Dr. Anton Buttiġieġ, mill-E.T. Mons. Isqof t’Għawdex Nikol Cauchi u naturalment il-Messaġġ tal-Arċ

Publications