y adrian VELLA NOEL vassallo
Luigi Barzini Jr., ġurnalist, kittieb u politiku Taljan jgħid, li Venezja hi “bla dubju l-isbaħ belt mibnija millbniedem.” L-istorja ta’ din il-belt, imlaqqma wkoll Il-Belt fuq l-ilma, kienet marbuta b’mod speċjali mal-baħar. Grazzi għall-pożizzjoni strateġika tagħha, ir-Repubblika Venezjana saret ċentru importanti ta’ kummerċ bejn l-Ewropa talPunent u pajjiżi mbegħdin fl-Asja, l-iktar fil-ħarir, fil-ħwawar u filqamħ. Sal-aħħar tas-seklu tlettax, Venezja saret l-iktar belt sinjura tal-Ewropa, bil-bastimenti tagħha, li kienu jammontaw għal 3,300, jiddominaw il-kummerċ fuq ilbaħar Mediterran. Kien aktarx bejn l-1596 u l-1598, li l-kittieb Ingliż William Shakespeare, imnebbaħ minn din l-attività kollha, kiteb ilġrajja Il-Merkant ta’ Venezja. Bejn is-sekli tlettax u sbatax, il-belt kienet ċentru importanti tal-arti, b’sehem importanti fir-Rinaxximent. L-artisti Veronese, Tiziano u Tintoretto kienu esponenti kbar tal-Iskola Venezjana tar-Rinaxximent tasseklu sittax. 28 MARZU/APRIL 2011
Fis-seklu 15, Venezja bdiet titlef il-qawwa tagħha fil-qasam talkummerċ. Barra li ġarrbet telfiet sostanzjali kontra l-qawwiet Ottomani, is-settur tal-kummerċ bil-baħar, li r-Repubblika ta’ Venezja tant kienet tiddependi minnu, kellu jħalli impatt ikrah. Tard fis-seklu ħmistax, Kristofru Kolombu skopra l-hekk imsejħa Dinja l-Ġdida. Il-Portugiżi skoprew rotta ġdida lejn l-Indja u pajjiżi oħra fl-Asja, dik bil-baħar, madwar il-kontinent Afrikan. Dawn ir-rotot ġodda taw daqqa ta’ ħarta lillmonopolju tal-kummerċ fuq l-art li Venezja kienet tgawdi.
matul il-kanali, għadha u tibqa’ tpaxxi l-għajn ta’ dawk kollha li jżuru din il-belt. B’mawra fuq il-gondola, tapprezza l-ġmiel fl-arkitettura talPonte di Rialto, wieħed mill-erba’ pontijiet li jaqsmu l-Grand Canal. Dan il-pont, disinn ta’ Antonio da Ponte, tlesta fl-1591.
Venezja ntlaqtet mill-marda qerrieda tal-pesta, magħrufa wkoll bħala l-Mewt is-Sewda, tliet darbiet, fl-1348, mill-1575 sal1577 u fl-1630. Fl-aħħar darbtejn, il-pesta qatlet madwar 50,000 persuna, terz tal-popolazzjoni ta’ dak iż-żmien.
Din il-belt, fiż-żmien imlaqqma wkoll ir-Repubblika tal-Mużika, hi l-belt li fiha twieled il-kompożitur tal-mużika Barokka, Antonio Vivaldi (1678-1741). Venezja tiġbed lejha ħafna nies li għandhom għal qalbhom l-opra u l-mużika klassika, biex igawdu xi serata f’wieħed milliktar teatri importanti fl-Ewropa, La Fenice. Mindu fetaħ b’dan l-isem, it-teatru La Fenice ġarrab nirien li qerduh darbtejn: fl-1836 u riċentement, fl-1996.
Matul is-snin, il-bastimenti Venezjani tat-tagħbija, li baħħru flibħra tal-Mediterran, kellhom iċedu posthom. Iżda l-gondola, għaddejja
Attrazzjoni prinċipali f’din il-belt huwa l-Kattidral ta’ San Mark. Din il-bażilika, ikkonsagrata fis-sena 1094, hija waħda mill-eżempji l-iktar importanti tal-arkitettura Biżantina. Minħabba l-kulur dehbi tal-mużajċi, din il-bażilika hija mlaqqma “il-knisja tad-deheb.”