Riżorsi
mil-librerija Ftit tas-snin ilu sar stħarriġ dwar ilqari fl-Ewropa u nstab li Malta kienet tinsab fl-aħħar post, dan minkejja li għandna rata għolja ta’ nies li jafu jaqraw. Dan in-nuqqas ta’ qari jinħass sew speċjalment meta għalliema jikkoreġu komponimenti, waqt diskussjonijiet fuq mezzi tax-xandir u kif ukoll f’konverżazzjonijiet fi blogs. Madanakollu ta’ min isemmi li huma bosta dawk in-nies li jsibu fil-qari mhux biss mod ta’ kif tgħaddi l-ħin liberu, iżda għodda ta’ tagħlim u
Karmenu Borg
għajnuna sabiex il-persuna tikkultiva lilha nnifisha u tkun tista’ ssir aktar kolta u edukata. Wieħed m’għandux għalfejn jistħi jgħid li jħobb il-qari. Bniedem li jżomm ruħu aġġornat u informat huwa persuna sħiħa li kapaċi tikkomunika tajjeb u fiha ssib kumpanija pjaċevoli ukoll. Għan-nisrani l-qari ta’ kitba spiritwali huwa okkażjoni sabiex fl-għarfien spiritwali tiegħu hu jifhem aktar twemminu. Fl-istess ħin min irid iwassal il-kelma jeħtieġ li hu wkoll
ikun jafha. Għalhekk is-Soċjetà tadDuttrina Nisranija għarfet il-bżonn sabiex tiftaħ librerija tas-self u bi pjaċir ngħid illi ninsabu fil-proċess li permezz tiegħu ser ngħaqqdu din il-Librerija ma’ dik ta’ Papa Ġwanni XXIII. Iżda l-aktar ħaġa importanti hija li din il-librerija tintuża speċjalment min-nies li huma involuti fil-ħidma tat-tagħlim nisrani, għalhekk ser nibda minn żmien għal żmien nitkellem dwar xi pubblikazzjoni li għandna hawn.
L-interess fil-kitba ta’ J.R.R. Tolkien dawn l-aħħar għaxar snin żdied minħabba fis-suċċess li l-verżjonijiet ċinematografiċi tal-kitbiet tiegħu kellhom u għadhom ikollhom. Sfortunatament huma bosta dawk li raw il-films (fosthom The Hobbit li ħareġ dan l-aħħar) u ma qrawx il-kotba. Dan wassal sabiex bosta minn dawn ma japprezzawx il-messaġġ nisrani u uman ta’ dan l-awtur u minflok ħadu l-idea li dan ix-xogħol huwa biss dwar fantasija, azzjoni u vjolenza (xi ħaġa li Tolkien innifsu kien jobgħod minħabba l-esperjenzi traġiċi li huwa kellu flewwel gwerra dinjija).
The Philosphy of Tolkien Kreeft Peter
Dan il-ktieb flimkien ma’ ħafna oħrajn tista’ ssibhom fil-librerija tas-self li tinsab fid-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija filBlata l-Bajda. Għal aktar informazzjoni żur
www.sdclibrary.org
Il-filosfu nisrani Amerikan Peter Kreeft fil-ktieb tiegħu The Philosophy of Tolkien, indirizza din il-problema. Huwa b’mod brillanti jimxi pass pass mal-kitba tiegħu u bħal bniedem tas-sengħa jżarma u janalizza t-temi li dan il-kittieb jesplora. Dak illi joħroġ huwa ta’ min jikkunsidrah. Tolkien mhuwiex biss kittieb ta’ rumanzi fantastiċi, iżda huwa bniedem li fil-kitba tiegħu jesplora temi ta’ teoloġija u filosofija nisranija profonda. Fost dawn insibu temi dwar il-liberu arbitriju u l-Providenza, kif anke l-aktar karattri li jistgħu jidhru inutli, għandhom post importanti fl-iskema tal-eżistenza. Aktar milli ġrajjiet ta’ vjolenza, The Lord of The Rings, The Hobbit u Silmarillion huma stejjer fejn dawk li jidhru dgħajfa u jħobbu l-paċi jirbħu fuq il-ħażen. Il-maħfra tiġi eżaltata fuq it-tpattija u l-mibegħda u dawk li jużaw il-qawwa mhumiex il-protagonisti prinċipali. Naħseb li dan il-ktieb huwa ta’ interess għal dawk li jgħallmu ż-żgħażagħ, u li ħafna minnhom huma familjari mal-verżjoni ċinematografika ta’ dan ix-xogħol. Tkun interessanti li dawn il-prinċipji jiġu diskussi u juru kif li tkun nisrani mhix biss xi ħaġa li inti sibt ruħek fiha iżda mod ta’ ħajja avventuruża li hija ibbażata fuq għażliet tajba.
16