1 minute read

Mid-Djarju tal-Qasam

Matul Mejju ta’ kull sena nfakkru l-festa liturġika tal-

Fundatur tagħna San Ġorġ Preca.

Advertisement

Għalhekk it-Tlieta 9 ta’ Mejju ċċelebrajna quddiesa flimkien fil-

Knisja Parrokkjali. Qaddes l-

Arċipriet fejn fl-omelija wasslilna aneddoti marbuta mal-importanza tat-tagħlim Nisrani, b’bosta minnhom mill-ħajja ta’ Dun Ġorġ. Ħa sehem ukoll il-kor li kompla sebbaħ din il-quddiesa. Wara l-adolexxenti kellhom it-tournament talfootball. Dan it-tournament li beda fl-aħħar jiem t’April ġibed ħafna interess u issa wasal ukoll fl-aħħar jiem tiegħu. Prosit lil dawk kollha li ħadu sehem.

Komplejna wkoll bilpassiġġati. Fost dawk li organizzajna kellna waħda għal fuq l-Għolja tas-

Salvatur u mixja oħra minn

Ta’ Kerċem għad-Dwejra.

Issa l-passiġġati fil- kampanja jkomplu f’Ottubru li ġej.

Okkażjoni oħra sabiħa kien Jum l-

Ewwel Tqarbina. Sar nhar il-Ħadd 28 ta’ Mejju. Din is-sena kellna 19-il tifel li rċevew l-Ewwel Tqarbina flimkien ma’ 12-il tifla mill-Qasamtal-Bniet.

It-Tlieta 30 ta’ Mejju kellna l-Purċissjoni u l-Manifestazzjoni

Marjana fil-grawnd tal-Qasam. Kien hemm tassew attendenza numeruża għal din il-laqgħa Marjana li bdiet bil-

Purċissjoni minn ħdejn il-Knisja sal-Museum, fejn wara fil- grawnd sar programm ad unur tal-Madonna. Ħa sehem ukoll il-

Kor flimkien ma’ tfal oħra li rreċtaw poeżija u Gerrard

Camilleri wasslilna l-Prietka.

Wara rappreżentant minn kull klassi offra bukkett fjuri lill-

Madonna u spiċċajna biex flimkien mal-Arċipriet tlabna flimkien il-Konsagrazzjoni tagħna lill-Madonna. Kelma ta’ ħajr tmur ukoll lil dawk li refgħu fl-istatwa u kull min ta sehmu biex armajna l-palk u l-apparat kollu li kellna bżonn.

Mark

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id

Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023 11

This article is from: