
3 minute read
Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech
Xiqaddisinfil-qwiel
Il-qwiel huma għerf miġbur matul iż-żminijiet u mqiegħed f’sentenzi qosra u aktarx bir-rima li jagħmilhom iktar memorabbli. Ovvjament il-qwiel jirriflettu d-dinja u l-interessi ta’ min jagħmilhom. F’kultura bħal tagħna (jew almenu kif kienet dari), dawn kienu l-biedja, il-kaċċa, it-temp, ilkalendarju u l-qaddisin, u għalhekk dawn jidħlu f’ħafna qwiel. Intant, fost dawn il-qwiel, u mingħajr ebda attentat għal klassifikazzjoni jew kategoriji, insibu:
Advertisement
San Bartilmew (24 ta’ Awwissu) għandu l-muftieħ tax-xita. Għall-aħħar t’Awwissu stenna x-xita.
U fil-fatt iridu jinġabru ujinżergħu xi affarijiet.
F’San Bartilmew aqta’ l-ħarrub u iżra’ ttewm.
Ftit qabel, is-sema jibda jissaħħab ħafif.
Għal Santa Marija (15 t’Awwissu) jibdew l-għarajjex.
U jiġi żmien ż-żrigħ: Santa Marija żrigħ ittomnija (tomnija = qamħ jew tgħam miżrugħ imwaħħar).
Imma ma ninsewx il-festa u t-tiġrijiet tal-bhejjem: Twelid Santa Marija jiġi msejjaħ għat-tiġrija.
(. . .aktar qwiel fil-ħarġa tax-xahar id-dieħel)
4 Nimxu Id F’Id - Ġunju 2023

Il-Gendus

Interessanti kif il-Lhud kellhom liġijiet ħanina fuq l-annimal li jaħdem: “m’għandekx tagħmel is-sarima lillgendus li jkunjidres” (Dt 25,4) biex ikun jista’ jiekol. Kien hemm anke l-gendus selvaġġ li Ġużeppi ġie mxebbah lilu: “Il-glorja tiegħu bħal ta' gendus tal-bikri, qrunu l-qrun ta' gendus selvaġġ
(Dt 33,17). U f’Ġob insibu: “irid jewwilla l-gendus selvaġġ jaħdimlek, jew jgħaddi l-lejl ħdejn il-maxtura tiegħek?” (Ġob 39,10). U “ħaxix jiekol dak bħall-gendus” (Ġob 40,15). Alla qal lil Balak permezz ta’ Bagħlam: “Bħalma huma l-qrun għall-gendus selvaġġ, hekk għalihomAlla, li ħariġhom mill-Eġittu” (Num23,22; 24,8).
Fis-Salmi nsibu: “salvani, minn qarn il-gniedes lili msejken” (S 22,22); “Sirjon bħal ferħ ta' gendus selvaġġ” (S 29,6); “Imma lili daqs gendus saħħaħtni (S 92,11). U “Jaqgħu l-bufli mal-għoġiela smien, ilgniedes mal-barrin (Is 34,7). Twissija kontra l-mara żienja: “iblah li hu, mar warajha, bħal gendus sejjer għall-qatla” (Prov 7,22). Isaija jċanfar: “il-gendus jagħraf lil sidu, u l-ħmar il-maxtura ta’ sidu; imma Iżrael ma jagħrafx” (Is 1,3). U l-kmandament: “la tixtieqx il-mara ta’ għajrek, il-qaddej jewil-qaddejjatiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu” (Eż20,17).
Ġesù fit-tagħlim tiegħu jsemmi wkoll il-barri: “ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames żwieġ barrin, u sejjer nara x’jagħtu; nitolbok tagħdirni’ (Lq 14,19); “‘uċuħ b’oħra!’ wieġbu l-Mulej, ‘Mhux kull wieħed minnkom f’jum is-Sibt iħoll il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-maxtura u jieħdu biex jisqih?’” (Lq 13,15).
Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.
Għamlet ferm sew il-familja ta’ Florence Sasso f’Massachusetts fl-Istati Uniti li ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni żammet ritratt li fih kienujidhruxi plejerstal-baseball tas-snin1860-1862.

Dan ir-ritratt tpoġġa għall-irkant u kien hemm ħafna li bdew joffru somom kbar għalih għax għad-dilettanti dan kien ritratt uniku u mhux ser jerġgħu jarawh għall-bejgħ. U komplew jiġġieldu ma’ xulxin biex jiksbuh. Sakemm fl-aħħar spiċċa għand dilettant li ħallas tiegħu 179,000 dollaru.

Dwar min xtrah id-ditta tal-irkant
Heitage Austions ta’
Chicago qalet biss li dan jgħix in-naħa ta’
California imma ma tatx iżjed dettalji.
Min iħobb lil xi ħadd jew xi ħaġa kapaċi jagħmel sagrifiċċji kbar għal dak li jħobb. Bħalma għamel dan id-dilettant. U bħal ma jagħmlu l-ġenituri tagħna li tant ibatu għalina. U qabilhom dan urihulna wkoll Ġesù. . . li kien lest imut għalina għax tant ħabbna.
Meta t-tfajjel Ian Mackinlay sar jaf fl-1947 li l-awtoritajiet kienu ser jaqtgħu siġra għax riedu li hemm jinbena l-Lock Tunnel u l-Clunie Dam, kitbilhom ittra qasira b’poeżija ta’ ftit vrus li fiha talabhom iħallu ħajja s-siġra għax għalihkienet għażiża ħafna.
L-awtoritajiet ftit taw kas tal-ittra u d-Dam inbena. Iżda l-ittra ma tqattgħetx u xi ħadd sabha fl-2015, 68 sena wara li nkitbet. U b’rispett lejn Ian reġgħu ħawlu fil-post eżatt siġra oħra bħalha u hekk Ian għalkemm illum jgħodd fuq is-sebgħin, jista’ fi xjuħitu jiggosta dak li fi tfulitu qerdulu ħesrem.
Aħjar tard milli qatt.
Ix-Xemx
Iċ-ċentru (sun ’ s core) hu l-post fejn qed issir ir-reazzjoni nukleari (nuclear reaction). Minn hawn iġġib l-enerġija x-xemx tagħna. Qiegħda tibdel l-idroġenu (hydrogen) f’helium. F’reazzjoni nukleari, element jinbidel f’element ieħor. It-temperatura hawnhekk hi xi 15-il miljun grad kelvin. Ir-reazzjoni nukleari hi msejħa l-PP (proton proton) chain reaction.

Barra fotoni (photons) ta’ mewġ elettromanjetiku (electromagnetic waves) jintefgħu ’l barra wkoll neutrinos.

Is-saff li jmiss jissejjaħ iż-żona radjattiva fejn atoma tixrob fotona u terġa’ titfa’ oħra jew oħrajn. Biex fotona tgħaddi minn hawn, jiġifieri biex tiġi mgħoddija minn id għal oħra, taf iddum mitejn elf sena.
Hemm żona ta’ tranżizzjoni li jsejħulha t-tachocline. Fiż-żona li jmiss l-enerġija tinġarr ‘il barra bil-convection: Gass sħun jogħla ’l fuq u jieħu miegħu l-enerġija u gass li jkun kesaħ jerġa’ jogħdos ’l isfel.
Is-saff li naraw hu l-fotosfera ta’ kulur safrani. Is-sunspots, solar flares, coronal mass ejections u solar prominences kollha jseħħu fil-fotosfera. Imbagħad l-atmosfera tax-xemx li narawha biss meta jkun hemm eklissi totali tax-xemx hi magħmula mill-kromosfera u mill-korona. Nissuġġerilek tfittex fuq il-Parker Solar
Probe li qed tgħaddi ħafna qribix-xemx.
X’suppost tikteb: bilwieqfa jew bil-wieqfa?
Skont id-Deċiżjonijiet 1, għandna dejjem niktbu ‘bilwieqfa’ mingħajr is-sing. L-istess ħaġa tgħodd għal ‘bilqiegħda’ - għandek dejjemtikteb ‘bilqiegħda’ umhux ‘bil-qiegħda’.
X’inhu r-raġunar wara dan?
Id-Deċiżjonijiet 1 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti jispjegali kliem li jkollu tifsira waħda għandu dejjem jinkiteb magħqud. Dan ma jgħoddx għal kliem li għalkemm għandu l-istess pronunzja, ikollu tifsira differenti, u għalhekk daqqa jinkiteb magħqud u daqqa mifrud, bħal pereżempju ‘fil-waqt’ u ‘filwaqt’.
Nieħduftit eżempji:
Fil-waqt tal-mewt tiegħu, xtaqjerġa’ jaralil ibnu.
Toni jħobbl-isfar, filwaqt li ħuhiħobbl-aħmar.
Metajindaqq l-Innu Malti nqumu bilwieqfa.
Mhuxrispett li metajidħol is-surmast fil-kamra tibqa’ bilqiegħda.
Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.
Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com
