
1 minute read
tal-Qasam Mid-Djarju
Ix-xahar t’April din is-sena daħħalna mill-ewwel ma’ żmien il-Ġimgħa Mqaddsa. Is-Sibt
1 t’April sar it-tberik u l-ftuħ taċ-Ċena tas-Sinjur mill-
Advertisement
Arċipriet Mons Jimmy Xerri u wara saret il-laqgħa tal-
Ġuvintur tal-Ewwel Sibt.
Matul il-ġimgħa din il-Wirja kienet miftuħa li fiha żaruha fost oħrajn tfal tal-iskejjel, viżitaturi barranin u bosta
Maltin li kienu hawn għall-btajjel tal-Għid. Dan minbarra ’l bosta
Għawdxin u Nadurin li temmew il-viżti tagħhom permezz taż-żjara f’din l- għorfa. Din is-sena sar ir-restawr fuq l-istatwa ta’ San Pietru mill- istatwarju James Azzopardi.
Organizzajna wkoll il-Viżti tas-Seba’ Knejjes għat-tfal, adolexxenti, ġenituri u ħbieb nhar il-Ġimgħa l-Kbira filgħodu. Kienu bosta dawk li aċċettaw din l-istedina li fiha żorna dawn is-sepulkri u quddiemhom tlabna talb tal-


Fundatur San Ġorġ Preca.
Il-Ġimgħa ta’ wara l-Għid kellna wkoll il-Play “Ir-Rigal tan-Nannu” li ttellgħet darbtejn fis-Sala tal-Qasam tagħna.
Il-play kienet f’idejn ħabibna



Joseph Farrugia u fiha ħadu sehem l-adolexxenti tal-Qasam tagħna. Prosit lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom, mhux biss atturi imma wkoll dawk kollha li ħadmu wara l-kwinti.
Ħadna wkoll gost immens li preżenti għall-ewwel rappreżentazzjoni kellna fostna lid-Delegat tas-Soċjetà, Joseph
Bonnici, filwaqt li għat-tieni rappreżentazzjoni kellna wkoll lis-Superjur Ġenerali Roberto Zammit.
Matul April kellna wkoll il-Quddiesa tax-xahar li saret b’suffraġju ta’ ħu s-soċju Leli Attard, Fredu Attard, ħabib kbir tal-Qasam tagħna, li ma kien ifalli qatt il-laqgħa tal-Ewwel Sibt. Flimkien mat-tfal u l-adolexxenti tagħna attendew ukoll il-familjari ta’ Fredu. Qaddes għalina Mons Ġużepp Attard li jiġi wkoll ħu Fredu.
Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id
-


