3 minute read

Mill-pinna ta’ Dr Coronato Grech

(. . .ikompli mill-ħarġa tax-xahar t’April)

L-ewwel li tfaċċa ż-żero jidher li kien fl-Indja f’dokument mis-sena

Advertisement

876 W.K. imma l-idea probabbli kienet eqdem. Il-kelma żero mbagħad hija ta’ oriġini Għarbija.

Xi aspetti talaritmetika taż-żero huma daqsxejn strambi. Li żżid żero jew tnaqqas żero ma’ numru, u n-numru jibqa’ l-istess, kollox sew. Imma jekk tiddividi numru b’żero, ir-riżultat huwa infinita! U jekk timmultiplika numru b’żero r-riżultat huwa żero!

Inkonfondibbli!

Intant, il-Matematika jingħad li hija r-reġina tax-xjenzi għax hija l-bażi ta’ kollox. Veru. L-iktar fit-teknoloġija moderna b’tant kompjuters jagħmlu tant kalkulazzjonijiet (f’tikka ta’ sekonda) għal tant arjuplani, vapuri, trejns, vetturi spazjali u l-bqija. U fost dawn, n-numru żero huwa importanti daqs n-numri l-oħra!

Il-Lifgħa

Hemm ħafna speċi ta’ lifgħat jgħixu fl-art tal-Bibbja. Kollha velenużi u għalhekk in-nies kienu jibżgħu ħafna minnhom. Meta sħab Ġob gżawh li għamel xi dnub kbir biex ġie il-kastig fuqu qalu għalih: “Velenu tas-sriep hu reda’, u lsien il-lifgħa joqtlu” (Ġob 20, 16). Ġakobb jirreferi għal Żebulun hekk: “Dan bħal serp fit-triq, bħal lifgħa fil-mogħdija, jigdem għarqub iż-żiemel, u r-rikkieb jinqaleb lura” (Ġen 49, 17). Isaija ħabbar għall-Filistja: “Minn għerq is-serp toħroġ lifgħa, u frottu jkun serpent tan-nar itir” (Is 14, 29); għall-Eġittu: “il-lifgħa u s-serp itir” (Is, 30, 6); u għall-ħażen nazzjonali: “Ifaqqsu bajd is-sriep, u jinsġu għanqbut il-brimb. Min jiekol mill-bajd tagħhom imut; u jekk tkisser waħda minnhom tfaqqas lifgħa” (Is 59, 5).

Anke jħabbar is-Saltna tal-Messija fejn: “t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa” (Is 11, 8).

Fil-Ġdid Testment insibu lil Ġesù jikkundanna lill-Kittieba u l-Fariżej: “nisel il-lifgħat, kif se taħarbu mill-kundanna tal-infern?” (Mt 23, 33). Insibu wkoll lil San Ġwann il-Battista jikkundanna lis-Sadduċej u lFariżej: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu l-korla li ġejja?” (Lq 3, 7). Fl-Atti tal-Appostli nsibu l-ġrajja sabiħa ta’ meta San Pawl spiċċa fuq gżiritna u: “Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu...” (Atti 28, 3). M’għandna xejn fatti li s-sriep kienu velenużi fi gżiritna imma l-fatt li missirijietna stennewh jintefaħ u jmut hi interpretata bħala li kienu velenużi u għalhekk hu miżmum minn ħafna li San Pawl neħħa l-velenu mis-sriep u l-lifgħat tagħna.

Nimxu Id F’Id - Mejju 2023

Fatti, tagħrif u figuri li jqanqlu stagħġib. . . u forsi tbissima.

Għas-sena skolastika 2015-16 l-għalliema ta’ diversi skejjel f’Inverness l-Iskozja bdew jaħsbu li qed jaraw kollox doppju għax fil-klassijiet tagħhom – mhux skola waħda imma fid-distrett kollu –kien hemm 72 par ta’ tewmin ħafna minnhom identiċi. Sbatax kienu fi skola waħda ta’ xi 300 student u studenta.

Ara xi problema għas-surmast meta xi għalliem jirrapporta xi student minnhomu dan bl-innoċenza kollha jwieġeb:

“Dak mhux jien. Naħseb li kien ħija t-tewmi!”

Derek Gamble tgħidx kemm stagħġeb u daħak bil-qalb meta waslitlu kartiera li hu kien tilef 30 sena qabel. Waslitlu eżatt kif kien tilifha bil-flus u l-karti kollha li kellu fiha u bir-ritratti wkoll.

L-istorja bdiet 30 sena qabel meta l-kartiera waqgħetlu meta kien fuq trejn u b’xi mod din daħlet taħt is-seat u baqgħet hemm moħbija 30 sena sakemm is-sidien tat-trejn iddeċidew li jibdlu l-uphoistery u sabuha hemm intatta.

Ma kienx faċli li jsibu lil sidha għax dan kien biddel l-indirizz imma llum permezz tal-facebook u mezzi oħra soċjali b’xi mod il-messaġġ jasal u Derek u l-kartiera tiegħu reġgħu ngħaqdu.

Flus fiha kellu inqas minn żewġ liri sterlini!

Joe Portelli

Il-Favur u l-Kontra Tal-Enerġija Nukleari

Fl-1986, power station nukleari f’Chernobyl fl-Unjoni Sovjetika

(illum fl-Ukraina) splodiet għax ir-reazzjoni nukleari (nuclear reaction) fiha ma ġietx ikkontrollata. Intefa’ fl-arja ħafna materjal radjuattiv u dan jagħmel ħsara lill-ħlejjaq ħajjin.

Fl-2011, seħħ inċident f’power station nukleari f’Fukushima fil-Ġappun ikkawżat minn terremot u tsunami.

Minħabba dawn l-inċidenti hemm min hu kontra għal kollox tal-enerġija nukleari. Żvantaġġ ieħor tal-enerġija nukleari hu li l-materjal li jibqa’ jkun għadu radjuattiv u jibqa’ radjuattiv għal ħafna snin.

Materjal radjuattiv (radioactive substance) b’mod spontanju joħroġ minnu radjazzjoni tat-tip alfa jew beta u/jew gamma. Għalhekk hu ta’ tiksir ir-ras fejn taħżen dan il-materjal ’il bogħod mill-ħajja u minn fejn ma jiskappax u ma jixteridx.

Min-naħa l-oħra, il-bnedmin tad-dinja għandhom bżonn l-elettriku.

Il-power stations li jaħdmu bil-faħam jew bl-LNG irridu nieqfu nużawhom għax dawn qed iġibu bidla fil-klima. Għalhekk l-użu tal-enerġija nukleari hu rakkomandabbli basta nkunu żguri li nistgħu nevitaw inċidenti bħal ta’ Fukushima u Chernobyl.

Liema hi t-tajba: uġigħ jew uġiegħ?

It-tajba hija l-ewwel waħda, jiġifieri ‘uġigħ’ (mingħajr l-ie). Nomi verbali, jiġifieri nomi li jitnisslu minn verb, qatt ma jieħdu l-ie.

Ara l-eżempji li ġejjin: weġġa’ (verb) = uġigħ (nom verbali) qala’ = qligħ tefa’ = tfigħ żera’ = żrigħ

Tagħrif mogħti lilna minn Pristineworks Ltd.

Għal aktar tagħrif żuru: http://www.pristineworks.com

This article is from: