1 minute read

tal-Qasam Mid-Djarju

Matul ix-xahar ta’ Marzu komplejna bit-tħejjijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa u l-festa tal-Għid il-Kbir. Tkompla x-xogħol fuq Iċ-Ċena tas-Sinjur li din is-sena ser tinfetaħ nhar l-1 t’April minn Mons Arċipriet

Jimmy Xerri ftit qabel tibda l-laqgħa tal-Ġuvintur.

Advertisement

Fil-klassijiet it-tagħlim tagħna beda jintrabat wkoll mal-ġrajjiet sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu kellna laqgħa għall-Aspiranti Għawdxin bit-tema

Fil-Pjagi Tiegħek li saret fil-Kappella tal-Qasam tagħna. Wara, dawk li attendew ħadu xi ħaġa tajba flimkien u organizzaw logħba futbol fil-grawnd.

Kellna wkoll żewġ passiġġati sbieħ, waħda li ħaditna lejn Tas-Sanap u oħra lejn l-Għolja TalĠordan. Dawn il-mixjiet spiċċaw f’waqfa r-Rabat fejn ħadna xi ħaġa tajba flimkien.

Tkomplew ukoll il- preparamenti fuq il-Play Ir-Rigal tan-Nannu li se ssir fis-Sala tal-Qasam tagħna fl-14 u 16 t’April. Nawguraw lil dawk kollha li qed jagħtu l-kontribut tagħhom, kemm atturi u dawk li huma involuti wara l-kwinti.

Nieħdu wkoll l-okkażjoni sabiex nawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-qarrejja kollha tagħna.

Tista’ taqra wkoll il-fuljett f’forma diġitali. Żur il-Paġna tal-Facebook: http://www.facebook.com/MuseumSubienNadur u fuq issuu.com/NimxuIdf’Id

Nimxu Id F’Id - April 2023

This article is from: