4 minute read

IL-LAQGĦA TA’ JANNAR

Next Article
Isej]u Il-}bieb

Isej]u Il-}bieb

(Obsessive Compulsive Disorder). Min ikun għaddej minn dipressjoni jitlef dak li ssoltu jieħu gost iwettaq. B’hekk tiġih faċli li jħalli għal darb’oħra dak li suppost jagħmel. Għalhekk sabiex nirbħu dan id-difett għandna bżonn nagħmlu lista’ ta’ needs u wants – dak li suppost isir u dak li nieħu gost nagħmel.

Kellna lezzjoni interessanti millPsikologu Dr Michael Galea PhD dwar il-prokrastinazzjoni… meta nħallu għal għada dak li nkunu nistgħu nagħmlu llum. Minn stħarriġ f’Universitajiet

Advertisement

Amerikani nstab li bejn 80 u 90 fil-mija tal-istudenti jħallu għal darb’oħra dak li jkunu jistgħu jwettqu qabel. Inħallu għall-għada għax naħsbu li għada ser ikollna ħin biżżejjed li nwettqu dak li għandna nagħmlu, ser inkunu aktar motivati sabiex nagħmlu dak li għandu jsir jew ser ikollna l-ambjent ideali sabiex inwettquh.

Mal-prokrastinazzjoni jidħlu ħafna d-dipressjoni u OCD

Imma bħal kull ħaġa oħra hemm ħwejjeġ li għandi nwettaqhom qabel oħrajn. Meta nagħmel lista nara x’ikun l-iktar urġenti u fejn possibbli nagħmel target date sa meta għandi llesti dak ix-xogħol partikolari. Meta biċċa xogħol naraha kbira nagħmel pjan sabiex naqsam ix-xogħol. Dr Galea semmielna dak li kienet tgħidilhom lekċerer meta kien għadu jistudja l-Amerika. Kif tispjegalhom how to eat an elephant… one bite at a time.

Xogħol kbir hemm bżonn li jinqasam f’biċċiet u meta laffarijiet isiru sew tiskanta kemm kapaċi jitla’ l-ammont ta’ xogħol. Matul dan kollu rridu noqogħdu attenti minn ħsibijiet ħżiena. Jekk jirnexxilna nikkontrollaw il- ħsibijiet tagħna, naslu. Il-ħsieb tagħna kapaċi jkun l-ikbar ħabib inkella l-agħar għadu. Noqogħdu attenti li l-limitu tagħna ma jkunx il-ħsieb tagħna. U meta titwettaq biċċa xogħol inkunu kapaċi niċċelebraw dak li jirnexxilna nwettqu… inkunu kapaċi nagħtu taptipa fuq spallitna stess! Illum, issa hu tagħna. X’ser jiġri minna għada u aktar ’il quddiem ma nafux. Ikun sew li niffaċċjaw dak li nibżgħu minnu għaliex inkella jibqgħu beżgħat. Jekk nibża’ minn xi ħaġa dak għaliex xi darba meta kont iżgħar tgħallimt nibża’. Irrid inneħħi dak li tgħallimt u luniku mezz hu li niffaċċjah.

Nirringrazzjaw lil Dr Galea tallezzjoni sabiħa li għamlilna u jalla dawk li konna preżenti – kif ukoll int li qed taqra s-sintesi ta’ din illezzjoni - inpoġġu fil-prattika dawn il-punti għaliex żgur jgħinuna għal ħajja aħjar.

GĦAL-LAQGĦA TA’ FRAR

Fi Frar ser ikollna fostna millPerù lil ħabib kbir tagħna Dun

Raymond Portelli. Il-laqgħa ta’

Frar ser issir nhar is-Sibt 4 ta’

Frar u tibda fis-7.30p.m. Dun

Raymond dejjem iżejjen illezzjoni tiegħu bi ġrajjiet li jkun għadda minnhom tul din is-sena li għaddiet kif ukoll jagħtina sinteżi ta’ dak li jkun qed iwettaq fil-parroċċa tropikali tiegħu.

Mela ħabib nistennewk. Nhar isSibt 4 ta’ Frar fis-7.30p.m.

Ejjew int u ħajjar lil sħabek jiġu wkoll.

[Ġesù qal,]

Jaqaw jista’ agħma jmexxi agħma?

Ma jaqgħux it-tnejn żgħir qal lill-kbir.

Żewġt irġiel kienu bilqiegħda fuq bank u jargumentaw.

Tgħid li taf ħafna reliġjon. -flus li lanqas taf Missierna.” xiħ ħareġ il-kartiera poġġa għaxar dollari bank.

Dan biex nurik li nafha!” żgħir ħareġ għaxra oħra

U dawn biex nurik li ma tafhiex.” xiħ beda… Jien u nimtedd biex norqod….” żgħir tah l-għaxar dollari filwaqt li qallu, Qatt ma immaġinajt li tafha l-Missierna!”

Kemm jien onest ma’ ħaddieħor?

Nipprova kultant, nagħti l-impressjoni li naf aktar milli fil-fatt naf?

Aktar nakkwistaw meta nuru eżatt min aħna milli meta nilagħbuha ta’ dak li ma aħniex.

François de la Rochefoucauld

Il-Messiku jġorr isem ħażin filmidja internazzjonali għax isejħulu pajjiż perikoluż. U birraġun għax f’dan il-pajjiż ta’ kważi 130 miljun ruħ, ikun hemm iktar minn 30,000 delitt fis-sena. Il-maġġoranza kbira tagħhom jkunu delitti marbuta mattraffikar tad-droga.

Iżda f’dan il-pajjiż hemm bosta meravilji li d-dinja tistagħġeb bihom. Fosthom:

1. F’dan il-pajjiż hemm 69 lingwa uffiċjali. Aħna hawn Malta għandna tnejn, il-Malti u l-Ingliż. Iżda fil-Messiku hemm dawn illingwi kollha. Uħud minnhom bi storja antika. U kull lingwa għandha mijiet ta’ eluf li jitkellmuha fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. U bid-dritt li jekk jeħtieġu xi ħaġa jistgħu jikkomunikaw mal-uffiċjali talpajjiż b’din il-lingwa.

2. Tiskanta tkun taf li fil-belt kapitali ta’ dan il-pajjiż hemm likbar flotta ta’ taxis ipparagunata ma’ kull belt oħra fid-dinja, bi New York inkuża. Hemm iktar minn 140,000 taxi! Eluf ta’ xuffiera li ssibhom f’kull triq talBelt lesti biex jaqdu lill-klijenti. Is-sewqan ta’ dawn ix-xuffiera hu msemmi mad-dinja u mhux dejjem b’isem tajjeb. Min jużahom jgħidlek li l-aħjar trodd is-salib u tgħid xi Ave Marija għax il-veloċità tagħhom hi straordinarja f’toroq miżgħuda b’ħafna mezzi oħra ta’

3. Meta nsemmu l-piramidi moħħna jmur fl-Eġittu imma filfatt l-ikbar piramida fid-dinja nsibuha fil-Messiku magħrufa bħala Piramida Cholula li hi għolja 180 pied u għandha bażi ta’ 1,480 pied kwadru.

4. Fil-Messiku hemm ukoll l-iktar università antika fil-kontinent Amerikan. Pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, Kanada, Brażil u Arġentina ma jeħdux gost b’dan it-tagħrif imma l-istorja hekk tixhed u listorja ma tistax titħassar. Kienet imsejħa Università Rjali Pontifiċja u ilha mwaqqfa missena 1551. Għadha tintuża sallum u meqjusa bħala sit ta’ preservazzjoni mill-Unesco.

5. Il-Messiku hu wkoll il-pajjiż li minnu oriġinat iċ-ċikkulata. L-

Ispanjoli daqu l-benna tagħha u ħaduha magħhom f’pajjiżhom u minn hemm xterdet mad-dinja.

Meta tkun qed tiggosta xi biċċa ċikkulata tajba ftakar li kienu lMessikani li tawha lid-dinja.

6. Fil-Messiku hemm iktar minn

160 mużew inklużi dawk talAntropoloġija bi storja antika dwar it-tradizzjonijiet tal-Mayan u l-Aztec. Xhieda ta’ kultura mimlija għerf u xjenza li kellhom l-Messikani qabel il-wasla talIspanjoli.

7. Fil-Messiku wkoll hemm waħda mill-ikbar devozzjonijiet

Marjani fid-dinja… il-Madonna ta’ Gwadalupe. Tħabbatha sew ma’ Lourdes u Fatima. Anzi f’dawk li huma numru tissuperahom għax iktar minn 10 miljun devot iżuru dan is- santwarju fil-Belt kapitali u jqisu lill-Madonna bħala l-Omm spiritwali tagħhom. Rari ssib dar

Kattolika fil-Messiku li ma jkunx hemm fiha replika ta’ din ixxbieha li fl-1531 dehret lill-bidwi fqajjar bl-isem ta’ Juan Diego u talbitu jgħid lill-Isqof biex jibni knisja fl-inħawi ta’ Tapeyac. Xi ħaġa li ġrat u minn dan il-post il-

Madonna għadha sal-lum ixxerred grazzji fuq grazzji.

Għax Marija hi omm il-bnedmin kollha u aħna lkoll miżmuma minnha bħala wliedha. Jalla nsibu ftit ħin kuljum biex ngħidulha xi talba qasira. U xieraq ukoll li fid- dar tagħna jkollna xi xbieha tal-

Madonna li tfakkarna li aħna wlied din l-Omm ħanina.

This article is from: