5 minute read

Isej]u Il-}bieb

FRAR 2023 numru 678

Advertisement

Frar2023

numru 678 supermarket kien bniedem tan-negozju.

Iħaddem għexieren iżda ma jaħrablu xejn. Idur minn naħa għall-oħra talklijenti qed jiġu moqdija. Għax kien jemmen li biex aħjar servizz.

U għalhekk jum wieħed tgħidx kemm tmasħan f’qalbu meta sema’ wieħed mill-impjegati jgħid lill-klijenta li inzertat quddiemu:

“M’għandniex. U lanqas ser ikollna għada, jew pitgħada, jew ilġimgħa d-dieħla!”

Il-maniġer ħares bl-ikrah lejn limpjegat u biddaħka anġelika qal lill-klijenta, “Tagħtix kas x’qed jgħid dak. Dak għadu jibda u ma jifhimx.

Ibqa’ ċerta li llejla jew l-iktar għada filgħodu jkollna.

Għidli x’għandek bżonn?”

Il-klijenta tatu ħarsa kerha u baqgħet sejra.

Imsaħħan il-maniġer dar lejn il-ħaddiem, “Kemm-il darba għedtilkom li dak li l-klijenti ma jsibux illum ikun għandna llejla jew għada? X’riedet il-klijenta?”

Il-ħaddiem wieġeb, “Staqsietna jekk hux ser ikollna xita llejla u jien kont naf għax qrajt il-pronostiku li la ser ikollna llejla, la għada u lanqas il-ġimgħa d-dieħla?”

Ġudizzju ta’ malajr aktarx li ma jkunx l-iktar ġudizzju rett.

Niftakar…

Konna qegħdin ħdejn il-bieb prinċipali ta’ Victoria Station f’Londra tard filgħaxija.

Qabel ninżlu biex insibu t-trejn tagħna.

Xi membri tal-grupp speċjalment iż-żgħażagħ riedu ġelat.

Gergirt ftit f’qalbi għax kien ifisser li ser ikollna nistennew xi kwarta oħra biex kulħadd imur jixtri dak li jogħġbu u mbagħad nistennewhom jilagħquh.

Għax ġo dik il-massa ta’ nies ma tantx hu faċli tiekol ġelat.

U kif konna hemm inparlaw u nidħku – għax meta tkun fi grupp tista’ tgerger imma wara ftit tispiċċa tidħak – ġiet ħdejna mara anzjana li dehret imbikkija.

Intom Maltin?” staqsietna.

Għawdxin fil-fatt. X’għandek?

Għax qed tibki?”

Għax għandi ’l żewġi marid.

Wasalna issa bit-trejn u kellhom jiġu għalina biex jeħduna għand is-sorijiet imma ma ġie ħadd!”

B’kumbinazzjoni kont naf li s-sorijiet Maltin ma kinux joqogħdu bogħod.

U meta sirna nafu li lesti li jimxu offrejnielhom li nġorrulhom il-bagalji.

Ratna anġli tas-sema.

Iż-żgħażagħ tagħna malajr qabdu l-bagalji u bdejna l-mixja lejn post is-sorijiet bil-mara u żewġha jirringrazzjawna ma’ kull pass li nagħmlu.

Sakemm wassalniehom fejn xtaqu.

U f’qalbi raddejt ħajr lil dawk li xxennqu għall-ġelat għax kieku l-mara mbikkija ma kinitx issibna u ż-żgħażagħ tagħna kienu jitilfu okkażjoni li għadhom jirrakkontaw sal-lum.

U sal-lum għadha titfa’ f’qalbhom ħafna paċi u ferħ qaddis.

Toroq il-Mulej kultant ma jkunux it-toroq tagħna u t-tgergir tagħna ikun frott li mhux naraw l-istampa kollha.

DR CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu bl-isem:

dawn fost l-eqreb kwiekeb li nistgħu nosservaw. Dan ifisser li fl-univers hemm biljuni ta’ pjaneti. Madankollu nafu wkoll li, almenu s’issa, fuq din il-pjaneta tagħna biss hemm il-ħajja. Meta tqis dan kollu aktarx li taħseb li fost dawk il-biljuni ta’ pjaneti lprobabbiltà li hemm xi forma ħajja hija għolja ħafna. Imma mbagħad, meta terġa’ tqis iċċirkustanzi tad-dinja tagħna u sSistema Solari li tinsab fiha, ilprobabbilitajiet jonqsu ħafna.

Ikkunsidra…

Xemx stabbli u ta’ eżistenza twila Ix-xemx, li hija kewkba, meta mqabbla ma’ kwiekeb oħra, hija kewkba medja ħafna, la kbira splużjoni li hija supernova. U ftit miljuni ta’ snin li huwa żmien qasir wisq għall-iżvilupp talħajja1 .Kewkba żgħira ħafna (ftit ikbar mill-pjaneta Jupiter u msejħa red dwarf), titfa’ enerġija dgħajfa ħafna biex tmanti ħajja fuq pjaneta, li terġa’ mbagħad trid tkun tant qrib ix-xemx żgħira, li lorbita tal-pjaneta aktarx tkun instabbli.

Ix-xemx ‘tagħna’ hija kewkba nofsana, la kbira ħafna u lanqas żgħira ħafna. Nafu li ilha teżisti għal madwar 5 biljun sena, u fadlilha madwar daqshekk ieħor biex tispiċċa. Dan huwa żmien biżżejjed biex tevolvi ħajja minn molekoli sempliċi, kif nafu minn fdalijiet fil-blat li ġara fiddinja. Barra minn hekk ix-xemx hija kewkba stabbli, minkejja xi maltempati li kapaċi għal ftit jinterferu ma’ komunikazzjonijiet bir-radju, barra li jagħmlu wkoll aurorae spettakulari. Hemm ħafna kwiekeb li huma varjabbli flenerġija li jitfgħu, li huma instabbli għal xi raġuni jew oħra u li anke jesplodu. Ħajja fuq pjaneta madwar waħda minn dawn malajr tinqered.

1 Għal dan l-artiklu, meta ngħidu ‘ħajja’, din hija l-ħajja kif nafuha, ibbażata fuq l-molekoli tal-ilma u l-karbon, u li kapaċi tevolvi mis-sempliċi għallikkumplikat. Jekk tistax teżisti xi ħajja b’forom oħra, totalment differenti, sempliċement ma nafux.

Id-daqs tad-dinja

Id-dinja għandha daqs kbir biżżejjed biex il-forza tal-gravità tagħha żżomm atmosfera ta’ gassijiet, u oċeani u ibħra ta’ ilma. Massa inqas u dawn lingredjenti tant importanti għallħajja jevaporaw u jitilqu. Dan jidher li ġara fuq il-pjaneta Mars li fiha daqs ta’ madwar nofs iddinja. Mars għandha atmosfera rqiqa ħafna, deżerti niexfa u widien kbar li jidher li darba minnhom għadda ħafna ilma. Meta vetturi spazjali mid-dinja żaru Mars u eżaminaw il-ħamrija ma sabu ebda traċċa ta’ ħajja, lanqas dik mikroskopika.

Distanza mix-xemx

Imma d-daqs biss mhux biżżejjed. Wara kollox il-pjaneta Venus, li hija kbira kważi daqs id-dinja, għandha atmosfera sfiqa ta’ gassijiet velenużi u temperaturi għoljin ħafna. Min-naħa l-oħra Mars hija pjaneta kiesħa ħafna, bil-ftit ilma u gassijiet kważi dejjem solidi. Id-dinja, li qiegħda f’orbita madwar ix-xemx li tiġi bejn dik ta’ Venus (eqreb lejn ixxemx) u Mars (iktar bogħod mixxemx), għandha temperatura li fiha l-ilma jista’ jkun solidu, likwidu jew gass, u fejn ilmolekoli kkumplikati tal-ħajja huma stabbli. Kull xemx għandha din iż-żona ta’ stabbiltà għallħajja u d-dinja tagħna tinsab eżatt ġo żona bħal din.

(Dr Grech ikompli dan l-artiklu filħarġa ta’ Marzu)

Ditta li toffri servizz ta’ tiswija tal-elettriku fid-dar, irċeviet dan lilment minn klijent tagħha blisem ta’ Walter Slater:

‘F’moħħi għandi ittra li nixtieq niktiblek biex nurik kemm għamiltu xogħol ħażin fid-dar talvilleġġjatura li kellkom tirranġaw. Iżda peress li s-segretarja hi binti mrobbija tajjeb ħafna, u jien ġentlom, ma nistax niktibha. Iżda tifhem żgur il-kontenut tagħha.’

Walter jgħid li d-ditta fehmet ilkontenut ta’ din l-ittra fantażma u bagħtet ħaddiem li wettaq xxogħol kif xtaq hu.

Kultant aħjar kelma nieqsa minn waħda żejda.

Risposta f’waqtha

Fil-Lvant iħobbu jirrakkontaw stejjer leġġendarji li taparsi ġraw bejn is-sultan Akbar u s-seftur tiegħu Birbal. Darba s-sultan qal lis-seftur, “Dal-lejl ħlomt li jien u int waqajna ġo toqba. Jien ħriġt midluk bil-għasel u int kollok ħmieġ tal-bhejjem. X’taħseb li tfisser?”

Birbal wieġeb, “Xi tfisser ma nafx imma naf kif spiċċat għax jien ukoll kelli l-istess ħolma. U tiegħi spiċċat hekk. Jien mort fix-xmara u nħsilt u int dawruk in-naħal u spiċċajt qisek passatur bit-tingiż tagħhom.”

Ma kienx iblah daqskemm kien jagħmlu s-sultan. somma kbira ta’ flus biex iqaxxar il-mustaċċi. Din is-somma kienet offruta minn ditta li kienet tagħmel ix-xfafar tal-leħja. Għad-ditta kienet tkun okkażjoni ta’ reklam stupend. Iżda Mark ma aċċettax lofferta. Kien ferħan wisq b’mustaċċih.

U ma kienx waħda. Għax fl-istorja Russa nsibu li l-Kżar Pietru l-Kbir kien għamel taxxa fuq il-leħja. U iktar ma jkun sinjur min ikollu din il-leħja iktar iħallas taxxa. U ħafna sinjuri kienu lesti jħallsu ttaxxa iżda ma ridux iqaxxru leħjithom.

Meta ħaġa tkun għażiża għalik tkun lest tbati għaliha. Għalhekk ilqaddisin batew għall-Mulej u għallfidi tagħhom fih għax għalihom dawn kienu ħwejjeġ għeżież.

Warren Kimble jħossu xxurtjat għax jaf li għandu teżor żgħir. Li jolqtok f’dan il-pittur hu l-fatt li beda jpitter biss meta tilef limpieg bħala għalliem tal-arti għax l-iskola għalqet. Waqt li beda japplika biex isib xi impieg ieħor martu ħajritu jpitter xi ħaġa bilpatt li jippruvaw ibigħuha f’xi rkant jew għand xi regettier.

Għall-bidu kien ibigħ ftit millpitturi imma almenu kien jaqla’ biex imantni l-familja. Sakemm xi ħadd skopra t-talent li kellu

Warren u xandru f’pubblikazzjoni tal-arti. Illum id-disinji u l-pitturi tiegħu jġorru magħhom fama mondjali.

Hawn min iħares lejn kriżi u jitkisser. Hawn min jara fiha sfida. L-għażla f’idejna.

This article is from: