Applikazzjoni għall-kompetizzjoni tal-Presepji - Kategorija KBAR

Page 1

Applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-presepji KATEGORIJA GĦAL DAWK MINN 14-IL SENA ’IL FUQ Importanti li taqra u tifhem sew dawn ir-regoli qabel timla’ d-dettalji kollha fil-parti t’isfel. Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qiegħed jorganizza kompetizzjoni tal-presepji bħala parti mill-attività Pjazza Milied fis-Siġġiewi . Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal dawk li għandhom 14-il sena jew aktar u li huma residenti s-Siġġiewi. L-għan ta’ din ilkompetizzjoni huwa biex jiżdied l-apprezament tal-presepju tradizzjonali Malti kif ukoll bħala opportunità għad-dilettanti sabiex jaqsmu l-ħiliet tagħhom mal-bqija tal-komunità.

REGOLI 1. Kull presepju jrid jiġi ppreżentat lest bil-pasturi b’kollox. 2. Kull presepju ma’ jridx ikun ikbar minn metru bħala wisa’ u nofs metru bħala fond. 3. Ma jistgħux jiġu ppreżentati presepji bid-dawl. 4. Mhux ser jiġu aċċettati presepji li jkollhom inkluż fihom materjal jew oġġetti protetti bħal sagħtar u ġebel tal-gagazza. 5. Il-presepji għandhom jiġu ppreżentati fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru 2015 fit-8.00pm. 6. Kull persuna tista’ tippreżenta aktar minn presepju wieħed bħala parti mill-wirja iżda presepju wieħed biss jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjoni. Kull parteċipant huwa miltub jagħti donazzjoni ta’ €5.00 bħala att ta’ ġenorożità b’risq idDar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Kull min jipparteċipa ser jingħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni. L-applikazzjonijiet mimlija kif suppost għandhom jittieħdu l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015 fil-5.00pm.

 Applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni tal-presepji KATEGORIJA GĦAL DAWK MINN 14-IL SENA ’IL FUQ Isem:

Kunjom:

Indirizz: Telephone:

Mobile:

Email:

Firma

Data

Din l-applikazzjonijiet mimlija kif suppost għandha tasal għand il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru 2015 fil-5.00pm.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.