Programm tal-Festa Madonna ta' Fatima 2017

Page 1

Programm tal-Festa Madonna Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

A.D. 1971

Kummissjoni Festa

Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Pieta’- Gwardamangia



Festa Ċentinarja 1917-2017

A.D. 1971

Kummissjoni Festa

Programm tal-Festa 2017

Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Pieta’- Gwardamangia

President

Editur

Viċi President

Ritratti

P. Vincent Micallef OP Joe Scicluna

Segretatrju P.R.O

Duncan Mifsud

Asst. Segretarju

Damien Saliba

Kaxxier

Paul Vassallo

Duncan Mifsud Sebio Aquilina Gabriel Treeby Coleiro

Disinn

Perspettiva

Stampat

Caxton Printshop Ltd

Il-Kummissjoni Festa

Asst. Kaxxier

Carl Mifsud

Inkarigat min-nar

Robert Farrugia

Direttur tal-Maħżen

Paul Vassallo

Direttur tal-Armar

Matthew Zammit

Membri

Andrew Zammit, Josef E. Saliba, Daniel Psaila, James Duca

• Tawgura Festa mill-isbaħ lill-Parruċċani kollha ta’ Gwardamanġa u l-Pietà u lil dawk kollha li jiġu jżuru u jaqsmu magħna l-ferħ tal-festa tagħna; • Tirringrazzja lil kull min għoġbu jirreklama f ’din il-pubblikazzjoni u tappella sabiex isir użu mill-prodotti u s-servizzi reklamati; • Tirringrazzja lil dawk kollha li jgħinu fil-ġbir tal-festa u lill-parruċċani kollha li jikkontribwixxu ġenerożament; • Tirringrazzja wkoll lil dawk kollha li jattendu għall-attivitajiet organizzati matul is-sena.

Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Kunvent tad-Dumnikani, Triq Santa Monika, Gwardamanga - Pieta’ PTA 3111 Telephone: 21220050 Facebook: Kummissjoni Festa Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

1


FESTA Festa 2015 Ċentinarja 1917-2017

22

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Messaġġ mill-Kappillan u Pirjol tal-Komunita Dumnikana Inħossni privileġġjat li din is-sena bħala kappillan qiegħed niċċelebra magħkom iċċentinarju tad-Dehriet tal-Madonna ta’ Fatima. Għalina din is-sena mhux qed niċċelebraw biss il-ġimgħa tal-festa bħas-soltu, imma s-sena kollha 2017 hija festiva. U din hija grazzja għalina. U ċert li l-Madonna se tħares lejna b’aktar attenzjoni u tagħtina dak li neħtieġu. M’aħniex qed niċċelebraw dan iċ-ċentinarju waħedna, iżda mad-dinja kattolika kollha għax il-kattoliċi għandna devozzjoni qawwija lejn Ommna Marija. Hawn Malta, bħalma qed naraw bil-pellegrinaġġi u ċelebrazzjonijiet, isSantwarju tal-Parroċċa tagħna huwa ċ-ċentru ta’ din id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima. Is-sena ġubilari bdiet, skond kif iddikjaraha l-Papa Franġisku, fis-27 ta’ Novembru 2016 u tagħlaq fis-26 ta’ Novembru 2017. Għalhekk inħeġġiġkom li l-festa tagħna din is-sena ma tkunx biss limitata għal ġimgħa biss, imma niċċelebrawha bil-qima u d-devozzjoni kollha tul is-sena. Ma nitilfux din l-okkażjoni unika. Il-Papa Franġisku qed jagħti l-indulġenza plenarja għal dawk li jieħdu sehem fid-dehra ta’ kull xahar bejn Mejju u Ottubru. Ma ninsewx li l-Madonna, barra li hi Omm Ġesu u Ommna, hija wkoll messaġġiera li twassal l-messaġġ ta’ Alla. Fl-aħħar dehra ta’ Ottubru 1917, il-Madonna qalet lit-tlett itfal min hi: “Jiena l-Sinjura tar-Rużarju”. Liebsa l-abjad u mdawwla b’dawl qawwi hija rrevelat l-misteru tal-Qalb Immakulata tagħha għalina. Nixtieq illi din is-sena ta’ grazzja jkollha

P. Vince Micallef O.P

effett fuqna lkoll. Nixtieq illi l-festa ma tkunx biss esterna li tgħaddi bħal kull sena, imma tħalli l-frott tagħha fil-qalb tagħna. Bħalma l-Madonna ħalliet il-messaġġ tagħha lil Luċija, Franġisku u Ġjaċinta, hekk din is-sena trid li aħna, b’mod partikulari l-parruċċani, inkunu l-messaġġiera tal-messaġġ tagħha. Dan isir, l-ewwelnett billi aħna ngħixu u nagħtu xhieda tal-messaġġ, u mbagħad ngħadduh lil ħaddieħor. “Itolbu, itolbu u itolbu” qaltilna l-Madonna. “Itolbu r-rużarju bla waqfien għallkonverżjoni tal-midinbin”. F’din is-sena speċjali għandna nirringrazzjaw lill-Madonna talli hi qed timxi magħna f ’kull mument tal-ħajja tagħna. U nitolbuha wkoll ħalli tgħin lilna u lil ħaddieħor biex nersqu aktar lejn binha Ġesu li dejjem jistenniena bil-ħniena fis-sagrament tal-qrar u biex jitmagħna b’Ġismu stess fissagrament tal-Ewkaristija. Nawguralkom festa qaddisa u devota li tibqa’ mfakkra fil-qalb tagħna tul ħajjitna b’mod speċjali fil-familji tagħna. Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Il-Kappillan u l-Komunita Dumnikana jawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

3



MARINA STREET, PIETÀ


FESTA 2015 Festa Ċentinarja 1917-2017

Fruit & Vegetables St.Joseph Str. Pieta’, Tel: 21252479.

Opening Hours: Monday & Thursday

07:00 -10:30 12:30 - 18:30 Wednesday 07:00 - 12:30 Tuesday & Friday 07:00 -12:30 16:00 - 18:30 Saturday 07:00 - 12:30

Il-Perit

Karl Cutajar

B.E.&.A. (Hons.), M.Sc. Structural Engineering (Surrey, UK), A.&.C.E.

E-mail: info@tescomamalta.com Jawgura l-festa t-tajba lin-nies talPieta’ - Gwardamanga, flokkażżjoni tal-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Tel. no: 2180 0341 / 2138 4846

Mob. no: 7904 6730

E-mail: karlmar@go.net.mt

6 6

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Messaġġ mis-Segretarju tal-Kummisjoni Festa Ħbieb, Insellmilkom u f ’isem sħabi nilqagħkom għal festa oħra ad unur il-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima. Din is-sena hija festa speċjali mhux biss għalina li naħdmu bis-sħiħ għal din ilfesta, iżda wkoll għaddilettanti kollha tal-festi. Qegħdin niċċelebraw festa importanti ħafna, festa ċentinarja fejn sejrin infakkru l-ġrajja ta’ meta l-Madonna dehret lit-tlett itfal ta’ Fatima propju mitt sena ilu.

Waqt li nikteb dan il-messaġġ, waqaft għal ftit Duncan Mifsud u rriflettejt ftit dwar din il-ġrajja li biddlet iddinja. Ġrajja li l-messaġġ tagħha kien wieħed ċar u b’saħħtu u li sal-lum, mitt sena wara, Dan ser issir nhar il-Ħadd (nhar il-festa) 28 ta’ għadu jgħodd għalina ! Mejju fil-11:00am. Hekk kif intemmet il-festa tas-sena l-oħra, ilkumitat beda jaħdem bis-sħiħ sabiex jagħmel dak kollu possibli u nfakkru din il-ġrajja bl-aħjar mod possibbli. Ridna aħna wkoll nibagħtu messaġġ ċar li filwaqt li nkomplu nżidu l-armar u t-tiżjin, nagħtu s-sehem tagħna fil-komunità. Wara diversi laqgħat mal-fondazzjoni

Wara r-rispons tas-sena l-oħra, il-kunċert talĦamis ser jerġa’ jsir fi Triq id-Duluri u din id-darba ser inkunu qegħdin nilqgħu fostna lil George Curmi, il-Pusè u l-band tiegħu. Dan il-kunċert ser jerġa’ jkun qiegħed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali.

Ta’ Fatima Pyro & Musical Show ser issir is-Sibt lejlet il-festa ġewwa x-xatt tal-Pietà, u bħalma Save A Life varajna proġett li bih se nkunu tafu qegħdin intejbu aktar il-ħajja tat-tfal talistitut ta’ l-Ursolini. Permezz tal-proġett #BringASmile minħabba li issa qiegħed issir il-proġett talgħamilna rinovazzjoni fil-playground tal- Marina mhux ser inkunu qegħdin naħarqu minn istitut u wara li neħħejna l-bandli eżistenti u fuq ilbaħar. saru xi tiswijiet , ser inkunu qegħdin noffru pitch tal-futbol tal- 5-aside. Hawnhekk Pero serrħu raskom ħdimna ħafna sabiex ippermettuli nirringrazzja lill kumpanija 389 kull min ser jinżel jara n-nar mhux se joħroġ tal-għajnuna kbira li tawna u lil dawk kollha li diżappuntat. għenuna niġbru d-donazzjonijiet. Nixtieq nirringrazzja lil kull min b’xi mod ikun ta’ spalla għalina, Nirringrazzja bħal dejjem lil kull min jgħina ġewwa l-maħżen matul is-sena DIN IS-SENA X’HEMM ĠDID ? u grazzi lil kull min jgħina bid-donazzjonijiet minn żmien għal ieħor. Din hija il-mistoqsija li dejjem nieħu gost inwieġeb u dan għaliex bl-għaqal u l-ħidma Fl-aħħar nett nitlob lill-Madonna ta’ Fatima kontinwa tagħna qed jirnexxielna dejjem sabiex iżommna dejjem taħt il-protezzjoni inżidu xi ħaġa. Fost ħafna armar ġdid din is- tagħha, tbiegħdna minn kull periklu u tbierek lill sena għal-ewwel darba nistgħu nħabbru li ser ulieda Pjetaniżi. ikollna il-Marċ ta’ filgħodu. Il-Festa t-tajba lill kulħadd. Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

7


ÄŠentinarja 1917-2017 FESTA Festa 2015 FESTA 2013

Il-Kunsill Lokali Tal-PietĂ

6LPRQ &DXFKL 6HJUHWDUMX (]HNXWWLY -RVHSKLQH )DEUL 9LFL 6LQGNX -RVHI )LW]SDWULFN .XQVLOOLHU .HLWK 7DQWL 6LQGNX $QQKHOLFD $JLXV .XQVLOOLHU $QWKRQ\ &DPLOOHUL .XQVLOOLHU

X

Kumitat Amministrattiv ta’ Gwardamanga

$QQKHOLFD $JLXV 1D]]DUHQR %RQQLFL -RVHI )LW]SDWULFN -RVHSK *RJJL X 1DWKDOLH 6XOWDQD MDZJXUDZ

il-Festa t-Tajba

lir-residenti kollha ta’ Tal-Pietà u Gwardamanga 8 8

Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanĥa 2017 Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Gwardamanĥa - Pietà 2015

30

GwardamanÄĄa - PietĂ 2013


Festa Ċentinarja 1917-2017

Messaġġ mis-Sindku Iż-żmien tant għażiż għalina, il-ġranet talFesta tal-Madonna ta’ Fatima, bil-mod il-mod reġgħu qegħdin fil-qrib. Din is-sena se nkunu qegħdin niċċelebraw il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna u għalhekk għandha tkun festa speċjali. Biex jiġi mfakkar dan, il-Kunsill Lokali ħa wkoll inizjattiva. Permezz tal-iskultur lokali Ġanni Pace, ser jagħmel monument filġenb tal-knisja. Minbarra li se jkompli jsebbaħ lentratura għall-knisja, dan ser ikun qed iservi wkoll sabiex nibqgħu niftakru din il-ġrajja li l-komunità tagħna għandha tant għal qalbha. Bħal kull sena, il-Kunsill flimkien malKummissjoni Festa, ser ikun qiegħed jorganizza kunċert fil-wesgħa ta’ Triq id-Duluri nhar il-Ħamis, 25 ta’ Mejju filgħaxija. Dan ilkunċertser ikun qed isir minn George Curmi l-Pusè flimkien mal-band tiegħu. Il-Pusè huwa mużiċist li joqgħod Tal-Pietà u li żgur ma għandu l-ebda bżonn ta’ introduzzjoni. Għaldaqstant, nistedinkom tattendu sabiex niltaqgħu ftit u nsegwu dan it-talent Malti. Ninfurmakom ukoll li matul il-perjodu talFesta, u cioè bejn il-Ħamis u l-Ħadd ser ikollna fostna grupp ta’ Taljani mil-lokal ta’ Uggiate Trevano biex iqattgħu l-festa magħna. Waqt dan il-perjodu ser jiġi wkoll rikonfermat ilftehim ta’ ġemellaġġ li sar fl/Italja s-sena l-oħra bejn Tal-Pietà u Uggiate Trevano. Inħeġġiġkom sabiex tipparteċipaw ukoll fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi sabiex il-festa verament tilħaq l-iskop tagħha fil-komunità.

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Keith Tanti

Għandu jkun żmien li jħeġġiġna ngħixu filpaċi flimkien il-preżenza tal-Madonna. Ngħid “Grazzi” kbira wkoll lill-volontiera kollha talKummissjoni Festa li mingħajrhom ma jkollnix armar, baned, nar u attivitajiet oħra. Għandna napprezzaw l-isforzi tagħhom matul is-sena kollha fejn jaħdmu bla heda sabiex il-komunità jkollha festa kif jixraq. Nagħlaq billi f ’isem il-Kunsillieri tal-Kunsill Lokali Tal-Pietà, il-Kumitat Amministrattiv ta’ Gwardamanġa, is-Segretarju Eżekuttiv u l-istaff kollu tal-Kunsill, nawgura l-festa t-tajba lillpoplu kollu ta’ Tal-Piet u Gwardamanġa. Nawgura wkoll il-festa t-tajba lill-Kappillan Fr. Vince Micallef u lill-komunità Dumnikana. Jalla l-festa sservi sabiex tkattar il-paċi filkomunità tagħna u ngħixu b’imhabba li tirbaħ id-differenzi ta’ bejnietna.

9


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

Mini Market Pieta’ 7ULT LG 'XOXUL 3LHWD¶ Mob: 9944 3769

For fresh fruits, vegetables and daily needs

PADDY’S BAR M S I DA

(Joseph il-Paddy)

Mob. 9940 5452 Naċċettaw Bookings għal kull tip ta’ ikliet.

Appetisers servuti l-ġimgħa kollha! 10

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa MadonnaPietà tar-Rużarju Ta’ Fatima 2017 - Gwardamanġa Gwardamanġa - Pietà 2015 7


FESTA 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 12 - Gwardamanġa 2017 Gwardamanġa - Pietà 2015 Pietà

Festa Ċentinarja 1917-2017

11


Festa Ċentinarja 1917-2017

A.D. 1971

Kummissjoni Festa

Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Pieta’- Gwardamangia

Rendikont Festa Esterna / Interna Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Sal-31 ta’ Marzu 2017

Festi Esterni Ħruġ Banda Ħamrun Banda Naxxar Banda Gudja Nar ta’ l-Art Nar ta’ l-Ajru Enemalta Dawl tat-toroq Programm Festa Perit High-Up Protezzjoni Ċivili Repo Bandisti Total Dħul Ġbir mit-Toroq Attivitajiet Donazzjonijiet Total Żbilanċ

12

Festi Interni € 932.00 932.00 932.00 1200.00 1500.00 650.00 4200.00 1150.00 27.00 70.00 148.00 150.00 11,891.00 €

Ħruġ Mużika Servizzi Saċerdoti Fratelli Fjuri u Spejjeż oħra Total

€ 390.00 130.00 150.00 390.00 1060.00

Dħul Ġabra wara l-Purċissjoni Buketti tal-Vara Donazzjonijiet oħra Total

€ 320.00 218.00 700.00 1238.00

Bilanċ

€ 178.00

10,778.79 € 1112.21 Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Messaġġ millKaxxier tal-Festa Għal darb’oħra reġa’ wasal iż-żmien biex bħala kaxxier tal-Kummissjoni Festa f ’ġieħ ilMadonna tar-Rużarju ta’ Fatima, nagħti idea żgħira dwar l-ispejjeż li daħħalna u ħriġna minn wara l-festa tal-2016 sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, ħaġa li nagħmel ta’ kull sena. Din is-sena l-ispiża tal-festa hija akbar minn tas-sena ta’ qabel. Minkejja li l-ispiża kibret iddħul kien inqas mis-sena l-oħra. Biex inżidu d-dħul, din is-sena introduċejna attività ġdida: il-Car Wash. Minn din l-attività immorru mhux ħażin peress li ma fihiex spejjeż kbar. Komplejna norganizzaw l-ikliet li jgħinuna flispejjeż tal-festa. Minn hawn nixtieq inrodd ħajr lil dawk li kull meta norganizzaw xi ikla jkunu dejjem preżenti u nixtieq inħajjar oħrajn biex jibdew jingħaqdu magħna meta norganizzaw attività bħal din. Kull min ġie xi darba dejjem ħareġ sodisfatt. Inkarigu ieħor tiegħi huwa l-ġbir mit-toroq. Jiddispjaċini ngħid li dan naqas ħafna. Aħna nkunu kapaċi nagħmlu dak li nagħmlu għax insibu lilkom warajna u tgħinunha biddonazzjonijiet tagħkom. Kważi t-toroq kollha tal-parroċċa jiżżejnu bil-pavaljuni fil-jiem tal-festa, u hekk jixraq għax din hija l-festa tal-parroċċa tagħna. Jixraq li fil-festa it-toroq tagħna jilbsu l-libsa tal-festa, libsa li tixraq. Iżda dan ix-xogħol ninvolvi ħafna spejjeż. Filwaqt li nirringrazzja u nuri l-apprezzament tiegħi u ta’ sħabi tal-Kumitat għal dawk li dejjem idaħħlu idejhom fil-but u jgħinuna finanzjarment, nixtieq li kulħadd jieġu l-eżempju tagħom biex inkomplu nagħmlu fesat kif jixraq lill-Marija Ommna taħt it-titlu talmadonna tar-Rużarju ta’ Fatima. Il-flus dejjem ikunu l-akbar uġiegħ ta’ ras għaleix l-ispejjeż dejjem jiżdiedu. Ngħidilkom biss li għal din

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Paul Vassallo

il-festa li ġejja is-servizz tal-baned kollha ser jogħlew fil-prezz, kull banda ser tiġi tiswa aktar minn elf euro (€1,000). Jekk ma tgħinuniex intom żgur li ma nkunu nistgħu nagħmlu xejn. Dan huwa s-sabiħ tal-festa, li bħala parroċċa waħda ningħaqdu biex niċċelebraw daqs li kieku konna familja waħda, iżda nerġa’ nfakkarkom li dak kollu li nagħmlu nagħmluh b’ dak li tagħtuna intom. Hawnhekk nixtieq li jkun hemm min jagħtina daqqa tga’ id filġbir mit-toroq. Jekk hawn minjixtieq jgħinna nitolbu javviċina lil xi ħadd mill-kumitat. Nagħlaq il-messaġġ tiegħi billi nirringrazzja bil quddiem lil kull min jagħti xi ħaġa għallispejjeż tal-festa biex bħas-snin li għaddew ikollna festa sabiħa ad unur il-Patruna tagħna Il-MADONNA TAR-RUŻARJU TA’ FATIMA. Nawguralkom il-festa t-tajba!

13


Festa Ċentinarja 1917-2017

Il-Macellaio

Mimosa Street, Gwardamangia - Tel: 2124 77 73 Monday: Closed all Day Tuesday - Friday: 07:00 - 13:00 / 16:00 - 19:00 Saturday: 07:00 - 13:00

14

THE BUTCHER SHOP RENOWNED FOR BEST QUALITY MEAT PLACE YOUR ORDER TODAY!

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017



Festa Ċentinarja 1917-2017

X’għadda minn għalina...

Bħal ma għamilna s-sena l-oħra, din is-sena qegħdin nerġgħu niddedikaw rokna għall-attivitajiet kollha li ġew organizzati mill-Kummissjoni Festa. Ser nagħtu ħarsa lejn dak kollu li għaddejna flimkien minn wara l-festa (Ġunju 2016) sax-xahar ta’ April 2017 It-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2016 Il-Kummissjoni Festa flimkien mal-fondazzjoni Save A Life nedejna l-kampanja #BringASmile, proġett b’risq it-tfal tal-Ursolini. Is-Sibt 16 ta’ Lulju 2016

Sar BBQ ġewwa d-dar tal-Ursolini b’risq il-proġett #BringASmile. Kienet attività sabiħa fejn għallewwel darba ħdimna flimkien għal min l-aktar għandu bżonn.

Bejn is-16 u t-18 ta’ Settembru saret edizzjoni oħra ta’ 52 Siegħa Maratona tal-Liedna. Waqt din ilmaratona, li daħlet fil-kalendarju tagħna u saret appuntament annwali, sar BBQ bħala attivita ta’ fundraising, kif ukoll kien hemm għall-bejgħ diversi souvenirs. Għall-għeluq tal-maratona, il-Ħadd 18 ta’ Settembru, il-Kummissjoni Festa u l-Kunsill Lokali ikollaboraw flimkien u ġiet organizzata serata biex jitfakkar Jum il-Pietà. Kienet serata ta’ kant u żfin, u kien hemm rokna għat-tfal, stands tal-ikel u xorb, kif ukoll facepainting. Id-dħul kien b’xejn u l-attività kienet waħda ta’ suċċess. Ottubru 2016 Il-Ħamis 13 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni Festa ħadet sehem fil-pellegrinaġġ tal-aħħar dehra, filwaqt li fl15 u s-16 ta’ Ottubru saru attivitajiet ta’ fundraising li kienu tombla u fenkata. Novembru 2016

Is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2016 Is-Sibt 13 ta’ Awwissu, inżammet l-ewwel attività tas-sajf - BBQ fuq iz-zuntier tal-knisja. Settembru 2016 Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru s-Sezzjoni Briju organizzaw High Tea ħdejn il-maħżen tal-festa. L-Erbgħa 7 ta’ Settembru ilqajna ġewwa l-maħżen tagħna lill-crew tal-programm “Mill-Imħażen talFesta” fejn ix-xogħol li nagħmlu minn wara l-kwinti seta’ jarah kulħadd permezz ta’ dan il-programm.

Is-Sibt 5 ta’ Novembru tkompla x-xogħol fuq ilproġett #BringASmile fejn tneħħew il-bandli u beda l-proċess għall-pitch tal-football. Is-Sibt 19 saret Pasta Night waqt li fis-26 ta’ Novembru għamilna lewwel Car Wash fi Triq id-Duluri. Il-Ħadd 27 ta’ Novembru s-Sezzjoni Briju organizzaw High Tea ġewwa Sala Yvonne. Diċembru 2016 Għax-xahar ta’ Diċembru il-Kummissjoni Festa ħadet ħsieb li torganizza diversi attivitajiet fix-xahar tal-Milied. L-għan ewlieni kien li permezz ta’ dawn

16

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017 l-attivitajiet inkomplu nqarrbu l-parruċċani aktar flimkien. Is-Sibt 10 ta’ Diċembru ġie organizzat Christmas Buffet Dinner f ’lukanda ewlenija u t-Tlieta 27 ta’ Diċembru s-Sezzjoni Briju organizzat ħarġa għal Għawdex.

Għax-xahar ta’ Marzu il-kumitat tella’ Car Wash oħra fi Triq id-Duluri, filwaqt li l-Erbgħa 29 ta’ Marzu sibna ftit ħin fejn flimkien bħala Kummissjoni għaddejna ftit ħin ta’ rilassament permezz ta’ ikla bejnietna. Is-Sibt 25 ta’ Marzu 2017

Fix-xahar ta’ Diċembru erġajna organizzajna l-Bazaar tal-Milied li sar bejn it-2 u t-18 ta’ Diċembru, fejn fost ħafna affarijiet wieħed seta’ jsib ukoll wirja ta’ presepju. Jannar 2017

Il-Ħadd 8 ta’ Jannar kien hemm High Tea misSezzjoni Briju, filwaqt li is-Sibt 21 ta’Jannar saret lewwel attività għas-sena 2016 mill-Kumitat Ċentrali. Frar 2017 Is-Sibt 4 ta’ Frar ġiet organizzata ikla oħra b’risq ilfesta mill-Kumitat Ċentrali. Il-Ħadd 19 ta’ Frar isSezzjoni Briju organizzaw High Tea speċjali. Marzu 2017

Il-Grupp armar beda x-xogħol fit-toroq għall-festa 2016. April 2017 Fis-7 ta’ April, Jum id-Duluri, il-Kummissjoni Festa, ħadet sehem fil-purċissjoni tad-Duluri. Ħames membri minn tagħna kienu fost r-reffiegħa tadDuluri. Għax-xahar ta’ April il-Kumitat Ċentrali organizza żewġ ikliet b’risq il-festa filwaqt li s-Sezzjoni Briju organizzaw High Tea fit-2 ta’ April u ħarġa għal Għawdex l-Erbgħa 12 ta’ April. Niltaqgħu fl-aħħar attività b’risq il-festa, nhar is-Sibt 20 ta’ Mejju 2017.

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

17


Festa Ċentinarja 1917-2017

FESTA 2015

High Street Hamrun

18

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017 Gwardamanġa - Pietà 2015 25


Sehem akbar mis-Sezzjoni Briju

Festa Ċentinarja 1917-2017

Din is-sena hija t-tielet sena minn meta s-Sezzjoni Briju bdiet tagħti sehem attiv filfesta. Mingħajr ftaħir ikolli ngħid illi din issezzjoni, flimkien mal-kumitat ċentrali u maddilettanti l-oħra, kienet strumentali biex tjieb il-livell tal-festa tagħna. Din is-sena għamilna sforz akbar, fl-okkażjoni tal-festa ċentinarja, u l-ħidma tagħna se tagħti spinta oħra ’l quddiem lil din il-festa tant għażiża għalina. Bl-attivitajiet li għamilna irnexxielna niġbru somma sostanzjali li se sservi biex inkomplu fit-triq ta’ suċċess illi qed nirreġistraw kull sena. Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja lid-diversi sponsors illi sibna l-għajnuna tagħhom matul is-sena għaliex mingħajr l-għajnuna tagħhom żgur li ma konniex se naslu biex inwettqu l-proġetti kollha li ppjanajna wara l-festa li għaddiet. Grazzi oħra tmur għall-familjari tagħna li, bħalna u magħna, jagħmlu sagrifiċċji biex aħna nkunu nistgħu nkomplu bil-ħidma tagħna. Mill-festa li għaddiet sal-lum organizzajna diversi attivitajiet fosthom il-High Teas, tombli fis-Sajf, lotteriji u ħarġiet għal Għawdex. Tista’ tgħid illi kważi kważi kull gimgħa kellna xi attività għaddejja Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li attendew l-attivitajiet tagħna għaliex kienu huma li għamlu dawn l-attivitajiet suċċess. Għall-festa ta’ din is-sena is-Sezzjoni Briju tat is-sehem tagħha f ’diversi aspetti, tista’ tgħid f ’kull aspett tal-festa. Bħala armar ħriġna parti millfinanzi għall-armar il-ġdid li se jiġi mżanżan din is-sena. Dan minbarra illi sar ukoll xogħol manwali minn membri ta’ din is-sezzjoni fuq dan l-armar. Għandna f ’idejna wkoll il-briju ta’ waqt ilmarċi fejn tista’ tgħid illi rreġistrajna progress kbir f ’dawn l-aħħar snin u din is-sena mhux se tkun eċċezzjoni. Xi ħaġa ġdida fil-festa tagħna se tkun il-marċ ta’ filgħodu li tħallas kollu minn din is-sezzjoni. Anke fin-nar tajna s-sehem siewi tagħna biex anke hawn sar titjib sostanzjali fl-aħħar snin. Din is-sena se nkomplu fuq dak li bdejna s-sena li għaddiet u Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Alan Mallia

se nħallsu somma għan-nar biex hekk il-festa tagħna tkun aktar kompluta. Għall-okkażjoni tal-festa ċentinarja s-Sezzjoni Briju kkummissjonat Innu ġdid bit-titlu ‘Mitt sena middehriet’, mużika ta’ Maestro Jonathan Abela u kliem ta’ Joe Julian Farrugia. Bil-mod il-mod qed nibnu r-repertorju mużikali tagħna wkoll. Qed nieħdu ħsieb ukoll ir-restawr tal-istellarju tal-Madonna li ġratlu l-ħsara biż-żmien. Nittamaw illi jkun lest għall-festa li ġejja ħalli jitgawda mad-diversi affarijiet oħra li se jiġu mżanżna din is-sena Dan kollu apparti illi nagħtu wkoll s-sehem tagħna f ’dawk kollu li tirrikjedi l-festa bħal armar fit-toroq, ġbir ta’ reklami u ħafna aktar xogħol li meta jingħaqad flimkien joħroġ il-prodott finali – festa li fiha minn kollox b’mod moderat u xieraq. U propju għal din il-festa li qed nistednukom tipparteċipaw din is-sena. Aħna għamilna dak kollu possibli biex nagħmlu festa kompluta. Jalla kollox imur kif ippjanat ħalli nieħdu pjaċir u nagħtu pjaċir. Festa li tagħti gieħ lil Ommna Marija taħt it-titlu tar-Rużarju ta’ Fatima li nitolbuha żżommna taħt il-ħarsa tagħha matul is-sena kollha, speċjalment fil-jiem tal-festa. Fit-28 ta’ Mejju filgħaxija ngħidu ‘Għaddiet festa oħra’ u mill-ewwel nibdew nippjanaw għall-festa tas-sena ta’ wara. Aħna, jekk ilBambin irid, se nerġgħu nkunu hemm ...... nittama li jkunu aktar nies li jitħajru jiġu jagħtu daqqa t’id biex flimkien inkomplu nkabbru ilfesta tagħna. 19


Festa Ċentinarja 1917-2017

20

FESTA 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017 Gwardamanġa - Pietà 2015 37


Festa ÄŠentinarja 1917-2017

Is-Sezzjoni Briju fi ĆŤdan il-Kummissjoni Festa Madonna tar-RuÄŞDUMX WDÂś )DWLPD tirringrazzja lil dawk kollha li offrew lgĆŤajnuna tagĆŤhom matul is-sena u lil dawk li attendew l-attivitajiet organizzati minn din is-sezzjoni. Is-Sezzjoni Briju tawgura l-Festa t-Tajba lil kulĆŤadd.

Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanĥa 2017

21


Festa Ċentinarja 1917-2017

SEASON 2

5-A-SIDE FOOTBALL LEAGUE CALL ON: 79440677 22

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


FESTA 2015 Festa Ċentinarja 1917-2017

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

23 55



Kunċert tal-Festa 2017

Il-Ħamis 25 ta’ Mejju mit-20:00 il-quddiem Triq id-Duluri, Pieta’ - Ġorġ Curmi l-Puse u l-Band

B’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Pieta’

A.D. 1971

Kummissjoni Festa

Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima Pieta’- Gwardamangia


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

Paula Mifsud Bonnici tawgura l-festa tajba lil kulħadd!

Paula Mifsud Bonnici Membru Parlamentari Shadow Minister għall-Politika Soċjali +356 9982 4065 26

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 53 Pietà - Gwardamanġa Gwardamanġa - Pietà 2015 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

It-tfal tal-Madonna Ix-xbieha tal-Madonna fuq siġra u tlett itfal għarkupptejhom taħt is-siġra hija xbieha familjari għalina, laktar din is-sena li qegħdin niċċelebraw l-ewwel ċentinarju mid-dehriet tal-Madonna ġewwa l-medda art imsejħa Cova da Iria fir-raħal ta’ Fatima ġewwa l-Portugall. Huwa fatt kurjuż kif Marija Santissima għażlet tfal żgħar biex twassal messaġġ lid-dinja kollha. Ir-raġuni tgħidilna li kieku d-dehriet b’ messaġġ saru lil xi persuna adulta kienet tkun aktar ħaġa li nifhmuha. Iżda l-magħżulin għal dawn l-avvenimenti tas-sema kienu Luċija tifla ta’ għaxar snin, kuġinuha Franġisku li fl-ewwel dehra fit-13 ta’ Mejju 1917 kien għadu ser jagħlaq disa’ snin u oħtu Ġjaċinta ta’ seba’ snin.Il-fatt li l-Madonna tidher lil tfal biex twassal xi messaġġ ma ġarax biss ġewwa Fatima imma insibuh f ’dehriet oħrajn. Ejjew naraw ftit xi dehriet tal-Madonna, approvati millKnisja Kattolika li l-viżjonarji kienu tfal.

LAUS

Fr Reno Muscat O.P

Il-messaġġ li talbet il-Madonna fid-dehriet kien biex jinbnew knisja u dar għas-saċerdoti u biex l-Insara jikkonvertu u jersqu lejn is-sagramenti speċjalment dak tal-qrar. Id-dehriet kienu uffiċjalment aċċettati mill-Isqof tad-Djoċesi fis-sena 2008.

LA SALETTE Fl-1846 ġewwa La Salette, raħal Franċiż, żewġt itfal kienu qed jirgħu l-merħla tal-familji tagħhom kellhom dehra ta’ “Waħda mara sabiħa”. Kien issibt 19 ta’ Settembru dakinhar tad-dehra. Maximin Giraud kellu ħdax-il sena filwaqt li Mélanie Calvat kellha kważi ħmistax-il sena. Il-messaġġ ta’ dawn id-dehriet Marjani kien wieħed li jħeġġeġ għallkonverżjoni u t-talb. Fl-1851 il-Papa Piju IX approva l-kult tal-Madonna ta’ La Salette.

LOURDES

Benoîte Rencurel kienet xebba ta’ sbatax-il sena mir-raħal Saint-Étienne-le-Laus, fi Franza. Din kienet tirgħa l-merħla ta’ wieħed raġel mir-raħal stess. Kienet ilha taħdem miegħu minn meta kellha tnax-il sena. F’ Mejju tas-sena 1664, waqt li kienet tirgħa bdiet ixxomm riħa tfuħ. Bdiet iddur biex tara minn fejn kienet ġejja dik ir-riħa u sabet li l-Kurċifiss li kien hemm fuq il-muntanja fejn kienet, kien qed inixxi d-demm u r-riħa tfuħ kienet ġejja minnu. Wara dan kellha bosta dehriet minn Marija Santissima. Dawn id-dehriet baqgħu sejrin sas-sena 1718, meta mietet Benoîte. Ikompli f ’paġna 31 Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

27


Festi Esterni

Programm tal-Festa tal-Madonna tar-Ruż IS-SIBT, 20 TA’ MEJJU

L-ERBGĦA, 24 TA’ MEJJU

ĦRUĠ TAL-VARA TAL-MADONNA

5.20pm

Rużarju

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU – MARIJA, MUDELL TA’ KULĦADD

5.45pm

Nilqgħu l-vara tal-Madonna fis-Santwarju Parrokjali

6.00pm

Rużarju meditat mil-Leġjun ta’ Marija

6.30pm

Quddiesa bl-omilija minn P. Reno Muscat OP. Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. Fl-aħħar isir it-tberik tal-karrozzi fi Triq S.Monika.

6.00pm

Quddiesa minn P. Vince Micallef OP, Kappillan u Pirjol tal-Komunita Dumnikana.

IL-ĦADD, 21 TA’ MEJJU

L-EWWEL TQARBINA

9.00am

It-tfal flimkien mal-katekisti u l-ġenituri joħorġu mill-kunvent f ’purċissjoni lejn is-Santwarju Parrokjali.

9.30am

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU – MARIJA U T-TALBA TAR-RUŻARJU

6.00pm

Rużarju meditat mill-Ministri tat-Tqarbin

6.30pm

Quddiesa bl-omilija minn P. Claudio Borg OP. Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. Isir it-tberik tal-kuruni tar-rużarju.

Niċċelebraw quddiesa festiva immexxija minn P. Vince Micallef OP., Kappillan u Pirjol tal-Komunita Dumnikana.

IT-TNEJN, 22 TA’ MEJJU

IL-ĠIMGĦA, 26 TA’ MEJJU

IT-TIELET JUM TAT-TRIDU – MARIJA, OMM IL-FAMILJI

Pellegrinaġġ bit-tfal fejn jingħad ir-rużarju

6.00pm

Rużarju meditat mill-Kummissjoni Familja

Quddiesa ċċelebrata minn P. Ivan Attard OP, Viċi-Kappillan.

6.30pm

Quddiesa bl-omilija mill-E.T.Mons. Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP.

Mistednin speċjali l-koppji li żżewġu tul is-sena li għaddiet u dawk li għalqu 10, 25, 40, 50 u 60 sena żwieġ.

Wara kurunella, innu, antifona u barka sagramentali. Fl-aħħar isir t-tberik u l-preżentazzjoni tat-tfal lill-Madonna.

JUM IT-TFAL

6.00pm 6.30pm

IT-TLIETA, 23 TA’ MEJJU

IL-ĦAMIS, 25 TA’ MEJJU

JUM L-ANZJANI, JUM L-EX-ABBATINI U EX-MEMBRI TAL-KUMMISSJONI FESTA

9.00am

Quddiesa għall-anzjani, minn P. Vince Micallef OP.,Kappillan u Pirjol talKomunita Dumnikana.

Jiġi wkoll amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-morda.

6.00pm

Rużarju

6.30pm

Quddiesa minn P. Vince Micallef OP., Kappillan u Pirjol tal-Komunita Dumnikana. Mistiedna l-Ex Abbatini u Ex Membri tal-Kummissjoni Festa. Janima il-folk group tal-Parroċċa.

IS-SIBT, 27 TA’ MEJJU

LEJLIET IL-FESTA

5.30pm

Rużarju meditat mil-Lajċi Dumnikani.

6.00pm

Transulazzjoni Solenni bir-relikwa tal-Beati ta’ Fatima mill-Kunvent sas-Santwarju, Innu, antifona u quddiesa blomilija u barka sagramentali. Imexxi P. Frans Micallef OP, Provinċjal tadDumnikani Maltin.


żarju ta’ Fatima - 20 sat-28 ta’ Mejju 2017 IL-ĦADD, 28 TA’ MEJJU - JUM IL-FESTA

IL-ĠIMGĦA 26 TA’ MEJJU - IL-MARĊ TAL-ĠIMGĦA

9.00am

Quddiesa solenni mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna.

6.00pm

Quddiesa minn P. Anton Farrugia OFM, Gwardjan tal-Kunvent talFranġiskani, Villambrosa - Ħamrun.

7.00pm

Purċissjoni bil-vara tal-Madonna ta’ Fatima li tgħaddi mit-Toroq S. Monika, Blackley, Telgħet G’Manġa, Xatt, Duluri – quddiem il-knisja tad-Duluri jsir mument ta’ talb marjan. Tkompli Triq id-Duluri, Schinas, K. Mifsud, S. Girgor, Edgar Ferro, S. Ġużepp, Hookham Frere u S. Monika.

8.00pm Marċ brijuż mill-banda Marija Assunta tal-Gudja li jibda minn Triq id-Duluri kantuniera ma’ Triq Santa Monika, P.Vinċenz Portelli OP, Joe Gasan, Misraħ Madonna ta’ Fatima, Duluri, Pietru Xuereb, Sptar, Sorijiet Ursolini, Ġuże Ellul, San Luqa, San Ġużepp, Hookham Frere, Santa Monika, u jispiċċa Triq id-Duluri.

10.15pm Nilqgħu x-xbieha tal-Madonna ta’ Fatima lura lejn is-SantwarjuParrokkjali bil-kant tal-antifona w il-barka sagramentali.

Matul il-ġranet tal-festa Il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali San Tumas ta’ Akwinu taħt id-direzzjoni tal-Mro Noel Ciantar. Inħeġġu lill-parruċċani li jżejnu l-gallarija minn fejn tgħaddi l-purċissjoni b’qima lejn Ommna Marija. Il-Festa t-tajba lil kulħadd.

Festi Interni

IS-SIBT 20 TA’ MEJJU

L-AĦĦAR IKLA TAL-FESTA

8.00pm

Ikla tal-ftuħ tal-festa fuq iz-zuntier tal-Knisja.

IL-ĦAMIS 25 TA’ MEJJU

IL-KUNĊERT TAL-FESTA

8.00pm

Kunċert LIVE minn George Curmi l-Puse bis-sehem ta’ kantanti quddiem il-Housing Estate. Waqt dan il-kunċert ser jiġi iffirmat il-ġemellaġġ bejn il-Kunsill Lokali Pieta’ u l-Kunsill ta’ Uggiate Trevano mill-provinċja ta’ Como fl-Italja. Dan kollhu huwa possibli bil-koperazzjoni talKummissjoni Festa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Pieta’.

10:00pm Nilqgħu l-istatwa l-ġdida tal-Madonna u fl-okkażjoni tal-festa ċentinarja w kif il-marċ jasal fil-wesgħa ta’ Triq id-Duluri titella’ fuq il-pedestall. IS-SIBT 27 TA’ MEJJU – LEJLET IL-FESTA 7.30pm

Marċ brijuż mill-Banda San Ġużepp talĦamrun li jibda mit-tarf ta’ Triq Santa Monika,

Duluri, San Ġużepp, Karmenu Mifsud, San Girgor, Hookham Frere, Telgħa ta’ Gwardamanġa, Blackley, Duluri u Marina (ix-Xatt)

10:30pm Ta’ Fatima Pyro & Musical Show - ir-raba’ edizzjoni. Wirja ta’ logħob tan-nar tal-art maħdum mill-Għaqda tan-nar Madonna tar-Rużarju tal-Gudja, segwit minn wirja spettakolari ta’ logħob tan-nar ta’ l-ajru sinkronizzat mal-mużika. Dan kollu huwa possibli bil-koperazzjoni tal-Kummissjoni Festa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali Pieta’. IL-ĦADD 28 TA’ MEJJU – JUM IL-FESTA 11.00am Marċ Brijjuż mill-Banda Sliema li jibda mit-tarf ta’ Triq Santa Monika, Triq Bordin, Triq l-Ursolini, Triq Ġuże Ellul, Triq Qrejten, Triq l-Isptar, Triq Pietru Xuereb, Triq Hookham Frere, Triq San Ġużepp u jispiċċa fil-wesgħa ta’ Triq id-Duluri viċin il-każin tal-futbol. 6.45pm

Il-Banda Peace tan-Naxxar tibda ddoqq minn quddiem iċ-Ċentru Parrokkjali u wara tilqa’ lvara tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima bid-daqq tal-Innu Popolari u takkumpanja l-purċissjoni kollha sad-dħul tagħha fil-Knisja. Fil-ħruġ tal-vara mill-knisja jinħaraq salut u kaxxa nfernali. Waqt il-purċissjoni jinħaraq logħob tannar tal-ajru. Fi tmiem il-ġirja tradizzjonali tal-vara, kif tasal fuq iz-zuntier, tinħaraq kaxxa nfernali talkulur.

Il-Festa tas-sena d-dieħla tiġi ċċelebrata il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2018


FESTA Festa 2015 Ċentinarja 1917-2017

THE BOSS Triq Dun Nerik Cardona Perez Hamrun HAMRUN - PAOLA Mobile

77455449

30 34

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Minn paġna 27

Fl-1854 il-Papa Piju IX ipproklama d-domma talImmakulata Kunċizzjoni. Erba’ snin wara, ġewwa Masabielle, qrib ix-xmara Gave, qrib ir-raħal ta’ Lourdes fi Franza, Bernardette Soubirous, tifla ta’ erbatax-il sena kellha dehriet mill-Madonna. Kienu tmintax id-dehriet li seħħew bejn il-11 ta’ Frar u s-16 ta’ Lulju tas-sena 1858. Marija talbet li f ’ dak il-post tinbena knisja u affermat id-domma ta’ fidi li Marija kienet meħlusa mid-dnub tan-nisel. Fl-1860 dawn id-dehriet kienu approvati mill-Knisja lokali.

PONTMAIN Nhar is-17 ta’ Jannar, filgħaxija, żewġ aħwa subien kienu qed jgħinu lil missiehom fir-razzett meta l-kbir, Eugène Barbadette , ta’ tnax-il sena, ħareġ ftit barra. Hekk kif ħares lejn is-sema ra dehra ta’ mara sabiha. Il-mara tbissmitlu, kellha libsa kaħla bi kwiekeb tad-deheb fuqha. Huwa għajjat lil dawk li kien hemm firrazzett biex jiġu jaraw din id-dehra huma wkoll. Ħuh Joseph ra d-dehra iżda l-kbar ma setgħu jaraw xejn. Il-ġenituri tattfal sejħu soru iżda lanqas din ma setgħet tara xejn iżda żewġt itfal oħra, Françoise Richer u Jeanne-Marie Lebosse bdew jaraw dik id-dehra. Issa kienu nġabru għadd ta’ persuni barra r-razzett tal-familja Barbadette u bdew jgħidu r-rużarju. IlMadonna qalet lit-tfal biex jgħidu lil ġemgħa biex ma taqtax qalbha, u biex titlob ħafna. Din id-dehra baqgħet magħrufa bħala l-Madonna tat-Tama. Sena wara l-Knisja tat l-approvazzjoni tagħha għal din iddevozzjoni.

KNOCK Fl-1879 ġewwa Knock fl-Irlanda seħħet dehra. Kien il 21 ta’ Awwissu meta l-fattiga tal-kappillan ta’ dan irraħal rat dawl qawwi barra l-knisja. Dakinhar seħħet dehra ta’ Marija Santissima, San Ġużepp u San Ġwann Battista. Din ma kinitx dehra li rawha t-tfal biss għaliex inġabret folla kbira titlob quddiem il-knisja. L-iżgħar persuna li rat din id-dehra kellha sittt snin filwaqt li l-akbar waħda kellha ħamsa u sebgħin sena.

BEAURAIN Bejn Novembru tas-sena 1932 u Jannar ta’ wara ġewwa Beauraing fil-Belġju seħħew 33 dehra Marjana. Ilviżjonarji kienu Fernande Voisin ta’ Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Festa Ċentinarja 1917-2017 ħmistax-il sena, Andree Degeimbre ta’ erbatax-il sena u oħtha Gilberte Degeimbre ta’ disa’ snin, Albert Voisin ta’ ħdax-il sena u Gilberte Voisin ta’ tlettaxil sena. Fid-29 ta’ Novembru dawn il-ħamest itfal kienu għaddejjin minn quddiem niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes li hemm flistazzjon tal-ferrovija u hemm seħħet l-ewwel dehra. Dehret mara liebsa labjad li kellha qalb tad-deheb fuq sidirha. Marija qalet littfal li hija tista’ tikkonverti lill-midinbin. Fl-1949 dawn id-dehriet kienu approvati. Din id-devozzjoni tissejjaħ Il-Madonna tal-Qalb tad-Deheb.

BANNEUX

Fl-1933 ġewwa Banneux fil-Belġju tifla ta’ tnax-il sena kellha xi dehriet. It-tifla, Mariette Beco, kellha tmien dehriet bejn il-15 ta’ Jannar u t-2 ta’ Marzu. L-ewwel dehra seħħet meta t-tifla kienet id-dar qed tħares mittieqa tal-kċina ’l barra. Il-Madonna dehret liebsa l-abjad b’ faxxa kaħla madwar qaddha. Hija qalet lit-tifla “Jiena intaffilkom it-tabtija. Emmnu fija u jien nemmen fikom”. F’ waħda middehriet il-Madonna talbet littifla ddaħħal idejha f ’ ilma ta’ nixxiegħa li kien hemm u qaltilha li dak l-ilma kien jista’ jfejjaq lin-nazzjonijiet kollha. Huwa għalhekk li din id-devozzjoni għandha żewġ isimijiet: Il-Madonna tal-foqra u l-Madonna Sultana tan-Nazzjonijiet. Fl-1949 dawn id-dehriet kienu approvati mill-Knisja Kattolika. Dawn huma kollha dehriet Marjani li fihom kienu protagonisti t-tfal. Min jaf għalfejn? Forsi għax ittfal jgħidu l-verità, forsi għax huma bla ħażen, forsi għax jekk jigdbu jinqabdu mill-ewwel! Ma nafux għalfejn iżda nafu li Marija Santissima għażlet lilhom.

31


Festa Ċentinarja 1917-2017

Innu taċ-Ċentinarju

Sbejħa Omm, xi grazzja din ġejt turi ġmielek lil tlett itfal; tliet rgħajja mill-aktar umli, f ’post ċkejken fil-Portugall. Hemmhekk dhert sitt darbiet wassalt stedina lil daċ-ċkejknin; Ġaċinta, ħuha Franġisku, Luċija, t-tliet magħżulin... CHORUS: Għaddew mitt sena li tajt lid-dinja il-konverżjoni f ’dak il-messaġġ; it-talb u l-maħfra, is-sagrifiċċju lill-ġnus minn Fatima l-kuraġġ. Rużarju ta’ kuljum għall-ferħ u l-paċi tlabt mill-bnedmin lejn qalbek id-devozzjoni, tqarbina għall-midinbin. Il-grazzja nitolbuk li naraw wiċċek bħat-tlett itfal li kliemek nobduhom dejjem lil ruħna l-isbaħ rigal... CHORUS: Għaddew mitt sena li tajt lid-dinja... BRIDGE: F’daċ-ċentinarju u għall-ġejjien se nxerrdu kliemek ma’ kullimkien... CHORUS: Għaddew mitt sena li tajt lid-dinja...

Kompożitur – Mro Jonathan Abela A.MUS.LSM Awtur – Joe Julian Farrugia 32

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

33


Festa Ċentinarja 1917-2017

Il-Gran Mastri, il-Kavallieri, l-Isqfijiet... u tal-Pietà MILL-ISTORJA TAL-KNISJA Li l-knisja Tal-Pietà jiġifieri tal-Ħniena, iddedikata lil Marija Addolorata hija l-ewwel knisja fil-gżejjer Maltin iddedikata lill-Madonna taħt dan il-titlu tadDuluri, fi żminijiet bogħod magħrufa bħala ‘Sancta Maria a Mare’ hija knisja u mhux sempliċi kappella storika, ħadd ma jista’ jiċħdu. Imma li knisja zgħira bħal din ikollha rabtiet ma’ Kavallieri, Gran Mastri u Isqfijiet djoċesani hija xi ħaġa mhux komuni l-aktar minħabba li din il-lokalità baqgħet post żgħir sallum. L-ewwel nett ta’ min ifakkar li l-kelma PIETÀ tfisser ĦNIENA. Il-lokalità tagħna ħadet isimha propju mill-kwadru titulari ta’ dil-knisja li juri lillMadonna mimlija ħniena għal binha Ġesù mitluq mejjet fi ħdanha wara li niżżluh minn fuq is-salib li kien imsammar miegħu għal tliet sigħat. Il-knisja tal-lum inbniet fuq oħra eqdem li ġa kienet teżisti fis-sena 1590. Din kienet iddedikata lil Santu Rokku, il-qaddis Franċiż, patrun tal-impestati. Ilknisja tal-lum inbniet fis-sena 1757 u hija ta’ daqs mhux ħażin; għalhekk ma tistax tissejjaħ kappella. Inbniet fi żmien li l-Isqof ta’ Malta kien il-Franċiż Mons. Alpheran de Bussan, li l-arma tar-rħam tiegħu wieħed jista’ jaraha fuq il-bieb tal-istess knisja. Dilknisja għandha erba’ kappelluni żgħar b’artal f ’kull wieħed iddedikati lill-Madonna ta’ Loretu b’San Ġwann Battista u l-Beatu Ġeraldu, Fundatur talOrdni ta’ San Ġwann, artal ieħor ta’ Santu Rokku bil-kwadru tal-mewt ta’ San Ġużepp jew kif jgħidu xi storiċi oħrajn ta’ San Karlu, artal ieħor iddedikat lill-Madonna tal-Grazzja bil-qaddisin Ġwanni l-Battista, Sant’ Ambroġ Isqof u Duttur tal-Knisja, u San Nikola ta’ Tolentino Agostinjan datat 1624 u r-raba’ artal iddedikat lill-Kurċifiss. Fuq barra tal-knisja wieħed isib xi qniepen ukoll. Irnexxieli nsib xi tagħrif dwarhom. Fid-19 ta’ Ġunju 1722 Menville biegħ qanpiena lill-knisja tad-Duluri f ’Tal-Pietà li kienet tiżen 185 ratal għal prezz ta’ 9 tari kull ratal.

34

Joseph Goggi Tħallsu 40 skud bil quddiem u l-bqija kellhom jitħallsu fi żmien sena. Il-funditur Morello kellu jkun responsabbli għat-tonalità tal-qanpiena. Il-ħlas finali lil Menville sar fid-9 ta’ Diċembru 1723. Però mill-prezz tnaqqsu 8 skudi u 9 tari bħala devozzjoni lejn il-Madonna Addolorata. F’dak li għandu x’jaqsam mal-qniepen tal-knisja tad-Duluri illum nafu li Antonio Morello f ’April 1804 kien talab ukoll permess biex ikollu funderija ‘l barra mill-Bieb talBombi f ’Tal-Pietà eżatt ħdejn il-knisja tad-Duluri. Ta’ min jgħid ukoll li Morello kien ġa kera dar bi ġnien għal 8 snin f ’ Mejju tal-istess sena mingħand l-aħwa Beneditta u Liberata Libreri. Dan kollu jinsab fl-atti tan-Nutar F. Cremona. Fis-sena 1812, Morello fonda qanpiena oħra għall-knisja tad-Duluri li swiet 200 skud. Sal-14 ta’ Marzu 1820 dil-qanpiena kienet għadha ma tħallsitx kollha. Kien Lorenzo Scicluna li għalaq il-kont billi ħallas il-bilanċ ta’ 25 skud u 5 tari.

MILL-ISTORJA PARROKKJALI U PASTORALI Din il-knisja tad-Duluri kienet parti mit-territorju tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Kien minħabba l-bogħod minn din il-parroċċa li fissena 1721 ir-residenti ta’ Tal-Pietà li kienu jlaħħqu mal-450 ruħ, talbu lill-Isqof ta’ Malta biex il-knisja tagħhom issir viċi parroċċa. L-Isqof Fra Giacomo Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017 Cannaves laqa’ din it-talba. L-istess Isqof kien ġa waqqaf benefiċċju lil dil-knisja billi ħatar rettur għaliha sa mis-sena 1714. Iżda sfortunatament ma damitx wisq taqdi d-doveri pastorali bħala viċi parroċċa għax fis-sena 1740 ingħalqet u d-drittijiet kollha li kellha tteħdulha u ġew mogħtija lill-Furjana li fiha kienet għadha kemm tlestiet ilknisja l-ġdida ddedikata lil San Publiju, l-ewwel Isqof ta’ Malta. Fil-fatt il-Furjana saret parroċċa għaliha fis-sena 1844.

RABTIET MAL-ORDNI TA’ SAN ĠWANN Minkejja ċ-ċokon tal-lokalità ta’ Tal-Pietà dan irraħal kellu rabtiet mill-qrib mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Dan forsi minħabba li huwa qrib ilPort ta’ Marsamxett u qrib ħafna tal-Port il-Kbir. Filfatt ġa rajna li l-lokalità kienet tifforma parti millParroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta u wara mill-Parroċċa gdida ta’ San Publiju fil-Furjana. Il-lokalità kellha rabtiet mill-qrib sew mal-Ordni. Kavallier magħruf ħafna kien Fra Wolfgang Filippu Guttenburg. Dal-kavallier Żvediż, biex titwettaq wegħda li kien għamel qabel, offra lill-knisja tadDuluri kwadru kbir tal-injam b’xena tal-qtugħ irras tal-Battista, patrun tal-Ordni. Dan il-kwardu fih ukoll l-Arma tal-familja Guttenburg u rħama taħtha bi skrizzjoni. Minbarra dal-kavallier Żvediż wieħed jista’ jara wkoll li quddiem l-artal maġġur tal-knisja jinsabu żewġ oqbra li fihom hemm midfunin żewġ kavallieri oħra tal-Ordni ta’ San Ġwann. Wieħed huwa kavallier Franċiż jismu Fra Guillaume de Bernart d’Anvers u l-ieħor kavallier Taljan Fra Vincenzo Ruffo li kien miet bil-pesta fis-sena 1676. Nafu wkoll fi żgur li hemm erba’ Gran Mastri li kellhom xi konnessjoni mal-Istorja ta’ Tal-Pietà u l-knisja tad-Duluri. Il-Gran Mastru Franċiż Alof de Wignacourt (1610-1615) kien qabbad lill-arkitett Malti Giovanni Attard biex jagħmel pjanta għal knisja ġdida f ’ Tal-Pietà. Il-Gran Mastru stess kien ħallas għaliha fis-sena 1612. Ta’ min ifakkar li dan l-arkitett Malti kien l-istess wieħed li ppjanta l-bini tal-akwadott li ġab l-ilma ġieri mill-għoljiet ta’ ĦadDingli għall-Belt Valletta. Gran Mastru ieħor, u dan kien il-kawża li tneħħiet il-viċi parroċċa tad-Duluri f ’ Tal-Pietà, kien il-Gran Mastru Portugiż Fra Anton Manoel de Vilhena Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

(1722-1726). Dan ried li l-knisja ta’ Sarria ssir ilparroċċa tal-Furjana u li t-tali parroċċa ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Isqof ta’ Malta. L-Isqof ma tax permess għal dan u allura malli l-knisja ta’ San Publiju kienet kwazi lesta mill-bini tagħha, l-Isqof Fra Gaspare Gori Mancini waqqaf il-knisja ta’ San Publiju bħala viċi parroċċa flok tad-Duluri f ’ TalPietà. It-tielet Gran Mastru li kellu ħafna nkwiet kien l-Ispanjol Fra Francisco Ximenes de Texada (1773-1775). Dan għakkes lill-poplu b’taxxi iebsa u inġusti. L-Isqof ta’ Malta Fra Carmine Pellerano ħa hu stess petizzjoni tal-kleru djoċesan lill-Papa kontra dawn it-taxxi inġusti. Mons. Pellerano spiċċa hu stess vittma tal-istess Ordni għax ma tħalliex jiġi lura fid-Djoċesi tiegħu ta’ Malta u qatta’ l-aħħar għaxar snin tiegħu f ’Ruma u Malta baqgħet għal għaxar snin bla Isqof. Kien fi żmien dan il-Gran Mastru li l-mexxejja tal-kleru Malti kienu jiltaqgħu bil-moħbi fil-knisja tad-Duluri f ’Tal-Pietà ħalli jqajmu rewwixta fost il-poplu kontra l-Ordni fuq ilkwistjoni tat-taxxi. Il-mexxej ta’ din il-rewwixta ma kien ħadd ħlief Dun Gejtanu Mannarinu li meta nqabad ma’ sħabu ġie mitfugħ il-ħabs sakemm kienu ġew il-Franċiżi ta’ Napuljun li ħelsuh. Hawn ta’ min jgħid li Dun Gejtanu kien ħelisha mill-mewt għax kien kixef lil sħabu li kienu ġew mgħallqin. L-aħħar Gran Mastru li kellu sehem dirett fl-istorja tal-knisja tadDuluri kien il-Gran Mastru Franċiż Fra Emanuel Marie de Rohan Polduc (1775-1798). Il-knisja tad-Duluri hija mibnija f ’tarf ta’ kalanka f ’TalPietà. Ġa ktibna li din il-knisja kienet magħrufa bħala ta’ “Sancta Maria a Mare” jiġifieri li kienet mibnija ħdejn ix-xatt. Minħabba f ’hekk kienet tbati minn ħafna umdità u melħ mill-baħar. Wara xi ħalba xita l-knisja kienet tiġi wkoll mgħarrqa. Għalhekk il-Gran Mastru De Rohan ħatar kumitat li ddeċieda li titħaffer trinka madwar il-knisja kollha minn barra ħalli kemm jista’ jkun tissolva l-problema tal-umdità u l-melħ tal-baħar. Il-Gran Mastru ħallas hu stess biex tissolva din il-problema. Ix-xogħol kollu sar bejn l-1755 u l-1779. Dan ixxogħol kollu li sar fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann u s-sehem li tat il-knisja u d-djoċesi ta’ Malta fillokalità ta’ Tal-Pietà juri l-interess partikulari u l-importanza li l-istituzzjonijiet tal-istat dejjem taw lil xi lokalitajiet anki żgħar f ’Malta.

35


Festa Ċentinarja 1917-2017

36

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Messaġġ midDirettur tal-Armar

Festa Ċentinarja 1917-2017

Reġa’ wasal Mejju, ix-xahar tal-Madonna u miegħu tasal ukoll il-festa tagħna ad unur il-patruna tagħna l-Madonna tar-Rużarju ta’ Fatima. Kif kulħadd jaf matul din is-sena ser inkunu qed infakkru u niċċelebraw għeluq il-mitt sena middehriet li ġraw fl-1917, ċioè l-ewwel ċentinarju. IlKumitat ħa ħsieb li dan iċ-ċentinarju jiġi mfakkar kif inhu xieraq mhux biss b’attivitajiet innovativi bħalma huma l-marċ tal-Ħadd filgħodu għall-ewwel darba u statwa gdida tal-Madonna bi tlett itfal għal waqt il-marċ tal-Ġimgħa, iżda wkoll b’ diversi biċċiet ta’ xogħlijiet artistiċi fl-injam li se jintramaw fil-wesgħa ta’ Triq id-Duluri. Waqt li ħejjejna dawn l-innovitajiet ħadna ħsieb ukoll li nkomplu nsaħħu u nibnu fuq attivitajiet lintroduċejna fi snin li għaddew bħalma kien Ta’ Fatima Pyro Musical Show lejlet il-festa u l-kunċert tal-Ħamis li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Pietà, hawnhekkk nixtieq nirrigrazzja l-Kunsill Lokali tal-għajnuna kontinwa u l-appoġġ li nsibu, żgur li b’ dawn l-attivitajiet kollha ser ikollna festa mill-isbaħ u li tassew tfakkar festi ċentinarji kif inhu xieraq. Meta nagħtu ħarsa lejn l-armar naħseb li kulħadd jista’ jinnota x-xogħol kbir li sar f ’dawn l-aħħar snin fejn fi żmien qasir tajna dehra totalment ġdida littriq tal-knisja u mhux biss iżda komplejna wkoll f ’toroq oħra fil-parroċċa bi bdil ta’ liedna ġdida armata pendent u b’ pavaljuni ġodda u sfumar tagħhom. U din is-sena x’għandna ġdid? . . . Din hija l-mistoqsija li d-dilettanti tal-festa tagħna jistaqsu b’entużjażmu. Nistgħu nassigurawkom li mhux ser niddiżappuntawkom għax din is-sena mhux ser noħorġu xi ħaġa ġdida imma ser ikollna ħafna armar ġdid. Qabel ma nagħtikom naqra informazzjoni fuq l-armar il-ġdid nixtieq l-ewwel nirringrazzja lil dawk kollha li jagħmlu dan possibbli fosthom lil sħabi tal-kumitat li wħud għamlu kważi sena jitilgħu l-maħżen kuljum u helpers oħra li huma Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Matthew Zammit wkoll għamlu sena oħra jaħdmu minn ġo postijiet privati tagħhom u oħrajn ġol-maħżen tal-festa iżda t-tnejn bl-istess għan li b’imħabba u dedikazzjoni jaraw il-festa tkompli miexja fit-triq tal-progress li qegħda fiha. Persuni oħra li nixtieq nirringrazzja huma dawk in-nies li għalkemm ma jigux il-maħżen jgħinuna b’ mod ieħor, b’dak finanzjarju, kien ikun għalxejn li jkollna min jaħdem u ma jkollniex biex nixtru l-materjal iżda bl-għajnuna tal-patruna tagħna sibna l-għajnuna wkoll. Għal dawn il-kelma GRAZZI mhux biżżejjed, biss intom tistgħu turu l-apprezzament tagħkom b’ mod tassew sempliċi, billi tiġu u tipparteċipaw f ’dawn ilgranet tal-festa, nassigurakom li dan ikun l-ikbar sodisfazzjon għalina d-dilettanti. Issa ser nagħtu ħarsa fuq l-armar ġdid għal din is sena relatat mal-progett tat-triq tal-knisja. - Tlesta l-irħamar fuq il-kolonna ta’ San Ġorġ Preca kif ukoll fuq il-kolonna ta’ San Ġwanni Pawlu II. - Tkompla wkoll il-bdil tal-liedna tad-disinji kif ukoll żdied id-dawl mas-slaleb tal- istess disinji. - Ser inkunu qed inżidu pittura oħra għall-pavaluni tad-disinji li jirrapreżentaw il-vizjonijiet li kellhom ittfal fid-dehriet, xogħol l-artist Mario Baldacchino. Ikompli f ’paġna 39

37


Festa Ċentinarja 1917-2017 FESTA 2015

+REE\ *DPLQJ &HQWUH 0VLGD

38 42

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017 Minn paġna 37

Imiss issa li nagħtu ħarsa lejn il-proġett li beda l-kumitat fejn l-wesgħa fi Triq id-Duluri li ser tiġi trasformata fi pjazza li tfakkar il-festi ċentinarji kif ukoll dawk tal-50 sena parroċċa fl-2018 b’ dan l-armar li gej: Sett ta’ erba’ anġli puttini xogħol tal-artist Aaron Camilleri Cauchi kif ukoll erba’ kolonni għal dawn listess anġli. Statwa tal-Madonna ta’ Fatima xogħol l-artist Aaron Camilleri Cauchi u tlett itfal li kienu jintużaw fil-vara tal-purċissjoni wara li sar restawr fuqhom mill-istess artist. Din l-istatwa qed issir b’għajnuna finanzjarja mis-Sezzjoni Briju fi ħdan il-Kummissjoni Festa.

l-attendenzi huma tajbin u dejjem qed ikunu aħjar, biss bi ftit aktar sforz nistgħu nagħmluhom aħjar ukoll. Nawgura lil kulhadd il-festa t-tajba u jalla din ilfesta sservi biex lilna tkompli tgħaqqadna bħala parroċċa kif ukoll permezz tal-festa nersqu viċin Marija b’ mod speċjali taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Fatima li aħna tant ngħożżu u nħobbu. Viva r-raħal tagħna. Viva l-patruna tagħna!

Grazzi mill-qalb lil din is-sezzjoni tant ħabrieka talimpenn li dejjem juru. Kolonna artistika fuq disinn ta’ Silvio Pace li fuqha ser tintrama l-istatwa tal-Madonna. Bradella ġdida sabiex fuqha tkun tista’ tinġarr l-istatwa tal-Madonna waqt il-marċ tal-Ġimgħa. Żewġ linef tad-dawl li se jintramaw biswit ilkolonna tal-istatwa tal-Madonna kif ukoll kolonni għall-istess linef. Sett ta’ erba’ trofej artistiċi kompluti bil-bandalori u l-bnadar fuq disinn tal-artist Joseph Cauchi. F’xi toroq oħra tal-parroċċa ser ikomplu nibdlu l-liedna kif ukoll żidna erba’ arbli ġodda fi Triq ix-Xatt. Kif stajtu taqraw din is-sena kienet waħda impenjattiva ħafna għalina d-dilettanti li minkejja llimitazzjonijiet tagħna għandna ħafna armar ta’ kwalità u b’ sodisfazzjon kbir ngħidu li ħafna minnu jsir mid-dilettanti tal-festa tagħna Nagħlaq billi nagħmel ftit appelli lilkom parruċċani sabiex tikkoperaw magħna waqt li nkunu qed narmaw jew inżarmaw għaliex minkejja li ħafna minnkom tapprezzaw ix-xogħol li nagħmlu, għad fadal numru żgħir ta’ nies li għalihom il-festa tista’ ma ssirx u minflok jikkoperaw magħna ssib min jipprova jtellifna. Appell ieħor li nixtieq inżid huwa dwar ilparteċipazzjoni tagħkom fl-attivitajiet ta’ matul issena li l-kumitat jorganizza. B’ sodisfazzjon ngħid li

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

39


Festa Ċentinarja 1917-2017

FESTA 2015

EXPRESS BUTCHER Prop. Philip Borg

Xuereb Installations Ltd. Import, Supply & Installation of Soffits & Gypsum Boards 4040

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

EasyWay Mini Market, Triq L-Ewwel ta’ Mejju, Fleur De Lys, Birkirkara BKR 1905 - Malta (EU) Tel: +356 2144 2122 Mob: +356 7926 7652 info@expressbutcher.com www.expressbutcher.com facebook.com/ExpressButcher Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

41


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

Ronnie Sive Petrus (Prop.) Ronnie Spiteri Funeral under taker Day & Night Ser vice

O ffice : Q u ar r y S q u are, St. Ve n e ra ( N e ar R o m e o R o ma n o G a rden Te l : 2122418 1)

R esid ence: 89, Msid a R oad, St. Venera Tel: 21484489 M ob : 9949 8105

79345736 42

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 45 Pietà - Gwardamanġa Gwardamanġa - Pietà 2015 2017


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

BarBAR Każin PLPN Pietà KAZIN PIETA' Triq ix-Xatt, Pietà - 99405452 UNDER NEW MANAGEMENT - Triq Blackley Għal drinks ġenwini, appetizers u atmosfera familjari. Għal drinks ġenwini, appetizers u għal atmosfera Naċċettaw bookings ikliet familjari, kif ukoll live football fuq big screen. Naċċetaw bookings għall fenkati Il-Barman taċ-ċentru laburista u laħam Joseph il Paddy jawgura taż-żiemel. CHRISlilZERAFA il-festa t-tajba kulħadd 99446418

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 46 - Gwardamanġa 2017 Gwardamanġa - Pietà 2015 Pietà

43


FESTA Festa 2015 Ċentinarja 1917-2017

%LQGLQJV DQG SHQ GULYH SULQWLQJ

Pen drive printing and Binding service 44 26

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Id-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima, mitt sena wara... B’ferħ kbir dis-sena niċċelebraw il-mitt sena middehriet tal-Madonna lit-tlitt itfal ġewwa Fatima. Waqt mument ta’ ispirazzjoni qagħadt nilgħab ftit man-numru 100 biex noħroġ ftit messaġġi. Dawn huma murija fl-istampa li nixtieq f ’din il-kitba annwali tiegħi nispjega.

R euben Mifsud

inżommuha ħajja din ilfjamma? Għal ċelebrazzjoni ta’ anniversarju spiss ikun hemm cake u fuq il-cake ikun hemm ix-xemgħat. Il-kampnar b’hekk narah bħala x-xemgħa tal-cake tal-anniversarju.

MIJA Ovvjament in-numru 100. Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ċentinarju, tkun xi tkun, huwa mument importanti ħafna. Nistaqsi: Kemm qiegħed ikun mument differenti mis-soltu dal-mument tal- 2017? Jew huwa biss l-istess bħas-sena l-oħra u bħal dejjem? Ejjew flimkien nieħdu lopportunità ta’ din is-sena speċjali ċċelebrata mad-dinja kollha.

IL-BLANDUN SIMBOLU TALKOMUNITÀ NISRANIJA In-numru wieħed tal-mija noħroġ minnu l-kampnar tas-santwarju parrokkjali tagħna. Dan ilkampnar huwa landmark tal-lokalità tagħna. Kien landmark sa mill-1954 meta nbena ssantwarju – l-ewwel knisja moderna f ’Malta. Kienet arkitettura ġdida għal dak iż-żmien (kif jixhdu fost l-oħrajn il-kotba Malta, War & Peace: An Architectural Chronicle 18002000 u Maltese Architecture 1900-1970: Progress and Innovations). Il-kampnar dawwartu fil-blandun li minnu nxtgħelet ix-xemgħa waqt il-magħmudija tagħna f ’dan is-santwarju parrokjali. Din ilfjamma tagħna nxtegħlet biex ma tintefiex. Nistaqsi: Kemm qegħdin

Ix-xewqa tiegħi, u naf li hija ta’ ħafna, hi li nerġġgħu flimkien ngħixu xi ftit mill-mumenti liturġiċi tassnin tad-deheb tal-parroċċa tagħna. Sadanittant nonfħu x-xemgħa tal-cake waqt li nitolbu u nisperaw.

MARIJA HIJA L-FJAMMA Fuq il-kampnar, fis-sena tal-millennju tal-2000 ittellgħet statwa tal-Madonna magħmula millirħam u maħduma minn Giancarlo Deri f ’Lucca l-Italja. Din l-istatwa li tidher minn bosta postijiet f ’pajjiżna tħeġġeġ lid-devoti tal-Madonna ta’ Fatima sabiex nitolbuha. Għalhekk inpinġiha bħala l-fjamma għalina l-parruċċani. Timlina bil-kuraġġ u blimħabba li tixgħel nirien meta minn djarna nħarsu ‘l fuq u narawha. Nistaqsi: Kemm qed induru lejn Marija sabiex tkun hi l-fjamma li ssaħħanna (tagħtina dak li bl-Ingliż jissejjaħ warmth).

MARIJA FIĊ-ĊENAKLU F’PENTEKOSTE Marija li qed nuriha bħala fjamma tfakkarni wkoll f ’Pentekoste – in-nar tal-Ispirtu s-Santu. Dakinhar il-preżenza ta’ Marija fost il-komunità tal-ewwel insara kienet importanti ferm.Marija Ikompli f ’paġna 47

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

45


FESTA Festa 2015 Ċentinarja 1917-2017

22 46

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017 Minn paġna 45

kienet l-ewwel u l-aqwa dixxiplu ta’ Ġesù. Waqt li tkun għaddejja minn triqatna waqt il-purċissjoni, nitolbuha sabiex f ’dal-jiem meta qed niċċelebraw l-anniversarju tad-dehriet tagħha ġewwa Fatima tqawwi u tħeġġeġ il-komunità tagħna. Il-komunità tal-ewwel insara f ’Ġerusalemm u aktar tard il-komunitajiet Insara mxerrdin kienu jgħixu qalb waħda u ruħ waħda. Meta ħoloq ilkomunitajiet iż-żgħar fil-parroċċa tagħna, u aktar tard f ’kull parroċċa ta’ Malta, hekk xtaqhom ikunu l-komunitajiet iż-żgħar il-maħbub eks kappillan tagħna l-Isqof Pawl Cremona. Nistaqsi: Kemm qegħdin inkunu verament komunità fil-ħajja tagħna flimkien? Nistaqsi wkoll din il-mistoqsija bi tħejjija għall-anniversarju tal-50 sena parroċċa li se niċċelebraw is-sena d-dieħla. L-anniversarju ta’ dissena 2017 huwa wkoll preludju għal anniversarju ieħor fl-2018.

NITĦEĠĠU BIEX INĦEĠĠU Kien għalhekk li fin-numri żero ħassejt li kelli nikteb il-kliem ‘nitħeġġu’ u ‘inħeġġu’. F’komunità wieħed irid l-ewwel ikun imħeġġeġ biex imbagħad iħeġġeġ lill-oħrajn. Il-ħeġġa rridu nindukrawha u nrawwmuha f ’xulxin. Mingħajr din il-ħeġġa, ilfjamma tmut. Nistaqsi: aħna mħeġġin taparsi jew imħeġġin ta’ veru? Kemm aħna mħeġġin għallmessaġġ li lMadonna tatna f ’Fatima? Nafuha l-ġrajja? Jew nafuha biss fuq fuq? Nafu l-ħafna messaġġi sbieħ li bdew mid-dehriet tal-Anġlu, jkomplu joħorġu mid-dehriet tal-Madonna u li baqgħu għaddejjin ma’ Luċija anke wara l-mewt tattfal iż-żgħar?

IL-BEATI FRANĠISKU U ĠJAĊINTA U la semmejt it-tfal iż-żgħar li mietu ftit wara d-dehriet, iċ-ċirku tond taż-żero jfakkarni filperfezzjoni taċ-ċirku. Dan m’għandux bidu u m’għandux tmiem. Iċ-ċirku huwa immortali, perfett. Bl-istess mod, il-Knisja tippreżentalna lil Franġisku u Ġjaċinta bħala mudell perfett. Għad li kienu żgħar laħqu l-perfezzjoni għaliex għexu ħajja sempliċi imma fl-istess ħin qaddisa.

il-proċess tal-beatifikazzjoni ta’ Luċija dos Santos li mietet fit-13 ta’ Frar tal-2005. Ovvjament in-numru 13 huwa numru sinonimu mal-ġrajja ta’ Fatima. Hija mietet ukoll ftit jiem biss qabel il-Papa San Ġwanni Pawlu II li nistgħu faċilment insejħulu l-Papa ta’ Fatima.

INT U JIEN Imma dak it-tifel u tifla, dak ir-raġel u mara jistgħu faċilment ikunu inti u jiena. Ilkoll imsejħin sabiex inkunu qaddisin bħal Franġisku u Ġjaċinta. Għalhekk nistaqsi: Kemm nafu dwar il-beati Franġisku u Ġjaċinta? Kemm qed nimitaw ilkwalitajiet qaddisa tagħhom? Kemm nattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa tagħhom fl-20 ta’ Frar? Din id-data intgħażlet mill-Knisja minħabba li hija d-data tad-dħul fis-sema ta’ Ġjaċinta. Filfatt Ġjaċinta hija l-iżgħar qaddisa li l-Knisja qatt ippreżentata lil min jemmen tul iż-żmien. Nafuhom dawn id-dettalji jew nibqgħu biss fil-qoxra? Min huwa verament devot ma jibqax fil-qoxra tal-ġrajja.

AĦNA Is-sehem tagħna fiċ-ċelebrazzjonijiet talanniversarju tad-dehriet ta’ Fatima għandhom ukoll sinifikat speċjali għaliex il-Knisja twassal grazzji speċjali lil min jingħaqad fit-talb f ’xi santwarju Marjan. Allura nistieden b’mod speċjali lil min mhuwiex mill-parroċċa tagħna sabiex jiġi f ’dan l-uniku Santwarju Marjan iddedikat lil Madonna ta’ Fatima f ’pajjiżna. Inħeġġeġ parroċċi u komunitajiet oħrajn biex jiġu flimkien. Aħna l-parruċċani rridu nkunu akkoljenti ħafna lejn kulmin jiġi jżurna filjiem tad-dehriet. Imma l-ewwelnett irridu nattendu aħna li aħna membri ta’ dil-komunità parrokkjali. Inkella xi mħabba verament ikollna lejn il-Madonna ta’ Fatima? Inkella x’differenza jkun għamel l-anniversarju taċ-ċentinarju tal-mitt sena middehriet? Il-festa Marjana t-tajba tul is-sena kollha lil kulħadd.

Fiċ-ċirku pinġejt l-outline ta’ tifel u tifla. Dak ittifel u tifla huma Franġisku u Ġjaċinta Marto li s’issa huma t-tfal li ġew iddikjarati beati u dalwaqt ikunu kanonizzati bħala qaddisin. Il-Knisja bdiet

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

47


FESTA Festa 2015 Ċentinarja 1917-2017

HE & SHE Hair Salon St.Lukes Road G'Mangia, Pieta Contact - 27617527 / 77617527

48 50

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Gwardamanġa - Pietà 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa ÄŠentinarja 1917-2017 FESTA 2015

Eating House by Kriss )OHXU 'H /\V %LUNLUNDUD 7 0 ZZZ DNZDGRWW FRP PIZZA, PASTA & GRILL. )5(( '(/,9(5<

Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanĥa 2017

Kummissjoni Festa Madonna tar-Ruşarju Ta’ Fatima Gwardamanĥa - Pietà 2015

49 49


Festa Ċentinarja 1917-2017

Bring a Smile Project

50

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

Kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Save A Life tissarraf f ’ġid għat-tfal ta’ Angela House Il-Fondazzjoni Save A Life u l-Għaqda tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima ġewwa Tal-Pietà ingħaqdu flimkien fi proġett li jgħin fl-iżvilupp tas-sengħa tarrestawr ta’ materjali ta’ tiżjin li jintuża fl-attivitajiet tal-Parroċċa. Fl-istess waqt, il-Fondazzjoni, flimkien mal-istess żgħażagħ tal-lokal, ingħaqdu sabiex jinbena grawnd tal-futbol tal-5-a-side ġewwa r-residenza ta’ Angela House. Ladarba jkun lest, dan il-grawnd se jkun qiegħed jipprovdi lit-tfal tal-post spazju ta’ rikreazzjoni tant meħtieġ għalihom. Dan il-proġett huwa s-sitt wieħed f ’sensiela ta’ proġetti tal-Fondazzjoni Save a Life, fondazzjoni li toffri għajnuna lill-NGOs fix-xogħol siewi tagħhom li ġà jsir fil-komunita’, u li lgħan ewlieni hu li jinħolqu proġetti li jagħtu lura lit-tfal u liż-żgħażagħ tal-istess komunità, opportunitajiet permezz ta’ attivitajiet akkademiċi, sportivi u kulturali. Il-Fondazzjoni Save A Life inħolqot mill-Membru Parlamentari Claudio Grech u l-mara tiegħu Charmaine fl-2013 u hija ffinanzjata prinċipalment mill-paga parlamentari ta’ Claudio Grech stess. Għal dan l-istess għan il-Fondazzjoni Save A Life qed tinvesti l-fondi neċessarji sabiex tgħin lil dan il-grupp ta’ żgħażagħ voluntiera jiksbu t-tagħlim neċessarju fl-iżvilupp tas-sengħa tarrestawr ta’ materjali u għamara li jintużaw fit-tiżjin tat-toroq tal-Parroċċa. Dawn il-ħiliet kull ma jmur qegħdin jintilfu, u huwa b’dan il-ħsieb ukoll li l-Fondazzjoni offriet l-għajnuna tagħha, sabiex terġa’ tħeġġeġ ċerta mħabba lejn dawn it-tradizzjonijiet kulturali. Bħala parti mill-istess proġett, il-Fondazzjoni, flimkien ma’ dan l-istess grupp ta’ żgħażagħ, qegħdin jaħdmu flimkien fuq proġett ieħor sabiex jipprovdu lil 35 tifel u tifla li jgħixu ġewwa Angela House bi grawnd tal-futbol tal-5-a-side, spazju li eventwalment se jkun qed jintuża ukoll bħala post ta’ rikreazzjoni għal dawn it-tfal.

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

Claudio Grech Preżentament, bl-għajnuna ta’ 389 kumpanija privata, il-post maħsub għal dan il-grawnd digà qed isir ix-xoghol fuqu sabiex ikun jista’ jibda jintuża fix-xhur li ġejjin. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Save A Life, ilmembru Parlamentari Claudio Grech, jemmen li dan is-sitt proġett tal-fondazzjoni se jkun qed jipprovdi spazju ta’ rikreazzjoni lit-tfal ta’ Angela House li bħalissa jinħass tant in-nuqqas tiegħu. Dan l-ispazju, għalhekk, la jitlesta, se jkun qed jikkumplimenta l-ħafna xogħol tant siewi li jagħmlu s-Sorijiet Ursolini ma’ dawn ittfal. Huwa ukoll ta’ pjaċir li wieħed japprezza li dan ix-xogħol qed issir flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ voluntiera mill-lokal, li jkompli juri li anke iż-żgħażagħ tagħna jistgħu jagħtu lkontribut tagħhom u li għalhekk huma ukoll għandhom parti importanti fis-soċjetà tagħna. Il-komunità tal-Pietà laqgħet din l-għajnuna b’entużjażmu, tant li s-Segretarju tal-Għaqda talFesta tal-Madonna ta’ Fatima assigura li n-nies talPietà huma lesti li joffru l-appoġġ kollu tagħhom lill-Fondazzjoni Save A Life, kif ukoll lil dawk li għandhom bżonn għajnuna fil-lokal.

51


T: 99448384 Festa ÄŠentinarja 1917-2017

D Hairstyler

E\ $QQDOLVH /RYHJURYH

7ULT . 0LIVXG MONTHLY 6DQ *LUJRU 3LHWD OFFERS 7HO É« 0RE HPDLO G KDLUVW\OHU#JPDLO FRP

5/7/9 A-SIDE PITCHES

ONLINE BOOKING

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima GwardamanÄ¡a - Pietà 2015

BIRTHDAY PARTIES

79440677 52

41

TOURNAMENTS

facebook.com/pietagrounds Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - GwardamanÄ¡a 2017


Festa Ċentinarja 1917-2017

keeping you and your people safe and secure is what we do

15% discount will be given on presentation of this advert by end of july 2016, discount apply only on intruder alarm & cctv, terms and conditions apply

+356 99242516 - +356 79208772 markiell@maltanet.net Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà - Gwardamanġa 2017

53


Festa Ċentinarja 1917-2017

54

FESTA 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 51 Pietà - Gwardamanġa Gwardamanġa - Pietà 2015 2017


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

FESTA 2015

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Pietà 52 - Gwardamanġa 2017 Gwardamanġa - Pietà 2015

55


FESTA 2015

Festa Ċentinarja 1917-2017

Sidroc Services General Advert Final paths.indd 1

56

Sidroc Services General Advert Final paths.indd 1

FESTA 2015

2014/02/05 11:39 AM

Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima 39 11:39 AM Gwardamanġa - Pietà 20152014/02/05 Pietà - Gwardamanġa Kummissjoni Festa Madonna tar-Rużarju Ta’ Fatima2017 Gwardamanġa - Pietà 2015 39




Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.