Lil Ħbebna - Leħen il-Ġiżwiti Maltin | Jan - Mar 2015

Page 1

01

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

HBIEBNA Newspaper post

lil

2015

Niltaqgħu mat-team taċ-Chaplaincy fl-Università ta’ Malta Aħbarijiet dwar il-ħidma tal-Ġiżwiti Malta u fid-dinja 1


Miktub minn Fr Anton Azzopardi SJ

www.jesuit.org.mt

Il-Qaddis tax-Xahar San Claude La Colombière (1641 – 1682)

tagħhom ħdejn il-Knisja ta-Ġiżwiti. Hekk iltaqa’ ma’ Swor Margerita Marija Alocoque. Din is-soru kienet tgħid li kellha rivelazzjonijiet privati u li kienet imsejħa biex tippromwovi d-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù. Kienet issofri ħafna għax sħabha ma kenux jemmnuha. Meta ġie Patri Claude u beda jqarar lis-sorijiet, Swor Marja Margerita ħasset li dan is-saċerdot kien mibgħut minn Alla biex iressaq lejh l-erwieħ permezz tal-Evanġelu talimħabba u ħniena. Wara ħafna taħdidiet u qrar ta’ swor Margerita Marija, Patri Claude mhux biss ipperwada ruħu mill-validità tal-viżjonijiet li kellha, iżda wkoll iddefendiha, u sar appostlu żelanti tad-devozzjoni talQalb ta’ Ġesù. Fl-1676, Patri Claude kien mibgħut l-Ingilterra bħala predikatur ta’ Marija ta’ Modena, id-dukessa ta’ York, li ’l quddiem kellha tkun il-mara tar-Re tal-Ingilterra James II. Kien jgħix fil-Court of St James, fejn baqa’ osservanti tad-dmirijiet religjużi bħala Ġiżwita. Kien iqarar u jipprietka fl-Ingilterra bħalma kien fi Franza. Għalkemm b’diffikultajiet kbar baqa’ jmexxi lil Swor Margerita Marija Alacoque permezz tal-ittri.

Claude, it-tielet iben tan-nutar Bertrand La Colombière u Margerita Coindat, twieled fl-1641 fil-belt ta SaintSymphorien-d’Ozon (Grenoble) bejn Lyon u Vienne fi Franza. Aktar tard il-familja marret toqgħod Vienne fejn meta beda jikber Claude daħal fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti għall-edukazzjoni sekondarja. Meta spiċċa l-istudji sekondarji, jiġifieri fl-1658, Claude daħal fin-novizzjat tal-Ġiżwiti f ’Avignon. Kompla l-istudji regolarment, u wara għadda ħames snin jgħallem fl-istess Kulleġġ. Kien mibgħut Pariġi għat-teoloġija, u fl-istess ħin kellu jkun “tutor” tat-tfal tal-Ministru Rjali tal-Finanzi, Jean-Baptiste Colbert. Meta spiċċa t-teoloġija ġie ordnat saċerdot. Wara, ġie mibgħut jgħallem fil-kulleġġ ta’ Lyon, u hemm ingħaqad ma’ grupp ta’ predikaturi Ġiżwiti. Sar magħruf għall-prietki brillanti li kien jagħmel. Fl-1674, wara 15-il sena ta’ ħajja reliġjuża bħala Ġiżwita għamel it-Terz’Annu (it-tielet sena tan-novizzjat). Bħala riżultat ta-Eżerċizzi Spiritwali, biex jilħaq l-ogħla perfezzjoni possibbli, għamel vot personali li josserva fedelment ir-regula u il-kostituzzjonijiet tal-Kumpanija taħt piena ta’ dnub. Sħabu li kienu jgħixu miegħu jixhdu li Patri Claude kien josserva dan il-vot bl-akbar reqqa. Direttur Spiritwali Fl-1675, Patri Claude sar Superjur tal-komunità talĠiżwiti f ’Paray-le-Monial, u fl-istess ħin direttur spiritwali tad-Sorijiet tal-Viżitazzjoni, li kellhom il-monasteru

2

Arrestat Il-klima kiesħa tal-Ingilterra u l-mard fil-ġrizmej u l-pulmuni naqqsu l-ħeġġa ta’ Patri Claude biex jeżerċita għal kollox il-ministeru pastorali. F’Novembru 1678, waqt li kien qed jistenna biex jerġa’ lura Franza, ġie arrestat għal għarrieda u mitfgħuh il-ħabs, mixli li kellu sehem fil-“Popish Plot” kontra r-Renju Ingliż, qlajja’ ta’ Titus Oates. Dan Titus Oates kien jivvinta denunzji u arresti konta l-Kattoliċi, kien minn kien, basta jxaħħam lilu nnifsu bir-rikompensi ta’ flus u unuri. Hekk ħoloq fost il-poplu Ingliż esterizmu ta’ mibegħda speċjalment kontra l-Ġiżwiti. Fil-ħabs tal-King’s Bench, Patri Claude b’saħħtu dgħajfa għall-aħhar sofra terribilment. Ma kienx ikkundannat għall-mewt sempliċement għax kellu pożizzjoni fil-qorti rjali u kien protett mir-Re ta’ Franza Louis XIV. Iżda fl-1679 tturufnat mill-Ingilterra. Wasal Franza b’saħħtu mkissra wara dak il-ħabs kiefer. Patri Claude għadda l-aħħar sentejn ta’ ħajtu f ’Lyon fejn kien direttur spiritwali tan-novizzi Ġiżwiti, u f ’Parayle-Monial fejn mar biex jerġa’ jieħu saħħtu. Miet fil-15 ta’ Frar 1682. Ħalla ħafna kitbiet spiritwali fosthom dawk prinċipali, “Riflessjonijiet Piji”, “Meditazzjonijiet fuq ilPassjoni”, u “Rtir u Ittri Spiritwali”. Dawn kienu ppublikati taħt l-isem “Xogħolijiet tar-R. P. Claude de La Colombière (Avignon, 1832; Paris 1864). Kien beatifikat mill-Papa Piju XI fis-16 ta’ Ġunju 1929, u kanoniżżat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-31 ta’ Mejju 1992. Il-fdalijiet tiegħu jinsabu fil-Knisja tal-Ġiżwiti ħdejn il-monasteru tas-Sorijiet tal-Visitazzjoni f ’Paray-leMonial.

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


Kelma mill-editur

2

Il-Qaddis tax-Xahar San Claude La Colombière

4

Iċ-Chaplaincy fl-Università

6

X’kienet, u x’għadha għalija Iċ-Chaplaincy?

9

Għajnuna għat-talb

.

L-appostolat tal-Ġiżwiti maż-żgħażagħ Għeżież ħbieb u benefatturi, Fl-Ittra Appostolika li biha l-Papa Pawlu III approva t-twaqqif tal-Kumpanija ta’ Ġesù, kiteb li l-Ordni l-ġdid tal-Ġiżwiti għandu “jistinka l-iktar għall-progress tal-erwieħ filħajja Nisranija u d-duttrina u għat-tixrid tal-Fidi bil-ministerju tal-kelma, bl-eżerċizzi spiritwali u opri tal-karità, speċjalment bledukazzjoni tat-tfal u persuni illitterati.” Għalhekk, il-Ġiżwiti dejjem kellhom impenn qawwi fl-edukazzjoni u l-ħidma maż-żgħażagħ għaliex l-edukazzjoni hi strument appostoliku għall-qadi tal-Knisja u tas-soċjetà umana. Sant’Injazju stess, il-Fundatur, fl-1548 waqqaf l-ewwel Kulleġġ f ’Messina. Wara, fl1551 waqqaf il-Collegio Romano li mbagħad sar l-Università Gregorjana. Matul is-snin ħareġ id-dokument Ratio Studiorum (Il-Pjan tal-Istudji). Fl-aħħar snin hareġ ukoll il-Characteristics of Jesuit Education li jgħid li d-dimensjoni reliġjuża trid tinfirex fl-edukazzjoni kollha. Naqraw ukoll dwar il-formazzjoni sħiħa ta’ kull persuna u l-iżvilupp tat-talenti tiegħu. L-edukazzjoni rid tħejji l-istudenti biex ikunu ‘rġiel u nisa għall-oħrajn’ u jieħdu interess filfqar kif ukoll jieħdu sehem attiv fil-Knisja u fis-soċjetà. Minbarra universitajiet u kulleġġi f ’kull parti tad-dinja twaqqfu ċentri fejn iżżgħażagħ jitgħalmu xi sena u jiltaqgħu ma’ sħabhom.

F’Malta Fl-1593, fuq talba tal-Isqof u l-Gran Mastru, il-Ġiżwiti fetħu fil-Belt l-Collegium Melitense li wara sar l-Universitá ta’ Malta. Fl1845, l-Ġiżwiti fetħu St Paul’s School fl-Imdina u wara ħaduha l-Belt. Fl-1866, il-Ġiżwiti ntalbu jiftħu u jmexxu s-Seminarju u l-iskola f ’Għawdex. Damu sal1919 u bejn l-1970 u l-1995. F’San Ġiljan, fl-1877, il-Ġiżwiti fetħu St Ignatius’ College li għalaq fl-1907. Fl-istess sena fetaħ il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi f ’Birkirkara. Bejn l-1967 u l-1972, il-Gvern Malti talab lill-Ġiżwiti jmexxu St Philip Neri’s School (l-Approved School) f ’Santa Venera. Fl-1971, wieħed Ġiżwita nħatar l-ewwel Chaplain tal-Università fl-Imsida. F’din ilħarġa ser taqraw dwar ix-xogħol pastorali li jsir fiċ-Chaplaincy. Fl-1999, fiż-Żejtun ftaħna l-Paulo Freire Institute biex jgħin in-nies li ma jafux jaqraw u jiktbu. Permezz ta’ social worker, tingħata wkoll għajuna oħra. Hemm ukoll il-Jesuit Youth Network biex jikkordina l-ħidma kollha li jagħmlu mażżgħażagħ. Proġett ġdid Fid-Dar Manwel Magri ħdejn l-Università qed inħejju pjanijiet biex id-Dar tkun tista’ tilqa’ żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu esperjenza ta’ ħajja komunitarja u fejn isiru laqgħat u attivitajiet għaż-żgħażagħ. Kif taraw flaħħar paġna qegħdin nitolbu għajnuna biex inwettqu dan il-proġett tant meħtieġ.

f’din il-harġa

Fr John Scicluna SJ | hbiebna@jesuit.org.mt

10 Il-Kumpanija ta’ Ġesù

wara ir-Restawrazzjoni

12 Spiritwalità Injazjana -

L-Ewwel Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali

14 ’l Hawn u ’l Hemm mal-Ġiżwiti

17 Br Joe A Vella, SJ 18 Mixja li tgħallmek ħafna 20 Żewġ Ġiżwiti u l-Akwedott

22 Il-Knisja Favur il-Libertà?

23 Programm ta’ attivitajiet taċ-Ċentru Spiritwalità Injazjana

24 Proġett ġdid

għaż-żgħażagħ!

lil

HBIEBNA Editur: Fr John Scicluna SJ

Email: hbiebna@jesuit.org.mt

Website: www.jesuit.org.mt

Ħajr: Fr Anthony Micallef SJ, Rosanne Debono, Josette Vassallo, Robert Mamo Disinn: Alison Vella Uffiċju editorjali: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA Tel: (356) 21 412 606

um

Rivista ta’ tagħrif u aħbarijiet dwar il-ħajja u l-ħidma tal-Kumpanija ta’ Ġesu f ’Malta u fid-dinja, u l-ispiritwalità Injazjana. Maħruġa erba’ darbiet fis-sena mill-Ġiżwiti Maltin għall-ħbieb u l-benefatturi.

ru 1 - 2015

Leħen il-Ġiżwiti Maltin

N

Qoxra: Fr Michael Bugeja, SJ flimkien mat-tim taċ-Chaplaincy fl-Università ta’ Malta Ara pġ 4-5 Ritratt: SJ Communications Office, Malta

Stampar: Gutenberg Press

Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma nilqgħu bil-qalb l-offerti tagħkom. Tistgħu twasslu l-offerti tagħkom għal Lil Ħbiebna lill-uffiċju tagħna: ‘Lil Ħbiebna’, 78 Triq il-Markiż Scicluna Naxxar NXR 2067, MALTA.

3


il-Missjoni tagħna

www.jesuit.org.mt

Ic-Chaplaincy fl-Università

Mill-bidu tal-miġja tagħhom f ’Malta fis-seklu sittax, il-Ġiżwiti dejjem kienu impenjati fl-appostolat tal-edukazzjoni. Fl-1592 fetħu il-Collegium Melitense, li wara żviluppa fl-Università Rjali ta’ Malta fil-Belt, meta l-għadd ta’ studenti kien żgħir. Meta l-Università ttieħdet f ’Tal-Qroqq u n-numru ta’ studenti żdied ħafna, il-Ġiżwiti mhux biss komplew jgħallmu, imma żiedu l-għajnuna spiritwali li joffru fl-Università. Meta l-Università kienet għadha l-Belt Valletta, Mons. Salv. Grima, u l-Ġiżwiti Fr Joseph Bernard u Fr Robert Darmanin, li kienu jieħdu ħsieb l-Univeristy Students’ Catholic Guild (illum magħruf bħala l-Moviment Kattoliku Studenti Universitarji), kienu jagħmluha wkoll ta’ chaplain. Kienu jgħinu lill-istudenti fil-ħtiġijiet spiritwali tagħhom. Meta fl-1970 l-Università bdiet tiffunzjona f ’Tal-Qroqq, inħasset il-ħtieġa li jkun hemm chaplain full-time hemmhekk. F’Jannar 1971, il-Ġiżwita Fr Mario Jaccarini inħatar uffiċjalment l-ewwel chaplain full-time . L-ewwel ġebla tal-kappella tpoġġiet fis-26 ta’ Jannar, 1977, mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, li pprovda l-fondi flimkien ma’ Lm1,000 rregalati mill-Papa Pawlu VI u fuq suġġeriment tal-MKSU ntgħażel San Tumas More bħala l-qaddis patrun tal-kappella. Bdiet tintuża fl-1978. Wara Fr Jaccarini, kien hemm Ġiżwiti oħra bħala chaplains fl-Università. Mill-2008 Fr Michael Bugeja hu ċ-Chaplain tal-Universitá. Fr Michael studja fil-Kulleġġ ta’ St Edward’s, il-Birgu u wara li spiċċa is-Sixth Form ħadem għal sitt snin fl-industrija tat-Turiżmu. Ta’ 25 sena, fl-1995 daħal Ġiżwita u għamel in-Novizzjat f ’Genova. Wara għamel xi studji flUniverità ta’ Malta u mbagħad studja l-Filosofija f ’Padova. Għamel sena jgħallem il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara, u għamel l-istudju tat-Teoloġija f ’Londra u fil-Kanada. Kien ordnat saċerdot fl-2006. Is-sena l-oħra għamel it-Tielet Sena tan-Novizzjat fil-Filippini. Tlabna lil Fr Michael jagħtina intervista. LH: Fr Michael, grazzi talli lqajt l-istedina għall-din l-intervista. Jekk jogħġbok tista’ tgħidilna xi ħtieġa hemm għal Chaplaincy fl-Università? MB: Fl-Università llum hemm madwar 14-il elf student. Il-biċċa l-kbira huma Maltin

4

u Għawdxin. Madwar elf student ieħor ġejjin minn għadd kbir ta’ pajjiżi. Barraminnhekk, bejn professuri, għalliema u ħaddiema hemm xi elfejn persuna. Fl-Università hemm ambjent li kulma jmur qed isir aktar sekularizzat u pluralistiku. Madanakollu, fost ħafna studenti u għalliema jinħass għatx kbir għat-tfittxija ta’ valuri spiritwali u jħossu l-ħtieġa tal-Knisja. Matul il-ġimgħa jkun hemm għaxar Quddisiet fil-kappella tal-Università u permezz tagħhom, iċ-chaplain, flimkien ma’ dawk li jgħinuh, ikollhom kuntat ma’ 600 student filġimgħa. Iċ-chaplain qiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dawk kollha li jixtiequ direzzjoni spiritwali jew counselling pastorali. Hu jiltaqa’ wkoll ma’ studenti u staff fil-kantin u fuq il-kampus. Fluffiċċju hemm student Ġiżwita mill-Italja, u żewġ Assistenti Pastorali lajċi. Hemm ukoll tim ta’ erba’ Fathers, għalliem, rappreżentant tal-istudenti u l-President tal-MKSU li jiltaqgħu biex ifasslu pjan ta’ azzjoni, jevalwaw il-ħidma li tkun saret u jħejju ħidma għal li ġej. Iċ-chaplain jiltaqa’ mal-Faculties’ Contact Persons Units - gruppi żgħar f ’kull Fakultà magħmula minn għalliema u studenti, li jagħtu ideat u suġġerimenti għal ħidma ta’ evanġelizzazzjoni. Hemm ħafna studenti li għalkemm ma jiġux għall-Quddies u ċelebrazzjonijiet oħra xorta jfittxu ċ-Chaplaincy għas-servizzi li toffri, fosthom ilkappella fejn isibu l-kwiet għas-serħan tal-qalb u tal-moħħ. L-istudenti mhux Insara ġieli jidħlu fil-kappella u joqogħdu fis-skiet u l-kwiet. Imma għaċċelebrazzjoni tal-Ewkaristija ma jiġux. L-ambjent sabiħ u ferrieħi li hawn fiċChaplaincy jiġbed, jistieden u jilqa’ lil kulħadd. LH:

X’inhu l-iskop taċ-Chaplaincy?

MB:

L-għan ewlieni huwa li naħdmu għallLil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


www.jesuit.org.mt

evanġeliżżazzjoni tal-kultura Maltija, ngħinu lill-membri tal-Università ta’ Malta jikbru bħala individwi u bħala komunità tal-Knijsa biex jiċċelebraw u jgħixu l-messaġġ ta’ Kristu. Ilministeru tal-evanġelizzazzjoni huwa indirizzat lillUniversità kollha permezz ta’ djalogu ma’ setturi differenti, impenn għall-ġustizzja, speċjalment fejn jidħlu l-foqra, qima lejn Alla, opportunitajiet ta’ edukazzjoni għall-iżvilupp tal-fidi, dejjem fiddawl tad-dixxerniment tar-rieda ta’ Alla. LĦ: Tista’ tgħidilna x’ħidma twettqu flUniversità? MB: Nippruvaw nikkommettu ruħna ma’ dawk li huma l-aktar fil-bżonn u ma’ dawk li qegħdin isofru xi inġustizzja. Il-Liturġija hija wkoll mezz importanti kif nilħqu l-għan tal-ħidma tagħna. Mezz ieħor huwa billi nagħtu formazzjoni fil-valuri tal-Vanġelu u billi noffru d-dar tagħna l-Ġiżwiti f ’Tal-Qroqq għas-servizz ta’ għalliema, studenti u membri oħra tal-istaff. Fil-bidu tas-sena akkademika nagħmlu Quddiesa għal kulħadd. Imbagħad, qabel isiru ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni norganizzaw żewġ Quddisiet filKatidral ta’ San Ġwann. Hemm diversi gruppi impenjati. Hemm il-Grupp Liturġiku: dan jieħu ħsieb janima l-Quddiesa ta’ kuljum f ’12.10 p.m. u nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30 p.m.; is-Sibt il-Quddiesa ssir fis-7.30 p.m. u fid-9 pm għax ikunu maħsuba għażżgħażagħ. Dal-grupp jieħu ħsieb ukoll jorganizza

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

l-funzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-Milied u l-Ġimgħa l-Kbira. Hemm is-servizz tal-qrar, pastoral counselling, direzzjoni spiritwali, l-irtir Injazjan fil-ħajja ta’ kuljum, laqgħat ta’ Taize Prayer, u ta’ laqgħat ta’ Mistoqsija u Tweġiba, id-DVD Night u wara jkun hemm diskussjoni. Nhar ta’ Erbgħa wara l-Quddiesa nipprovdu l-ikel u d-donazzjonijiet li jinġabru jmorru għall-fqar. Isiru wkoll il-Korsijiet ta’ Kana, ġbir ta’ fondi għax-xogħol voluntarju li norganizzaw kull sena barra minn Malta u l-formazzjoni tal-voluntiera. Xi żgħażagh jagħmlu żmien jgħixu magħna fidDar tagħna. Kull filgħodu jkun hemm it-tè u l-kafè u xi ikel. Min irid jagħti xi donazzjoni. Matul il-ġurnata kollha jkun hemm it-tè u l-kafè. Dawn huma mezzi biex nibnu komunità u niżviluppaw il-ħbiberiji. LĦ:

Tagħmlu xi Rtiri matul is-sena?

MB: Isiru rtiri b’dinamika Injazjana għallistudenti u l-istaff matul il-weekends. Imbagħad matul ir-Randan, isiru żewġ korsijiet ta’ Eżerċizzi għall-istudenti u għall-għalliema. Ftit ilu semmejt l-irtir Injazjan fil-ħajja ta’ kuljum. Bħalissa hawn 32 persuna li qegħdin jagħmlu din l-esperjenza spiritwali sabiħa! LĦ: Grazzi ħafna Fr Michael. Nawgurawlek kull barka fuqek u l-appostolat li qed twettaq fiċChaplaincy tal-Università.

5


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

X’kienet u

x’ghadha ghalija iċ-Chaplaincy?

Mal-artiklu tal-paġni ta’ qabel xtaqna nżidu xi esperjenzi ta’ studenti. Tlabniehom jgħidulna xi tfisser iċ-Chaplaincy għalihom. Wieħed spiċċa l-kors għaxar snin ilu u l-oħra qiegħda fl-aħħar sena tal-kors. It-tnejn kitbu li jqisu ċ-Chaplaincy bħala ‘it-tieni dar’ tagħhom. Għaliex? X’sabu hemm? X’ħadu? Sa ma kelli sbatax-il sena kont għajjejt bil-vojt tal-ħajja. Permezz ta’ ħafna ġrajjiet iltqajt m’Alla li ħalliet effett qawwi fuq ħajti u bdiet il-mixja spiritwali tiegħi. Meta dħalt l-Università fissena 2006 ġa kont drajt nitlob kuljum u nisma’ l-quddies regolarment. Kuljum kont ngħaddi salkappella taċ-Chaplaincy biex noqgħod quddiem Alla fil-kalma u s-skiet. II-kurċifiss ċentrali sar figura ngranata fil-mixja spiritwali tiegħi. Iżda meta wasalt fit-tielet sena tal-istudji tiegħi saret fija bidla drammatika, u ċ-Chaplaincy ħadet rwol wisq akbar f ’ħajti.

Matt Urpani

6

Sirt part u kbirt Fl-ewwel sentejn fl-Università qatt ma kelli veru kuntatt ma’ dawk li jaħdmu fiċ-Chaplaincy. Kont fil-kappella, ngħid xi talb u nitlaq. Iżda fit-tielet sena tal-istudju sirt naf lil Fr Michael Bugeja, iċ-Chaplain il-ġdid, li sar id-direttur spiritwali tiegħi. Sirt ħabib ma’ ħafna nies u spiss niltaqgħu fiċ-Chaplaincy. Konna nitħaddtu u nitolbu. Konna wkoll ngħaddu xi xahrejn nistudjaw flimkien kuljum qabel l-eżamijiet. Għalina li tmur l-Università saret tfisser tmur iċ-Chaplaincy. Saret ħaġa awtomatika. L-aħħar tliet snin tal-istudji tiegħi kienu differenti ħafna mill-ewwel sentejn għax issa ħassejtni parti mill-post u ċ-Chaplaincy saret it-tieni dar tiegħi. Ma kinitx xi attrazzjoni soċjali. Bqajt nieħu sehem f ’diversi attivitajiet - l-irtiri fis-skiet, Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


www.jesuit.org.mt

community live-ins u xogħol voluntarju fl-Etjopia. Kelli esperjenzi u relazzjonijiet ġodda li għenuni nisfida l-fidi tiegħi b’modi ġodda. Meta ggradwajt, iddeċidejt li nieħu sena libera u bdejt naħdem fl-uffiċċju taċ-Chaplaincy bħala part-timer. Dak iż-żmien inqisu bħala l-aktar li kont ferħan f ’ħajti. Qist ix-xogħol fl-uffiċċju bħala opportunità biex irrodd xi ftit għal ħafna li rċevejt tul is-snin. Bdejt nifhem xi sfidi jiffaċċjaw il-ministri pastorali u s-sodisfazzjonijiet li jkollhom. Matul is-snin bqajt ninvolvi ruħi fiċChaplaincy billi nieħu sehem fl-animazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi u t-talb, fundraising, logistics, media u promozzjoni, konferenzi u diskussjonijiet, il-kors ta’ Kana (li jiena stess attendejt), irtiri spiritwali, eżerċizzi fil-ħajja ta’ kuljum, xogħol voluntarju, u naturalment, ħafna fellowship. B’dan kollu kbirt personalment u spiritwalment u sirt dak li jien illum. Issa għaddew għaxar snin imma għadni mmur hemm regularment għax iċ-Chaplaincy baqgħet importanti f ’ħajti u f ħajjet dawk ta’ madwari. Il-frott ll-biċċa l-kbira tal-għalliema, studenti u ħaddiema jafu fejn hi l-kappella. Għal dawk li

Fic-Chaplaincy sibt it-tieni dar tiegħi Miktub minn Martha Maria Dimech

Għandi 22 sena u qiegħda fl-aħħar sena fil-kors għall-Ħaddiema Soċjali fl-Università ta’ Malta. Nemmen li l-aspett akkademiku hu importanti ħafna imma qatt m’għoġbitni l-ideja li erba’ snin minn ħajti nkun iddedikajthom għall-istudju biss. Jien m’għandix kwiet u ma nafx noqgħod wisq bilqiegħda għal tul ta’ ħin biex nikteb assignment imma neħtieġ xi ħaġa li timmotivani biex nagħmel dak li huwa meħtieġ, fuq kollox id-dover tiegħi ta’ studenta. Din il-motivazzjoni nista’ ngħid li tul iż-żmien sibtha ġewwa ċ-Chaplaincy. Minn dejjem ħabbejt il-volontarjat u ħabibti, li kienet tiffrekwenta ħafna ċ-Chaplaincy, ħajritni nattendi biex eventwalment nitla’ ma’ grupp ta’ voluntiera li ċ-Chaplaincy torganiżża kull sena. S’issa qatt ma tlajt magħhom nagħmel volontarjat barra minn Malta imma xorta waħda dejjem ġejt milqugħa u sibt appoġġ. Merħba u jinkiser is-silġ Darba jien u żewġt iħbieb oħra bdejna mmexxu grupp ta’ żgħażagħ li ma kellux x’jaqsam maċ-

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

jiffrekwentawha, il-kappella ssir għalihom point of reference. Kull sena, għalkemm ma jiġux il-folol, in-nies baqgħu jiġu għal xi parir, għal xi favur jew biex jiltaqgħu ma’ xi ħabib. Jien studjajt fl-iskola tad-De La Salle millprimarja sas-Sixth Form, u l-ethos Lasalljan ingrana ruħu sewwa ġewwa fija. Sa dak iżżmien qatt ma kont ltaqt mal-Ġiżwiti. Ftit stajt nobsor kemm żmien kelli ngħaddi magħhom. L-ispiritwalità Injazjana kellha l-akbar effett fuqi. Biddlitli l-mod kif ngħix il-fidi tiegħi. Daħlet ġo qalbi u qegħditli l-isfida biex mhux biss nieħu bl-akbar serjetà ż-żmien tiegħi m’Alla, imma biex il-mixja nagħmilha tiegħi - biex neżamina t-twemmin tiegħi, il-mod kif ngħix. Il-proċess ta’ dixxerniment li kien għalija ta’ importanza kbira waqt li kont nissielet ma’ deċizjonijiet tal-ħajja meta kont l-Università, kien imprezzabbli. Ma nemminx li kont nasal fejn ninsab illum kieku ma sibtx il-kura u l-gwida tal-Ġiżwiti. Illum, iċ-Chaplaincy hija għalija wieħed mill-postijiet l-aktar sinifikattivi f ’pajjiżna. Kien il-post ta’ grazzja bla qies għalija u naf żġur li kien l-istess għal ħafna ġuvintur, xebbiet u oħrajn. Miktub minn Matt Urpani

Chaplaincy u kellna bżonn post. Wieħed minna kien midħla taċ-Chaplaincy u ibbukja kamra. Iltqajna għal-laqgħa u mal-ewwel pass, il-ħabib qalilna “Kafè?” Għalina kien ġest fejn ħassejna li konna milqugħa. Mal-kafè ġab ukoll pakkett gallettini provdut miċ-Chaplaincy u qsamnieh bejnietna. Ġest żgħir u sempliċi imma mill-qalb u dan kien li reġa’ wassalna biex iltqajna drabi oħra. B’hekk bdejt insir naf aktar lin-nies li jiffrekwentaw il-post. Waslet attività, DVD night u kien ser jintwera l-film “Letters to God”. L-isem qajjimli kurżità u għax kien ser ikun hemm nies li bdejt insir nafhom, għamilt kuraġġ u għall-ewwel darba attendejt l-attività fiċ-Chaplaincy. Imma għamilt foul. Ma rridx inħassrilkom il-film jekk għadkom ma rajtuhx imma tajjeb tkunu ppreparati. Waqt il-film ma stajtx nieqaf nibki u nolfoq. Wara l-film bdiet id-diskussjoni u ma stajtx nieħu nifs sew għax kont qiegħda nolfoq, wiċċi aħmar nar u ngħattih biex ħadd ma jarani. Id-diskussjoni spiċċat u kont għadni ma kkalmajtx però bdejt nidħaq ukoll tant kemm ħassejtni li kont f ’sitwazzjoni stramba. Mort nistaħba ġo kamra. Wara ftit infetaħ il-bieb u nara lil Fr Michael Bugeja, iċ-Chaplain tal-Università, iħares lejja u jidħaq u waqt li jiġbidli xi naqra

7


Esperjenzi

www.jesuit.org.mt

li min ikun il-librerija jagħmel ħażin, anqas xejn u ngħiduha kif inhi, hemm min minn sħabi stess li jippreferi l-librerija biex jistudja. Nista’ ngħid li ċ-Chaplaincy saret it-tieni dar tiegħi u llum il-ġurnata l-kafè u l-karezzi li kont u għadni nirċievi li jġegħluni nħossni parti minn nista’ ngħid komunità u anke familja. U għax nixtieq li ħaddieħor ikollu din l-esperjenza, fejn nista’, nagħti wkoll is-sehem tiegħi. Xejn kbir. Nipprova ngħin lill-oħrajn permezz ta’ affarijiet żgħar. Meta jkunu mill-qalb tinħass id-differenza kollha. Barra minnhekk, meta jaslu żminijiet ta’ festi, iċ-Chaplaincy team jistaqsi għal ideat ġodda u jippruvaw jinvolvu lil kulħadd. Malli jiskopru xi kapaċità jew talent ġdid, jaraw kif ħa jintuża. Għalhekk iċ-Chaplaincy hu post b’ċertu ħajja għaliex dejjem miftuħ għal ideat u esperjenzi ġodda. F’mumenti ta’ qtigħ il-qalb sibt appoġġ u spiss ikun hemm mumenti ta’ daħq. “Tifrex hemm jonqsok!”

Martha Maria Dimech

saqajja bil-karattru sarkastiku ħelu tiegħu qalli, “Donnu l-film ħalla xi tip ta’ frott”. Bejn ilfiqa u daħka weġibtu “Eħe vera tajt impressjoni tajba, ta’ bikkejja li jien.” Dak li għamilt dak in-nhar, ma kienx foul għax tkisser is-silġ ukoll u ċ-Chaplaincy ma baqgħetx biss post fejn nisma’ l-Quddies u kamra għallpreparazzjoni tal-laqgħat iżda refuġju minn kull aspett. Ħbiberiji fit-tieni dar tiegħi

8

Issa ilni erba’ snin niġi hawn. Ktibt ‘hawn’ għax fis-sebgħa ta’ filgħaxija għadni hawn fl-uffiċċju taċ-Chaplaincy nikteb dan l-artiklu. Malli ninżel mill-karozza tal-linja, bla ħsieb ta’ xejn, saqajja weħidhom iġibuni hawn. Id-dilemma tkun meta nasal fil-ħin għal-lecture u ma jkollix ċans ngħaddi nittawwal malajr qabel immur fil-klassi. Jekk tistaqsuni, “Fiċ-Chaplaincy x’hemm?” ngħidilkom kif jien kont naraha fil-bidu kappella, erbat ikmamar, l-uffiċċju u kċina żgħira. Hemmhekk bnejt ħafna hbiberiji u permezz tagħhom kbirt u tgħallimt. Din kienet waħda mill-ħafna raġunijiet li żammitni li nkompli niġi. Dejjem sibt ma’ min ngħid kelma dwar diversi suġġetti u għenitni nkabbar il-perspettiva tiegħi fuq oqsma differenti. M’hemmx għalfejn tkun tistudja t-teoloġija biex tersaq ’l hawn. Nista’ ngħid li ltqajt ma’ nies li ġejjin minn setturi differenti u dan għamilli kuraġġ anki mill-aspett spiritwali. Bħalissa (nofs Jannar) li wasal żmien l-eżamijiet, xi ħadd jista’ jaħseb li joqgħod ftit fil-librerija jew id-dar ħalli jtella’ naqra xogħol. Imma issa li rbatt qalbi m’hawn bl-akbar libertà, il-librerija għalija saret biss post minn fejn nissellef xi kotba għall-assignments. Ma jfissirx

Ħafna studenti u għalliema jew professuri, ġejjin minn ambjenti differenti, jiġu jirrakkontaw xi esperjenza jew praspura li jkunu ltaqgħu magħhom. Permezz tal-ħbiberiji u l-mod ta’ kif niġu milqugħa ġieli niftiehmu ngħaqqdu gruppi żgħar fejn kważi ta’ kuljum niltaqgħu, kulħadd jaħdem fuq xogħlu waqt li nagħtu appoġġ lil xulxin. Meta ninzerta waħdi, immur nittanta ftit lil min ikun hemm fl-uffiċċju. Malli jirkibni l-ġuħ immur fil-kċina ħelwa u nsaħħan l-ikel permezz tal-faċilitajiet li hemm fiha. X’jonqos aktar? Mhux l-ewwel darba tad-dar jgħiduli, “Tifrex hemm jonqsok!” Nista’ ngħid li wasalt nagħmilha wkoll meta darba ġejna mistiedna ngħinu fil-preparazzjoni u nagħtu s-sehem tagħna waqt quddies kmieni filgħodu u għalhekk frixna fil-kappella. Xi trid aktar?! Inħossok tgħidli, “Jekk nersaq ’l hemm, nispiċċa f ’ħafna affarijiet” jew bħalma ngħidu, “Nibla’ xi kanna!” Nassigurak li dak kollu li esperjenzajt fiċChaplaincy qatt m’għamiltu bi sforz, anzi b’rieda sħiħa u libertà u meta ma stajtx nimpenja ruħi, spjegajt ruħi u rrifjutajt. Għedtilkom li qiegħda fl-aħħar sena tal-kors. Jekk Alla jrid, u sakemm ma nkomplix nistudja s-sena d-dieħla, sinċerament ngħid li ġieli għadda l-ħsieb ta’ kemm għad inħoss in-nuqqas ta’ dak kollu li ltqajt miegħu hawnhekk. M’għandniex neħlu mal-passat iżda nitgħallmu minn kull esperjenza u nippruvaw ngħixu l-mument dejjem b’mod aħjar. X’ħa jiġri fis-sena skolastika li jmiss? Lanqas idea. Naf biss li niġi meta niġi ħa nkun milqugħa. Sakemm għadni hawn nibqa’ ngawdi kull mument kemm nista’ ħalli nkun fejn nkun fi ftit żmien ieħor ikolli sodisfazzjon ta’ esperjenzi sbieħ taż-żmien li qattajt fl-Università u fiċChaplaincy. Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


il-Missjoni tagħna

Ghajnuna ghat-Talb

Ninġabar: Insib ambjent kwiet u pożizzjoni komda biex inħejji ruħi għat-talb. Insir konxju ta’ dak li għaddej fija: inħossni bla sabar, anzjuż, inkwetat? Inħossni maħnuq mis-soċjetà ta’ madwari, qisni ġo ħabs? Jekk hu hekk, nipprova nikkalma. Nieħu nifs fil-fond waqt li nagħraf li Alla qed iħares lejja u lejn ta’ madwari b’għajnejn ta’ mħabba. Fatt ċkejken: F’Diċembru tal-2011 Gordon Ramsay, kok famuż Ingliż nieda proġett ġol-ħabs ta’ Brixton l-Ingilterra. Huwa għażel tnax-il ħabsi u beda jħarriġhom fit-tisjir. Hu u l-assistenta tiegħu qattgħu sitt xhur sħaħ mal-ħabsin, u kemm-il darba nqalgħu battibekki u ġlied bejn il-ħabsin u Gordon. Kull ġurnata kienet sfida, minn kif jitqassmu s-skieken sa kif ser jinqasmu il-ħabsin bejniethom. Kienu jibdew kmieni filgħodu u jispiċċaw tard bil-lejl, u minn tnax malajr spiċċaw sebgħa. Iżda bid-determinazzjoni tal-ħabsin li kien għad fadal u b’xi uħud ġodda, il-‘Bad Boys’ Bakery’ (hekk kif bdew jissejħu) irnexxielhom itellgħu ikla li mpressjonat uħud mill-aktar nies importanti fissettur tal-ikel fl-Ingilterra. Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

Flickr Creative Commons

Naħseb ftit: Naf b’xi persuna li tħossha ġo ħabs u għandha qalbha maqtugħa? Naf li xi ħadd li qiegħed il-ħabs jew li għandu familjari l-ħabs? Kif naħseb li jħossuhom dawn in-nies? Nitlob: Nitolbuk Mulej għal kull min qiegħed il-ħabs biex ma jaqtgħux qalbhom u jsibu soċjetà li lesta tilqagħhom lura fi ħdanha. Kliem ta’ dawl: “Jintqal li ħadd ma jkun jaf nazzjon jekk qabel ma jkunx mar il-ħabs. Nazzjon ma għandux jiġi mkejjel minn kif jimxi mal-ogħla ċittadini, imma ma dawk l-aktar baxxi.” - Nelson Mandela X’nista’ nagħmel: Matul din il-ġimgħa nitlob għal xi persuna li naf li qiegħda il-ħabs jew tħossha f ’gaġġa. Nipprova nkun ta’ kuraġġ u tama għal ħaddieħor. Nara jekk nistax ngħin lil xi ħadd jerġa’ jintegra lura fis-soċjetà.

www Jekk trid titlob għal fehmiet tal-Papa b’dan il-mod, tista’ tidħol kull xahar fil-website: www.attmalta.org

sto

Biex il-ħabsin, speċjalment dawk żgħażagħ, ikunu jistgħu jerġgħu jibnu ħajjithom b’dinjità.

Ritratt: Meesh/

-Talb tat t la

Appo

Merħba! Il-Papa jistieden lil kulħadd, ikun xi jkun it-twemmin tiegħu, sabiex ningħaqdu flimkien u nitolbu:

Għalkemm l-għan oriġinali ta’ Ramsay kien li s-soċjetà tieħu xi ħaġa lura mill-ħabsin, il-ħabsin ħadu ferm aktar: ħadu sodisfazzjon, ħadu ħiliet u esperjenza fit-tisjir, u ħadu lura s-sens ta’ dinjità. Eventwalment, erbgħa mill-ħabsin sabu xogħol wara li spiċċaw is-sentenza tagħhom fil-ħabs, tlieta minnhom fi kċejjen ta’ ristoranti magħrufin, waqt li ieħor jaħdem ma’ għaqda li tgħin ħabsin oħra li ħarġu mill-ħabs biex jintegraw lura fis-soċjetà. Il-programm ġol-ħabs, magħruf bħala ‘Life Changing Taste’ għadu għaddej sal-lum il-ġurnata.

9


Storja

Miktub minn Fr Robert Soler SJ

Fl-artikli ta’ qabel rajna li, wara s-soppressjoni minn Papa Klement XIV fl-1773, il-Kumpanija ta’ Ġesù kienet b’mod providenzjali baqgħet teżisti, u bil-mod il-mod reġgħet waqfet fuq saqajha, sa ma ngħatat ħajja ġdida anki uffiċjalment meta Papa Piju VII fl-1814 irristawra l-Kumpanija fil-Knisja Kattolika universali permezz talBolla Sollicitudo omnium ecclesiarum. Fil-mija u ħamsin sena bejn l-1814 u l-1964 (meta l-Konċiju Vatikan II kien wasal biex jintemm) bl-għajnuna ta’Alla l-Ġiżwiti reġgħu nfirxu mad-dinja kollha.

Il-Kumpanija wara r-Restawrazzjoni Fid-dinja kollha

Minħabba t-taqlib politiku tal-1848 f’ħafna bnadi talEwropa, disgħa u erbgħin Ġiżwita minn Napli ġew Malta bħala refuġjati. Ġew milqugħa tajjeb ħafna milMaltin.

Eluf ta’ Ġiżwiti marru fl-artijiet tal-missjoni, fejn Kristu kien għadu mhux imxandar. Fil-pajjiżi fejn il-fidi nisranija kienet ilha preżenti, il-Ġiżwiti bdew imexxu opri appostoliċi ta’ kull tip. Filkamp spiritwali, inbnew djar tal-Irtiri kbar u kienu jingħataw l-Eżerċizzi Spiritwali lil gruppi mdaqqsa. Il-Ġiżwiti ġew mitluba b’insistenza biex jerġgħu jwaqqfu l-kulleġġi tagħhom. Twaqqfu mijiet ta’ kulleġġi, anki fl-artijiet tal-missjoni. Sar ukoll ħafna xogħol soċjali, fil-waqt li twaqqfu Istituti Soċjali fejn kienu jsiru studji u riflessjoni fuq il-problemi fis-soċjetà, ħalli fejn hu possibbli jinstabu soluzzjonijiet. Il-Ġiżwiti kienu attivi fil-kamp tal-appostolat intellettwali. F’Ruma l-Kumpanija ntalbet millPapiet biex tmexxi l-Università Gregorjana, l-Istitut Pontifiċju Bibliku kif ukoll l-Istitut Pontifiċju Orjentali kif ukoll ir-Radju Vatikan. Barra minn Ruma fetħu Fakoltajiet ta’ Teoloġija u Filosofija fil-ħames kontinenti, waqqfu u mexxew universitajiet (speċjalment fl-Istati Uniti) u permezz ta’ pubblikazzjonijiet, speċjalment dawk akkademiċi. Fil-perijodu 1814-1964, il-Knisja Kattolika u l-Ġiżwiti fl-Amerika ta’ fuq kellhom atteġġament pożittiv lejn l-iżviluppi kulturali u politiċi, kif ukoll lejn id-demokrazija. Irwiefen ġodda Mill-banda l-oħra, fl-Ewropa l-Knisja u allura anki l-Ġiżwiti kienu qed isibu tfixkil kbir minn dawk li kienu jemmnu fuq kollox fir-Raġuni (l-hekk imsejħa ‘illuministi’) u mill-membri tal-mażunerija. Bħal fis-seklu ta’ qabel, dawn

10

iż-żewġ gruppi ħadmu biex jieħdu l-gvern u listituzzjonijiet f ’idejhom u jxekklu l-influenza talKnisja Kattolika. Il-fidi Nisranija rivelata ma kinux iniżżluha. Papa Ljun XIII, lejn tmiem is-seklu dsatax, kien kiteb dwar il-“konfoffa kbira ħafna” tal-illuministi biex jikkontrollaw il-gvernijiet u jeqirdu l-Knisja Kattolika. Tifhem għalhekk għaliex il-Kattoliċi u fosthom il-Ġiżwiti ma tantx kellhom simpatija mal-iżviluppi politiċi u demokratiċi li kienu qed iseħħu f ’xi pajjiżi. Billi l-Ġiżwiti kienu ilhom minn qabel isSoppressjoni jiddefendu l-Knisja u l-fidi rivelata, lIlluministi u l-mażuni ħaduha b’mod speċjali kontra l-Kumpanija ta’ Ġesù . Fl-Italja, pereżempju, diffiċli ssemmi xi parti tal-pajjiż fejn il-Ġiżwiti tħallew jaħdmu fil-paċi fil-perijodu sħiħ 18141964. Cavour, Mazzini u Garibaldi, li organizzaw l-unifikazzjoni tal-Italja (1859-1870) u ħadmu għaliha, ippersegwitaw il-Ġiżwiti b’mod speċjali. Fil-Piemonte Cavour ħataf 57 dar u kulleġġ talKumpanija. Fi Sqallija l-Ġiżwiti ġew imkeċċija minn pajjiżhom minn Garibaldi. Fi Franza, fl-istess mija u ħamsin sena, kien hemm ħafna taqlib politiku u reliġjuż li laqat ukoll il-Knisja Kattolika. B’mod speċjali, fil-bidu tatTielet Repubblika (1870 ‘il quddiem), l-illuministi u l-mażuni ħadmu biex jieħdu f ’idejhom il-gvern u biex il-ħajja u l-ħsieb fil-pajjiż ikunu dejjem inqas immarkati mir-reliġjon nisranija rivelata (fi proċess imsejjaħ ‘lajċizzazjoni’). Anki hawn ilĠiżwiti intlaqtu sew. Fl-1880, ġew imkeċċija minn Franza. Bis-saħħa ta’ diplomazija għaqlija minnaħa tal-papa, il-Ġiżwiti tħallew jirritornaw ftit snin wara: iżda fl-1901 l-istat Franċiż ‘lajk’ għadda liġi kontra l-ordnijiet reliġjużi li jgħallmu. IlĠiżwiti kellhom għalhekk iħallu erbgħa u għoxrin Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


www.jesuit.org.mt

Il-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara, li oriġinarjament inbena bħala l-istudentat tal-Ġiżwiti, fil-bidu tas-seklu għoxrin.

Is-Superjur Ġenerali tal-Ġiżwiti jindirizza liż-żgħazagħ fil-Knisja tas-Sarria, l-Furjana, waqt żjara li għamel Malta fl-2009.

kulleġġ, żewġ skejjel tekniċi u ż-żewġ seminarji fdati f ’idejhom. Żviluppi f’Malta Wara li l-Kumpanija ta’ Ġesù twaqqfet mill-ġdid fl-1814, l-ewwel Ġiżwita li nafu li ġie Malta kien P. Maximilian Ryllo millPolonja. Dan l-oratur kbir ħalla impressjoni qawwija, tant li erbgħa u għoxrin żagħżugħ ħallew Malta biex isiru Ġiżwiti. Kien zmien il-Gvern kolonjali Ingliż, u ġew xi Ġiżwiti Ingliżi u Irlandiżi li fl-1845 waqqfu St Paul’s College l-Imdina, fejn illum hemm il-kunvent tas-sorijiet Dorotej. Minħabba diffikultajiet ta’ finanzi, dan il-kulleġġ għalaq fl-1852, fetaħ mill-ġdid flistess sena fi Strada Merkanti, il-Belt Valletta, izda mbagħad għalaq għal kollox fl-1855. Minħabba t-taqlib politiku tal-1848 f ’ħafna bnadi tal-Ewropa, disgħa u erbgħin Ġiżwita minn Napli ġew Malta bħala refuġjati. Ġew milqugħa tajjeb ħafna mil-Maltin. Offrewlhom bħala post fejn joqogħdu id-dar tal-irtiri San Kalċidonju fil-Furjana. Din id-dar spazjuża mwaqqfa u mmexxija mill-Ġiżwiti qabel is-Soppressjoni tal-Kumpanija, kellha xi sittin kamra għall-irtiranti u ġnien bis-siġar tal-larinġ. Il-kwadru fuq l-altar maġġur tal-kappella

Lil Ħbiebna Ottubru - Diċembru 2014

kien (u għadu) juri l-Madonna tiddetta l-Eżerċizzi Spiritwali lil Sant’ Injazju. Illum din id-dar bil-kappella tagħha tifforma parti mil-Kurja tal-Arċisqof. Garibaldi keċċa l-Ġiżwiti minn Sqallija fl-1860. Ħafna minnhom ġew Malta. Kellhom il-provinċjalat, in-novizzjat u dar tal-istudji f ’postijiet li krew f ’Santa Venera, l-Imdina u n-Naxxar. Fl-1866, intalbu jmexxu s-Seminarju ta’ Għawdex. Inbena u nfetaħ fl-1897 studentat kbir għan-novizzi u l-istudenti f ’Birkirkara. Din id-dar ta’ formazzjoni kienet mimlija b’żgħażagħ Ġiżwiti Sqallin u Maltin għal tmien snin; fl1905 il-Giżwiti Sqallin ingħataw permess jirritornaw f ’pajjiżhom. Fiż-żmien li kien hawn il-Ġiżwiti Sqallin, kien hawn ukoll il-Ġiżwiti Ingliżi. Fil-bini f ’San Ġiljan li qabel kien il-Malta Protestant College, mexxew St Ignatius College bejn l-1877 u l-1907. Meta l-Ġiżwiti Ingliżi telqu, il-Ġiżwiti Sqallin intalbu mill-P.Ġeneral jiftħu kulleġġ fil-bini li qabel kien l-istudentat tagħhom f ’Birkirkara, u hekk f ’Ottubru tal-1907 twieled il-Kulleġġ San Alwiġi. Ġiżwiti Maltin fil-Missjonijiet Fl-1924 il-Ġiżwiti Maltin bdew imexxu l-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana. Wara t-tieni gwerra dinjija, twaqqfet il-Viċi-Provinċja Maltija tal-Kumpanija ta’ Ġesù fl-1947 (li imbagħad kibret u saret Provinċja fl-1983). Fl-1945 fetaħ innovizzjat, Dar Loyola fin-Naxxar. Fl-1953 l-Isqof t’Għawdex Mgr. Pace talab lillĠiżwiti biex jibdew imexxu d-dar tal-irtiri Manresa fir-Rabat. Residenzi tal-Ġiżwiti fetħu fl-Isla fl-1957 u fil-Belt Valletta fl-1962. Fl-1964, waqt il-Konċilju Vatikan II, infetħet id-dar tal-irtiri Mount Saint Joseph fil Mosta. Fis-snin 1924-1974 intbagħtu 73 Ġiżwiti Maltin fil-Missjoni fost is-Santals fl-Indja ta’ fuq. Is-sagrifiċċji u l-ħidma kreattiva tagħhom għall-grazzja ta’Alla ħallew ħafna frott. Dan jidher fil-ħafna magħmudijiet, fil-fatt li fit-territorju fejn ħadmu issa hemm tliet djoċesijiet b’isqfijiet Indjani u fil-fatt li f ’dawk l-inħawi tal-Indja issa hemm il-Provinċja mdaqqsa ta’ DumkaRaiganj tal-Kumpanija ta’ Ġesù, li għandha ħafna membri żgħażagħ u li l-appostolat tagħha nfirex sew! Ġiżwiti Maltin marru wkoll fiċ-Ċilí, fil-Brażil, fil-Libanu, fl-Eġittu, fil-Etjopja, fil-Kenja, fis-Sudan u fit-Tanżanija.

11


Storja Ritratt: ‘Swallow Falls Close-Up’ ta’ Nicolas Raymond - freestock.ca - Creative Commons licence

Miktub minn Fr Reno Grech SJ matul ħajtu 1943 - 2013

Spiritwalità Injazjana

L-Għan tal-Ewwel Ġimgħa Fil-kuntest ta’ dak li l-irtirant ikun diġà rrifletta fuqu fil-konsiderazzjoni dwar il-Prinċipju u Pedament, l-għan ġenerali tal-Ewwel Ġimgħa hu li l-irtirant: a. jagħraf il-kruha u l-kobor tad-dnub madwaru u fih innifsu; b. iħoss sogħba u jxerred dmugħ ta’ ndiema għal dnubietu; ċ. iwarrab kull ġibda diżordinata minn ħajtu.

L-Ewwel Ġimgħa tal-Eżerċizzi Spiritwali Fid-dinamika tal-Eżerċizzi Spiritwali, matul il-mixja spiritwali tiegħu, l-irtirant jgħaddi minn fażijiet differenti. L-ewwel fażi hi dik ta’ tisfija. Hawnhekk l-irtirant jitlob biex jissaffa mill-ġibdiet diżordinati u mill-ħakma tad-dnub. Din il-fażi hi marbuta mal-Ewwel Ġimgħa. FitTieni Ġimgħa, l-irtirant jiffoka fuq il-Persuna ta’ Kristu. Din il-fażi hi mdawla mill-prinċipji u valuri ta’ Kristu. B’dan id-dawl, l-irtirant jista’ jasal biex jagħmel deċiżjonijiet tajbin għal ħajtu (Sant’Injazju dan isejjaħlu Elezzjoni). Iż-żewġ fażijiet ta’ wara, fit-Tielet u r-Raba’ Ġimgħa, permezz talkontemplazzjonijiet fuq it-tbatija ta’ Kristu u fuq il-Qawmien tiegħu, huma konferma tal-“Elezzjoni”. Fil-ħarġa tal-llum nikkonċentraw fuq l-għan, l-istruttura, il-kontenut u d-dinamika tal-Ewwel Ġimgħa. 12

Dawn it-tliet għanijiet imissu t-tliet qawwiet tal-bniedem, li huma l-intellett, l-affezzjonijiet u r-rieda rispettivament. Id-dnub iġib diżordni. Hu jkisser il-pjan ta’ Alla billi jpoġġi lill-bniedem jew ħlejjaq oħra qabel Alla. L-esperjenza tal-Ewwel Ġimgħa tħalli lill-Mulej isaffi l-qalb u l-moħħ talirtirant u teħilsu mid-dnub ħalli jkun jista’ jimxi wara Kristu. L-istmerrija għad-dnub tinbidel fi sħubija ma’ Kristu billi l-irtirant jistaqsi lilu nnifsu, “X’għamilt għal Kristu? X’qed nagħmel għal Kristu? X’għandi nagħmel għal Kristu?” (Eż.Sp. 53). L-Istruttura tal-Ewwel Ġimgħa L-Ewwel Ġimgħa hi maqsuma f ’ħames eżerċizzji jew perijodi ta’ talb. • L-ewwel eżerċizzju jittratta d-dnub tal-Anġli, id-dnub ta’ Adam u Eva u d-dnub tal individwu. • It-tieni jittratta dwar l-istorja tad-dnub tal eżerċitant. • It-tielet u r-raba’ eżerċizzi huma ripetizzjoni tal-eżerċizzi ta’ qabel. • Il-ħames eżerċizzju hu meditazzjoni fuq l-infern (Eż. Sp. 54-72). L-istruttura ta’ kull eżerċizzju tikkonsisti f ’dawn: 1. Talba tal-bidu, fejn l-irtirant jitlob lil Alla l-grazzja li l-fehmiet, l-għemejjel u l-ħidmiet tiegħu kollha jservu biss għall-qadi u l-ġieħ tal-Maestà Divina; 2. Żewġ Tħejjijiet: Fl-ewwel tħejjija, l-irtirant bit-tħaddim talimmaġinazzjoni jġib quddiem għajnejh il-post materjali jew immaġinarju. Dan jinbidel skont it-tema tal-meditazzjoni jew kontemplazzjoni. Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


Fit-tieni tħejjija l-irtirant jitlob dak li jixtieq. Din ukoll tinbidel skont dak li ser jimmedita fuqu; 3. Punti għall-meditazzjoni, u f ’kull punt l-irtirant iħaddem it-tliet qawwiet spiritwali (il-memorja, id-dehen u r-rieda) dwar is-suġġett; 4. Kollokju (djalogu) fejn l-irtirant jitkellem ma’ Alla bħal meta wieħed jitkellem ma’ ħabibu, jew qaddej ma’ sidu. Hawnhekk l-irtirant jitkellem ma’ Kristu msallab. Fit-tielet u r-raba’ eżerċizzju l-irtirant jagħmel ripetizzjoni taż-żewġ eżerċizzi ta’ qabel. “Ripetizzjoni” ma tfissirx li wieħed jerġa’ jimmedita mill-ġdid fuq l-ewwel u t-tieni eżerċizzju iżda li jieqaf u japprofondixxi dawk il-mumenti li laqtuh fl-eżerċizzi ta’ qabel. Dawn jistgħu jkunu mumenti fejn l-irtirant ħass iżjed faraġ jew diqa spiritwali. Il-Kontenut tal-Ewwel Ġimgħa Għal Sant’Injazju l-kunċett tad-dnub fleżerċizzi tal-Ewwel Ġimgħa ma jħarisx lejh mill-viżjoni morali bħala ksur ta’ liġi imma mill-viżjoni teoċentrika, bħala ksur ta’ relazzjoni ma’ Alla l-Ħallieq. L-għan tal-bniedem hu li jfaħħar, iqim u jaqdi lil Alla, waqt li l-ħlejjaq l-oħra jeżistu biex jgħinu lill-bniedem jilħaq l-għan tiegħu. Id-dnub ikisser din l-ordni: hu ingratitudni lejn it-tjubija ta’ Alla. Din hi r-raġuni ewlenija għat-talba tat-tieni tħejjija talewwel eżerċizzju – “li nħossni nistħi minni nnifsi u mħawwad...”. Id-dnub hu katastrofi għaliex il-qerda tarrelazzjoni tal-bniedem ma’ Alla ġġib il-qerda tar-relazzjoni miegħu nnifsu, mas-soċjetà, mad-dinja materjali (ambjent) u twassal għaddannazzjoni. Sant’Injazju jfittex li juri din il-qerda permezz ta’ serje ta’ xbihat li għall-ewwel jistgħu jidhru esaġerati, per eżempju, li nara lil ruħi bħal f ’ħabs ġo ġismi u lili nnifsi f ’wied qalb il-bhejjem. B’danakollu, minkejja l-insistenza fuq id-dnub u l-effetti tiegħu, Sant’Injazju jrid li l-irtirant iħares lejn l-istorja tad-dnub f ’ħajtu fil-kuntest tal-ħniena ta’ Alla. Dak li jbiddel u jfejjaq lillpersuna radikalment mhux il-konoxxenza taddnub iżda l-konoxxenza tal-ħniena ta’ Alla. Bejn l-irtirant u l-konsegwenzi possibbli ta’ dnubietu hemm il-ħniena ta’ Alla li joffrilu l-fidwa filwaqt li jħallih fil-libertà. Id-Dinamika tal-Ewwel Ġimgħa L-eżerċizzi tal-Ewwel Ġimgħa jibdew b’ħarsa oġġettiva lejn id-dnub u l-effetti tiegħu. L-irtirant Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

jibda biex iħares lejn id-dnub barra minnu nnifsu ħalli jara iktar ċar il-gravità, il-malizzja u l-qerda li jġib id-dnub. Fl-ewwel punt tal-ewwel eżerċizzju l-irtirant iħares lejn iddnub tal-Anġli, li kien l-ewwel taqbida kbira bejn il-qawwa tad-dawl u l-qawwa tad-dlam. Fit-tieni punt ilqawwa tad-dlam tidħol fid-dinja bid-dnub ta’ Adam u Eva. Hawn naraw id-dimensjoni soċjali tad-dnub. Fit-tielet punt, meta persuna b’mod liberu u definittiv tagħmel għażla fundamentali għall-qawwa tad-dlam, hi tpoġġi lilha nnifisha fl-infern. Quddiem din ir-realtà oġġettiva l-irtirant, fil-kollokju tiegħu ma’ Ġesù msallab li mill-ħajja eterna tiegħu ried isir bniedem biex imut għal dnubietu, jistaqsi lilu nnifsu x’għamel, x’qed jagħmel u x’għandu jagħmel għal Kristu. Din l-Ewwel Ġimgħa ma tħarisx biss lejn l-imgħoddi imma wkoll lejn il-ġejjieni. Fit-tieni eżerċizzju, dejjem fil-kuntest tal-imħabba u t-tjubija ta’ Alla, wara l-ħarsa tiegħu lejn irrealtà tad-dnub, issa l-irtirant jiffoka fuq l-istorja suġġettiva tad-dnub tiegħu. Hu jirrealizza li hu midneb iżda maħbub infinitament minn Alla. Hu jitlob biex jifhem iktar l-istat tad-dnub tiegħu u biex ikollu sogħba kbira u qawwija ta’ dnubietu. Filkollokju jikkonċentra fuq il-ħniena ta’ Alla u jirringrazzjah talli żammu ħaj s’issa. Billi dan hu mument kruċjali fil-proċess ta’ konverżjoni, Sant’Injazju jassenja tliet kollokji fejn l-irtirant jitlob biex l-istess tliet grazzji l-Madonna taqlagħhomlu mingħand binha Ġesù; Ġesù jaqlagħhomlu mingħand il-Missier; u fl-aħħar jitlobhom mingħand il-Missier stess. Dawn il-grazzji huma: a. għarfien u sens profond ta’ dnubietu, b. li jħoss id-diżordni ta’ għemilu ħalli jistmerru u hekk jikkoreġi ruħu, u ċ. għarfien tad-dinja (fis-sens negattiv) biex jistmerrha u jwarrab dak li hu mundan u fieragħ. L-aħħar eżerċizzju jittratta l-konsegwenza aħħarija tad-dnub – l-infern. Filwaqt li l-irtirant jirrikonoxxi dan ir-riskju ta’ l-infern hu jagħlaq b’kollokju ma’ Alla b’sens ta’ radd il-ħajr tattjubija u l-ħniena li wera miegħu.

Spiritwalità

‘Christ Carrying the Cross’ ta’ Anthony Van Dyck (1599-1641) - commons.wikimedia.org

Inġib quddiem għajnejja lil Kristu Sidna fuq is-salib, preżenti quddiemi, u niftaħ kollokju miegħu. Nistaqsih kif kien li hu, Ħallieq li hu, wasal biex isir bniedem, u mill-ħajja tiegħu eterna jgħaddi għall-mewt f’din id-dinja, biex hekk imut għal dnubieti. Nagħti wkoll ħarsa fuqi nnifsi u nara x’għamilt jien għal Kristu, x’qed nagħmel għal Kristu, xi jmissni nagħmel għal Kristu. U hekk, x’ħin narah f’din il-kundizzjoni, imsammar fuq is-salib, naħseb fuq dak li jiġini f’moħħi. (Eż. Sp. 53)

13


’l Hawn u ’l He Il-KĠ fl-2008.

Tissejjaħ il-K.Ġ.36 Is-Superjur Ġenerali tagħna, Fr Adolfo Nicolás, fit-8 ta’ Diċembru, 2014, ikkonvoka is-36 Kongregazzjoni (Kapitlu) Ġenerali (KG) biex tiltaqa’ fit-2 ta’ Diċembru, 2016, f ’Ruma. Matulha Fr Nicolás, li kien elett Ġeneral tal-Kumpanija ta’ Ġesù għal għomru fid-19 ta’ Jannar, 2008, ser jippreżenta r-riżenja tiegħu. Fid-29 ta’ April tas-sena d-dieħla jagħlaq 80 sena. Imbagħad ssir l-elezzjoni għal Superjur Ġenerali ġdid, li jkun il-31 suċċessur ta’ Sant’Injazju fl-476 sena li ilha mwaqqfa l-Kumpanija ta’ Ġesù. Sal-31 ta’ Lulju ta’ din is-sena, f ’kull waħda mit-80 Provinċja tal-Ġiżwiti fid-dinja, trid tiltaqa’ l-Kongregazzjoni (Kapitlu) Provinċjali (KP). Il-membri tal-KP ikunu l-Provinċjal, l-Assistent talProvinċjal, l-Ekonomu tal-Provinċja u s-Superjuri nominati mill-Ġeneral. Ikun hemm ukoll 40 membru (fi Provinċji kbar) jew 20 membru (fiż-żgħar) eletti mill-membri kollha tal-Provinċja. Fost dawk eletti jrid ikun hemm almenu Brother u żewġ studenti li mhumiex ordnati djakni jew saċerdoti. Il-KP tiddiskuti l-istat talKumpanija ta’ Ġesù kif ukoll tiddiskuti u tapprova l-proposti jew suġġerimenti mibgħuta mill-membri tal-Provinċja jekk jintbagħtux jew lill-KĠ jew lill-Ġeneral. L-iktar xogħol importanti hu, wara talb personali, li tagħżel dawk li jmorru Ruma biex jieħdu sehem fil-KĠ fejn jintgħażel is-Superjur Ġenerali. Il-membri tal-KĠ L-għażla ta’ min imur u kemm imorru jiddependi min numru ta’ membri fil-Provinċja u dan innumru x’perċentwal hu tal-għadd ta’ Ġiżwiti fid-dinja. Minn 68 Provinċja li l-membri tagħha huma

14

iktar minn 0.5 fil-mija tal-Ġiżwiti kollha jmur il-Provinċjal u wieħed jew iżjed bħala Elettur. Fil-Provinċja ta’ Spanja hemm 1.133 membru li hu 6.67 fil-mija tal-Ġiżwiti kollha u għalhekk imorru l-Provinċjal u sitt Eletturi. Minn żewġ Provinċji se jmur il-Provinċjal u erba’ Eletturi, minn ħames Provinċji jmur il-Provinżjal u tliet Eletturi, minn sittax imur ilProvinċjal u żewġ Eletturi u minn 43 imur il-Provinċjal u Elettur wieħed. Imbagħad hemm tnax-il Provinċja, fosthom Malta, li n-numru talmembri tagħhom hu inqas minn 0.5

Xogħol fil-Parroċċa Fil-bidu ta’ Jannar, Fr Keith Bonnici, il-Kappillan tal-Iklin ġentilment stieden lill-membri tal-JRS fil-parroċċa tiegħu biex jagħmlu l-omelija. Fl-erba’ quddisiet li huma ħadu sehem fihom, waqt l-omelija membru tal-JRS kien akkumpanjat minn refuġjat li qasam l-istorja tiegħu malkongregazzjoni li tant tat

fil-mija tal-Ġiżwiti. Dawn jibagħtu wieħed, mhux bilfors ikun ilProvinċjal. Aħna żguri li l-ħbieb tagħna ser jitolbu biex dawk kollha li ser jieħdu sehem fil-KP kollha u l-KĠ jħallu l-Ispirtu ta’ Alla jmexxihom fid-dixxernimenti tagħhom ħalli bi spirtu ħieles u ġeneruż iwieġbu għal dak kollu li l-Mulej jurihom u b’hekk il-Kumpanija tkun tista’ twieġeb għas-sinjali ta’ żminijietna għallIkbar Glorja ta’ Alla u l-ġid tal-Knisja fil-missjoni u l-mixja tagħha.

attenzjoni u appoġġ. Wara l-quddiesa qassamna lil dawk preżenti kartolina bir-ritratt ta’ Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ refuġjat fil-JRS tal-Italja. Kien fiha wkoll suġġerimenti ta’ azzjonijiet li wieħed jista’ jieħu favur ir-refuġjati. Il- kummenti li għamlu l-parruċċani dwar dan l-involviment fil-parroċċa tagħhom kien pożittiv ħafna u ser ikun ripetut f ’parroċċi oħra.

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


emm

mal-Ġiżwiti Mix-xellug: Tonio AgiusSJ, Rob Rizzo SJ, Arnold Mugliett SJ, Fr Adolfo Nicolás SJ, Fr Pierre Grech Marguerat SJ u Andrew Camilleri SJ

In-Novizzi tagħna u l-Ġeneral Ftit qabel il-Milied, il-Patri Ġeneral, Fr Adolfo Nicolás, mar Ġenova għal ftit granet ta’ mistrieħ. L-għada tal-Milied filgħaxija, li kien il-Ġimgħa, wara li l-20 novizz (fosthom erbgħa Maltin) ġew lura minn ħajk fin-novizzjat f ’Ġenova, ċempel it-telefon. Kien il-Ġeneral, Fr, biex jistaqsi jekk il-Ħadd li ġej setax imur jgħaddi ġurnata magħhom. In-novizz tagħna Robert Rizzo, kitbilna: “Meta wasal fin-novizzjat u ħadli b’idejja, l-ewwel ħaġa li laqtitni kienet is-sempliċitá naturali tiegħu – hu t-tip ta’ persuna mimlija kalmezza li tħossok komdu miegħu. Waqt l-ikel għedna xi ftit ċajt u kemm hu u kemm aħna qsamna xi esperjenzi tagħna tal-imgħoddi. Imbagħad wara l-ikel kellna diskussjoni miegħu dwar il-formazzjoni matul in-novizzjat u dwar il-Kumpanija. Tkellem ċar ħafna u għamel enfasi dwar id-

Ir-Raba’ Ċentinarju tal-Martirju Il-Papa Franġisku ħatar lil Kardinal Cormac Murphy-O’Connor, l-Arċisqof Emeritu ta’ Westminster, bħala d-Delegat Speċjali tiegħu għaċ-Ċelebrazzjonijiet Solenni biex ifakkru r-Raba’ Ċentinarju tal-Martirju tal-Ġiżwita San John Ogilvie li ser isiru fi Glasgow, l-iSkozja, fid-9 u l-10 ta’ Marzu din is-sena. John Ogilvie twieled fl-Iskozja ġo familja nobbli u rispettata li kienet Kalvinista. Hu studja barra mill-Ingilterra f ’diversi postijiet taħt il-Benedittini fil-Ġermanja u l-Ġiżwti f ’Olomouc, illum firLil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

Fr Paul Pace SJ jidher fuq wara, in-naħa tax-xellug

dinamika tal-iżvilup tagħna fis-sentejn tan-novizzjat. Fr Nicolás rrakkuntalna xi ċajta u xi stejjer ta’ ħajtu kif ukoll l-esperjenzi tiegħu matul is-snin li ħadem fil-Ġappun u fil-Filippini. Matul id-diskussjoni. f ’għajnejh

Repubblika Ċeka. Fl-1596, ta’ 17-il sena sar kattokiku. Daħal Ġiżwita fl-1608 u kien ordnat qassis f ’Parigi fl-1610. Kemm il-darba talab li jmur l-Iskozja u jservi lil ftit insara li baqa’ fi Glasgow fejn kien illegali li tħaddan il-Fidi Nisranija jew tipprietka. Fl1613 wasal f ’pajjiżu bħala negozjant taż-żwiemel bl-isem John Watson. Beda jipprietka u jqaddes bil-moħbi fid-djar. Imma fl-1614 kien ittradut u arrestat. Sofra ħafna torturi ħorox. Darba żammewh imqajjem tmint ijiem u ljieli biex jikxef l-ismijiet tal-Insara. Imma ma ċediex. Kien ikkundannat għall-mewt. Fl-10 ta’ Marzu, 1615, għallquh u wara ħarrġu l-ġewwieni tiegħu barra. Kien ibbeatifikat fl-1929 u sar qaddis fl-1976.

stajt nara tama u ferħ. Wara kellna l-Quddiesa u l-omelija kienet dwar id-dixxerniment u l-eżami talkuxjenza. Fl-aħħar aħna l-ħames Maltin ħadna ritratt miegħu.”

San Ġwann Ogilvie

15


’l Hawn u ’l Hemm

mal-Ġiżwiti Ġublewijiet fl-2015 9 ta’ Frar Fr Anthony Mifsud, missjunarju fiċ-Cilí, jagħlaq 50 sena Ġiżwita 17 ta’ Frar Fr Paul Deguara, li qiegħed il-Mosta u jagħmel ħidma pastorali, jagħlaq 60 sena Ġiżwita. 17 ta’ Marzu Fr Steno DeRaffaele li

qiegħed semi-irtirat in-Naxxar, jagħlaq 50 sena Saċerdot.

30 ta’ April Br Saviour Mifsud, li qiegħed B’kara u jaħdem mar-Rifugjati, jagħlaq 50 sena Ġiżwita 5 ta’ Ġunju

Fr Frank Micallef, li qiegħed irtirat il-Kanada, jagħalaq 50 sena Saċerdot.

12 ta’ Ġunju Fr Anthony Galea, li qiegħed irtirat in-Naxxar, jagħlaq 50 sena Saċerdot. 31 ta’ Lulju

Fr John Saliba li qiegħed l-Amerika jagħlaq 50 sena Saċerdot.

1 ta’ Ottubru

Fr Anton Azzopardi, li qiegħed semi-irtirat in-Naxxar, jagħlaq 70 sena Ġiżwita. Din is-sena, fl-14 ta’ Jannar, Fr Anton għalaq 90 sena.

1 ta’ Ottubru Fr Lawrence Caruana, li qiegħed semi-irtirat in-Naxcar, jagħlaq 70 sena Ġiżwita. 16

Żewġ Ġiżwiti u l-Akwedott Il-Bank Ċentrali ta’ Malta sa joħroġ 2,500 munita tal-fidda biex ifakkar l-400 sena mill-inawgurazzjoni fil-21 ta’ April, 1615, tal-Akwedott li kien inbena biex iwassal l-ilma mirRabat sal-Belt Valletta. Id-disin u l-inċiżjoni saru minn Noel Galea Bason. In-naħa ta’ wara tal-munita turi l-arkata li kien hemm filFleur-de-Lys u t-torri tal-ilma fil-Furjana, quddiem il-knisja ta’ Sarria. Dawn huma mdawrin b’disinn li juri l-arkati li fadal tal-akwidot. Is-sewwa tal-munita ġġib ix-xbieha tal-Gran Mastru Alof Wignacourt li ħallas il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż. Il-Gran Mastru Wignacourt kien qabbad Ġiżwita minn Sqallija, Fr Natale Tomasucci, biex iwettaq dan il-progett. Ara l-artiklu dwar l-Akwedott f ’paġna 20 ta’ din il-ħarġa.

Mill-JRS (Malta) : B.E.S.T. – Programm Ġdid Bħala parti mix-xogħol li l-Jesuit Refugee Service (JRS) jagħmlu fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni, f ’Jannar, grupp ta’ membri tal-JRS bdew programm ġdid fost id-detenuti jismu B.E.S.T. – Building Empowerment Skills Together (Nibnu flimkien ħiliet li jimmotivaw). L-għan ta’ dan il-programm huwa li ngħinu lil dawk li għadhom fid-detenzjoni kif jegħlbu l-isfidi li jiffaċċjaw fid-detenzjoni u dawk li ser jiltaqgħu magħhom la darba jiġu meħlusa. Dan nagħmluh billi nqajmu fihom ħiliet li jimmotivawhom. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-programm ġie mfassal b’diversi dixxiplini: It-temi tat-tbatija, tat-tama u tal-maħfra huma trattati mid-demensjoni psikoloġika u spiritwali. Kull nhar ta’ Sibt, dawk li qegħdin ifittxu l-ażil u li għadhom fid-detenzjoni jintwerew film marbut ma’ waħda minn dawn it-temi biex tiffaċilita d-diskussjoni. Il-parteċipanti qed jiġu wkoll immotivati billi jingħataw tagħrif dwar xi suġġetti bħaddrittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja. Fl-aħħar nett ser ikunu mistiedna jesprimu lilhom infushom permezz tal-arti, il-poeżija, il-proża u mezzi oħra kreattivi. B’dan il-mod il-“vuċi“ tagħhom tasal mid-detenzjoni għand kulħadd. L-iskolastiku Vyacheslav Okun, Fr Dieudonné Mampasi, Dr Julian Caruana u Dr. Alexia Rossi qed jikkoordinaw dan il-programm innovattiv.


Br Joe A. Vella, SJ 1923-2015

L-ewwel darba li ltqajt ma’ Br Vella kien meta kont Boarder il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara meta huwa ntbagħat hemmhekk fil-1951. Aktar tard konna kumpanji fl-Indja. Joseph u Giovanna li kienu joqogħdu l-Kalkara kellhom għaxart itfal, ħamest ibniet u ħames subin. Joe, it-tieni wild, twieled fis-6 ta’ Ġunju, 1923. Ta’ ħmistax-il sena, Joe daħal jaħdem bħala Skrivan Ċivili mal-Royal Air Force sal-1947. Kien ukoll membru tal-Azzjoi Kattolika. Infermier Joe kien spiss jgħid li xtaq isir saċerdot. Imma, fl-1 ta’ Diċembru, 1947, beda n-novizzjat malĠiżwiti n-Naxxar. Qabel daħal kien għamel kors fil-First Aid u fin-novizzjat ħatruh Infermier u tawh jagħmel xi xogħol klerikali fid-Dar. FilMilied, 1949, għamel l-ewwel Voti. Bejn l-1951 u l-1954, Br Vella kien l-Infermier tal-komunità u l-istudenti fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Kien jgħin ukoll lill-Prefett tal-Istudji. Fi Frar 1954 sar appell lill-Ġiżwiti Maltin biex imorru jservu ġewwa l-Indja. Applikaw ħafna iżda għaxra biss intgħażlu u Br Vella kien fosthom. Wasal l-Indja fl-1954 u tawh jieħu ħsieb it-tisjir fit-teologat f ’Kurseong. Fl-1956 bagħtuh filMissjoni tas-Santals bħala l-infirmier tal-istudenti fil-Kulleġġ ta’ San Ġużepp f ’Guhiajori. Għamel l-aħħar voti fl-15 t’Awwissu, 1959. Doktor Sahib Br Vella kien bniedem li joħlom ħa jagħmel ħwejjeġ kbar għal Alla u l-poplu tiegħu. Mallewwel induna bil-bżonn kbir li kellhom innies foqra tat-tribu tas-Santals fil-villaġġi meta jimirdu. Xi tabib u spiżerija kienu mili ‘l bogħod minnhom. Għalhekk talab lillħbieb u l-benefafturi jgħajnuh. Bena u waqqaf spiżerija żgħira. Malajr il-kelma ġriet fl-irħula li f ’Guhiajori kien hemm Doktor Sahib. Beda r-rivista tal-Missjoni, Boge Jude (Aħbarijiet Tajba). Br Vella kellu t-talent tal-kitba. Kien jikkontribwixxi artikli b’mod regolari f ’Lil Ħbiebna u rivisti oħra. Minħabba l-mard, fl-1962, Br Vella kellu jiġi Malta għal ftit mistrieħ. Wara sitt xhur reġa’ lura l-Indja fejn intbagħat il-Kulleġġ ta’ St Xavier Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

f ’Sahibganj fejn baqa’ għal erba’ snin sakemm il-mard reġa’ ġiegħlu jiġi lura Malta, din id-darba, għal dejjem. Għall-ħames snin ta’ wara huwa serva filKulleġġ ta’ San Alwiġi bħala Prefett tat-tfal, bħala assistent tal-Prefett tad-Dixxiplina u talBurżar. Għallem ir-Reliġjon, għen fil-librerija tal-istudenti u kien ukoll l-Infermier tagħhom. Għamel korsijiet fit-Teoloġija u kien Moderatur tal-Komunità ta’ Ħajja Nisranija fl-Iskola ta’ San Ġużepp, Blata l-Bajda. Br. Vella kien bniedem soċjevoli ħafna u kien iħobb jiltaqa’ u jagħmilha man-nies. Bejn l-1989 u 1992 kien jieħu ħsieb jilqa’ lin-nies fid-Dar talIrtiri l-Mosta. Għamel sena jgħin ġewwa parroċċa fl-Iskozja. Meta ġie lura Malta ngħaqad malKomunità ta’ Dar Loyola, in-Naxxar fejn għallbidu kien jgħin f ’diversi bżonnijiet tad-dar. Imma mill-2010 Br Vella, minħabba l-mard, kien iqatta’ ħafna ħin fil-kamra tiegħu, iżda baqa’ jagħmel ilkummenti li jdaħħku. It-Tnejn, 26 ta’ Jannar, kif kien ħiereġ missodda, waqa’ u kiser l-għadma ta’ ġenbejh. Ma kienx possibbli li joperawh minħabba l-mard. IlĠimgħa billejl, 30 ta’ Jannar, il-Mulej sejjaħ lil dan il-qaddej fidil tiegħu għall-Ħajja ta’ Dejjem. Il-funeral tiegħu sar il-Ħadd, 1 ta’ Frar filKappella Domestika ta’ Dar Loyola. L-Aġent Provinċjal, Fr John Scicluna, mexxa l-quddiesa u għamel l-omelija. Ikkonċelebraw l-Arċipriet tan-Naxxar u 34-il Ġiżwita,. Il-Kappella kienet mimlija bil-ħafna familjari tiegħu. Br Frank Borg mexxa l-kant. Indifen fiċ-Ċimiterju tan-Naxxar. Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.

17

Nekroloġja

Miktub minn Fr John Scicluna, SJ


Esperjenza

Miktub min-Novizz Robert Rizzo, NSJ

Mixja

li tghallmek hafna!

F’Settembru li għadda, id-Direttur tan-novizzi bagħat lil Gianpaolo Camber, novizz Taljan, li dħalna novizzi fl-istess sena, u lili biex flimkien nagħmlu l-Pellegrinaġġ filFaqar, wieħed mill-esperimenti u esperjenzi li Sant’Injazju ried li jagħmel kull novizz Ġiżwita. Konna mibgħuta biex min-novizzjat f ’Genova mmorru sas-Santwarju talMadonna ta’ Montenero f ’Livorno, 211-il kilometru bogħod. Nixtieq naqsam magħkom xi tagħlim li ksibt minnu. Qabel dħalt novizz, meta kont smajt b’din l-esperjenza tal-pellegrinaġġ matul in-novizzjat, bejni u bejn ruħi kont għedt: “X’avventura”! Issa li għamiltha, nista’ verament nafferma: “Iva! X’avventura!” Avventura ta’ relazzjoni, ta’ mħabba, u ta’ fiduċja. Gianpaolo u jien għamilna l-ewwel pass tagħna f ’dan il-pellegrinaġġ fl-għodwa tal-1 ta’ Settembru, b’ħin ta’ talb personali fil-kappella. Wara ħadna sehem fil-Quddiesa flimkien ma’ sħabna n-novizzi. Ħadna l-kolazzjon u rħejnielha għal għonq it-triq. Ħsibna li ma nippjanawx wisq ir-rotta, konna nafu fejn kellna mmorru u bejn wieħed u ieħor rajna minn liema lokalitajiet kellna ngħaddu, imma xejn iktar minn hekk. Kellna xewqa li naslu fis-Santwarju tal-Madonna għall-festa ta’ Marija Bambina, fit-8 ta’ Settembru. Konna nafu li kienet se tkun diffiċli għalina, imma ddeċidejna li nidħlu għaliha b’ruħna u ġisimna. Qabża f’oċean Mill-esperjenza tgħallimna li nirnexxu daqs kemm nafdaw f ’Alla, f ’kollox. Kont ftakart fi kwotazzjoni li tgħid li jekk il-pjanijet li għandi m’humiex daqsekk kbar li mingħajr Alla ma nasalx, allura m’humiex kbar biżżejjed. Kemm hu ħafif u komdu li nagħmel il-proġetti tiegħi biex tkun faċli għalija li kollox jimxi skont il-pjan sabiħ tiegħi. Imma waħda mill-ewwel affarijiet li tgħallimt f ’dan il-pellegrinaġġ hija li m’għandix nibża’ nirriskja u nafda lil Alla, anki meta ma narax ċar, meta se nagħmel pass fid-dlam, meta m’għandi xejn ikkalkulat. Fhimt ċar li meta noħroġ mid-dinja żgħira, komda u bla diffikultajiet tiegħi u naqbeż fl-

18

oċean iswed u fond li jismu Alla, inkun qed nitwieled mill-ġdid u niskopri fija talenti, doni u grazzji mistura, inkun qed nafferma b’ħajti li tassew għalija Alla huwa l-ogħla valur, inkun qed nafferma bil-persuna tiegħi l-ewwel artiklu tal-fidi tagħna. Din kienet għalija waħda mill-grazzji l-kbar tal-pellegrinaġġ, waħda mill-grazzji l-kbar li tani Alla. Tassew fidil il-Mulej, tassew wieħed iġarrab il-grazzji tiegħu meta wieħed jafdah u jittama b’qalbu kollha fih. Ma ssibx dak li deher ċar Tul il-pellegrinaġġ, ħsibt ħafna fil-bilanċ bejn dak li hu fiżiku u dak li huwa spiritwali. Tiġini f ’moħħi sentenza ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola: “Aħdem daqslikieku kollox jiddependi minnek u itlob daqslikieku kollox jiddependi minn Alla.” Il-pellegrinaġġ huwa proċess ta’ mixi u ta’ talb. Jekk ridna naslu, kellna bżonn nimxu kif ukoll nitolbu. Jekk tneħħi l-mixi, mill-pellegrinaġġ jibqa’ biss eżerċizzju ta’ talb, u jekk tneħħi t-talb, il-pellegrinaġġ jirriduċi ruħu għal attività fiżika. Fost in-nutriment spiritwali tul il-pellegrinaġġ kellna l-quddiesa u t-talba tar-rużarju, għax emminna fil-ħarsien ta’ Ommna. Tul il-mixi rajt dan il-bilanċ bħala metafora adatta għall-ħajja, fejn huwa meħtieġ kemm dak li huwa spiritwali u anki dak fiżiku. Jekk ninqabdu nagħmlu l-affarijiet bħala rutina, pass wara pass, imma ma jkollniex ħin fejn nieqfu, nirreflettu u nitolbu, il-ħajja ssir lista ta’ affarjiet li hemm bżonn isiru. Kien hemm mument meta konna fuq għolja, u minn hemm fuq stajna naraw ċar ir-rotta li ridna nieħdu. Qtajnieha li nibdew. Għall-ewwel kollox mexa ħarir, imma waqt li konna qed interrqu, Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


L-awtur, in-Novizz Robert Rizzo, NSJ, fuq in-naħa tax-xellug, flimkien man-novizz Gianpaolo Camber li miegħu għamel il-Pellegrinaġġ Injazjan.

għaddejna minn qalb għadd ta’ siġar, u toroq oħra moħbija u f ’kemm ili ngħidlek, tlifna dak li qabel rajna ċar u ħafif. Ħsibna li f ’nofsiegħa t-triq kellna nagħmluha, imma wara siegħa u nofs indunajna li konna għadna ngħaqdu fl-istess post! Meta wara, tkellimna fuq din il-ħaġa bejnietna, laqatna l-fatt li sikwit fil-ħajja nġarrbu l-istess esperjenza! Kemm-il darba, fil-bidu kollox jidher li sejjer tajjeb, mingħalina li għandna pjan lest u nafu eżatt kif se jirnexxilna, imma waqt li ngħaddu minnha jinqalgħu l-intoppi, nintilfu u naqtgħu qalbna. Nimxu flimkien F’dak il-jum ftakart f ’qawl Afrikan li jgħid li jekk trid tmur malajr mur waħdek, jekk tridu tmorru ’l bogħod morru flimkien! Kemm hu veru! Kemm hu faċli li naqtgħu qalbna meta nitilqu għal rasna, meta nkunu waħedna u tinqala’ xi problema, mentri meta nkunu flimkien, inkunu nistgħu ninkuraġġixxu u ngħinu lil xulxin. U f ’dan il-Knisja ħasbet ukoll. Bħala nsara ma ngħixux f ’dinja għalina imma f ’komunità jew biex nużaw il-kelma uffiċjali, f ’parroċċa. Anzi, għall-grazzja ta’ Alla għandna ħafna aktar minn hekk. L-ikbar u l-għeżeż talba li għandna hija l-quddiesa. U din ma ssirx fil-kumdità ta’ kamarti imma meta miġbur ma’ ħuti li mexjin l-istess mixja miegħi. Fost l-oħrajn hemm nitolbu: “Missierna li inti fis-smewwiet…” L-Imgħallem tagħna hekk għallimna nitolbu u mhux: “Missieri

li inti fis-smewwiet”. Il-Knisja taf b’dan il-bżonn u tipprovdi għadd ta’ okkażjonijet biex permezz tagħhom inkomplu nirċievu n-nutriment u s-sostenn spiritwali anki permezz ta’ ħutna. Għalhekk insibu numru kbir ta’ għaqdiet u movimenti fejn permezz tagħhom inkomplu ninbidlu fix-xbieha ta’ Ġesu’, inkomplu fil-mixja tagħna tal-qdusija għaliex huwa Knisja jrid jibni u mhux persuni biex flimkien niffurmaw il-ġisem mistiku ta’ Ġesù. (Ara Ef 1:10,22-23). Il-mixja tkompli F’xi waqtiet, aħna u mexjin, dħalna f ’ritmu, konna aljenati, u ma ndunajniex bis-sbuħija ta’ madwarna, meta f ’mument, wieħed minna ntebaħ li konna qed nitilfu xi veduta sabiħa jew xi pajsaġġ tassew uniku. U dan ma kienx ta’ darba. Kemm hu faċli, fil-ġenn tal-ħajja, li ma nagħtux kas tas-sbuħija ta’ madwarna moħbija xi drabi fissempliċità u fl-ordinarjetà. Din l-esperjenza tal-pellegrinaġġ fiżiku ntemmet fit-8 ta’ Settembru, imma l-pellegrinaġġ veru jkompli… dan kien il-bidu, anzi l-approfondiment biex stajna napprezzaw aktar x’hemm moħbi wara l-pellegrinaġġ tal-ħajja. Armati kif aħna, nistgħu nħarsu ’l quddiem fiduċjużi li dak li mexa qabilna se jagħtina l-mezzi kollha biex ġurnata ningħaqdu għal dejjem miegħu din id-darba mhux biex nimxu imma biex miegħu ngawdu għal dejjem filhena tad-dar tal-Missier.

19


Storja

Miktub minn Salv. Mallia

Zewg Gizwiti u l-Akwedott Erba’ mitt sena ilu, fil-21 ta’ April 1615, kienet saret festa kbira fil-Belt Valletta li fiha ħadu sehem il-Gran Mastru u l-Kavallieri u Maltin mill-Belt u mill-irħula. Dakinhar wasal l-ilma tax-xorb fil-Belt Valletta. Il-problema tal-ilma ilha magħna s-sekli minħabba li fi gżiritna m’għandniex xmajjar u ftit tagħmel xita. Insibu li waħda mill-problemi kbar ta’ La Vallette fis-snin li fihom kienet qed tinbena l-Belt Valletta kienet il-proviżjon ta’ ilma tax-xorb: eluf ta’ ħaddiema kienu mpjegati ġejjin u sejrin bid-dgħajjes għal Għajn Filep, fil-Marsa - bogħod ta’ ħames kilometri - biex iġibu l-ilma fi btieti għall-eluf l-oħra ta’ ħaddiema li kienu qed jibnu l-Belt. Għalhekk tħaffru wkoll ġibjuni fil-Belt stess u saru diversi regolamenti biex jinħażen l-ilma taxxita. Fost dawn kien hemm dak li kull dar kellha jkollha bir u regolament ieħor li ma jsirux ġonna mad-djar, biex fil-każ ta’ xi assedju jkun hemm biżżejjed ilma għall-popolazzjoni ’l ġewwa mis-swar.

20

L-Arkata li kien hemm il-Fleur-deLys, bl-arma tal-Gran Mastru Wignacourt, li minn fuqha kienu jgħaddu l-katusi tal-Akwedott minn naħa għall-oħra. Fl-isfond tidher it-triq lejn ir-Rabat.

Minkejja dan xorta baqa’ jinħass in-nuqqas ta’ ilma. Anke fi snin meta kienet tagħmel biżżejjed xita, l-ilma tal-bjar bilkemm kien ikun suffiċjenti, aħseb u ara meta kien ikun hemm nixfa. L-ewwel Gran Mastru li pprova jħoll dilproblema kien l-Ispanjol Martin Garzes qrib l-aħħar tas-seklu 16, fl-1596. Ġieb lill-Fr Giacomo, Ġiżwita, biex jaħdem fuq il-progett, imma l-Kunsill tal-Ordni qata’ qalbu minħabba l-ispiża, li kienet se tkun waħda kbira. Is-snin 1608-1609 kienu snin ta’ nixfa kbira. IlGran Mastru Franċiż Alof de Wignacourt deherlu li kien wasal iż-żmien li jħoll dil-problema darba għal dejjem. Stieden lill-Ġiżwita Fr Natale Tomasucci (jew Masuccio) minn Messina biex jagħmel pjanti għall-proġett ħalli jinġieb l-ilma mill-Fawwara lejn il-Belt. Fr Tomasucci aċċetta l-inkarigu, imma wissa lill-Gran Mastru li l-proġett kien se jqum ħafna flus.

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015


Miktub minn Salv. Mallia

Il-Ġiżwita Fr Natale Tomasucci L-Ordni għażlet lil Fr Tomasucci li kien ippjanta diversi knejjes u bini fi Sqallija u kellu l-fama ta’ perit mill-aqwa. Jista’ jkun li l-Gran Mastru sar jaf bih għaliex dik is-sena Fr Tomasucci kellu x’jaqsam ma’ Malta bla ħsieb ta’ xejn. Waqt li kien fi vjaġġ minn Ruma għal Sqallija, Fr Tomasucci inqabad mill-ħallelin tal-baħar. Hu u jbaħħar lejn l-Afrika, il-ġifen iltaqa’ ma’ tempesta kbira. Fr Tomasucci talab ħerqan lil Sant’Injazju u sema’ leħen jgħidlu li kien se jsalva. Meta waqfet it-tempesta, il-ġifen tassibbiena nqabad minn ġifen Malti u Fr Tomasucci nħeles. Il-Kunsill tal-Ordni qatagħha li mill-qligħ millifran tal-Ordni jagħti 40,000 skud għall-proġett u l-Gran Mastru wiegħed li jagħti minn butu l-bqija tal-flus meħtieġa għall-bini tal-akwedott. Jinbena l-Akwedott

It-Torri biswit il-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana. Wieħed mittorrijiet li juru fejn twassal l-ilma.

L-ilma kellu jinġieb minn għejjun fl-inħawi ta’ Ħad-Dingli. Tħaffru mini biex l-ilma minn Djar Ħandul jingħaqad ma’ dak ta’ Ħofret ir-Rizz, u minn hemm jgħaddi minn katusi lejn il-Fiddien. Żdied l-ilma ta’ Għajn Qajjed, Għajn Ċirani (Għajn Klieb) u Għajn Tewżin (li nstab mhux tajjeb u tneħħa) u twassal lejn l-Għeriexem u Birguma sa Ħ’Attard. S’hawn kollox mexa ħarir għax l-art kienet tinżel bil-mod il-mod. Imma f ’Ħ’Attard l-art tinżel f ’daqqa għoli ta’ xi ħmistax-il metru. Fr Tomasucci pprova diversi metodi biex iqiegħed il-katusi, imma ma rnexxilux iħoll il-problema, qata’ qalbu u mar lura Sqallija. Jidher ukoll li kisirha malKavallieri għax, waqt li lillħaddiema ried li jħallashom hu, l-Ordni ried li jibqa’ hu jħallas bħalma dejjem. Fl-1612 inġieb inġinier ieħor, Bontadino de Bontadini, minn Bolonja. Minn Ħ’Attard sal-Belt Bontadino uża katusi tat-tafal ta’ Pozzuoli, li kienu jifilħu aktar għallpressa tal-ilma, issa li ma kenux se jitqiegħdu taħt l-art. Bontadino aċċetta s-suġġeriment ta’ wieħed mill-assistenti ta’ Fr Tomasucci, il-Malti Ġanni Attard, biex jinbena akwedott ħalli jibqa’ jinżamm il-pendil ħelu ħelu li kien hemm mir-Rabat. Inbnew ħnejjiet sa Santa Venera. Fil-Fleur-de-Lys il-katusi għaddewhom minn naħa għall-oħra tat-triq fuq arkata sabiħa bi tliet ħnejjiet u l-arma ta’ Wignacourt, u minn hemm il-katusi tkomplew taħt l-art sal-Forti Sant’Iermu. Inbnew ukoll torrijiet bħal dak t’Atoċja, il-Ħamrun,

Lil Ħbiebna Jannar - Marzu 2015

u dak ta’ biswit il-Knisja ta’ Sarria, il-Furjana, li juru fejn twassal l-ilma. L-arkata ta’ Fleur-de-Lys, li tat l-isem lil-lokal, ġarrbet ħsara lejn nofs l-aħħar gwerra meta trakk tal-R.A.F. tajjar il-biċċa ta’ fuq ta’ waħda millħnejjiet u mbagħad inħattet. Il-ġebel, kien kollu nnumerat biex xi darba l-ħnejja tinbena x’imkien ieħor. L-akwedott intemm sentejn wara. Mas600 raġel ħadu sehem fil-bini tal-akwedott li minn Djar Ħandul sa quddiem il-Palazz talGran Mastru, il-Belt, kellu tul ta’ madwar 18-il kilometru. Ġie jqum 434,605 skud Malti, li minnhom 40,000 skud ġew mill-ifran u l-bqija ħallashom il-Gran Mastru minn butu. Funtani L-ilma twassal l-ewwel darba l-Belt fil-21 ta’ April 1615. Għall-okkażjoni nbniet funtana speċjali fil-Pjazza ta’ San Ġorġ (quddiem ilPalazz), li aktar tard ittieħdet fil-ġnien ta’ San Filippu, il-Furjana. Għaċ-ċerimonja tqassmu muniti lin-nies li gew għall-okkażjoni. Fost il-funtani li nbnew biex ifakkru din ilgrajja, x’aktarx li l-isbaħ waħda kienet dik fejn kienet il-Pixkerija, il-Belt, (qrib id-Dwana), li fuqha kellha statwa sabiħa tal-alla tal-baħar Nettunu. Meta sar tibdil fil-faċilitajiet navali filPort il-Kbir fl-1858, il-funtana tneħħiet u l-istatwa tqiegħdet f ’waħda mill-btieħi tal-Palazz. Matul is-snin ta’ wara tqiegħdu l-katusi biex l-ilma twassal għall-Palazz, isSagristija ta’ San Ġwann, is-Sagra Infermerija, il-Forti Sant’Iermu u bini u mkejjen oħra fil-Belt. In-nies setgħu jieħdu mill-ilma tal-ħafna funtani li kien hemm, imma ma kienx permess lilhom li jaħslu l-ħwejjeġ fiha jew jisqu l-annimali minnha. Kien hemm ukoll kavallier imsejjaħ il-Kummissarju tal-Funtani biex jieħu ħsieb tal-akwedott u uffiċċjal, generalment plumber, biex jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-funtani u l-konnessjonijiet taċ-ċomb fil-Belt. Kien biss lejn l-aħħar tas-seklu 19 li l-gvernijiet bdew jagħtu aktar kas tal-problema tal-ilma meta l-ibliet u rħula tant kienu kibru li kienu jeħtieġu provizjon kontinwu ta’ ilma.

21


Grajjiet kurrenti mill-lenti tat-taghlim Nisrani

Miktub minn Fr Paul Pace SJ

Il-Knisja favur il-Libertà? Għadna kif għaddejna mill-esperjenza kiefra talmassakru marbut mar-rivista Franċiża Charlie Hebdo, masskru li min wettqu qal li kien tpattija għall-insulti kontinwi lir-reliġjon Musulmana minn din il-gazzetta. M’aħniex ser noqogħdu nidħlu fid-diskussjoni kollha li qanqlet din it-traġedja fuq hemmx limiti jew le għal-libertà tal-espressjoni, imma ser nieħu biss aspett wieħed, li ssemma ħafna matul dawn il-ġimgħat. Ir-reliġjon, u b’mod partikulari l-Knisja Kattolika, hija favur il-libertà, jew tibżà minnha? Huwa minnu li kien hemm żminijiet meta l-Knisja

tan-Naziżmu u mbagħad tal-Komuniżmu, sar wieħed mill-akbar appostli tal-libertà madwar id-dinja kollha. Permezz tal-vjaġġi tiegħu huwa terraq mal-erbat itruf tad-dinja u qatt ma kien jgħejja jisħaq fuq id-dmir talgvernijiet li jiggarantixxu u jiddefendu d-drittijiet talbniedem. Is-sehem tiegħu fil-waqgħa tal-Komuniżmu issa huwa magħruf minn kulħadd, u ma kien jitlef l-ebda okkażjoni biex jinsisti fuq id-dmir li nirrispettaw il-libertà tal-individwu. Aħna l-Insara favur il-libertà għaliex nemmnu li kull bniedem huwa xbieha ta’ Alla, xi ħaġa li tagħtih dinjità li ħadd ma jistà joħodhielu. Fil-libertà tagħna aħna nixbħu lil Alla li ħalaqna, li huwa l-libertà sħiħa għaliex huwa jistà kollox. Aħna ma aħniex liberi daqsu, u qatt ma nistgħu nkunu, imma aħna msejħin biex nikbru fil-libertà: San Pawl lill-Galatin wissiehom li Ġesu’ ġie fostna biex jagħtina l-ħelsien, u aħna nkunu boloh jekk ma naċċettawx dan il-ħelsien u nippreferu l-jasar.

Tista’ tagħmel li trid?

kienet kontra l-libertà. Dan kien fi żminijiet tà taqlib kbir, l-aktar fis-snin tar-Rivoluzzjoni Franċiża u rivoluzzjonijiet oħra fl-Ewropa, li filwaqt li ġabu bidliet kbar u tajbin kienu wkoll mumenti tà ħruxijiet tal-biżà. Il-Knisja batiet mhux ftit, u spiċċat taħseb li dil-libertà ġdida aktar kienet ta’ ħsara milli ta’ ġid. Il-Knisja kienet taħseb li l-bniedem ma kienx kapaċi jerfa’ dir-responsabbiltà kbira waħdu imma kellu bżonn l-għajnuna ta’ min imexxih. Kienet bħal dawk il-ġenituri li jibqgħu jaħsbu li wliedhom għadhom ma kibrux biżżejjed biex jerfgħu aktar responsabbiltà.

Il-libertà u d-dinjità Imma dak iż-żmien ilu li għadda, u l-Knisja Kattolika saret waħda mid-difensuri l-kbar tal-libertà madwar id-dinja. Il-Papa San Ġwanni XXIII, li tant ħadem biex jiftaħ it-twieqi tal-Knisja għal ftit arja ġdida, f ’waħda mill-enċikliċi tiegħu, il-Pacem in Terris, jgħid li waħda mill-erba’ kolonni tal-paċi vera hija l-libertà: ma jistax ikun hemm paċi vera u dejjiema fejn m’hemmx libertà. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, li daq l-imrar l-ewwel

22

Min hu verament liberu? Faċli ngħidu li huwa verament liberu min jagħmel dak kollu li jrid. Imma fil-fond tà qalbna nafu li din mhix il-libertà vera, u li waħedha mhix biżżejjed. Il-libertà vera hija dik li twassalna naqtgħu l-aktar xewqat profondi ta’ qalbna, bla biżà, u nkabbru fina l-kapaċitajiet li twelidna bihom. Inkunu liberi meta nirrispettaw lilna nfusna u lill-oħrajn, inħobbuhom u nissagrifikaw irwieħna għalihom. Nafu wkoll li biex nikbru fil-liberta’ vera hemm bżonn ta’ ħafna kundizzjonijiet, mill-imħabba fit-trobbija għal edukazzjoni tajba u liġijiet u strutturi li jipproteġu lil min hu aktar dgħajjef. Sfortunatament għadna ngħixu f ’dinja fejn għad hawn ħafna nies li ma jgawdux il-liberta’: għad hawn miljuni kbar li jgħixu f ’pajjiżi mmexxija minn dittaturi jew huma vittmi ta’ diskriminazzjoni għaliex huma membri ta’ minoranzi, dawk li jbatu l-ġuħ jew huma bla skola jew bla xogħol. Hawn ukoll numru kbir, forsi akbar, ta’ bnedmin li għadhom ilsiera tad-dnub u talegoiżmu tagħhom jew ta’ oħrajn, tal-passat, tal-moda, tal-piki u ta’ elf għamla oħra ta’ jasar. Jalla l-messaġġ ta’ Ġesù, li ġie biex jagħtina l-ħajja u l-ħajja bil-kotra, jasal għand kull bniedem biex id-dinja tagħna tgawdi l-liberta’ vera, għall-akbar glorja ta’ Alla.


Programm t’attivitajiet Ċentru Spiritwalità Injazjana

Għal aktar tagħrif, jew biex tieħu sehem, ċempel fuq 2276 0201 jew ibgħat email lil info@mtsjoseph.org għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Mount St Joseph, Mosta, jew għallattivitajiet li ser isiru d-dar tal-irtiri Dar Manresa, Victoria, Għawdex ċempel fuq 21 55 6635 jew ibgħat email lil manresagozo@gmail.com. Il-Ġimgħa Mqaddsa fis-skiet

1-5

Esperjenza qawwija ta’ solidarjetà ma’ Kristu fl-aħħar jiem ta’ ħajtu sal-Qawmien li bidilna f’nies ta’ tama. Imexxu: Sr Victoria Sant, Bernadette Briffa, Gordon & Josette Vassallo Post: Mt. St. Joseph, Mosta

APR

Irtir fil-kampanja

Ġesu qam mill-mewt u jgħidilna ‘Il-Paċi magħkom’ Imexxu: Mrs Clare Camilleri u Ms Rosalie Scicluna Tluq minn: Manresa House, Għawdex

10-12 APR

“Camping” – avventura b’differenza

18-19 APR

Avventura għaż-żgħażagħ li tlaqqa’ gost flimkien u edukazzjoni għal valuri tajbin. Imexxu: Mr David Azzopardi, Fr Mark Cachia sj, Mr Lionel Chircop Post: Mount St. Joseph, Mosta

F’liema Alla nemmen?

Esperjenza ta’ spiritwalità għal min igħix il-fidi tiegħu bid-dubju. Imexxi: Fr Christopher Vella sj Post: Mount St. Joseph, Mosta

29-31 MEJJU

7-10 MEJJU

Irtir għal min jikkura l-anzjani

Weekend ta’ talb u kuraġġ għal dawk li jieħdu ħsieb xi anzjani fil-familja jew fuq xogħol Imexxi: Fr Konrad Grech sj Post: Mount St. Joseph, Mosta

GRAZZI Nixtiequ nirringrazzjaw lill-Ħbieb u l-Qarrejja li bagħtulna STRINA fil-Milied biex bl-OFFERTA tagħhom jgħinuna nkopru xi ftit l-ispejjes biex nistampaw u nimpustawlkom LIL ĦBIEBNA. Kif tafu, Lil Ħbiebna m’għandhiex abbonament, imma tiddependi kompletament mill-offerti tal-ħbieb u l-qarrejja. Għalhekk niddependu ħafna mill-ġenerożità tagħkom. Tistgħu tibagħtulna l-offerta bil-posta: Lil Ħbiebna, 78, Triq Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 jew twassluha f ’dan l-indirizz: Uffiċċju Benefatturi, 1, Pjazza E.S. Tonna, Floriana (ħdejn il-knisja ta’ Sarria eżattament quddiem l-istage). Jew tagħmlu online donation: www.jesuit.org.mt

Mulej ilqa’ f’Saltnatek ’l-benefatturi u ’l-hbieb taghna mejtin Il-Birgu L-Ibraġġ L-Iklin Il-Mosta Ħal Qormi Tas-Sliema Ħaż-Żebbuġ Victoria

Carmela Chetcuti omm Fr Paul, SJ Matthew Meilak Frank Portelli Ġamri Tonna Carmelo Agius missier Br Tonio, NSJ Michael Refalo Sr Doreen Cuschieri, SSD Victor Muscat ħu l-mejjet Fr Ġorġ, SJ 23


Maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin | Jannar - Marzu 2015 | Lil Ħbiebna - 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

Dar Manwel Magri, kif inhi bħalissa

Proġett ġdid biex nilqgħu ż-żgħażagħ... Imma għaliex? L-impenn taż-żgħażagħ fis-soċjetà u l-bżonn li jħossu li jkunu milqugħin imorru id f’id... Għalhekk aħna l-Ġiżwiti ddeċidejna niddedikaw il-bini tagħna, ‘Dar Manwel Magri’, li tinstab bieb ma’ bieb mal-Università, għal dan il-għan. Ir-ristrutturar ta’ din id-dar, li bħalissa hija dar komunitarja għal numru ta’ Ġiżwiti, ser isir bil-ħsieb illi fiha nkunu nistgħu nilqgħu numru sostanzjali ta’ studenti u zgħażagħ, u noffrulhom formazzjoni injazjana, sapport morali u spiritwali, korsijiet ta’ ‘leadership skills’, u sens ta’ ġustizzja soċjali u impenn lejn is-soċjetà. Ser noffru wkoll opportunitajiet għal esperjenzi ta’ ħajja kommunitarja, u taħriġ u preparazjoni għal-xogħol volontarju. Kif tistgħu taħsbu, l-ispejjeż ta’ dan il-proġett ser ikunu sostanzjali, u ser jinkludu x-xogħol strutturali (inkluż il-bini ta’ sular ieħor) kif ukoll l-apparat u l-għamara meħtieġa. Id-donazzjonijiet tagħkom huma apprezzati ħafna, u huma indispensabbli sabiex dan il-proġett jirnexxa. Jekk tixtieq tgħinna b’xi mod, ibgħat email lil inservi@jesuit.org.mt Jekk tixtieq tibgħat donazzjoni, jekk jogħġbok indirizza ċ-cheque lil ‘Inservi’ f’dan l-indirizz: Inservi, Uffiċju tal-Provinċjal, 78 Triq Markiż Scicluna, Naxxar. GRAZZI!! 24


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.