
2 minute read
IL-PJANIJIET TAGĦNA, RE
Iffukati Fuq
ŻILJENTI FL-AZZJONIJIET LI NIEĦDU, IMPENJATI FIL-MIRI LI GĦANDNA
Advertisement
NORMAN AQUILINA, KAP EŻEKUTTIV TAL-GRUPP
Qed naħdmu u ngħixu f’dinja mimlija b’ħafna inċertezzi, b’aktar kumplessitajiet, u li fiha l-kompetizzjoni qed tkompli toħolqilna aktar pressjoni. Hu f’dan l-ambjent kumpless li flimkien, fl-aħħar sena, issilitna biex inkabbru n-negozju tagħna. Minkejja l-isfidi, fittxejna l-opportunitajiet f’suq diffiċli u, bl-isforzi ta’ kulħadd, irnexxielna navvanzaw b’mod sinifikanti. Dawn ir-riżultati ksibniehom minkejja li l-pandemija biddlet dak kollu li konna mdorrijin nagħmlu sa ftit snin ilu.
L-għanijiet tan-negozju għas-sena finanzjarja l-ġdida li tintemm fil-31 ta’ Jannar 2024 huma mmirati fuq il-pjanijiet tagħna li jien, wara diskussjonijiet li kelli mat-tim maniġerjali għoli, ippreżentajt lill-Bord tad-Diretturi tagħna. Irridu naraw li nibqgħu reżiljenti flazzjonijiet li nagħmlu ħalli nwettqu dawn ilpjanijiet, u li nkunu iżjed impenjati għall-miri ESG tagħna, jiġifieri l-oqsma tal-Ambjent, Soċjali u ta’ Governanza, li t-tlieta li huma jirriflettu l-valuri stabbiliti tal-Grupp Farsons.
It-tħassib tagħna għal matul din is-sena finanzjarja ma jonqosx għax l-ispejjeż kulma jmur qed jibqgħu jisplodu, fil-katini talprovvista hemm ħafna inċertezza, il-gwerer qed jaffettwaw il-materja prima u jkomplu jħarbtu dak li konna mdorrijin bih, u hemm sfidi kbar fid-disponibbiltà tal-impjegati u ħafna instabbiltà madwarna. Qed nesperjenzaw ukoll żviluppi teknoloġiċi kbar u mgħaġġla li jitolbu minna li nibqgħu aġġornati magħhom ħalli ma naqgħux lura. Quddiem dan kollu, il-Grupp Farsons jibqa’ impenjat li jwessa’ l-viżjoni tiegħu biex ikompli jkabbar innegozju u jinvesti fittimijiet tagħna u f’diversi proġetti madwar ilGrupp kollu.
Għalhekk, l-Għanijiet Korporattivi tal-Grupp Farsons għas-sena finanzjarja li tagħlaq fil-31 ta’ Jannar 2024 huma li jibqa’ ffukat biex jikseb ir-riżultati għal dak li investa għalih fl-aħħar snin. Din is-sena l-proċess talibbaġittjar ukoll kien ta’ sfida, u l-prestazzjoni tagħna jeħtieġ li nibqgħu nosservawha bir-reqqa matul issena. Se nagħmlu dak li hemm bżonn biex, waqt li s-sitwazzjoni tkompli tevolvi, inkomplu nieħdu ħsieb il-Grupp u l-impjegati tiegħu. Sadattant, flimkien se niffukaw biex:
1. Niżguraw li nikkontrollaw u nnaqqsu l-ispejjeż, u nsaħħu l-proċessi tagħna ħalli nagħmluhom aktar effiċjenti u effettivi biex niksbu l-livelli talprestazzjoni mixtieqa.
2. Nibqgħu nsaħħu l-fama u l-valur talmarka billi nkomplu nirsistu ħalli nkabbru l-preżenza tagħna fis-suq u nibqgħu nappellaw għallkonsumaturi filfergħat kollha li jopera fihom il-Grupp.
3. Naħdmu flimkien bħala tim wara l-viżjoni tal-Grupp, inkattru l-involviment tal-impjegati, u nżidu l-opportunitajiet li jiġuna bit-tkabbir taddiversità fit-timijiet tagħna.
4. Innaqqsu l-iskart u nimplimentaw il-miri ambjentali, soċjali, u ta’ governanza li nirrappurtaw ukoll fuqhom bħala parti mir-rapport annwali mhux finanzjarju tagħna.
Ħerqan għallorganizzazzjoni millġdid tas-Sessjonijiet ta’ Taħriġ għall-Involviment tal-Impjegati li fl-2020 kellna nieqfu milli nagħmluhom fiżikament wiċċ imb wiċċ u naqilbuhom virtwalment għal sentejn sħaħ. Inħeġġiġkom tagħmlu l-almu tagħkom u taħtfu din l-opportunità li joffru dawn is-sessjonijiet u taqsmu u tiddiskutu flimkien. Barra minn hekk, ninkoraġġikom tiftiehmu mat-tim maniġerjali tagħkom ħalli nkunu nistgħu nagħlqu l-proċess PEAK sa nofs Mejju 2023 u li ssiru midħla tal-HRIS li d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani se jniedi fl-1el/2ni Kwart tas-Sena.
Flimkien nirsistu biex inkomplu nikbru bi profitt, biex nirrispettaw il-pjanijiet ESG tagħna u niksbuhom, u biex naħdmu f’ambjent sigur u li jagħtina sodisfazzjon. Nirringrazzjakom ilkoll tal-impenn u l-isforzi kollha tagħkom.