GWIDA OCTOBER 2020

Page 60

Intervista

FR KARM DEBATTISTA

Bil-missjoni tiegħu l-Pakistan jibdel ir-regoli ta’ bank internazzjonali! Il-qassis magħruf għall-ġenerożità tiegħu fejn tidħol missjoni, Fr Karm, wasal lura Malta wara 10 xhur ta’ missjoni ġewwa l-Pakistan. “Is-superjur ġenerali talabni mmur nagħmel sena l-Pakistan minħabba li wieħed millpatrijiet li qiegħed hemm kellu jagħmel sabbatikal (sena studju) u kien ser jibqa’ biss wieħed waħdu li għandu ’l fuq minn 70 sena. Peress li kont l-Pakistan qabel u naf il-lingwa, kienet ovvja li mmur jien,” jgħidilna Fr Karm f’intervista. “Inkreddibilment pajjiż ġdid,” – dawn kienu kliem Fr Karm biex iddeskriva l-Pakistan. L-aħħar darba li kien żar dan il-post kien proprju 6 snin ilu. “Ilni nsegwi dan il-pajjiż għal ħafna u ħafna snin. L-ewwel darba li mort fl-1985 kienet għal esperjenza ta’ xahrejn. Kull meta mmur dejjem nara differenza kbira.” Fil-lingwa ġew introdotti kliem bl-Ingliż u Fr Karm jgħidilna li darba minnhom talabhom inewlulu ‫( سر‬ras) li kienet tfisser juice bl-urdu. Imma kulħadd baqa’ mistagħġeb għax ħadd ma fehem x’qed jgħid. Issa qed jużaw il-kelma Ingliża u l-kelma oriġinali ntilfet. Fr Karm 60 GWIDA Ottubru 2020

jgħidilna li xħin niżel fl-ajruport t’hemmhekk qaleb il-lingwa b’mod awtomatiku u l-isbaħ esperjenza kienet li din iddarba seta’ jagħmel l-prietki tiegħu bl-Urdu stess. “Kienet ferħa kbira għalija li wara das-snin kollha ma nsejtx il-lingwa u din id-darba għall-ewwel darba kont lest li anke nipprietka bil-lingwi uffiċjali. Għalkemm hemm lingwi oħrajn differenti, l-affarijiet uffiċjali jsiru bl-Urdu. Stajt nikkomunika l-ħsibijiet tiegħi għall-ewwel darba ma’ dawn in-nies. Is-soltu kien ikollna katekisti li huma trenjati biex jagħmlu dan ix-xogħol. Ġieli weħilt u kont indur lejn il-katekista biex jgħini nsib il-kelma li jkolli bżonn u nerġa’ nkompli,” jgħidilna b’entużjażmu. Meta kien hemm, kien jagħmel bosta laqgħat kull ġimgħa għaż-żgħażagħ fejn kien ikollhom attendenza numeruża. L-istess laqgħa mbagħad kienet issir għal grupp ta’ żgħażagħ bniet minn lajċi li kienu jiġu jisimgħuh apposta. F’dawn il-laqgħat, induna kemm illum il-ġurnata dawn iż-żgħażagħ qed jistaqsu mistoqsijiet profondi, li turi l-bidla enormi ta’ mentalità.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.