GWIDA OCTOBER 2020

Page 53

Editorjal

LISTA QABEL TIXTRI KAROZZA! ARA X’INHU L-AĦJAR GĦALIK Is-sena l-oħra ħbatt bil-karozza, qatgħuhieli total loss, kelli karozza tajba u kont għaddej biha, iżda f’tebqa t’għajn sfaxxatli fix-xejn. Kulma tawni kien elf ewro li biha jew nirranġaw l-karozza jew jiskrappjawha. Allura kelli ngħaddi minn proċess twil ta’ għażla għal karozza ġdida. Il-karozza li kelli kienet mill-Ingilterra u jekk ma tiċċekkjax sew, taf tingidem. Tixtri mingħand min tixtri, għandek tara li l-aġent jaf x’inhu jgħid u jbigħlek. Prova ħu miegħek lil xi ħadd li jifhem u li int tafda, ħalli jkun jista’ jfiehmek mingħajr ma jipprova jikkonvinċik. Il-karozza mhux imbilli togħġbok minn barra, trid tara li ma taħlix u ma tħammiġx ħafna! Jekk tħammeġ, il-liċenzja ser tibda togħlielek kull sena. Hekk ġrali u ma terġax tkun. Karozzi Ġappuniżi jinbiegħu daqslikieku ġodda! Fil-fatt innota ftit il-mili li jkollha karozza; dan ikun baxx ħafna. Ġeneralment jagħmlu ftit snin u jkunu jridu jbiddlu

l-karozza tagħhom. Hu fatt magħruf li l-vetturi fil-Ġappun huma affordabbli. Hu konvinjenti għall-Ġappuniżi li jixtru karozzi ġodda hekk kif mudelli ġodda joħorġu fis-suq. Imbagħad ibigħu l-karozzi tagħhom bi prezz verament baxx. Kważi tista’ tgħid din daħlet sew fil-kultura tagħhom u kulħadd bl-istess kelma; kemm iżommu l-karozzi tagħhom sew! Il-Ġappuniżi jsuqu l-istess bħalna, għalhekk tagħmilha eħfef għalina li nimportaw karozzi minn hemm. Tajjeb li ngħidu li jekk qed tħares lejn dawn il-karozzi għandek tinsa l-karozzi manwali. Jekk imbagħad tkun qed tħares li tixtri karozza manwali, mela għandek żewġ għażliet primarji. Jew tixtri waħda second-hand minn Malta stess jew inkella tixtri waħda oriġinali. Qabel tieħu xi forma ta’ deċiżjoni trid tkun għamilt irriċerka tiegħek. Mhux biss ta’ x’karozza beħsiebek tixtri

GWIDA Ottubru 2020 53


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.