GWIDA OCTOBER 2020

Page 32

Skeda

NHAR TA’ TNEJN FUQ TVM

NHAR TA’ TLIETA Venere

19:45 Skritt F’ħames minuti, Skritt joffri rakkont viżiv ta’ x’fihom iddokumenti antiki li jinsabu fl-Arkivji Nutarili. Stejjer ta’ nies vera, ir-relazzjonijiet tagħhom, u kif kienu jgħixu u jaħdmu f’diversi żminijiet tal-ġrajja Maltija.

21:00 L-Ispettur (Drama) Tista’ taqra b’mod aktar iddettaljat fuq din id-drama fl-intervista li ħriġna ma’ Mario Micallef u Mario Philip Azzopardi. L-Ispettur mistenni tkun drama b’saħħitha li ser tħalli lil kulħadd bil-kurżità minn episodju għall-ieħor.

22:05 Realtà

FUQ TVM

Realtà huwa programm ta’ ġrajjiet kurrenti li jikkonsisti f’diskussjoni u analiżi ta’ suġġetti topiċi. B’diversi mistednin esperti fis-suġġett, il-preżentatur Brian Hansford jitratta kwistjonijiet attwali li jvarjaw minn temi politiċi, soċjali u edukattivi biex iżomm lill-udjenza informata u aġġornata bl-affarijiet li jkunu qed iseħħu f’pajjiżna.

18:30 Storja Teatru

FUQ ONE

F’Ġieħ l-Imħabba huwa rakkont li jaf il-bidu tiegħu fis-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor. Dan ir-rakkont se jlaqqagħna millqrib mal-familji Cuppola, immexxija minn Giuseppe, iben Santiago, u l-familja Garsena, li bħala kap għandha lil Emilio.

17:30 Flimkien ma’ Nancy Nancy tkompli turina aktar riċetti u ddewwaqna affarijiet ħfief li kulħadd jista’ jagħmel id-dar.

20:35 Reboot “Il-programm li dejjem ħlomt li nagħmel” tgħid Claire Agius Ordway. Claire mhux minn dejjem kienet sportiva iżda minn mindu bdiet, inbidlet f’ħafna affarijiet. Mill-programm Claire ser tkun qed twasslilna l-enerġija tagħha u tħeġġiġna biex inkunu attivi.

22:15 Gizelle (Drama) Tkompli tixxandar id-drama li għamlet suċċess kbir fl-2006. L-istorja ta’ żewġt ibniet orfni Gail u Christina li d-destin, wara ħafna, beda jressaqhom lejn xulxin. Realtà

L-istili teatrali differenti li kienu popolari matul iż-żminijiet b’enfasi speċjali fuq produzzjonijiet li ttellgħu fit-teatri Maltin. Tippreżenta l-programm Gabriella Parsons.

21:00 F’Ġieħ l-Imħabba (Drama)

22:05 Venere Milli jiffoka fuq il-provi u l-kompetizzjonijiet li jsegwu se jħares b’mod speċifiku lejn ix-xeni ta’ wara l-kwinti waqt kampanji għal rivisti, kampjuni, u tnedijiet, li permezz tagħhom jinħatru mudelli professjonali u stabbiliti.

22:30 Paq Paq Paqpaq ser jippreżenta karozzi u muturi, b’ħarsa speċifika fuq ir-restawr tagħhom, it-teknoloġija kontemporanja, is-sigurtà u l-innovazzjoni assoċjati mad-dinja awtomotiva. Se joffri wkoll wirja speċjali ta’ karozzi u muturi eżotiċi u kontemporanji, permezz ta’ test drive.

FUQ ONE 17:30 Dak li jgħodd Gwida għall-ġenituri kollha u caregivers. Dan il-programm immexxi minn Claire Agius Ordway jagħti pariri prattiċi, b’noti minn esperti biex jgħin lill-ġenituri f’kull sitwazzjoni.

20:45 Ħabbrikt Programm ġdid li ser jittella’ kull nhar ta’ Tlieta u se jlaqqagħna ma’ 13-il artist lokali.

32 GWIDA Ottubru 2020


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
GWIDA OCTOBER 2020 by Content House - Issuu