UKRAINE Appeal (Malti)

Page 1

L-UKRAJNA

WAQT LI L-GWERRA GĦADDEJJA...

TUL IS-SNIN:

L-ISTORJA TAL-GĦAJNUNA TAL-ACN FL-UKRAJNA Fl-1953, “Ostpriesterhilfe”, kif kien jisimha l-Aid to the Church in Need (ACN) dak iż-żmien, irċeviet talba millKardinal Tisserant, Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Knejjes tal-Lvant, biex tappoġġja seminarju fl-Ukrajna għall-Ewropej tal-Lvant li kienu emigraw. Il-Kardinal kien talab ukoll għajnuna biex l-Ordni talPatrijiet Griegi Kattoliċi Studite tkun imwaqqfa mill-ġdid flUkrajna, peress li fl-1946 kienet ipprojbita mill-Komunisti. F’Jannar tal-1963, ftit wara li l-Arċisqof Kattoliku Grieg Ukren Josyf Slipyj, inħeles

GĦAJNUNA GĦASSORIJIET: L-ACN tappoġġja Sorijiet kontemplattivi u attivi fl-Ukrajna, billi tipprovdilhom għajnuna għall-ispejjeż tagħhom.

wara 18-il sena ħabs u xogħol sfurzat, hu ltaqa’ f’Ruma ma’ Fr Werenfried van Straaten, il-fundatur tal-ACN. Kien hemm qbil dwar l-għajnuna għall-Knisja Kattolika Griega Ukrena fl-eżilju tagħha u l-għajnuna bdiet tingħata fl-istess sena. Fl-1989, l-ACN bdiet kampanja kbira bil-Bibbja u talb, li fiha mijiet ta’ kotba reliġjużi ntbagħtu lill-Ukreni – li kienu maqtugħin wara l-Purtiera tal-Ħadid. Nhar it-30 ta’ Marzu 1991, il-Kardinal Myroslav Lubachevsky, kap tal-Knisja Kattolika Griega Ukrena, irritorna lura lejn l-Ukrajna mill-eżilju tiegħu f’Ruma. Din iddata timmarka l-bidu tal-għajnuna tal-ACN fil-bini mill-ġdid tal-istrutturi tal-knejjes fl-Ukrajna.

OFFERTI GĦALL-QUDDIES:

L-offerti għall-Quddies huma mezz indispensabbli ta’ kif ikunu appoġġjati s-Saċerdoti, speċjalment dawk li jwettqu l-ħidma fdata f’idejhom f’postijiet fejn ma jkollhom ebda dħul mill-komunitajiet foqra tagħhom, bħal fix-Xlokk tal-Ukrajna.

FORMAZZJONI TAS-SEMINARISTI: L-ACN ikkontribwixxiet għall-formazzjoni saċerdotali tas-Seminaristi fi 11-il seminarju u f’263 proġett individwali fl-Ukrajna. Bħalissa l-ACN qed tappoġġja ’l fuq minn 900 Seminarista fil-pajjiż.

Aid to the Church in Need www.acnmalta.org

Mill-1 ta’ April 1993, il-programm Ukren ta’ Radju Voskresinnya (Radju Reżurrezjoni) beda x-xandiriet tiegħu fuq ir-radju nazzjonali Ukren. Sal-lum, dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin tal-ACN, li bħalissa jinkludu wkoll appoġġ għallmedia fil-Knisja Kattolika f’dak il-pajjiż, prinċipalment fuq ZHYVE.TV u EWTN Radio jew Radju Marija. Il-media tagħti kontribut enormi għad-djalogu interreliġjuż fil-pajjiż. Minkejja li ż-żminijiet tal-persekuzzjoni kienu sa fl-aħħar spiċċaw, l-ACN kompliet tappoġġja lill-Kattoliċi fl-Ukrajna. L-oqsma ewlenin tal-appoġġ tal-ACN f’dawn l-aħħar 10 snin jinkludu:

RIKOSTRUZZJONI: L-ACN appoġġjat il-bini u t-tiswijiet ta’ 385 knisja, 191 monasteru u 143 presbiterju.

GĦAJNUNA TA’ EMERĠENZA WAQT IL-PANDEMIJA COVID: L-ACN iffinanzjat

aktar minn 30 proġett biex ittaffi l-effetti tal-Covid-19. Dawn jinkludu spejjeż tassaħħa għas-Sorijiet li mardu bil-Covid-19, apparat tekniku għax-xandir onlajn tal-Quddiesa u offerti għallQuddies biex ikunu sostnuti s-Saċerdoti.

Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227

acnmalta.org/ukraine

Mix-xellug għal-lemin- Marco Mencaglia (Direttur tal-Proġetti tal-ACN għall-Ewropa tal-Lvant), Magda Kaczmarek (Kap tas-Sezzjoni tal-ACN għall-Ewropa tal-Lvant), l-Arċisqof Volodymyr Viytyshyn (Arċisqof tad-Djoċesi ta’ Ivano-Frankivsk-UKR) u Sor Karolina Mordaka (ACN Polonja)

Is-Sorijiet tal-Komunità Qaddejja ta’ Marija Immakulata f’Boryslav għamlu ċentru ta’ għajnuna għall-persuni spostati fil-parroċċa, fejn kuljum iqassmu ikel, mediċini u ħwejjeġ, filwaqt li jipprovdu appoġġ spiritwali u materjali

Filwaqt li l-invażjoni militari tal-Ukrajna għadha għaddejja u qed tiħrax, l-Aid to the Church in Need (ACN) nediet it-tieni fażi tal-pakkett ta’ għajnuna ta’ emerġenza. Immedjatament wara l-bidu tal-gwerra, l-ACN varat l-ewwel pakkett għadDjoċesijiet kemm fil-Lvant, kif ukoll fil-Punent tal-Ukrajna.

F’din it-tieni fażi, l-ACN qed tiffoka fuq l-għoti ta’ appoġġ dirett lis-Saċerdoti, Reliġjużi u Seminaristi. Dawn ilhom jilqgħu u jieħdu ħsieb għexieren ta’ eluf ta’ persuni spostati u fi bżonn ta’ kenn u sostenn kemm fiżiku kif ukoll spiritwali, waqt li qed jippruvaw jivvjaġġaw lejn il-fruntieri ta’ pajjiżi oħra, bħall-Polonja. Skont Magda Kaczmarek, project manager tal-ACN għall-Ukrajna, din it-tieni fażi ta’ appoġġ għall-Knisja fl-Ukrajna se

ssaħħaħ l-għajnuna ta’ emerġenza għallmonasteri u l-parroċċi li qed jagħtu kenn lill-persuni spostati. Parti mill-għajnuna se tmur għax-xiri ta’ vetturi biex iwasslu ikel u mediċini li hemm bżonn b’urġenza u għattrasport ta’ persuni, kif ukoll biex jinxtraw ġeneraturi tal-elettriku ħalli jipprovdu provvisti ta’ dawl elettriku li tant hemm bżonnhom. Magda Kaczmarek qalet: “Id-dinja wieġbet b’ġenerożità għall-qagħda mwiegħra tal-poplu Ukren. Qed jintbgħatu ħafna donazzjonijiet lejn il-pajjiżi ġirien talUkrajna biex jgħinu lill-miljuni ta’ persuni spostati. Issa hemm bżonn ta’ vetturi biex l-affarijiet li dawn għandhom bżonnhom fl-Ukrajna, ħafna drabi f’postijiet li ġarrbu ħsarat kbar jew għadhom mhedda, jaslu malajr fejn hemm bżonnhom. “L-ACN kienet waħda mill-ewwel organizzazzjonijiet li diġà tat u wiegħdet

Voluntieri tal-Knisja jipprovdu ikliet sħan kuljum fl-istazzjon tal-ferrovija f’Odessa

aktar appoġġ ta’ emerġenza għall-Ukrajna, pajjiż fejn l-ACN issa ilha mat-tletin sena tiffinanzja bosta proġetti - sa minn tmiem il-Gwerra Bierda. Hu importanti li l-Ukreni jirrealizzaw li anke waqt li għaddejja l-gwerra, ħuthom fi Kristu madwar id-dinja mhux se jinsewhom. L-ACN se tkompli tfittex mezzi differenti biex tkompli tgħinhom fuq il-post u b’mod effettiv permezz tal-Knisja tal-post”.

Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
UKRAINE Appeal (Malti) by ACN Malta - Issuu