L-UKRAJNA
TESTIMONJANZI U XHIEDA MILLUKRAJNA acnmalta.org/ukraine
SINJAL TA’ TAMA SORIJIET JILQGĦU LILL-FAMILJI
Sorijiet jikkuraw u jassistu lil persuni anzjani u morda
Minkejja ż-żjieda fir-riskju meta jibqgħu fiż-żoni talgwerra, il-Komunitajiet Reliġjużi baqgħu flimkien man-nies. Magda Kaczmarek, il-Kap tal-proġetti tal-ACN fl-Ukrajna tinsab f’kuntatt kontinwu mal-imsieħba filproġetti tal-ACN.
Magda Kaczmarek iżżomm kuntatt mill-qrib ma’ diversi Ordnijiet tas-Sorijiet fiż-żona tal-gwerra. Kaczmarek qalet: “Is-Sorijiet huma mimlijin biża’ u ansjetà, iżda fl-istess ħin iħossuhom ukoll sostnuti mit-talb u minn mewġa dinjija ta’ solidarjetà.” Kaczmarek kienet kommossa minn konverżazzjoni li kellha ma’ Soru f’kunvent fit-Tramuntana tal-Ukrajna. Għal raġunijiet ta’ sigurtà la l-isem tas-Soru u lanqas il-post ma nistgħu nsemmu, iżda rapporti tal-media jikkonfermaw li f’din il-belt seħħ ġlied qalil. Diversi drabi matul il-lejl, is-Sorijiet kellhom jistkennu fil-kantina; jorqdu bit-tonka u l-velijiet sabiex ikunu lesti biex, fi kwalunkwe ħin, joħorġu jiġru mill-kmamar tagħhom. Mal-lejl, ilkunvent kollu jinżamm mitfi biex ma jattirax l-attakki. Is-Sorijiet qed jippruvaw
Aid to the Church in Need www.acnmalta.org
ikomplu bil-ħajja talkunvent. Madankollu, il-mobile issa huwa dejjem magħhom anki waqt illiturġija tas-sigħat. Madga Kaczmarek qalet: “Hekk dejjem ikunu jistgħu jirċievu twissija bikrija meta jkun ser jibda xi Sorijiet flimkien ma’ tfal spostati attakk.” Madankollu, minħabba huma wkoll sinjal ta’ tama u gwida. l-ġlied qalil, anke l-kantina Ħafna ġirien jgħidu: “Aħna se noqogħdu tal-kunvent saret wisq perikoluża u hawnhekk sakemm jibqgħu s-Sorijiet. għalhekk bil-lejl is-Sorijiet isibu kenn Meta jitilqu huma, aħna mmorru wkoll.” f’xelter kontra l-attakki mill-ajru. Minkejja din is-sitwazzjoni ħarxa, Kaczmarek qalet li diversi bombi diġà hemm xrara ta’ tama. Kaczmarek qalet: splodew viċin il-kunvent u qatlu familja “Is-Sorijiet jirċievu aħbarijiet minn żagħżugħa. Kaczmarek qalet: “Is-Sorijiet madwar id-dinja kollha li n-nies qed qed jilqgħu tliet familji fil-kunvent, jaħsbu fihom u jitolbu ’l Alla għalihom. familji li kienu mwerwrin għall-mewt.” Il-ħbieb u l-ġirien tal-kunvent juru wkoll Din mhix xi biċċa xogħol ġdida għassolidarjetà kbira mas-Sorijiet, għalkemm Sorijiet, għax anki qabel ma bdew dawn in-nies jinsabu f’diffikultajiet kbar l-attakki tat-truppi Russi fl-aħħar ta’ huma stess”. L-ACN kienet għenet Frar 2022, kienu jirrikorru ħafna nies għandhom, fosthom familji milquta mill- fil-finanzjament tal-bini ta’ dan ilkunvent u għal ħafna snin iffinanzjat gwerra li bdiet fis-sena elfejn u erbatax ukoll l-ispejjeż għall-għajxien tas(2014). Ipprovdew kura spiritwali għallSorijiet li huma grati ħafna lejn l-ACN midruba u l-familji tagħhom. Din kienet, għas-solidarjetà u l-qrubija li uriet u għadha, missjoni importanti ħafna. magħhom bil-fatti. Għal ħafna nies tal-post, is-Sorijiet
Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227
L-Isqof ta’ rit Latin ta’ Kharkiv-Zaporiyia (lemin), Pavlo Honcharuk, u l-Isqof Mytrofan minn Kharkiv-Bohodukhovsk (Knisja Ortodossa tal-Ukrajna) (xellug) iżuru raġel ferut (© ACN)
Mill-ibliet Ukreni kollha li bħalissa qed ikunu attakkati, Kharkov hija waħda mill-aktar fil-mira. Fl-1 ta’ Marzu 2022, missila laqtet id-dar tal-Isqof Kattoliku Pavlo Honcharuk u għamlet toqba fis-saqaf. Bil-grazzja ta’ Alla ħadd ma weġġa’. F’filmat qasir mibgħut lill-Aid to the Church in Need (ACN) l-Isqof Honcharuk qal: “Aħna wkoll irċevejna wieħed minn dawn ir-‘rigali’.”
L-Isqof Honcharuk kellem lill-ACN dwar il-ħsara kbira li saret f’partijiet oħra talbelt – biex ma nsemmux il-ħafna persuni maqtula. Ir-ritratt tal-attakk bil-missili fuq Pjazza Ħelsien fiċ-ċentru ta’ Kharkiv dar madwar id-dinja kollha. Minkejja li l-militar Russu sostna kemm-il darba li l-ebda persuni ċivili fl-Ukrajna ma kienu se jkunu attakkati, f’Kharkiv il-bini talgvern inqered filwaqt li nqatlu ħafna nies. Filmat ieħor mibgħut lill-ACN juri
blokok ta’ appartamenti li ġarrbu ħsarat kbar li, skont l-Isqof Honcharuk, jinsabu faċċata ta’ fabbrika meqruda. L-Isqof Honcharuk qal: “Dawk kienu appartamenti. It-twieqi kollha tfarrku. Inqatlu ħafna nies. L-overhead cables talkarozzi tal-linja nqerdu.” Fit-toroq hemm karozzi maħruqa u ħofor kbar ikkawżati mill-isplużjonijiet. L-Isqof inzerta ra anzjan miexi fit-triq u wissieh biex joqgħod attent. Fil-filmat, l-Isqof Honcharuk jidher jittawwal f’karozza u jgħid: “Hawn kien hawn l-isparar. Hawn id-demm hawnhekk.” Minkejja l-ħsara, il-ħidma fid-dar tal-Isqof tkompli bla waqfien: nisa fil-kċina jippreparaw ikliet sħan li mbagħad jittieħdu biex jitqassmu f’żewġ stazzjonijiet ta’ taħt l-art fejn mijiet ta’ nies qed jistkennu. L-Isqof Honcharuk sab kenn millattakki f’bunker, flimkien ma’ xi 40 persuna oħra, inkluż l-Isqof Mytrofan talKnisja Ortodossa awtoċefali tal-Ukrajna.
Ħsarat ikkawżati mill-attakki fuq id-dar tal-Isqof Pavlo Honcharuk fid-Djoċesi ta’ Kharkiv-Zaporizhia
Flimkien, dawn iż-żewġ Isqfijiet iżuru lill-midruba fl-isptar u jgħinu fit-tqassim tal-ikel. Is-sitwazzjoni f’Kharkiv u f’postijiet oħra qed issir dejjem aktar diffiċli. Fiddawl tal-kriżi li qed tkompli teskala, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja lis-Saċerdoti u r-Reliġjużi fl-Ukrajna, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jwettqu l-ħidma pastorali u ta’ karità tagħhom.
Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969