ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 6 ta' Mejju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 6 ta’ Mejju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Jinqatel saċerdot filMessiku...

IL-KAZAKISTAN

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Sfortunatament, il-Messiku qed ikompli bir-reputazzjoni tiegħu li hu “l-pajjiż l-aktar perikoluż fid-dinja li tkun saċerdot fih”. Saċerdot ieħor, Fr Ruben Alcantara Diaz, ta’ 50 sena, inqatel fil-parroċċa Madonna talKarmnu f’Cuautitlán Izcalli, dan l-aħħar. għax is-saċerdot kien diġà tilef ħajtu. Id-Djoċesi tal-post ħarġet stqarrija dwar id-delitt. Hi qalet: “Filwaqt li qed isiru l-inkjesti mill-esperti, nitolbu lil Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem. Nitolbu lil kulħadd biex jissieħeb f’din l-intenzjoni”. Iċ-Ċentru Multimedia Kattolika kkonferma li b’dan l-aħħar attakk in-numru ta’ saċerdoti li nqatlu fil-Messiku tela’ għal 22. Dawn is-saċerdoti nqatlu minn Diċembru 2012 meta bdiet l-amministrazzjoni ta’ sitt snin tal-President Enrique Pena Nieto.

Hekk kif Fr Diaz kien qed jipprepara għall-Quddiesa ta’ filgħaxija daħal raġel fil-knisja u tkellem mas-saċerdot għal ftit minuti. Imbagħad beda jgħajjat u jargumenta ma’ Fr Diaz. Wara li d-diskussjoni saħnet, is-saċerdot ġie attakkat. Impjegata tal-knisja ma kenitx taf x’kien l-argument iżda wara li semgħet l-għajjat marret tara x’kien qed jiġri. Hi sabet xena talbiża’. Rat lis-saċerdot f’għadira kbira ta’ demm. Il-mara f’xokk, talbet immedjatament għallgħajnuna, iżda meta l-paramediċi tar-Red Cross waslu kien tard wisq

... u ieħor fil-Filippini Fr Mark Ventura hu saċerdot ieħor li ġie maqtul wara li kien għadu kemm iċċelebra Quddiesa u bierek lit-tfal fil-Filippini. Rapporti qalu li s-saċerdot Kattoliku

Missjunarju miet malli sparawlu. Il-qattiela sparaw lil dan is-saċerdot fil-belt Gattaran, f’Cagayan, il-Ħadd filgħodu.

Tfal fiċ-Ċentru ta’ Kapshagay jiċċelebraw għeluq snin waħda mis-sorijiet li tieħu ħsiebhom

Sorijiet jagħtu tama lil tfal abbandunati u orfni Fil-belt ta’ Kapshagay 60 tifel u tifla mingħajr familja sabu dar ġdida f’ċentru mmexxi minn sorijiet Kattoliċi. Kollha esperjenzaw trawma u tbatija f’età bikrija ħafna. Għal uħud l-omm mietet jew telqet ma’ raġel ieħor u abbandunathom jew il-missier hu alkoħoliku jew il-ġenituri nfushom qed jgħixu fit-toroq għax alkoħoliċi jew vittmi tad-droga inkella jinsabu l-ħabs. Fiċ-Ċentru t-tfal qed jesperjenzaw sens ta’ sigurtà u mħabba ħafna drabi għall-ewwel darba f’ħajjithom fejn issa sabu ħajja ordinata bħal f’familja vera. It-tfal jilagħbu, jitgħallmu u jitolbu flimkien u minn żmien għal ieħor joħorġuhom. Iċ-Ċentru jinsab qrib għadira

u għalhekk dawn it-tfal jistgħu jesperjenzaw is-sbuħija tannatura. Din hi esperjenza prezzjuża għal tfal li ħafna drabi kulma raw f’ħajjithom s’issa huma faqar u diżordni. Ħafna minn dawn it-tfal issa li qed jieħdu ħsiebhom isSorijiet, kibru u għandhom ilfamilji tagħhom. Huma baqgħu qrib iċ-Ċentru u jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinuhom. Is-Sorijiet waqqfu Ċentru ieħor u tliet sorijiet oħra se jingħaqdu mal-komunità biex jgħinuha tieħu ħsieb dawn it-tfal. Grazzi għat-talb u għallġenerożità tal-benefatturi, l-Aid to the Church in Need se tgħinhom bi €15,000 biex jixtru l-bżonnijiet għat-tfal u oġġetti elettroniċi għaddar il-ġdida.

IL-PAKISTAN

Ir-raba’ anniversarju tal-Aid to the Church in Need (Malta)

F’din l-okkażżjoni li qed taħbat malkommemorazzjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Fatima Patruna tal-Aid to the Church in Need, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ’l Alla. Din ser tkun ċċelebrata minn Mons. Hector Scerri, Assistent Ekkleżjastiku.

Nhar il-Ħadd, 13 ta’ Mejju 2018 fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, fid-9:00am. Din ser tkun strasmessa fuq TVM2. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

26 ACN Anniversary (Lehen is-Sewwa).indd 1

26/04/2018 14:06

Wara attakk ieħor kontra l-Kristjani

Arċisqof jappella għat-talb Arċisqof fil-Pakistan qed jappella għat-talb wara li Kristjani fi Quetta sofrew it-tielet attakk f’ħames xhur. Żewġt irġiel Kristjani, Rashid Khalid u Azhar Iqbal, u tlieta oħra weġġgħu wara li erba’ li kienu qed isuqu l-muturi bdew jisparaw fuq in-nies viċin ta’ knisja fiż-żona Kristjana ta’ Quetta. L-attakk sar ġimagħtejn wara li sparaw fuq familja ta’ erba’ Kattoliċi minn Lahore huma u ħerġin mid-dar ta’ qarib tagħhom. Dawk li tilfu ħajjithom, Parvaiz, Kamran, Tariq u Fordous, kienu għadhom kemm ħarġu meta sfaw attakkati. L-aggressuri ħallew karta fuq il-post tar-reat jiddeskrivu l-qtil bħala “l-ewwel episodju ta’ ġenoċidju kontra l-Kristjani”. L-ISIS ħa r-responsabbiltà għaż-

żewġ attakki. F’intervista mal-Aid to the Church in Need ACN, l-Arċisqof Sebastian Shaw ta’ Lahore qal: “Il-fidili fi Quetta huma mħassba u inkwetati ħafna. “Dawn it-tbatijiet kollha jistgħu jintgħelbu bil-fidi. Permezz talACN nistieden lil kulħadd jitlob biex nies ta’ reliġjonijiet differenti jkunu jistgħu jgħixu fil-Pakistan fil-paċi u fl-armonija”. Hu kompla: “Meta jkollna t-tentazzjoni li nitilfu t-tama, aħna niġu mfakkra li, permezz tal-kompassjoni u t-talb tagħkom, intom tinsabu magħna, id f’id magħna”. Il-Pakistan hu pajjiż ta’ prijorità għall-ACN li qed taħdem f’aktar minn 140 pajjiż madwar id-dinja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.